This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AP0009
Waste electrical and electronic equipment ***II European Parliament legislative resolution of 19 January 2012 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a directive of the European Parliament and of the Council on waste electrical and electronic equipment (WEEE) (Recast) (07906/2/2011 – C7-0250/2011 – 2008/0241(COD))#P7_TC2-COD(2008)0241 Position of the European Parliament adopted at second reading on 19 January 2012 with a view to the adoption of Directive 2012/…/EU of the European Parliament and of the Council on waste electrical and electronic equipment (WEEE)#ANNEX TO THE LEGISLATIVE RESOLUTION
Skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) (07906/2/2011 – C7-0250/2011 – 2008/0241(COD))
P7_TC2-COD(2008)0241 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid- 19 ta' Jannar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) (07906/2/2011 – C7-0250/2011 – 2008/0241(COD))
P7_TC2-COD(2008)0241 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid- 19 ta' Jannar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
ĠU C 227E, 6.8.2013, p. 41–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 227/41 |
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
Skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***II
P7_TA(2012)0009
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) (07906/2/2011 – C7-0250/2011 – 2008/0241(COD))
(2013/C 227 E/15)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (07906/2/2011 – C7-0250/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Diċembru 2009 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0810), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Diċembru 2011, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0334/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova l-istqarrija tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 39.
(2) ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55.
(3) Testi adottati, 3.2.2011, P7_TA(2011)0037.
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
P7_TC2-COD(2008)0241
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-19 ta' Jannar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/19/UE.)
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Stqarrija tal-Parlament Ewropew dwar l-użu ta’ atti ta’ implimentazzjoni
Il-Parlament Ewropew jiddikjara li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward l-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni huma r-riżultat ta’ kompromess delikat, li f’xi każijiet jitbiegħed mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Biex jintlaħaq ftehim fit-tieni qari, il-Parlament Ewropew għalhekk aċċetta atti ta’ implimentazzjoni minflok atti ddelegati f’ċerti każijiet speċifiċi. Jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet mhux se jitqiesu jew jintużaw bħala preċedent għar-regolamentazzjoni ta’ sitwazzjonijiet simili f’atti leġiżlattivi futuri.
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-Disinn tal-Prodotti (Artikolu 4 tal-WEEE)
Il-miżuri tal-ekodisinn jistgħu jgħinu biex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri tad-Direttiva dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku bi qbil mal-Pjan Direzzjonali dwar l-Effiċjenza tar-Riżorsi (COM(2011)0571). Il-Kummissjoni, jekk u meta tintroduċi miżuri ta’ implimentazzjoni ġodda jew tirrevedi dawk adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE dwar prodotti koperti wkoll mid-Direttiva WEEE, tikkunsidra l-parametri għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ kif stipulat fl-Anness 1, parti 1 tad-Direttiva 2009/125/KE, u tivvaluta l-fattibilità tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti dwar il-possibilità ta’ użu mill-ġdid, iż-żarmar faċli u l-possibilità ta’ riċiklaġġ ta’ dawn il-prodotti.
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar derogi speċifiċi mill-miri tal-ġbir (Artikolu 7 tal-WEEE)
Id-Direttiva WEEE l-ġdida, fl-Artikolu 7(4), toħloq il-possibilità ta’ arranġamenti tranżizzjonali biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet iffaċċjati mill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-ġbir ta’ dak l-Artikolu, konsegwenza ta’ ċirkostanzi speċifiċi. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-miri ambizzjużi ta’ ġbir tal-WEEE huma importanti għal Ewropa li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti u li l-arranġamenti tranżizzjonali jistgħu jiġu applikati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Id-diffikultajiet iffaċċjati u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fuqhom ikunu bbażati għandhom ikunu oġġettivi, iddokumentati sew u verifikabbli.”