Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG0224(01)

    Pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

    ĠU C 58, 24.2.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/2


    Pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

    2011/C 58/02

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-24 ta' Novembru 2010 (3),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2009/1005/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2009 (4), u b'mod partikolari l-qafas finanzjarju pluriennali previst fil-Parti I tiegħu,

    Billi:

    fis-26 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ġdid ta' baġit għas-sena finanzjarja 2011 (5),

    minħabba l-ħtieġa li tiġi adottata pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta ta' abbozz ġdid ta' baġit mill-iktar fis possibbli bil-ħsieb li jiġi adottat b'mod definittiv baġit qabel il-bidu tas-sena finanzjarja 2011, b'hekk tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni, huwa ġustifikat li jitqassar il-perijodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem sabiex il-punt jitqiegħed fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġdid ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 ġiet adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Diċembru 2010.

    Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. VAN QUICKENBORNE


    (1)  ĠU L 163, 23.06.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

    (3)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

    (4)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 26.

    (5)  COM(2010) 750 finali.


    Top