This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AR0007
Opinion of the Committee of the Regions on ‘Proposal for a regulation on the Cohesion Fund’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni”
ĠU C 225, 27.7.2012, p. 143–149
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/143 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni”
2012/C 225/10
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
josserva li l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti fl-infrastruttura li saru fis-snin li għaddew permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni huwa għoli. Permezz ta’ dawn l-investimenti l-UE tipprovdi lill-Ewropej b’livell ta’ ħajja ogħla u toffri lill-intrapriżi opportunitajiet għall-iżvilupp; |
— |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għall-perjodu 2014-2020 jinżamm baġit sostanzjali għall-Fond ta’ Koeżjoni b’mod li l-għanijiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija jkunu jistgħu jiġu appoġġjati mill-baġit tal-UE; |
— |
jqis li l-politika ta’ koeżjoni hija u għandha tibqa’ espressjoni ta’ solidarjetà fi ħdan l-UE u strument effikaċi li jaqdi l-ksib tas-suq uniku Ewropew; |
— |
jitlob approċċ ibbażat ħafna fuq ir-riżultati u identifikazzjoni aħjar tal-prijoritajiet ta’ investiment fil-livell lokali u nazzjonali; |
— |
jikkunsidra li l-Fond ta’ Koeżjoni għandu jiffinanzja proġetti integrati dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u d-djar; |
— |
iqis li hemm bżonn li jsir investiment intelliġenti fl-iżvilupp tal-infrastruttura fil-livell Ewropew: |
— |
jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali wkoll huma responsabbli li jwettqu investimenti fl-infrastruttura tat-trasport u li joħolqu konnessjonijiet sekondarji u terzjarji fil-qafas tan-netwerk trans-Ewropej. Dawn jistgħu jiġu involuti mill-qrib fid-deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proġetti prijoritarji ta’ interess komuni sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-investimenti pubbliċi u privati f’kull livell; |
— |
ser jopponi kwalunkwe inizjattiva li tista’ tnaqqas il-baġit allokat lill-politika ta’ koeżjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-EUR 10 biljun mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li ġej direttament mill-Fond ta’ Koeżjoni. |
Relatur |
Is-Sur STAVARACHE (RO/ALDE), Sindku tal-muniċipalità ta’ Bacău, il-kontea ta’ Bacău |
Dokument ta’ referenza |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 COM(2011) 612 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol politiku, regolatorju u amministrattiv importanti u ħafna drabi jkollhom kompetenzi ċari fil-livell nazzjonali fil-qasam tal-ippjanar tal-investimenti u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-qasam tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija u fuq kollox fejn jidħol żvilupp tal-infrastruttura fit-territorji tagħhom; |
2. |
jinsisti fuq il-bżonn li titqiegħed fil-prattika l-governanza f’diversi livelli sabiex ikun jista’ jiġi garantit żvilupp territorjali bilanċjat u konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu assoċjati bħala msieħba fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-investiment fil-livell nazzjonali u Ewropew li ser jibbeneifikaw minn finanzjament fil-qafas tal-Fond ta’ Koeżjoni; |
3. |
jilqa’ l-impenn li ħadet il-Kummissjoni Ewropea li permezz tal-baġit Ewropew tappoġġja l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija li mingħajrhom l-iżvilupp ekonomiku ma jkunx possibbli u fuq kollox jilqa’ l-fatt li l-proposta dwar il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 tqis id-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni inqas żviluppati; |
4. |
iqis li t-twaqqif tal-prijoritajiet fil-qasam tal-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji Ewropej kollha joħloq il-kundizzjonijiet preliminari neċessarji sabiex l-Unjoni tkun tista’ taħdem tajjeb bħala żona ekonomika komuni u sabiex jinkiseb il-proġett sħiħ tas-suq Ewropew uniku u fl-istess waqt huwa simbolu ta’ solidarjetà mal-Istati Membri inqas żviluppati; |
5. |
josserva li l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti fl-infrastruttura li saru fis-snin li għaddew permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni huwa għoli. Mingħajr l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea dawn l-investimenti ma kinux jistgħu jsiru fl-Istati Membri fejn il-PDG per capita huwa inqas għoli. Permezz ta’ dawn l-investimenti l-UE ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tagħha u toffri possibbiltajiet ta’ żvilupp lill-intrapriżi; |
6. |
ifakkar li, hekk kif jipprevedi l-Protokoll nru 28 tat-TFUE, il-Fond ta’ Koeżjoni ser jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għal proġetti ambjentali u relatati man-netwerks trans-Ewropej fl-Istati Membri fejn il-PDG per capita huwa inqas minn 90 % tal-medja fl-Unjoni; |
7. |
japprezza b’mod partikolari s-solidarjetà Ewropea bejn l-Istati Membri. Il-Fond ta’ Koeżjoni jindirizza l-bżonnijiet finanzjarji tal-investimenti interreġjonali u urbani fl-infrastruttura tat-trasport u ambjentali tal-pajjiżi inqas żviluppati; |
8. |
ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-KtR dwar il-qafas multiannwali l-ġdid għal wara l-2013 u jilqa’ bis-sħiħ il-proposti dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-kundizzjonalità (1); |
9. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għall-perjodu 2014-2020 jinżamm baġit sostanzjali għall-Fond ta’ Koeżjoni b’mod li l-għanijiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija jkunu jistgħu jiġu appoġġjati mill-baġit tal-UE. Il-Kumitat japprova wkoll il-proposta li t-total tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni jinżamm għal terz tal-baġit sħiħ tal-politika ta’ koeżjoni fil-livell nazzjonali, fl-Istati Membri eliġibbli. |
10. |
huwa kompletamet konxju tal-bżonn li jiġu adottati miżuri ta’ dixxiplina ekonomika u baġitarja fil-livell tal-UE, iżda l-Kumitat huwa tal-fehma li l-politika ta’ koeżjoni ma tistax tintuża bħala strument ta’ sanzjoni li jimponi dixxiplina finanzjarja stretta fl-Unjoni. Il-Fondi strutturali u ta’ koeżjoni għandhom jirrispondu għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 171, 174, 177 u 192 tat-TFUE. Il-Kumitat iqis li jekk jiġu adottati kundizzjonijiet makroekonomiċi, dawn għandhom japplikaw għall-intestaturi baġitarji kollha u mhux għal dawk tal-koeżjoni biss; |
Pjanar strateġiku aħjar u iktar effikaċja fl-użu tal-fondi
11. |
iqis li l-politika ta’ koeżjoni hija u għandha tibqa’ espressjoni ta’ solidarjetà fi ħdan l-UE u strument effikaċi li jaqdi l-ksib tas-suq uniku Ewropew. L-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni ser tiġi kkonfermata permezz tal-għażliet ta’ investiment favur tkabbir intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u bilanċjat fil-livell tal-UE li jiġi implimentat fl-amministrazzjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali u li ser jieħdu l-forma ta’ programmi ta’ investiment finanzjati mill-Fond Strutturali fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid; |
12. |
ifakkar li l-għan prinċipali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss huwa li jtejbu l-kwalità tal-interventi finanzjati mit-taxxi taċ-ċittadini u li jiksbu l-aħjar riżultati possibbli u li jistgħu jitkejlu mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali; |
13. |
jilqa’ l-proposti l-ġodda li saru fil-qafas tal-pakkett leġislattiv dwar il-ġejjieni tal-politika Ewropea ta’ koeżjoni li jimmiraw li jsaħħu l-effikaċja fl-użu tal-fondi u jsaħħu r-rabta bejn l-għanijiet politiċi u l-baġit Ewropew b’enfasi partikolari fuq il-prijoritajiet u billi tiġi żgurata massa kritika ta’ investimenti billi l-istrumenti ta’ programmazzjoni finanzjarja jsiru iktar flessibbli u billi jiġu semplifikati l-proċeduri ta’ aċċess għall-fondi; |
14. |
jenfasizza li l-programmazzjoni strateġika tal-użu tal-fondi ma tistax issir konkreta mingħajr l-involviment tal-benefiċjarji u fuq kollox tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li l-aħjar li jafu r-realtajiet u l-possibbiltajiet tat-territorji tagħhom. Dan jippermetti koerenza mal-investimenti finazjarji li jsiru mill-pubbliku fil-livell territorjali. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġi promoss approċċ minn isfel għal fuq sabiex ir-reġjuni u l-bliet kollha jkunu kapaċi jagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal tagħhom billi jibbenefikaw mill-mezzi l-iktar adegwati sabiex jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020 u jkollhom aċċess għall-fondi Ewropej; |
15. |
jenfasizza li l-investimenti fl-infrastruttura jikkontribwixxu b’mod sinifikanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-bliet u r-reġjuni dejjem jekk dawn ikunu pjanati u mmexxija fi sħubija, jekk l-impatt territorjali sħiħ tagħhom ikun ġustifikat u jekk l-investiment ikun sar mill-atturi lokali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
16. |
l-ippjanar strateġiku tal-investimenti fin-netwerk trans-Ewopej tat-trasport, fil-qasam tal-enerġija u tal-komunikazzjonijiet għandu jsir bl-iktar mod trasparenti possibbli u bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu armonizzati l-pjani integrati ta’ żvilupp territorjali; |
17. |
jappoġġja l-programmazzjoni fi sħubija. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-politika ta’ koeżjoni wara l-2013, l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-livelli kollha ser jobbligaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-livelli kollha sabiex jiffukaw iktar mill-qrib fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni l-ġdid u fil-fażijiet kollha tal-proċess ta’ pjanar. B’mod partikolari, ser jinħolqu indikaturi ġodda li jippermettu evalwazzjoni tal-kwalità tas-sħubija fl-Istati Membri; |
18. |
jinsisti fuq il-bżonn ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riżultati. Dan jirrikjedi l-introduzzjoni ta’ strumenti strateġiċi ta’ programmazzjoni li jistgħu jużaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali għal evalwazzjoni bejn il-pari tal-istrateġiji tagħhom. Din issir abbażi ta’ sett ta’ indikaturi komuni u adegwati li kapaċi jkejlu l-kwalità u l-effett ta’ lieva tal-investimenti; |
19. |
jirrakkomanda li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, issir iktar enfasi fuq id-definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ investiment fil-livell lokali u reġjonali permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-Qafas Strateġiku Komuni sabiex jiġu evitati l-finanzjamenti doppji jew l-ippjanar doppju ta’ investimenti kbar li mhumiex koperti; |
20. |
jinsisti fuq il-bżonn li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jużaw l-għajnuna teknika bir-reqqa sabiex din ittejjeb il-kwalità tal-programmi strateġiċi, issaħħaħ l-iżvilupp ta’ portafolli ta’ proġetti kbar fil-livelli lokali u reġjonali u sabiex iżżid l-għajnuna li tingħata lil min jippromovi l-proġetti u l-benefiċjajri u mhux għal finijiet oħra. Jeħtieġ li l-proġetti ta’ għajnuna teknika jiġu koordinati aħjar fil-livelli Ewropej u nazzjonali sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-għajnuna; |
21. |
huwa favur l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja li jistgħu jikkomplementaw il-Fond ta’ Koeżjoni u jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ finanzjament tal-proġetti ta’ infrastruttura fl-UE; |
22. |
jappoġġja l-għan li ħabbret il-Kummissjoni fil-White Paper dwar it-trasport li tnaqqas il-livell tal-emissjonijiet mis-settur tat-trasport b’60 % minn issa sal-2050. L-investimenti finanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni ser jiġu analizzati iktar bir-reqqa għas-sostenibbiltà, fejn jidħol l-ambjent u l-potenzjal ta’ qligħ tagħhom fuq perjodu twil. |
23. |
jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni mtejba bejn il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u ta’ sinerġiji bejn il-bosta programmi u strumenti ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali sabiex tonqos il-burokrazija; |
Investimenti fl-infrastruttura bażika
24. |
ifakkar li l-Fond ta’ Koeżjoni huwa strument indispensabbli sabiex ikunu jistgħu jsiru investimenti fl-infrastruttura bażika u dan il-Fond ta prova tal-utilità u l-effiċjenza tiegħu biex jgħin lill-pajjiżi inqas żviluppati jiffinanzjaw proġetti ta’ interess komuni Ewropew; |
25. |
jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-iskop u l-oqsma ta’ azzjoni ta’ intervent iżda jqis li l-Fond ta’ Koeżjoni jista’ jiffinanzja wkoll proġetti integrati fil-qasam tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini; |
26. |
jilqa’ ż-żieda tad-dimensjoni urbana fost il-prijoritajiet ta’ investiment tal-Fond ta’ Koeżjoni għax dan jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali tal-bliet fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE; |
27. |
jenfasizza l-bżonn li tingħata iktar attenzjoni lil-linji gwida stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet TEN-T u li jiġu rispettati l-acquis u l-leġislazzjonijiet nazzjonali. F’dan ir-rigward il-verifiki ex-ante jistgħu jippermettu li jiġu antiċipati ċertu problemi li ħafna drabi jikkawżaw dewmien konsiderevoli fi proġetti tal-infrastruttura. Bħala eżempji nistgħu nsemmu r-reġistri tal-art, il-proċeduri ta’ esproprjazzjoni, l-għoti ta’ permessi, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, is-sistemi ta’ rikors eċċ.; |
28. |
iqis li l-prijoritajiet ta’ investimenti tal-Fond ta’ Koeżjoni stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jikkonformaw mal-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-Ewropa 2020 u l-prijoritajiet tematiċi tal-qafas strateġiku komuni iżda anki mar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenda territorjali 2020 li ġiet approvata mill-ministri tal-ippjanar spazjali u l-iżvilupp territorjali fl-2011 (2); |
Netwerks tat-trasport
29. |
jinsisti mill-ġdid fuq id-differenzi konsiderevoli li jeżistu bejn ir-reġjuni tal-punent u tal-lvant tal-UE fir-rigward tal-kwalità u l-aċċess tan-netwerks tat-trasport, u l-fatt li d-domanda tal-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport hija ikbar fir-reġjuni ħafna inqas żviluppati; |
30. |
huwa tal-fehma li l-Fond ta’ Koeżjoni huwa strument effikaċi sabiex ikunu jistgħu jitwettqu n-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T), nazzjonali u intrareġjonali li għandhom importanza strateġika għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Il-valur miżjud Ewropew tal-Fond ta’ Koeżjoni għalhekk ma jistax jiġi dubitat; |
31. |
iqis li hemm bżonn li jsir investiment intelliġenti fl-iżvilupp tal-infrastruttura fil-livell Ewropew: l-estensjoni u ż-żamma tan-netwerks ta’ trasport, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi għat-titjib tal-ġestjoni tat-traffiku, l-implimentazzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati kif ukoll soluzzjonijiet effikaċi tat-trasport intermodali, eċċ. Il-kompetittività tas-sistema tat-trasport Ewropew ma tiddependix biss mill-kapaċità tal-UE li tiżviluppa netwerks tat-trasport Ewropej iżda anki mill-kapaċità tagħha li tmexxi kull parti tal-katina loġistika. Jekk jitnaqqas ukoll id-dewmien li jikkawża t-traffiku ser tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport; |
32. |
jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali wkoll huma responsabbli li jwettqu investimenti kbar fl-infrastruttura tat-trasport u li joħolqu konnessjonijiet sekondarji u terzjarji fil-qafas tan-netwerks trans-Ewropej. Għalhekk dawn jistgħu jiġu involuti mill-qrib fid-deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proġetti prijoritarji ta’ interess komuni sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-investimenti pubbliċi u privati f’kull livell - Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, hekk kif inhu previst fid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-izvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport; |
33. |
bi pjaċir jinnota li l-prijoritajiet ta’ investiment tal-Fond ta’ Koeżjoni ser ikopru wkoll il-proġetti prinċipali li għandhom l-għan li jtejbu l-mobbiltà fiż-żoni urbani u jippromovu soluzzjonijiet tat-trasport li jirrispettaw l-ambjent kif ukoll investimenti oħra bil-għan li jiżviluppaw sistemi tat-trasport intelliġenti u sostenibbli fil-livell reġjonali u lokali; |
34. |
jappoġġja l-introduzzjoni ta’ indikaturi li jippermettu użu iktar effikaċi tar-riżorsi fil-qasam tat-trasport biex b’hekk il-Fond ta’ Koeżjoni jsir strument utli biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
35. |
iqis li l-linji gwida l-ġodda dwar l-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport ser jipprovdu qafas strateġiku għall-iżvilupp tal-infrastruttura li ser issaħħaħ b’mod konsiderevoli l-aċċessibbiltà fl-UE peress li l-miżuri ser ikunu klassifikati aħjar skont ordni ta’ prijorità; ser jinqasmu f’żewġ livelli jiġifieri bejn in-netwerk globali (netwerk komprensiv) u n-netwerk ċentrali (in-netwerk prinċipali) u ser isiru iktar effikaċi permezz ta’ miżuri ġodda ta’ implimentazzjoni. L-enfasi ser tkun fuq il-konnessjonijiet transkonfinali bejn il-modi differenti ta’ trasport u bejn in-nodi urbani prinċipali; |
36. |
jiġbed l-attenzjoni għall-problemi marbuta mal-koordinazzjoni tal-investimenti minn sorsi differenti ta’ finanzjament u l-ippjanar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti. Dawn tal-aħħar għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali kif ukoll għal ġestjoni aħjar tat-traffiku permezz ta’ servizzi integrati ta’ reservazzjoni, biljetti, informazzjoni multimodali eċċ; |
Infrastrutturi tal-ambjent u netwerks tal-enerġija
37. |
jappoġġja bis-sħiħ il-bżonn ta’ investimenti fl-infrastrutturi sabiex jinħoloq netwerk Ewropew tal-enerġija integrat; il-prezz tan-nuqqas ta’ investiment kien ikun wisq għoli fil-perjodu għat-tul u kien jhedded il-kompetittività tal-UE; |
38. |
iqis li l-Fond ta’ Koeżjoni huwa strument effikaċi li jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-enerġija (3) – il-kompetittività, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista – u li jippermetti lill-Unjoni li tirrispondi għall-isfidi tal-iżvlupp ekonomiku, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva emblematika intitolata “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenża”. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet hemm bżonn ta’ bidla fl-ippjanar, fil-mod kif nibnu u fil-mod kif nużaw in-netwerks tal-enerġija; |
39. |
jisħaq mill-ġdid li l-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija għandhom jippermettu liċ-ċittadini u lill-intrapriżi tar-reġjuni kollha tal-UE li jkollhom aċċess mhux frammentat għall-enerġija u prezzijet affordabbli billi jiġu eliminati l-monopolji u l-ostakli kollha għall-kompetizzjoni, kull reġjun għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel bejn mill-inqas żewġ fornituri; |
40. |
iqis li l-metodu li jintuża sabiex issir mappa tal-infrastruttra u l-proġetti ta’ interess Ewropew u sabiex issir l-għażla ta’ dawn, għandu jkun trasparenti u li dan il-metodu għandu jqis is-sitwazzjoni tar-reġjuni l-inqas vantaġġati u l-iktar esposti għal riskji fejn tidħol is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; |
41. |
bi pjaċir jinnota li l-Fond ta’ Koeżjoni jippermetti appoġġ sostnut tal-proġetti ambjentali tal-enerġija bħall-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli. Il-KtR jfakkar li dawn ma jistgħux iseħħu mingħajr sħubija mal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali li fil-fatt għandhom il-kapaċità li jsaħħu l-potenzjal lokali li jeżisti; |
42. |
jenfasizza li huma prinċipalment ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet tal-UE jew l-imsieħba tagħhom li jinvestu l-iktar fis-sistemi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, ta’ prevenzjoni tar-riskji naturali, tal-kostruzzjoni ta’ kanali għad-drenaġġ, tal-ġestjoni tal-iskart, tal-ħarsien tal-bijodiversità, tal-ħarsien tal-ħamrija u tal-ekosistemi u tat-titjib tal-kwalità tal-ambjent; |
43. |
bi pjaċir jinnota li l-investimenti li jsiru sabiex jimmodernizzaw in-netwerks tat-tisħin ċentrali u tat-tkessiħ fil-bini urban u sabiex ma jkunx hemm ħela matul il-konverżjoni, jistgħu jiġu finanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE għaliex dawn għandhom valur miżjud kbir; |
Il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa
44. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet reġjonali u lokali ser jibqgħu viġilanti u ser jopponu kwalunkwe inizjattivi li jistgħu jnaqqsu l-baġit allokat lill-politika ta’ koeżjoni: 20 % tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ġejjin mill-Fond ta’ Koeżjoni, total ta’ EUR 10 biljun li ser jintużaw sabiex jiffinanzjaw il-proġetti ta’ trasport transnazzjonali bi prijorità għall-infrastruttura ferrovjarja; |
45. |
juri l-interess tiegħu fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tista’ tkun ta’ valur miżjud konsiderevoli għall-Ewropa u li permezz tagħha l-Kummissjoni qed timmira li tikkoreġi l-problemi fis-suq billi toħloq il-konnessjonijiet li għadhom nieqsa, telimina l-ingroppi u tiżgura konnessjonijiet transfkonfinali adegwati; |
46. |
jinsab imħasseb fir-rigward tal-fatt li ma teżistix formola ċara li tiddetermina l-baġit nazzjonali għall-Faċilità Nikkolegaw l-Ewroppa u jirrakkomanda li l-kontributi jkunu proporzjonali għall-valur stimat tal-proġetti li jiġu finanzjati fl-Istati Membri; |
47. |
jisħaq mill-ġdid li fost il-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li jippromovu l-proġetti ta’ natura transkonfinali, hemm ukoll il-kapaċità limitata tagħhom li jfasslu proġetti li huma verament fattibbli u li huma ta’ natura partikolarment kumplessa. Din hija raġuni għalfejn il-fondi previsti fil-bidu għal proġetti transkonfinali jgħaddu għand proġetti oħra iktar avvanzati; |
48. |
jinsab imħasseb li s-sistema ċentralizzata ta’ ġestjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mhux ser tkun tista’ ssolvi l-problemi marbuta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tat-tfassil tal-proġetti transkonfinali u għalhekk tista’ żżid ir-riskju li l-baġit allokat għall-Faċilità ma jkunx jista’ jintuża biex jiffinanzja proġetti identifikati minn qabel mill-Kummissjoni; |
49. |
għandu r-riservi tiegħu ukoll fir-rigward tal-mod kif ser jipparteċipaw l-awtoritajiet reġjonali u lokali, tan-nuqqas ta’ flessibbiltà u tal-burokrazija li tista’ tiġġenera l-faċilità kif ukoll fir-rigward tar-rabta mal-strumenti l-oħra ta’ finanzjament tal-Kummissjoni; |
50. |
jinsisti li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-proġetti finanzjati mill-Faċilità u dawk finanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni jew mill-FEŻR, fil-qafas tal-kuntratti ta’ sħubija. B’dan il-mod, permezz tal-evalwazzjoni ex ante tal-kapaċità istituzzjonali, ikun possibbli li jiġi stabbilit x’hemm bżonn f’termini ta’ assistenza obbligatorja għat-tħejjija tal-programm JASPERS jew programmi oħra ta’ assistenza teknika. L-ammont li jkun hemm bżonn ser jitqies bħala spiża eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Artikolu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2 L-ambitu tas-sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni. 1. Il-Fond ta’ Koeżjoni waqt li jiżgura bilanċ xieraq u skont l-investiment u l-bżonnijiet infrastrutturali speċifiċi għal kull Stat Membru, għandu jappoġġja:
2. Il-Fond ta’ Koeżjoni m’għandux jappoġġja:
|
Artikolu 2 L-ambitu tas-sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni. 1. Il-Fond ta’ Koeżjoni waqt li jiżgura bilanċ xieraq u skont l-investiment u l-bżonnijiet infrastrutturali speċifiċi għal kull Stat Membru, għandu jappoġġja:
2. Il-Fond ta’ Koeżjoni m’għandux jappoġġja:
|
Raġuni
Din l-emenda tikkorrispondi għar-rakkomandazzjonijiet formulati f’punt 25 ta’ din l-opinjoni.
Emenda 2
Artikolu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 3 Prijoritajiet ta’ investiment Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġja dawn il-prijoritajiet ta’ investiment taħt l-objettivi tematiċi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]:
|
Artikolu 3 Prijoritajiet ta’ investiment Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġja dawn il-prijoritajiet ta’ investiment taħt l-objettivi tematiċi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]:
|
Raġuni
Din l-emenda tikkorrispondi għar-rakkomandazzjonijiet formulati f’punt 25 ta’ din l-opinjoni.
Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-qafas finanzjarju multiannwali ġdid għal wara l-2013, relatur: is-Sinjura Flo Clucas (UK/ALDE), membru tal-Kunsill muniċipali ta’ Liverpool
(2) http://www.eu-territorial-agenda.eu/.
(3) COM(2010) 677 final.