This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XG0308(02)
Council conclusions ‘Innovative approaches for chronic diseases in public health and healthcare systems’
Konklużjonijiet tal-Kunsill “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa”
Konklużjonijiet tal-Kunsill “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa”
ĠU C 74, 8.3.2011, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/4 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa”
2011/C 74/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
1. |
IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkomplementa l-linji ta' politika nazzjonali u tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika; hija għandha wkoll tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk meħtieġ, tagħti appoġġ lill-azzjoni tagħhom, u tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u l-kura medika; |
2. |
IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-linji ta' politika u l-programmi tagħhom; |
3. |
JISSOTTOLINJA l-fatt li l-prinċipji u l-valuri supremi tal-universalità, l-aċċess għal kura ta' kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà, kif approvati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-UE tat-2 ta' Lulju 2006, huma tal-akbar importanza għall-pazjenti b'mard kroniku; |
4. |
IFAKKAR li, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-mard kroniku huwa mard fit-tul u ġeneralment jipprogressa bil-mod. Il-mard kroniku huwa l-kawża prinċipali tal-mortalità fid-dinja, billi jirrappreżenta 60 % tal-imwiet kollha madwar id-dinja u jimponi piż enormi fuq il-ħajja ta' kuljum tal-pazjenti u l-qraba tagħhom u fuq is-soċjetà kollha kemm hi. Fl-għaxar snin li jmiss ser ikun hemm żieda fil-mard kroniku inkluż minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea; |
5. |
IFAKKAR li l-Kummissjoni, fil-White Paper tagħha: Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 tat-23 ta' Ottubru 2007 (1), li tiżviluppa l-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa, osservat li t-trawwim ta' saħħa tajba f'Ewropa li qed tixjiħ u l-appoġġ ta' sistemi tas-saħħa u teknoloġiji ġodda dinamiċi huma objettivi ewlenin għas-snin li ġejjin; |
6. |
IFAKKAR fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” tat-3 ta' Marzu 2010 (2), speċjalment l-Inizjattiva Ewlenija Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni” tas-6 ta' Ottubru 2010 (3), li tipprevedi sħubija Ewropea pilota għall-innovazzjoni fil-qasam tat-tixjiħ attiv u b’saħħtu; |
7. |
JILQA' l-konferenza Ministerjali: Approċċi Innovattivi għall-Mard Kroniku fis-Saħħa Pubblika u fis-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa, li saret fi Brussell fl-20 ta' Ottubru 2010, li ssottolinjat il-ħtieġa li jinstabu modi innovattivi għall-prevenzjoni kosteffettiva ta' fatturi ta' riskju komuni, sabiex jinħoloq ambjent fejn iċ-ċittadini jsibuha aktar faċli biex jagħmlu għażliet tajbin għas-saħħa, li jittieħed kont tal-inugwaljanzi soċjoekonomiċi kemm fil-promozzjoni tas-saħħa kif ukoll fil-kura tas-saħħa, li tiġi ffaċilitata koordinazzjoni aħjar fis-sistemi kollha tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi żgurata kura integrata ċċentrata fuq il-pazjent u biex tiġi stimulata riċerka integrata fil-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni primarja, il-prevenzjoni sekondarja (inkluża dijanjosi bikrija), it-trattament u l-kura ta' mard kroniku; |
8. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri biex:
|
9. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:
|
10. |
JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex:
|
(1) 14689/07.
(2) 7110/10.
(3) 14035/10.