Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0250

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-tielet Rapport Annwali fuq l-Immigrazzjoni u l-Asil (2011)

    /* COM/2012/0250 final */

    52012DC0250

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-tielet Rapport Annwali fuq l-Immigrazzjoni u l-Asil (2011) /* COM/2012/0250 final */


    I. Introduzzjoni

    Dan ir-rapport jippreżenta analiżi li tħares 'il quddiem lejn politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali bbażata fuq żviluppi fl-2011, sena importanti għall-UE f’bosta aspetti, b’impatt konsegwenti wkoll għall-politika tal-migrazzjoni. Mhux biss il-kriżi ekonomika tkompli tkun ta’ piż għall-ekonomija u t-tkabbir tal-UE, iżda kien hemm ukoll l-avvenimenti drammatiċi tar-Rebbiegħa Għarbija u żieda fil-pressjoni migratorja fuq il-fruntieri esterni tal-UE, notevolment dawk li jħaddnu l-Mediterran u fix-Xlokk, kif ukoll il-konsegwenzi li jirriżultaw minn użu ħażin tal-liberalizzazzjoni tal-viża. Dawn l-avvenimenti servew biex ikomplu jenfasizzaw il-bżonn ta’ politika ta’ migrazzjoni koerenti u bilanċjata li hija kemm dinamika, biex twieġeb għal ħtiġijiet b’terminu qasir, kif ukoll strateġika, billi tipprovdi viżjoni fit-tul.

    F'dan il-kuntest, kien hemm bosta inizjattivi ewlenin, bħal qafas strateġiku ġdid stabbilit fl-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM), li jġibu valur miżjud lill-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, notevolment fir-rigward tal-politika tal-migrazzjoni esterna tagħha, kif ukoll il-bidu tat-tħaddim tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża, it-tnedija ta’ Portal għall-Immigrazzjoni tal-UE, proposti biex tissaħħaħ il-ġestjoni taż-żona Schengen u l-preżentazzjoni tal-proposta ta' EUROSUR. Kisbiet notevoli oħra kienu ftehim politiku dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Frontex u d-Direttiva ta’ Kwalifika għal Asil emendata; il-konklużjoni ta’ sħubija ta' mobilità mal-Armenja; l-inawgurazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO); u t-twaqqif ta' Aġenzija Ewropea ġdida għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Flimkien mal-koleġiżlaturi, sar xi progress lejn il-kisba tal-għan ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil fl-2012.

    Sar ukoll progress fl-acquis tal-UE bl-adozzjoni ta’ Direttivi ta’ permess singolu għal persuni minn pajjiżi terzi li jgħixu u jaħdmu fl-UE u fuq sett komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema minn pajjiżi terzi li qed jgħixu legalment[1]; fuq l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ status għal residenti fuq żmien twil lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali[2]; u fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu[3]; L-Istati Membri ħadu wkoll passi ulterjuri biex jittrasponu d-Direttivi tar-Ritorn u tas-Sanzjonijiet Kontra min Iħaddem.

    Ir-Rapport Annwali tas-sena l-oħra[4] segwa l-Komunikazzjoni dwar il-Migrazzjoni[5] ta’ Mejju tal-2011, li ta perspettiva fuq l-iżvilupp tal-politika fid-dawl tal-avvenimenti ta’ dak iż-żmien. Dawn it-tnejn imbagħad servew biex jinformaw il-konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI)[6] u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew[7] f’Ġunju tal-2011 li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet għall-iżvilupp tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE, speċifikament fir-rigward tat-tmexxija taż-żona Schengen, il-kontroll tal-fruntieri esterni, l-iżvilupp ta' partenarjati mal-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar u t-tlestija tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Asil sal-2012.

    Ir-rapport ta’ din is-sena jagħti l-ewwel ħarsa lejn l-istampa tal-migrazzjoni fl-UE minn perspettiva ta' statistika. Ir-reazzjoni tal-UE għall-avvenimenti ewlenin imsemmija qabel li kellhom impatt fuq il-politika ta’ migrazzjoni hija mbagħad indirizzata, flimkien mal-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għal pjan ta’ direzzjoni li jindirizza l-pressjonijiet migratorji miżjuda. Ir-rapport għal darba oħra huwa bbażat prinċipalment fuq il-valutazzjonijiet politiċi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri u kumplimentat b’rapport fattwali b’anness statistiku[8] li jispjega żviluppi li seħħew kemm fil-livell tal-UE u, permezz tan-Network Ewropew tal-Migrazzjoni[9] fuq livell ta’ Stat Membru.

    II. Ħarsa fil-Qosor lejn il-Migrazzjoni tal-UE[10]

    Huwa istruttiv li l-ewwel nett is-sitwazzjoni migratorja tal-UE titqiegħed f’kuntest globali iktar wiesa’. F’sena fejn il-popolazzjoni dinjija qabżet seba’ biljuni, huwa stmat li hemm madwar 214 miljun migrant madwar id-dinja (madwar 3.1% tat-total tal-popolazzjoni dinjija),[11] li jfisser li 9.4% (madwar 20.2 miljun) tal-immigranti fid-dinja huma ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti fl-UE. B'paragun, il-Kanada għandha madwar 3.4% tat-total tad-dinja (7.2 miljun li jirrappreżentaw 21.3% tal-popolazzjoni nazzjonali tagħha), filwaqt li l-Istati Uniti għandha madwar 20% tat-total tad-dinja (42.8 miljun li jirrappreżentaw 13.5%) tal-popolazzjoni nazzjonali tiegħu.[12]

    Fl-1 ta’ Jannar 2011, il-popolazzjoni totali tal-UE kienet 502.5 miljun, b'żieda ta’ 1.4 miljun mill-2010 li hija ekwivalenti għal rata annwali ta’+2.7 għal kull 1000 abitant magħmula minn żieda naturali ta' 0.5 miljun (+ 1.0‰) u migrazzjoni netta ta’ 0.9 miljun (+1.7‰). L-20.2 miljun ċittadin ta' pajjiżi terzi fl-UE jammonta għal madwar 4% tal-popolazzjoni totali tal-UE, li huwa aktar min-numru ta’ ċittadini tal-UE (12.3 miljun jew 2.5% tal-popolazzjoni totali tal-UE) li marru fi Stat Membru ieħor.[13] L-akbar gruppi ta’ residenti ta’ nazzjonalità minn pajjiżi terzi fl-2009 kienu mit-Turkija (madwar 2.4miljun), il-Marokk (madwar 1.8miljun) u l-Albanija (madwar miljun).[14] Bl-użu tal-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU (HDI), madwar 47% ta’ migranti mhux imwielda fl-UE huma minn HDI għoli, madwar 46% minn HDI medju u madwar 7% minn pajjiżi b’HDI baxx.[15]

    F'termini tal-ewwel permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, dan ammonta għal kważi 2.5 miljun fl-2010; in-numru tal-permessi maħruġa għal attivitajiet remunerati jirrappreżentaw 32.5% tat-total, kontra 30.2% għal raġunijiet familjari, 20.6% għal studju u 17% għal diversi raġunijiet oħra (marbuta mal-protezzjoni, residenza mingħajr id-dritt ta’ xogħol, eċċ). Imqassma skont in-nazzjonalità, ħafna mill-permessi ta’ residenza kienu maħruġa lil ċittadini tal-Istati Uniti (madwar 212 000), l-Indja (madwar 200 000), iċ-Ċina (madwar 172 000), l-Ukraina (madwar 167 000) u mill-Marokk (madwar 157 000).

    Is-60 anniversarju tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra ra żieda sinifikanti ta’ 16.8% meta mqabbla mal-2010 fin-numru totali tal-applikanti għall-asil, li jammontaw għal ftit aktar minn 302 000 u li jaffettwaw aktar is-sistemi tal-asil ta’ bosta Stati Membri. L-aktar pajjiżi importanti ta’ ċittadinanza ta’ dawk li jfittxu asil kienu l-Afganistan (28 000), il-Federazzjoni Russa (18 200), il-Pakistan (15 700), l-Iraq (15 200) u s-Serbja (13 900). F'termini ta' protezzjoni mogħtija fl-2011, total ta’ 59 465 rċevew protezzjoni fl-ewwel istanza (rifuġjat (28 995), protezzjoni sussidjarja (21 400) jew umanitarju (9 065)), madwar 25% tad-deċiżjonijiet kollha meħuda.[16]

    Kif indirizzat fit-taqsima IV, il-migrazzjoni irregolari tkompli tkun komponent ewlieni tal-migrazzjoni fl-UE. Min-natura tagħha, ma jeżistu l-ebda ċifri affidabbli dwar in-numru ta’ migranti irregolari fl-UE, bi stimi ta’ inqas minn 2 miljuni sa 4.5 miljun l-aktar ta' spiss ikkwotati[17]. Indikaturi aktar affidabbli bħal ċaħdiet, qbid u ritorni jistgħu jiġu użati, għalkemm huma suġġetti għal ħafna diffikultajiet. Fl-2011,[18] xi 343 000 persuna ġew rifjutati milli jidħlu fl-UE, tnaqqis ta’ 13% mill-2010, bil-parti l-kbira (kważi 70%) jiġu rifjutati fi Spanja, notevolment fil-fruntieri esterni fuq l-art tagħhom. Ukoll fl-2011, xi 468 500 persuna ġew arrestati (tnaqqis mill-2010 meta kienu madwar 505 000) u l-Istati Membri rritornaw lura 190 000 ċittadin ta’ pajjiżi terzi (kważi 15% inqas milli fl-2010).

    III. Il-Kontribuzzjoni tal-Migrazzjoni għall-Aġenda tat-Tkabbir tal-UE[19]

    Mal-ewwel ħarsa, l-isfidi ekonomiċi attwali tal-UE jafu jagħmluha diffiċli biex tinftiehem il-ħtieġa għal migrazzjoni legali u kanali ta’ mobilità. Iżda huwa meħtieġ li wieħed jiftakar li, anke b’rata tal-qgħad ġenerali tal-UE ta’ madwar 10%, ekwivalenti għal 23.8 miljun ċittadin, li żdiedu għal 22.1% għaż-żgħażagħ (taħt il-25 sena),[20] ħafna Stati Membri diġà qed ikollhom nuqqasijiet ta' ħaddiema u kapaċitajiet[21] f’setturi differenti u għal raġunijiet varji[22]. Ħafna Stati Membri qegħdin jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq l-indirizzar tal-qgħad u ż-żieda tal-impjegabbiltà tal-popolazzjoni residenti tagħhom stess u mbagħad jużaw preferenza tal-Unjoni biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema. Attwalment, l-Istati Membri għandhom it-tendenza li jiffokaw l-approċċ tagħhom tal-migrazzjoni ekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi aktar fuq (livell ogħla-) ta’ ħaddiema tas-sengħa, għalkemm bosta wkoll jeħtieġu ħaddiema bla sengħa, għalkemm, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, għal perjodu temporanju.

    B’hekk il-migrazzjoni ekonomika tibqa’ element importanti mill-isforzi sabiex tindirizza l-isfida tan-nuqqas ta’ ħaddiema, notevolment fil-kuntest tal-popolazzjoni fl-UE li kulma jmur qed tixjieħ[23] u b’suq li qed isir aktar kompetittiv għat-talent, ma’ pajjiżi oħra barra mill-Ewropa li wkoll qed jesperjenzaw nuqqasijiet ta' ħiliet. In-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kompetenzi u l-kwalifiki formali ta' dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li diġà joqogħdu fl-UE, kif ukoll tal-portabbiltà tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali, jirrappreżentaw ostakli addizzjonali biex ingawdu bis-sħiħ minn dan is-sors ta' ħaddiema.

    Barra l-potenzjal tal-migranti li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku[24], huma wkoll iġibu lis-soċjetajiet tagħna kontribuzzjoni soċjali u kulturali.

    Minħabba dan kollu, il-Kummissjoni tipproponi li tniedi, qabel tmiem l-2012, konsultazzjoni li twassal għal dibattitu wiesa' mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati dwar x’għandu jkun ir-rwol tal-politiki tal-UE rigward l-opportunitajiet tal-migrazzjoni ekonomika.

    Fil-fatt, l-UE diġà wettqet diversi miżuri li jħarsu lejn il-futur u żviluppi futuri, fil-qafas tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità[25], se tinvestiga kif jista' jkun faċilitat aħjar it-tlaqqigħ bejn min iħaddem u l-impjegati f’suq tax-xogħol dinji, bil-ħsieb ukoll ta' titjib u benefiċċju reċiproku minn “ċirkolazzjoni tal-imħuħ” minflok ma jiżdied il-“brain drain.” Partenarjati tal-mobiltià jiffurmaw parti minn dan l-approċċ u, wara dawk li diġà qegħdin fis-seħħ mar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn 'il quddiem il-Moldova), il-Ġeorġja u Cape Verde, ġie konkluż ftehim mal-Armenja f’Ottubru tal-2011[26]. Il-Kummissjoni wkoll nediet negozjati ma’ xi pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran bil-għan li tikkonkludi Partenarjati ta' Mobilità jew oqfsa oħra ta’ kooperazzjoni, bħal Aġendi Komuni għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (ara wkoll it-Taqsima IV.1).

    Sabiex jinforma aħjar lill-migranti dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet tal-migrazzjoni legali, ġie mniedi Portal tal-UE għall-Immigrazzjoni[27]. Jipprovdi l-ewwel punt ta’ dħul għal informazzjoni aġġornata, immirata u prattika dwar il-proċeduri u l-politiki tal-UE u nazzjonali. Jispjega wkoll id-drittijiet u r-riskji relatati mal-migrazzjoni irregolari sabiex jiddisswadi migranti milli jidħlu fl-UE permezz ta' rotot li ta’ spiss ikunu perikolużi.

    L-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità, flimkien ma’ karta li takkumpanja dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp[28], ippropona wkoll għadd ta' miżuri li jimmassimizzaw l-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni u l-mobilità. Dawn inkludew il-promozzjoni tal-Kodiċi ta’ prattika ta’ WHO dwar ir-reklutaġġ tal-persunal internazzjonali fil-qasam tas-saħħa[29] u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-‘Karta Blu tal-UE’, li tippermetti lill-Istati Membri li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet sabiex jiżguraw reklutaġġ etiku, u biex jitnaqqas il-brain drain. Aspett ieħor kien li jesplora t-twaqqif ta’ strumenti ta’ investiment għad-dijaspora li jistgħu jiddedikaw il-kontribuzzjonijiet volontarji tad-dijaspora, supplimentati minn riżorsi tal-UE biex tingħata spinta għall-inizjattivi orjentati lejn l-iżvilupp u investimenti f’pajjiżi prijoritarji, bħal fin-Nofsinhar tal-Mediterran. Aktar miżuri jimmiraw li jiżviluppaw sħubiji privati-pubbliċi sabiex jintgħażlu imprendituri u SMEs migranti fit-trasferimenti tal-kummerċ, l-investiment u l-ħiliet bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi msieħba; biex jesploraw l-utilità ta’ forum annwali dwar ir-rimessi; u jikkunsidraw il-valur miżjud ta' portal komuni tal-UE fuq irrimessi[30]. L-għoti ta’ assistenza lill-pajjiżi msieħba sabiex jidentifikaw u jimmonitorjaw persuni bona fide li jirreklutaw sabiex tingħata s-setgħa lill-migranti, prinċipalment b’għan li tiġi faċilitata il-migrazzjoni ċirkolari[31], hija aspett ieħor. Fl-aħħar nett, proposti ġew inklużi sabiex iwessgħu l-aġenda tradizzjonali ta’ migrazzjoni u żvilupp li jindirizzaw aħjar kwistjonijiet bħalma huma l-konsegwenzi soċjali tal-migrazzjoni fuq il-pajjiżi ta’ oriġini u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti fi tranżitu. Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tindirizza dawn il-miżuri diversi permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE. Fil-fatt, dan huwa diġà parti integrali mid-djalogi politiċi kollha u mill-oqfsa kollha ta’ kooperazzjoni li l-UE żviluppat ma’ pajjiżi terzi u reġjuni, li bħalissa jammontaw għal seba’ proċessi reġjonali, li jkopru aktar minn mitt pajjiż u għal għoxrin proċess bilaterali.

    Kisba oħra sinifikanti kienet l-adozzjoni tad-Direttiva ta’ ‘Permess Waħdieni’[32], bit-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali meħtieġa sa Diċembru tal-2013. Dan iservi biex jissimplifika l-proċeduri ta’ migrazzjoni u jiżgura li ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti jgawdu minn ġabra komuni ta’ drittijiet fuq l-istess livell maċ-ċittadini. Imkien ieħor, xi Stati Membri ttrasponew id-Direttiva tal-‘Karta Blu tal-UE’[33]. Madankollu, il-progress globali baqa’ limitat, li wassal lill-Kummissjoni biex tniedi proċeduri ta' ksur għal nonkomunikazzjoni tal-miżuri nazzjonali. Għall-istudenti[34] u għar-riċerkaturi[35], li jikkontribwixxu wkoll u huma investiment għall-ekonomija tal-UE, ġew identifikati għadd ta’ nuqqasijiet. Pereżempju, għall-istudenti kien hemm ħtieġa identifikata li jissaħħu l-klawżoli ta’ mobilità fid-Direttiva, biex jistimulaw sinerġiji mal-programmi tal-UE li jiffaċilitaw il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-UE u jsaħħu l-garanziji proċedurali; filwaqt li għal riċerkaturi kien hemm ħtieġa identifikata għal provvista ta’ definizzjonijiet ċari u mhux ambigwi tad-drittijiet tar-riċerkaturi, li jiċċaraw id-distinzjonijiet bejn il-permessi għal riċerkaturi u tipi oħra ta’ permessi u biex jipprovdu gwida aħjar u informazzjoni dwar il-possibbiltajiet provduti mid-Direttiva. Konsegwentement, sabiex jagħmlu użu aħjar ta’ dawn l-istrumenti u biex jippromwovu aktar l-attrattività tal-UE, proposta biex temenda u tgħaqqad dawn iż-żewġ Direttivi hija ppjanata li tiġi mressqa f'Diċembru tal-2012 bil-għan ukoll li tippromwovi aktar mobilità tal-istudenti u tar-riċerkaturi.

    Kien hemm xi progress fin-negozjati dwar id-Direttivi proposti għal ħaddiema staġjonali[36] u għal persuni trasferiti fi ħdan l-istess kumpanija[37]. Tal-ewwel se jipprovdi mezzi legali li permezz tagħhom il-ħaddiema staġonali jistgħu jidħlu u jaħdmu fl-UE, kif ukoll jipprevjenu l-isfruttament u jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tagħhom, waqt li jiżguraw ukoll li min iħaddem fl-UE jkollu l-forza tax-xogħol meħtieġa. Tal-aħħar iservi biex jindirizza ħtieġa identifikata ta’ kumpaniji multinazzjonali biex trasferimenti ta’ persunal b’livell għoli ta’ kwalifiki għall-kwartieri tagħhom u l-intrapriżi relatati fl-UE jkunu jistgħu jsiru b’mod iktar faċli billi jingħelbu l-pletora ta' regoli differenti u l-burokrazija żejda fl-Istati Membri. B’hekk għandu l-potenzjal li jsaħħaħ it-tkabbir, li jsaħħaħ il-kompetittività tal-UE, itejjeb il-ħila li jitwettqu l-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020 u jiżgura aċċess u opportunità ugwali għall-partijiet interessati rilevanti kollha. Filwaqt li hemm għadd ta’ kwistjonijiet li għad iridu jiġu riżolti matul in-negozjati, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jilħqu ftehim politiku mill-aktar fis possibbli sabiex dawn l-istrumenti tal-UE jistgħu wkoll isiru parti mill-għodda meħtieġa biex tindirizza l-kriżi ekonomika attwali u l-isfidi tal-ġejjieni.

    Ukoll, ir-rapport dwar id-Direttiva dwar ir-Residenti fit-Tul[38] ikkonkluda li, għal varjetà ta’ raġunijiet identifikati, il-potenzjal ta’ dan l-istrument tal-UE huwa altru milli jiġi sfruttat bis-sħiħ. Il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li d-Direttiva tkun trasposta kif xieraq, primarjament permezz ta’ laqgħat tekniċi mal-Istati Membri u, jekk meħtieġ, ukoll permezz ta' proċedimenti ta' ksur.

    Ir-riżultat tal-migrazzjoni legali hija l-ħtieġa li jkollna politiki effettivi ta' integrazzjoni. Filwaqt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ integrazzjoni jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u r-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qiegħda tkompli taqdi rwol ta’ appoġġ, rikonoxxut l-aktar riċenti mill-Kunsill JHA[39]. Madankollu, filwaqt li hemm ħafna eżempji ta’ politiki tal-integrazzjoni ambizzjużi[40], mhux il-miżuri kollha laħqu l-għanijiet tagħhom. Għad baqa ħafna xi jsir sabiex isir l-aħjar użu mill-potenzjal offrut mill-20.2 miljun ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE. B'referenza wkoll għal miri ewlenin ta’ Ewropa 2020[41], fl-2010 r-rata medja tal-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn 20-64 kienet 58.5%, meta mqabbla ma’ 68.6% tal-popolazzjoni totali bejn 20-64. Xi 19.4% ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-istess grupp ta’ età kienu mingħajr impjieg, meta mqabbla għal 9.3% tal-popolazzjoni totali u 46.4% ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu kwalifikati ż-żejjed għal xogħlhom, meta mqabbla ma' 21.2% tal-popolazzjoni totali. Għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu qiegħda, hemm riskju addizzjonali li jistgħu mbagħad jitilfu l-istat legali tar-residenza wkoll. Fl-2010, 32.4% ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn 20-64 kienu fir-riskju tal-faqar, meta mqabbla ma' 15.0% tal-popolazzjoni totali fl-istess grupp ta’ età. Ukoll fl-2010, ir-rata ta’ tluq bikri mill-iskola fost ċittadini ta’ pajjiżi terzi ta' età bejn 18-24 kienet ta' 33.0%, meta mqabbla ma’ 14.1% tal-popolazzjoni totali fl-istess grupp ta’età[42].

    L-Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi[43] tistipula l-passi li jmiss sabiex il-migranti, u b’hekk l-UE, jagħmlu użu sħiħ tal-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom, ibbażata fuq ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali. Miżuri proposti sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-potenzjal tal-migrazzjoni jinkludu sehem aktar b’saħħtu ekonomiku, soċjali, kulturali u l-parteċipazzjoni politika ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fis-soċjetajiet riċeventi tagħhom, kif ukoll l-għarfien tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom u approċċ pożittiv għad-diversità. Il-Kummissjoni qed issaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tiżviluppa rwol għal pajjiżi ta’ oriġini.

    Komponent ieħor relatat jikkonċerna r-riunifikazzjoni tal-familja b'ċerti Stati Membri jistqarru espliċitament ix-xewqa tagħhom li jillimitaw din il-forma ta’ migrazzjoni legali. F’dan il-kuntest, dibattitu pubbliku[44] dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja tnieda f'Novembru tal-2011 dwar kif din it-tip ta' migrazzjoni tista’ tiġi żviluppata aktar mingħajr ma tintilef il-perspettiva tad-Direttiva 2003/86/KE, inkluż il-preżervazzjoni tad-dritt fundamentali għal ħajja ta’ familja. Fuq il-bażi tar-reazzjonijiet riċevuti, il-Kummissjoni għandha mbagħad tiddeċiedi dwar il-passi li jmiss.

    IV. Ir-Reazzjoni Politika għal Pressjonijiet Migratorji

    Filwaqt li 4% biss (jew 27 465 minn 706 000)[45] ta’ dawk li qegħdin jaħarbu l-konflitti ċivili fil-Libja vjaġġaw lejn it-tramuntana tal-UE, l-impatt riżultanti, flimkien maż-żieda fil-flussi migratorji irregolari mit-Tuneżija[46] u fil-fruntiera tat-Turkija-Greċja[47] flimkien ma' żieda sinifikanti tal-applikanti għall-asil li jaslu mill-fruntieri esterni tan-Nofsinhar tal-UE,[48] serva biex juri li l-UE għadha taħt pressjoni migratorja li qed tiżdied[49] mingħajr stennija biex din tonqos fil-ġejjieni[50]. Fil-fatt, il-konsegwenzi tar-Rebbiegħa Għarbija[51], prinċipalment fl-Italja imma wkoll f'Malta, kif ukoll flussi migratorji fuq il-fruntiera ta’ Greċja-Turkija matul l-2011, wasslu għal riflessjonijiet serji dwar kif l-UE għandha l-aħjar tirrispondi għal dawn il-pressjonijiet migratorji, filwaqt li fl-istess ħin ikollha mekkaniżmi effiċjenti ta’ dħul li jippermettu migrazzjoni ordnata u ġestita.

    Il-migrazzjoni irregolari lejn l-UE hija ta’ spiss operazzjoni riskjuża u, għal dawk ittraffikati jew li ddaħħlu b’mod illegali, sfruttar ripunjanti ta’ bnedmin. Anke fl-UE, il-migranti jistgħu jkunu f’sitwazzjoni irregolari bħala riżultat ta', pereżempju, permanenza żejda tagħhom tal-limitu tal-viża jew ma jkunux irritornaw lejn il-pajjiż tagħhom tal-oriġini malli jirċievu d-deċiżjoni tal-asil negattiva. L-UE minn dejjem għamlet enfasi partikolari fuq l-identifikazzjoni ta’ miżuri mmirati li jnaqqsu l-migrazzjoni irregolari u fl-2011 ġew adottati bosta konklużjonijiet tal-Kunsill[52] li indirizzaw il-migrazzjoni irregolari. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju[53] u tal-24 ta’ Mejju tal-2011[54] inkludew prijoritajiet għat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari. Huma eżaminaw b’mod estensiv is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni irregolari, inkluża l-kompożizzjoni ta’ flussi, in-natura u l-iskala tal-impatt, kif ukoll il-miżuri u l-aħjar prattiki mwettqa mill-UE u l-Istati Membri tagħha. Filwaqt li huwa ċar li s-sitwazzjoni fl-UE tvarja, minħabba l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi u politiċi, issa hemm ħtieġa għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-proċessi u l-mizuri diġà eżistenti u miftiehma fil-livell tal-UE. Ir-rispons tal-UE għandu jkun imfassal apposta għal sfidi differenti, iżda l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-UE u l-Istati Membri jibqgħu l-istess.

    Din hija sfida komuni għall-UE u l-Istati Membri tagħha. L-ebda Stat Membru ma huwa kapaċi jirrispondi għal dawn l-isfidi waħdu, madankollu kull wieħed għandu r-responsabbiltà li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom ta’ miżuri miftiehma. Il-valur miżjud tal-azzjoni fuq il-livell tal-UE, u bejn l-UE u l-imsieħba tagħna, u b'mod partikolari l-ġirien tagħna, hija għalhekk essenzjali. Huwa wkoll importanti li wieħed jidentifika u jappoġġa konġuntament approċċ strateġiku u komprensiv biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari, inkluż li jiġi żgurat li l-fruntieri esterni tal-UE huma ġestiti effettivament b'mezzi legali xierqa għad-dħul.

    Il-migrazzjoni u l-mobilità għandhom għalhekk jitqiegħdu fil-kuntest tal-ħtieġa biex jinżammu movimenti ordnati u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. Dan jimplika djalogu u kooperazzjoni mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE biex tiffaċilita l-migrazzjoni u l-mobilità leġittimi, filwaqt li fl-istess ħin tiġġieled b’mod effiċjenti kontra l-migrazzjoni irregolari u li jkun hemm politika effettiva ta’ ritorn. Jimplika wkoll li l-kontrolli tal-fruntieri esterni jiffunzjonaw b’mod tajjeb u solidarjetà ma’ dawk l-Istati Membri l-aktar milquta. Mingħajr dan, mhux se jkun possibbli għall-UE li toffri aktar opportunitajiet għal migrazzjoni legali u mobilità. Huwa wkoll element essenzjali sabiex tinżamm il-libertà tal-moviment u s-sigurtà interna ġewwa l-UE. Il-leġittimazzjoni ta’ kwalunkwe qafas ta’ politika tiddependi fuq dan. Kif dan li ġej se juri, l-acquis eżistenti u l-inizjattivi mressqa fl-2011 għandhom, jekk implimentati effettivament, jipprovdu lill-UE b’għodda meħtieġa biex jindirizzaw dawn l-isfidi.

    Taħt il-gwida tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE, l-aħħar tendenzi fil-migrazzjoni irregolari ġew indirizzati f’diversi okkażjonijiet bil-għan li jitħejja sett ta' proposti għal azzjonijiet komuni possibbli[55]. B'ħidma mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-Presidenza Daniża mbagħad kompliet il-ħidma u żviluppat rispons koerenti li rriżulta fl-adozzjoni mill-Kunsill JHA f'April tal-2012 tal-pjan direzzjonali Azzjoni tal-UE dwar Pressjonijiet Migratorji – Risposta Strateġika[56]. Il-kontribut tal-Kummissjoni lejn l-iżvilupp ta’ dan il-pjan direzzjonali hu spjegat fit-Taqsima IV.6.

    IV.1. Djalogi dwar il-Migrazzjoni, il-Mobilità u s-Sigurtà[57]

    Bħala parti mill-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità, djalogi dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà li jwasslu għall-konklużjoni ta’ Partenarjati tal-Mobilità ġew imnedija fis-6 u fit-13 ta’ Ottubru tal-2011 mat-Tuniżija u l-Marokk rispettivament, u saru t-tħejjijiet meħtieġa biex jibda djalogu mal-Eġittu. Se jsegwu djalogi simili ma' pajjiżi oħra fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, prinċipalment mal-Libja, hekk kif is-sitwazzjoni politika tippermetti dan. Dawn id-djalogi jippermettu lill-UE u l-pajjiżi msieħba li jiddiskutu b’mod komprensiv l-aspetti kollha tal-kooperazzjoni possibbli tagħhom fil-ġestjoni tal-flussi migratorji u ċ-ċirkolazzjoni ta’ persuni bil-ħsieb li jitwaqqfu Sħubijiet ta' Mobilità inter alia. Il-prinċipju tal-kundizzjonalità huwa applikat f'dawn il-djalogi sabiex jinkoraġġixxu impenn effettiv fil-prevenzjoni tal-flussi tal-migrazzjoni irregolari, fil-ġestjoni tal-fruntieri u fil-kooperazzjoni dwar r-ritorn u r-riammissjoni tal-migranti irregolari.

    Huwa wkoll żmien biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-proposta magħmula mill-Kummissjoni fil-bidu tal-2011 – kif innutat mill-konklużjonijiet tal-Kunsill JHA tal-25 ta’ Frar tal-2011- biex jitnieda djalogu mat-Turkija.

    Djalogi ta’ għamla simili, immirati sabiex flimkien jindirizzaw il-mobilità u elementi tas-sigurtà relatati, ilhom fis-seħħ mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sa mill-2008. Il-proċess hu bbażat fuq pjanijiet direzzjonali mfassla apposta b’riferiment inkluż inter alia s-sigurtà tad-dokumenti; it-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u r-riammissjoni; u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali organizzata, it-terroriżmu u l-korruzzjoni. Wara li tneħħew ir-rekwiżiti għal viża, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem b'mod intensiv mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex tiġi evitata u rrimedjata s-sitwazzjoni ta’ użu ħażin tar-reġim mingħajr viża. Il-pajjiżi konċernati adottaw serje ta’ miżuri mmirati li jindirizzaw dan il-fenomenu.

    Bl-istess mod, saru proposti konkreti sabiex jittejjeb iktar il-livell politiku u ta' kooperazzjoni operattiva fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba tal-Lvant[58]. Prijoritajiet partikolari kienu biex jiġu konsolidati l-oqfsa eżistenti għal djalogu u kooperazzjoni, inkluż billi jiġu identifikati l-prinċipji għal din il-kooperazzjoni; u biex jiġi analizzat il-progress magħmul biex jiġu proposti orjentazzjonijiet għal aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni, inklużi l-prijoritajiet tematiċi tiegħu[59].

    IV.2. L-appoġġ għall-Greċja

    Il-fruntiera tal-art bejn il-Greċja u t-Turkija hija partikolarment vulnerabbli għal movimenti migratorji irregolari u ngħata attenzjoni partikolari sabiex jiġu rinforzati l-kontrolli fuq din il-fruntiera, b’appoġġ politiku u materjali mogħti prinċipalment taħt il-koordinament tal-Frontex. Frontex għen ukoll lill-Greċja permezz tal-proġett Attica, li appoġġa l-bini tal-kapaċità tar-ritorn tal-Pulizija Griega. Il-Kummissjoni kienet involuta attivament mal-awtoritajiet Griegi u regolarment wettqet missjonijiet fil-Greċja biex tirrevedi l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, imbagħad irrappurtat lura lill-Kunsill JHA.

    Fid-dawl tal-ħtieġa għall-Greċja sabiex tagħmel progress rapidu fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Riforma tal-Ġestjoni tal-Asil u l-Migrazzjoni, adottata f’Settembru tal-2010[60], il-Fond għall-Fruntieri Esterni pprovda u se jkompli jipprovdi sostenn finanzjarju sostanzjali[61] lejn it-titjib fil-ġestjoni tal-fruntieri, partikolarment, bl-appoġġ tat-twaqqif tal-iskrining modern u faċilitajiet ta’ detenzjoni fir-reġjun ta’ Evros fil-fruntiera tal-art tal-Greċja-Turkija. Ingħatat ukoll prijorità għolja li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Greċja biex tiżgura li l-migranti irregolari huma ritornati lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, skont in-normi kif imniżżla fid-Direttiva dwar ir-Ritorn (2008/115/KE), għal darba oħra b'sostenn finanzjarju sostanzjali[62] disponibbli mingħand il-Fond għar-Ritorn biex jiġu appoġġjati operazzjonijiet ta’ ritorn sfurzat u l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi volontarji tar-ritorn. Il-Fond ffinanzja wkoll miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità operattiva tal-Greċja għall-ġestjoni tar-ritorn u għat-traspożizzjoni effettiva tad-Direttiva tar-Ritorn. Il-Kummissjoni għamlet u tkompli tagħmel suġġerimenti lill-Greċja dwar kif għandha tkabbar l-effikaċja tal-appoġġ disponibbli, inkluż permezz ta’ ħidma ma' organizzazzjonijiet bħall-IOM.

    Madankollu, dawn l-azzjonijiet fihom infushom ma jkunux biżżejjed mingħajr kooperazzjoni parallela u msaħħa mal-ġirien immedjati, u partikolarment mat-Turkija. F’dan ir-rigward, u b’referenza wkoll għat-Taqsima IV.1, il-konklużjoni tal-ftehim tar-riammissjoni mal-awtoritajiet Torok u li jiġi żgurat l-impenn tagħhom fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari jibqgħu prijorità għolja.

    Il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-EASO u l-UNHCR appoġġjaw lill-Greċja wkoll fir-riforma tas-Sistema tal-Asil tagħha, inkluż finanzjarjament[63], u seħħew numru ta’ żviluppi pożittivi, bħall-adozzjoni ta’ liġijiet ġodda għall-asil, il-ħolqien ta' Servizz għall-Asil indipendenti u ġdid , Servizz ta’ Akkoljenza Inizjali u l-Awtorità tal-Appelli, tnaqqis fin-numru akkumulat tal-applikazzjonijiet, u l-EASO li jiżviluppa Pjan Operattiv biex jintużaw Timijiet ta’ Appoġġ għall-Asil minn Mejju tal-2011. Madankollu, għad hemm tħassib sinifikanti fuq kundizzjonijiet inter alia ta’ akkoljenza xierqa, partikolarment fir-reġjun ta’ Evros. L-awtoritajiet Griegi huma mitluba sabiex jindirizzaw dan it-tħassib malajr, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati.

    IV.3. Is-salvagwardja tal-Fruntieri Esterni tal-UE

    Il-valur miżjud tal-Frontex fl-iffaċilitar ta’ kooperazzjoni operattiva bejn Stati Membri dwar is-sigurtà tal-fruntieri u r-ritorn kien għal darba oħra ppruvat, notevolment fir-rigward ta’ għajnuna lill-awtoritajiet Griegi, inkluż permezz ta' RABIT[64], fuq il-fruntiera tagħha mat-Turkija u f’operazzjonijiet fil-Baħar Mediterran. Il-baġit tiegħu ġie msaħħaħ permezz ta’ €30 miljun li jippermettu lill-Aġenzija biex tespandi aktar il-kapaċità operattiva tagħha.

    Fost l-evoluzzjonijiet l-aktar importanti, wara l-ftehim li jemenda r-Regolament tat-twaqqif[65], hija sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, bl-għoti ta’ għajnuna teknika[66]; l-użu ta’ Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntieri Ewropej; u t-twaqqif ta’ Uffiċjal tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll Forum Konsultattiv dwar id-Drittijiet Fundamentali, li għandhom jservu biex jiġu integrati d-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tiegħu. L-Istati Membri huma mitluba li jkomplu jaqsmu informazzjoni operattiva u jikkooperaw ma' xulxin u mal-Frontex sabiex inaqqsu t-telf ta’ ħajjiet fuq il-baħar u n-numru ta’ immigranti irregolari li jidħlu fl-UE bil-moħbi.

    Minbarra dan, l-adozzjoni tal-bażi legali għat-twaqqif ta’ Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja[67] ser tiżgura, malli din issir kompletament operattiva fl-aħħar tal-2012, l-iskambju kontinwu u bla heda ta’ dejta bejn l-awtoritajiet nazzjonali bl-użu tal-EURODAC, is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II). Barra mill-ġestjoni ta’ dawn is-sistemi, l-Aġenzija għandha wkoll tkun responsabbli għall-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ dawn is-sistemi, kif ukoll għal sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira bbażat fuq it-Titolu V tat-TFUE.

    B’ħarsa lejn il-futur, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha biex tistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)[68], li għandha l-għan li ssaħħaħ is-sorveljanza tal-fruntiera esterna ta’ Schengen, speċjalment fil-fruntieri marittimi esterni tan-nofsinhar u l-fruntieri tal-art tal-lvant, mill-2013 'il quddiem. Hija nediet ukoll il-viżjoni tagħha[69] dwar il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ġestjoni tal-fruntieri, li tuża teknoloġiji ġodda biex tissimplifika l-ħajja għal dawk li jivvjaġġaw ta’ sikwit lejn l-UE u biex tissorvelja aħjar il-qsim tal-fruntieri. Din l-inizjattiva ta’ “Fruntiera Intelliġenti” tikkonsisti prinċipalment f’Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) u Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP). Wara konsultazzjonijiet mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kummissjoni biħsiebha toħroġ tabella tal-proposti leġiżlattivi għal EES u RTP fl-2012 abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt estensiva.

    IV.4. Politika Komuni tal-UE dwar il-Viża

    Xi 12.7 miljun viża ta’ Schengen kienu maħruġa fl-2011[70], numru li x’aktarx se jiżdied fis-snin li ġejjin. Bit-tnedija tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) fil-11 ta' Ottubru tal-2011 fl-Afrika ta’ Fuq, u li se tiġi progressivament użata madwar id-dinja, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati b’aktar ħeffa u s-serq tal-identità jiġi trattat b'mod aktar effettiv. Mit-tnedija tiegħu u sa tmiem l-2011, is-sistema kellha maħżuna kważi 300 000 applikazzjoni għal viża, b’xi 243 000 deċiżjoni magħmula biex tinħareġ viża u 38 000 b’eżitu negattiv. Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet oriġinaw mill-Marokk (madwar 74 000), l-Alġerija (madwar 71 000), it-Tuneżija (madwar 29 000) u l-Eġittu (madwar 23 000). Aktar minn 50% tal-applikazzjonijiet kollha kienu pproċessati minn Franza (xi 116 000 applikazzjoni) u Spanja (madwar 44 000 applikazzjoni). Madwar 500 persuna ġew reġistrati b’applikazzjonijiet multipli, li kollha ġew irrifjutati[71].

    Sa ċertu punt bħala riżultat taż-żieda f’daqqa u sostanzjali tal-applikazzjonijiet għall-asil infondati wara l-introduzzjoni f’Novembru tal-2009 tal-liberalizzazzjoni tal-viżi mal-Istati Balkani, l-emendi għar-Regolament 539/2001[72] proposti f’Mejju tal-2011 inkludew mekkaniżmu ta’ salvagwardja għal viżi li jista’ jintuża bħala miżura aħħarija.

    Sar progress sostanzjali dwar in-negozjar ta’ ftehimiet ta’ ffaċilitar tal-viża ma’ Cape Verde u fuq it-titjib tal-ftehimiet eżistenti ta' faċilitazzjoni tal-viżi mal-Moldova, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina[73]. In-negozjati mal-Ukraina ġew iffinalizzati f'Diċembru tal-2011[74]. Il-Kummissjoni se tkompli tuża l-ftehimiet tal-faċilitazzjoni tal-viża sabiex tippromovi l-kuntatti interpersonali, inkluż fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant[75] u, fil-futur, fin-nofsinhar tal-Mediterran. Id-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża bdiet mal-Kosovo[76] u qed tkompli mal-Moldova, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina.

    IV.5. It-tmexxija ta’ Schengen

    Schengen, bħala żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni, huwa wieħed mill-pilastri prinċipali tal-UE u ffaċilita l-ivjaġġar għal aktar minn 400 miljun Ewropew f'26 pajjiż. Madankollu, l-influss lejn Stati Membri oħra, notevolment Franza, ta’ ċittadini Tuneżini mogħtija permessi temporanji fl-Italja[77] u l-pjan li jkunu introdotti miżuri tal-fruntiera mid-Danimarka, poġġew Schengen taħt pressjoni u tefgħet l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ it-tmexxija ta’ Schengen. Sabiex jitjieb il-funzjonament ta’ Schengen, il-Kummissjoni ressqet proposti[78] biex ittejjeb il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ Schengen, sabiex tittrasforma l-mekkaniżmu attwali f'għodda effettiva u preventiva. Il-proposti inkludew wkoll mekkaniżmu għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni bħala l-aħħar alternattiva[79], li għandhom iseħħu biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, u li jiġi zgurat li tweġiba kkoordinata mill-UE tkun disponibbli biex jitħares it-tħaddim u l-integrità taż-Żona ta’ Schengen għall-ġid komuni.

    Bosta emendi[80] fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (SBC) kienu proposti wkoll. Il-Kummissjoni temmen li jtejbu ċ-ċarezza u jnaqqsu l-ispazju għal interpretazzjonijiet diverġenti, waqt li jirreaġixxu għal problemi prattiċi li nqalgħu u jservu wkoll biex isaħħu aktar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. In-negozjati imxew 'il quddiem fil-Ħarifa tal-2011 u l-adozzjoni tista’ tkun mistennija matul l-2012.

    Sabiex jiżguraw implimentazzjoni u interpretazzjoni koerenti tar-regoli li jirregolaw Schengen, il-Kummissjoni żviluppat gwida, b'konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri, dwar il-ħruġ ta’ permessi għar-residenza u dokumenti tal-ivvjaġġar temporanji għal ċittadini li mhumiex mill-UE u miżuri tal-pulizija f'żoni interni tal-fruntiera. Dawn il-linji gwida huma mistennija li jiġu preżentati fl-2012.

    Barra minn hekk, u wara l-approvazzjoni tal-Kunsill JHA f’Diċembru tal-2011, il-Kummissjoni qed tippjana li tippreżenta rapporti regolari dwar il-funzjonament tal-kooperazzjoni ta’ Schengen, li jservu bħala bażi għal diskussjoni politika fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew. L-ewwel rapport kien ippubblikat f’Mejju tal-2012[81].

    Nota pożittiva kienet l-adeżjoni formali tal-Liechtenstein[82] ma’ Schengen; l-inklużjoni tal-oblast ta’ Kaliningrad bħala żona eliġibbli għat-traffiku lokali tal-fruntiera[83]; u l-progress li sar mill-Bulgarija u mir-Rumanija sabiex jissieħbu maż-żona Schengen[84].

    IV.6. Il-passi li jmiss – pjan direzzjonali verifikabbli

    Hekk kif urew it-taqsimiet preċedenti, l-UE diġà għandha għadd ta’ strumenti biex inaqqsu l-migrazzjoni irregolari, u mhux biss Frontex imma wkoll l-Europol u l-EASO huma mistennija li jkollhom rwoli ewlenin. Għalhekk m’hemmx bżonn li jinħolqu strutturi ġodda jew mekkaniżmi, iżda pjuttost biex jikkonċentraw iktar fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-proċessi li diġa jeżistu u l-miżuri miftiehma fil-livell tal-UE. Dawn għandhom jintużaw fil-potenzjal sħiħ tagħhom u l-Istati Membri huma mħeġġa biex jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni biex jiżguraw li dan jiġri.

    Fil-fatt, b’segwitu fuq id-diskussjonijiet estensivi msemmija qabel fil-Kunsill matul l-2011, partikolarment matul il-Presidenza Pollakka, it-triq ‘il quddiem hija issa stabbilita fi ħdan il-qafas koerenti tal-pjan direzzjonali Azzjoni tal-UE dwar il-Pressjonijiet Migratorji - Risposta Strateġika, żviluppat taħt tal-Presidenza Daniża, li jagħti għanijiet ċari u prijoritajiet li jitkejlu. Fuq il-bażi wkoll tal-prijoritajiet identifikati mill-Istati Membri u r-rikonoxximent li rispons strateġiku u olistiku fuq il-livell tal-UE għandu jkun ta’ suċċess fl-indirizzar tagħhom, il-Kummissjoni kkontribwixxiet għall-iżvilupp ta' dan il-pjan direzzjonali abbażi tal-ħames prijoritajiet li ġejjin:

    (1) solidarjetà konkreta bejn l-Istati Membri, notevolment għal dawk l-aktar milquta, filwaqt li jiġi żgurat li l-Istati Membri jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa sabiex jġestu b’mod effettiv il-fruntieri esterni tagħhom;

    (2) rwol imtejjeb fil-livell operattiv tal-Aġenziji tal-UE (b'mod partikolari Frontex, l-Europol u l-EASO);

    (3) kapaċità msaħħa biex pajjiżi terzi jiġu persważi biex jaġixxu b'mod aktar effettiv u biex jikkooperaw mal-UE fil-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u fir-riammissjoni[85] ta’ migranti irregolari b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom, li għandha tinkiseb billi joffru inċentivi u premjijiet aktar sostanzjali għall-kooperazzjoni tagħhom, kif ukoll permezz ta' djalogu u sħubija biex jiġu indirizzati l-aspetti kollha tal-ġestjoni ta’ migrazzjoni;

    (4) mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji xierqa, inkluża permezz tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil fil-futur[86]; u

    (5) traspożizzjoni sħiħa u l-użu tal-acquis eżistenti, notevolment id-Direttiva ta’ Ritorn[87], b’enfasi kontinwa fuq tluq volontarju, l-integrazzjoni mill-ġdid u l-monitoraġġ tas-salvagwadrji tad-drittijiet fundamentali; u d-Direttiva dwar Sanzjonijiet għal Min Iħaddem[88], kif ukoll progress li sar fuq proposti rilevanti li diġà tressqu, notevolment dwar il-ħaddiema staġonali u l-EUROSUR.

    Il-pjan direzzjonali addottat mill-Kunsill JHA f’April tal-2012, sa ċertu punt, inkorpora l-approċċ propost mill-Kummissjoni.

    V. Protezzjoni Internazzjonali għas-Seklu 21

    L-UE għandha tradizzjoni twila li tipprovdi ħarsien għal dawk li għandhom bżonn u għandha tkompli tagħmel hekk, f’konformità wkoll mal-obbligi internazzjonali tagħha. Prijorità ewlenija, kif ukoll ta’ ħafna Stati Membri, tibqa l-kisba ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Asil fl-2012 u sar xi progress lejn din il-mira. Wara negozjati estensivi u ta’ spiss diffiċli mal-koleġiżlaturi, intlaħaq ftehim politiku dwar l-estensjoni tad-Direttiva dwar ir-Residenti għat-Tul biex tinkludi benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali[89] u r-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika[90]. Sar ukoll progress mad-Direttivi tal-Proċeduri tal-Asil u l-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza wara proposti emendati f’Ġunju tal-2011. Kienu inqas pożittivi n-negozjati dwar it-tfassil mill-ġdid tar-Regolament ta’ Dublin u tar-Regolament EURODAC, li waqfu għall-biċċa l-kbira tal-2011. Sabiex timxi 'l quddiem, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw approċċ kostruttiv għal negozjati sabiex jintlaħaq kompromess ġust u bilanċjat, aċċettabbli għall-partijiet kollha kkonċernati għal żieda fl-armonizzazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet ir-rieda tagħha li timxi ‘l quddiem bi proposta, inkluż l-aċċess għal infurzar tal-liġi lil EURODAC, jekk jista’ jsir progress veru fin-negozjati dwar il-pakkett sħiħ.

    L-EASO ilu operattiv minn nofs l-2011 u l-Uffiċċju se jippreżenta rapport ta’ attività dwar l-ewwel sena tagħha f'Ġunju tal-2012. Kif ukoll l-appoġġ tiegħu lill-Greċja, l-impenn prinċipali tal-EASO kien fuq ir-reklutaġġ, it-twaqqif tal-istrutturi meħtieġa f'Malta u li jieħu r-responsabbiltà għal miżuri ta’ kooperazzjoni prattika, bħall-Kurrikulu Ewropew dwar l-Asil. Negozjati formali dwar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati, inkluża n-Norveġja, għall-EASO huma mistennija li jkunu konklużi matul l-ewwel nofs tal-2012. L-EASO għandu jikseb l-indipendenza minn nofs l-2012, billi jagħmel użu sħiħ ta’ miżuri ta' kooperazzjoni prattiċi u l-għodod previsti fir-Regolament tat-twaqqif tagħha[91]. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom ukoll jappoġġaw l-EASO billi jagħmlu disponibbli esperti rilevanti u assi fuq bażi strutturali, u mhux biss f'każi ta' pressjoni partikolari.

    Is-solidarjetà tkompli tkun komponent essenzjali tal-politika ta’ asil tal-UE. Il-Komunikazzjoni dwar solidarjetà intra-UE dwar l-asil[92], tikseb li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika, teknika u finanzjarja fost l-Istati Membri, permezz ta’ progress lejn allokazzjoni aħjar ta’ responsabbiltajiet u tmexxija mtejba tas-sistema tal-asil. L-atturi kollha, b'mod partikolari l-Istati Membri, huma mitluba biex jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv fis-segwitu għal din il-Komunikazzjoni. F’termini ta’ azzjonijiet eżistenti, u b’rigward għat-tnedija miftiehma tat-tieni fażi tal-proġett għar-Rilokazzjoni tal-Unjoni Ewropea għal Malta (EUREMA)[93], il-Kummissjoni se timpenja ruħha li tagħmel valutazzjoni bir-reqqa tal-proġett sabiex tivvaluta kif ir-rilokazzjoni tista’ tiġi żviluppata aktar.

    Pajjiżi terzi jibbenefikaw ukoll minn solidarjetà tal-UE fil-qasam tal-asil u prijorità ġdida, fil-kuntest tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità, għal aktar kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi rilevanti sabiex jissaħħu is-sistemi ta' asil tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali. Programmi Reġjonali ta’ Protezzjoni (RPPs) huma strumenti ewlenin ta’ dan il-għan[94]. Aspett ieħor jikkonċerna r-risistemazzjoni[95] fl-UE b'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. B’hekk il-Kummissjoni tilqa’ d-deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill għat-twaqqif ta’ prijoritajiet komuni tal-UE għar-risistemazzjoni għall-2013, li twitti t-triq għal regoli ġodda li jikkonċernaw l-appoġġ finanzjarju li l-Istati tal-UE jirċievu permezz tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati[96].

    Il-minuri mhux akkumpanjati, u mhux biss dawk li applikaw għall-asil, ikomplu jkunu ta’ prijorità fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni fuq Minuri mhux Akkumpanjati (2010 – 2014)[97]. Fl-2011, mill-inqas 11 800 minorenni mhux akkumpanjati applikaw għall-asil[98], aktar milli fl-2010 (madwar 10 700). Inqas huwa magħruf dwar in-numri ta’ dawk mhux fis-sistema ta’ asil[99]. Flimkien mal-integrazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi għal minorenni mhux akkumpanjati fid-Direttiva kontra t-traffikar (ara hawn taħt); il-proposta teknika għal Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen[100] u dawk li saru mill-EASO, notevolment b’rigward mal-valutazzjoni tal-età; qed issir enfasi wkoll fuq djalogu kontinwu u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta' tranżitu. Se tkun ippreżentata reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni fl-2012.

    Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, flimkien mal-kuntrabandu, ukoll jibqgħu prijoritajiet. Mill-ġdid minħabba n-natura tagħha, id-dejta hija skarsa[101], iżda l-indikazzjonijiet huma li t-traffikar qed jiżdied fid-daqs. Bl-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi[102], il-Kummissjoni, appoġġata mill-Koordinatur Kontra t-Traffikar tal-UE, se tipproponi l-Istrateġija Integrata tagħha dwar it-Traffikar tal-Bnedmin fl-2012 b’enfasi fuq l-azzjonijiet konkreti sabiex tindirizza aktar effettivament dan il-fenomenu inter alia sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ ta’ din id-Direttiva. Marbuta ma’ din, ir-riżultati ta’ inizjattiva mnedija mill-Kummissjoni fl-2011 biex tikseb dejta affidabbli u komparabbli dwar it-traffikar tal-bnedmin fil-livell tal-UE se jiġu ppreżentati fl-2012. Wara l-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni dwar Dokument Orjentat lejn l-Azzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-UE dwar l-azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin[103], u skont rakkomandazzjonijiet sussegwenti tal-Kunsill, din il-kwistjoni hija u se tkompli tkun sistematikament inkluża fil-ftehimiet rilevanti kollha tal-UE u tal-partenarjati strateġiċi ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE u wkoll fid-djalogi politiċi kollha dwar il-migrazzjoni u l-mobilità. Il-bini tal-kapaċità huwa element ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE f'dan il-qasam, kif ukoll il-konformità mal-istandards internazzjonali f'dan il-qasam, b'mod partikolari r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kriminalità Transnazzjonali Organizzata u l-Protokolli tagħha dwar it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-migranti.

    VI. Il-Kummenti Konklużivi – Qafas għall-Indirizzar tal-Isfidi Komuni Flimkien

    Il-migrazzjoni hija u se tkompli tkun titjib essenzjali għall-UE, mhux biss f’termini ekonomiċi, iżda wkoll fir-rigward ta’ aspetti soċjali u kulturali tas-soċjetajiet tagħna. Ovvjament, hija kkontribwixxiet wkoll sabiex ċerti perċezzjonijiet li jeħtieġu li jixxandru permezz ta’ dibattiti miftuħa u bbilanċjati, mhux biss iddominati minn retorika kontra l-immigrazzjoni. Filwaqt li l-iżvantaġġi tal-migrazzjoni huma ħafna drabi rrapportati b’mod estensiv, wieħed m'għandux jinsa li l-migrazzjoni ġġib kontribuzzjonijiet pożittivi u se jkollhom jiddaħħlu sabiex l-UE tkompli tikber u titqawwa. L-integrazzjoni effettiva tibbenefika s-soċjetajiet tagħna li kull ma jmur qed isiru aktar diversifikati u din tista’ tinkiseb biss permezz ta' aktar titjib tal-ftehim u l-attitudnijiet tas-soċjetajiet tagħna lejn il-migranti, kif ukoll għall-migranti nfushom biex ikollhom l-inċentivi biex isiru involuti bis-sħiħ fis-soċjetà fejn jgħixu.

    Politika tal-migrazzjoni koerenti tal-UE teħtieġ li trawwem fiduċja f'ċittadini tal-UE li tkun ġestita b'mod effettiv biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-UE, fi sħubija mal-pajjiżi terzi u b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet. Il-karikatura tal-hekk imsejħa “Fortizza Ewropa” mhijiex rappreżentazzjoni preċiża tal-politika tal-UE. Pjuttost, l-UE għandha d-dmir li tiżgura li l-fruntieri tal-Ewropa huma sikuri u siguri b’mezzi ġuridiċi xierqa għad-dħul. Dan jista' jinkiseb biss permezz tal-impenn pożittiv kontinwu tal-UE, l-istituzzjonijiet tagħha u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll tas-soċjetà ċivili iktar wiesa’, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-migranti, kif ukoll il-komunità kummerċjali u trejdjunjins, sabiex ikun hemm politika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-UE u tipprovdi rifuġju sigur għal dawk li jeħtieġu protezzjoni. B’mod ċar, l-UE ma tistax taħdem b’mod maqtugħ, u d-djalogu mal-bqija tad-dinja huwa aspett essenzjali biex inter alia juru l-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw meta wieħed jemigra lejn l-UE. Minħabba dan, il-Kummissjoni temmen li l-UE għandha tkompli tissaħħaħ il-politika tal-migrazzjoni esterna tagħha, għal liema l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità jipprovdi l-qafas dominanti.

    Ħafna diġà nkiseb mill-ewwel żvilupp ta’ politika komuni fl-1999 u l-UE issa għandha fis-seħħ sett komprensiv ta’ għodod kapaċi li jissodisfa l-parti l-kbira tal-ħtiġijiet. Dawn l-għodod għandhom, madankollu, jkunu użati b'mod aktar effettiv u konsistenti. Avvenimenti storiċi tal-2011 urew il-ħtieġa li jkun hemm miżuri xierqa kapaċi li jirreaġixxu b’mod dinamiku u servew biex jiġu identifikati ċerti ostakli fl-implimentazzjoni tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni kellha r-rwol tagħha billi tirreaġixxi għal dawn l-isfidi, u se tkompli tagħmel hekk, anke billi tipproponi kif dawn jistgħu jiġu indirizzati fil-futur. Flimkien mal-iżviluppi diġà deskritti, it-tressiq ta’ proposta għal Regolament tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil[104] wera kif il-fondi jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw u jippromwovu azzjonijiet tal-UE kemm fuq zmien qasir u kif ukoll fuq żmien twil bl-enfasi tagħha tkun fuq il-flussi ta’ nies u l-ġestjoni integrata tal-migrazzjoni.

    Il-Kummissjoni tistenna bil-ħerqa għal aktar dibattiti, speċjalment fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, u b'mod partikolari biex tmexxi azzjoni tal-UE dwar il-Pressjonijiet Migratorji - Risposta Strateġika.

    [1]               Id-Direttiva 2011/98/UE tat-13 ta' Diċembru tal-2011.

    [2]               Id-Direttiva 2011/51/UE tal-11 ta’ Mejju tal-2011.

    [3]               Id-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta’ April tal-2011.

    [4]               COM(2011) 291 finali u SEC(2011) 620

    [5]               COM(2011) 248/3

    [6]               Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Fruntieri, il-Migrazzjoni u r-Rendikont tal-Asil u t-triq għall-futur, it-3096 laqgħa tal-Kunsill għall-ĠUSTIZZJA u l-AFFARIJIET INTERNI, il-Lussemburgu, id-9 u l-10 ta' Ġunju tal-2011

    [7]               Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, it-23/l-24 ta’ Ġunju tal-2011

    [8]               SWD(2012) 139

    [9]               EMN, http://www.emn.europa.eu

    [10]             Aktar statistiċi dettaljati, inkluż tqassim skont l-Istat Membru, huma mogħtija fl-Anness statistiku tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2012) 139).

    [11]             Is-Sors: In-Nazzjonijiet Uniti, id-Dipartiment tal-Ekonomija u l-Affarijiet Soċjali, id-Diviżjoni tal-Popolazzjoni tal-Migrazzjoni Internazzjonali 2009

    [12]             Iċ-ċifri mid-Dipartiment tal-Ekonomija u l-Affarijiet Soċjali tad-Diviżjoni tal-Popolazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti l-Migrazzjoni Internazzjonali 2009

    [13]             Ċifri bbażati fuq dejta tal-Eurostat tal-2010, ara l-Istqarrija għall-Istampa 105/2011

    [14]             Ċifri minn Ħarsa lejn l-Istatistika tal-EurostatĊifri minn Ħarsa lejn l-Istatistika tal-Eurostat 24/2010.

    [15]             Migranti fl-Ewropa: stampa tal-istatistika tal-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni, Eurostat, Diċembru tal-2011. Innota li dawn il-perċentwali jirrigwardaw l-2008.

    [16]             Ċifri bbażati fuq dejta tal-Eurostat, ara l-Istqarrija għall-Istampa 46/2012

    [17]             Iċ-ċifri huma ffinanzjati mill-proġett CLANDESTINO tal-UE għall-2008.

    [18]             Iċ-ċifri huma bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat u jeskludu l-Lussemburgu li fuqu m’hemmx dejta disponibbli.

    [19]             http://ec.europa.eu/europe2020. Ara wkoll ‘Lejn irkupru għani fl-impjiegi’ (COM(2012) 173 finali).

    [20]             Stqarrija għall-Istampa tal-Eurostat Nru 16/2012

    [21]             Il-Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti fl-Ewropa ta’ spiss jipprovdi analiżi ta’ kull tliet xhur ta’ postijiet vakanti, http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=955&langId=mt. Pereżempju f’Jannar tal-2012, huwa ġibed l-attenzjoni li l-għadd ta' persuni li qed ifittxu xogħol fi ħdan il-grupp ta’ ‘professjonisti’ kiber b’+34% fit-tieni kwart tal-2011. Projezzjonijiet għal tul itwal ta’ żmien isiru miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), inkluża l-Panorama tal-ħiliet tal-UE (http://www.cedefop.europa.eu/EN/Files/5191_en.pdf).

    [22]             Aktar dettalji f’Nilħqu l-Ħtiġijiet tas-Suq tax-Xogħol permezz tal-Migrazzjoni, l-EMN, Ġunju tal-2011 u permezz tan-Netwerk ta’ Esperti tal-Migrazzjoni tax-Xogħol u tal-Integrazzjoni tal-IOM, http://www.labourmigration.eu/.

    [23]             L-2012 hija s-Sena Ewropea għal Xjuħija Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet. Waħda mis-sejbiet ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar Tixjiħ Attiv sabet li l-maġġoranza tal-Ewropej (71%) huma konxji li l-popolazzjoni qed tixjieħ, iżda dan huwa ta’ tħassib biss għal 42 %.

    [24]             Ara, pereżempju, Il-Kawżi u l-Effetti tal-Migrazzjonijiet Internazzjonali: Evidenza minn pajjiżi tal-OECD, Francesc Ortega, Giovanni Peri, Dokument ta’ Ħidma NBER Nru 14833 (April tal-2009) li r-riżultati jimplikaw li l-immigrazzjoni żżid għat-total tal-PGD tal-pajjiż riċeventi fuq żmien qasir skont il-każ, mingħajr ma taffettwa l-pagi medji u d-dħul medju għal kull persuna.

    [25]             COM(2011) 743 finali

    [26]             L-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni IP/11/1257 tas-27 ta’ Ottubru tal-2011. Partenarjati għall-Mobilità mal-Armenja, il-Moldova u l-Ġeorġja huma parti tal-Istrateġija ta’ Sħubija tal-Lvant tal-UE (COM(2011) 564 finali). In-negozjati mal-Gana huma għaddejjin u huwa ppjanat li jinbdew diskussjonijiet mal-Eġittu, il-Marokk u t-Tuneżija.

    [27]             http://ec.europa.eu/immigration

    [28]             SEC(2011) 1353 finali.

    [29]             http://www.who.int/hrh/migration/code/practice/en/

    [30]             Il-ħruġ ta’ rimessi tal-ħaddiema kien €31.2 biljun fl-2010, żieda ta’ 3% meta mqabbla mal-2009. L-Istatistika tal-Eurostat fi Fowkus 4/2012

    [31]             L-istudju EMN dwar l-Istudju EMN dwar Migrazzjoni Temporanja u Ċirkolari jħares lejn l-evidenza empirika, il-prattika attwali ta’ politika u għażliet futuri għal dawn it-tipi ta’ migrazzjoni.

    [32]             Id-Direttiva 2011/98/UE tat-13 ta’ Diċembru tal-2011 dwar proċedura ta' applikazzjoni waħdanija għal permess waħdieni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar sett komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema minn pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment.

    [33]             2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju tal-2009. Ara wkoll l-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni IP/11/1247 tas-27.10.2011.

    [34]             2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru tal-2004 u inklużi wkoll studenti, apprendisti mhux imħallsa u voluntiera. Ara wkoll rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, COM(2011) 587.

    [35]             2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005. Ara wkoll rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, COM(2011) 901.

    [36]             Proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet tax-xogħol staġjonali (COM(2010) 379).

    [37]             Proposta għal Direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali (COM(2010) 378)

    [38]             COM(2011) 585 finali

    [39]             It-3135 laqgħa tal-Kunsill tal-ĠUSTIZZJA u l-AFFARIJIET INTERNI, Brussell, it-13 u l-14 ta' Diċembru tal-2011

    [40]             L-Indiċi tal-Politika tal-Integrazzjoni ta’ Migranti (MIPEX), li jservi biex jevalwa, iqabbel u jtejjeb il-politika ta’ integrazzjoni, hija referenza utli. Ix-xogħol beda wkoll biex jiġu żviluppati u evalwati "Indikaturi" komuni Ewropej li komparattivament jimmonitorjaw ir-riżultati ta’ politiki ta’ integrazzjoni. Studju pilota fuq Indikaturi ta’ Integrazzjoni ta’ Immigranti ġie ppubblikat mill-Eurostat f’Ġunju tal-2011 u nħoloq sit elettroniku, ara http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/employment_social_policy_equality/migrant_integration/indicators.

    [41]             Speċifikament, għandu jkun hemm żieda għal 75% fir-rata ta’ impjieg għan-nisa u l-irġiel bejn 20-64, […..] u integrazzjoni mtejba tal-migranti legali; u titjib fil-livelli tal-edukazzjoni, partikolarment billi timmira għal tnaqqis fit-tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 10% u billi żżid is-sehem ta’ dawk bejn it-30 u l-34 sena li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas 40%. [Il-Kunsill Ewropew, is-17 ta’ Ġunju tal-2010]

    [42]             Din id-dejta ġejja minn Stħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-Eurostat u l-Istatistka tal-UE dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien.

    [43]             COM(2011) 455 finali u l-konklużjonijiet 3135 sussegwenti tal-Kunsill JHA tat-13 u l-14 ta’ Diċembru tal-2011. Kien ippubblikat ukoll Ewrobarometru dwar l-Integrazzjoni tal-Migranti (httphttp://ec.europa.eu/public_opinion/archives/quali/ql_5969_migrant_en.pdf).

    [44]             COM(2011) 735 finali. Kontribuzzjonijiet riċevuti b’rispons għal din il-Green Paper huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/home-affairs/news/consulting_public/consulting_0023_en.htm. In-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni wettaq ukoll studju dwar abbużi permezz ta’ żwiġijiet u konvenjenza u d-dikjarazzjonijiet ta’ ġenituri biex jinfurmaw dan id-dibattitu.

    [45]             Rispons għal Emerġenza Umanitarja għall-Kriżi Libjana, IOM, Diċembru tal-2011.

    [46]             Primarjament xi 26 354 ċittadin Tuneżin li ħarbu mit-Tuneżija waslu f’Lampedusa (Is-Sors: Ir-Rispons għal Emerġenza Umanitarja għall-Kriżi Libjana, IOM, Diċembru tal-2011).

    [47]             Skont Frontex, matul l-2011 kien hemm iktar minn 55 000 ksib fil-fruntiera tal-art Griega-Torka fir-reġjun ta’ Evros, żieda ta' madwar 17% meta mqabbla mal-2010.

    [48]             Pereżempju, u skont il-Eurostat, in-numru tal-applikazzjonijiet għall-asil fl-Italja fl-2011 kien 34 115, żieda ta’ 239% mill-2010, u għal Malta kien 1 890, żieda ta' 980% mill-2010. In-numru ta’ applikazzjonijiet mit-Tuneżija żdied b’tnax-il darba sa 6 335 fl-2011 bil-parti l-kbira mqiegħda fl-Italja.

    [49]             Skont Frontex, il-maġġoranza ta’ qsim irregolari tal-konfini huma limitati għal ‘hotspots’ bħal tal-Lvant, notevolment mal-fruntiera tal-art Griega mat-Turkija, u rotot tal-Mediterran Ċentrali (50% u 33% tat-totali tal-UE rispettivament), kif ukoll ir-rotta li qed tintuża iktar tal-Punent tal-Mediterran (kważi 10% tat-total). L-aktar migranti komunement misjuba kienu mill-Afganistan. Dawn il-flussi li żdiedu ġew ukoll korrisposti minn żieda fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Ir-Rapport ta' Kull Tliet Xhur, il-Ħarġa 3, Lulju-Settembru tal-2011

    [50]             Pereżempju, ir-Rapport dwar il-Mobilità tal-Bniedem tal-2011 tal-Osservatorju AKP dwar il-Migrazzjon jagħmel stima li l-popolazzjoni fl-Afrika sub-Saħarjana kienet 802 miljun, b’żieda medja ta’ 2.7% fis-sena. Ir-rapport jistqarr ukoll li aktar minn żewġ terzi tal-popolazzjoni fl-Afrika huma taħt il-25 sena u dan jimplika "żieda kbira fis-sehem ta’ persuni fl-età tax-xogħol li x’aktarx jitħajru li jsibu mergħat aktar vantaġġużi barra l-pajjiż." Ara wkoll projezzjonijiet tal-popolazzjoni għall-Afrika f'Ħarsa lejn l-Istatistiċi tal-Eurostat 19/2012 tas-27 ta' Marzu tal-2012.

    [51]             Ara MEMO/11/918 tas-16 ta’ Diċembru tal-2011 għal ħarsa ġenerali lejn rispons globali tal-UE għar-Rebbiegħa Għarbija.

    [52]             Fil-25/26 ta’ Frar tal-2010, it-3 ta’ Ġunju tal-2010, 11-12 t’April tal-2011 u 9-10 ta’ Ġunju tal-2011 u aktar reċentement fuq il-bażi ta’ Nota (Id-Dokument tal-Kunsill 18302/11) mill-Presidenza Pollakka f’Diċembru tal-2011.

    [53]             COM(2011) 248/3

    [54]             COM(2011) 291 finali

    [55]             Id-Dokument tal-Kunsill 18302/11 (mhux disponibbli bil-Malti)

    [56]             Dokument tal-Kunsill 8714/1/12.

    [57]             Ara wkoll COM(2011) 292/3.

    [58]             L-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina. Ara COM(2011) 564 finali (mhux disponibbli bil-Malti).

    [59]             Il-konklużjonijiet ġew adottati mill-laqgħa tal-Kunsill JHA f'Diċembru tal-2011.

    [60]             MEMO/10/450 tas-27 ta’ Settembru tal-2010. Ir-rapporti ta’ kull tliet xhur tat-Task Force għall-Greċja jqiegħdu dan il-Pjan ta’ Azzjoni fil-kuntest iktar wiesa’ ta’ assistenza teknika oħra lill-Greċja.

    [61]             Fil-perjodu 2007-2011, il-Greċja rċeviet €119 miljun u €44.7 miljun ulterjuri huwa previst għall-2012.

    [62]             Fil-perjodu 2008-2011, il-Greċja rċeviet €52.2 miljun u €37.3 miljun ulterjuri huwa previst għall-2012.

    [63]             Fil-perjodu 2008-2011, il-Greċja rċeviet €35.5 miljun (inkluż sostenn ta’ emerġenza 2008-2011) u €4 miljun oħra huma previsti għall-2012.

    [64]             Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 863/2007. Ara wkoll ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Operazzjoni RABIT tal-2010 tal-Frontex, Awwissu tal-2011.

    [65]             Dan għandu jsir, pereżempju, permezz tan-netwerk ta’ Uffiċjali tal-Kollegamenti tal-Immigrazzjoni (ILOs) li, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 493/2011 tal-5 ta’ April tal-2011, issa huwa integrat fl-operazzjonijiet tal-Frontex.

    [66]             Ir-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011.

    [67]             Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-25 ta’ Ottubru tal-2011.

    [68]             COM(2011) 873 finali

    [69]             COM(2011) 680 finali

    [70]             Dawn il-viżi jintitolaw lid-detentur għal soġġorn fl-UE sa tliet xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ sitt xhur. Fl-2011, l-ogħla numru, madwar 41% tat-total, ta’ viżi ta' Schengen kienu maħruġa fil-Federazzjoni Russa.

    [71]             Iċ-ċifri korrispondenti fl-2012, sa tmiem April tal-2012, huma madwar 453 900 applikazzjoni għal viża, b'madwar 368 400 deċiżjoni magħmula biex joħorġu viża u 63 000 li kellhom eżitu negattiv. Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet oriġinaw mill-Alġerija (madwar 122,000), mill-Marokk (madwar 119 000), l-Eġittu (madwar 41 000) u t-Tuneżija (madwar 39 000). Aktar minn 50% tal-applikazzjonijiet kollha kienu pproċessati minn Franza (xi 185 000 applikazzjoni) u Spanja (madwar 78 000 applikazzjoni). Madwar 3 000 persuna ġew reġistrati b’applikazzjonijiet multipli, li kollha ġew irrifjutati.

    [72]             COM(2011) 290 finali jipproponi Regolament biex jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu ikollhom viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dak ir-rekwiżit.

    [73]             Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża ġie ppreżentat lill-Moldova fl-24 ta’ Jannar tal-2011 u lill-Ukraina fit-22 ta’ Novembru tal-2010. It-tnejn jinkludu kriterji minimi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil.

    [74]             Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit Ukraina-UE, tad-19 ta’ Diċembru tal-2011

    [75]             COM(2011) 564 finali

    [76]             Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni għall-Indipendenza tal-Kosovo. Ir-riferimenti sussegwenti kollha tal-Kosovo għandhom jinftiehmu fil-kuntest ta’ din id-dikjarazzjoni.

    [77]             Huwa stmat li sa 12 000 permess ġew maħruġa u sussegwentement mġedda mill-awtoritajiet Taljani. Filwaqt li huwa magħruf illi ħafna ċittadini Tuneżini imbagħad vjaġġaw lejn Stati Membri oħra, notevolment Franza, l-għadd attwali mhuwiex magħruf.

    [78]             COM(2011) 559 finali

    [79]             COM (2011)560 finali

    [80]             COM(2011) 118 finali

    [81]             COM(2012) 230 finali

    [82]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/842/KE tat-13 ta' Diċembru tal-2011

    [83]             Ir-Regolament (UE) 1342/2011 tat-13 ta’ Diċembru tal-2011. Ċerti distretti amministrattivi tal-Polonja fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera huma wkoll inklużi.

    [84]             It-3135 laqgħa tal-Kunsill tal-ĠUSTIZZJA u l-AFFARIJIET INTERNI, Brussell, it-13 u l-14 ta' Diċembru tal-2011

    [85]             Ara COM(2011) 76 finali għal analiżi tal-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-UE.

    [86]             COM(2011) 751 finali

    [87]             Id-Direttiva 2008/115/KE tas-16 ta' Diċembru tal-2008

    [88]             Id-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta' Ġunju tal-2009

    [89]             Ara n-Nota 2 f’qiegħ il-paġna.

    [90]             Id-Direttiva 2011/95/UE tat-13 ta' Diċembru tal-2011.

    [91]             Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tad-19 ta’ Mejju tal-2010.

    [92]             COM(2011) 835 finali

    [93]             It-tieni fażi għandha l-għan li tirrisistema aktar minn 360 refuġjat fl-2011-2012.

    [94]             RPP ġdid fl-Afrika ta’ Fuq (l-Eġittu, it-Tuneżija u meta possibbli l-Libja) beda f’Diċembru tal-2011.

    [95]             Madwar 3 000 refuġjat ġew risistemati fl-Istati Membri tal-UE matul l-2011, li 10 minnhom għandhom programmi annwali għar-risistemazzjoni.

    [96]             L-Istqarrija għall-Istampa tal-Kunsill 6838/12 tat-8 ta’ Marzu 2012 dwar prijoritajiet ta’ risistemazzjoni komuni tal-UE għas-sena 2013 u regoli ġodda dwar il-finanzjament mill-UE,

    [97]             COM(2010) 213 finali

    [98]             Iċ-ċifra teskludi numri f’ES u f’PL li ma kinux disponibbli meta dan ir-rapport kien ippubblikat. Fl-2010, kien hemm 15-il minorenni mhux akkumpanjati f’ES u 230 f'PL.

    [99]             Xi stimi huma mogħtija fit-Tabella 10 tad-Dokument akkumpanjanti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.

    [100]            COM(2011) 118 finali

    [101]            Dejta disponibbli dwar in-numru ta’ permessi ta’ residenza maħruġa lil vittmi tat-traffikar issa huma rreġistrati mill-Eurostat. Fl-2010, pereżempju, din kienet 462 fl-IT, 304 fl-NL u 108 f'BE. Xi numri huma wkoll irrappurtati mill-Istati Membri fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Kontra t-Traffikar, http://ec.europa.eu/anti-trafficking/. L-Awstrija u l-Ungerija partikolarment raw żieda fil-kuntrabandu matul l-2011. Skont l-Annwali ICMPD tal-2010, in-numru tal-persuni li nstabu jiddaħħlu b’mod illegali fl-Ungerija kien 350 fl-2010, filwaqt li total ta' 6 664 persuna ġew maqbuda huma u jiddaħħlu b’mod illegali fl-Awstrija.

    [102]            Id-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta’ April tal-2011.

    [103]            Id-Dokument tal-Kunsill 12401/11

    [104]            COM(2011) 751 finali

    Top