Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0928(02)

Pubblikazzjoni mill-ġdid ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

ĠU C 284, 28.9.2011, p. 25–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/25


Pubblikazzjoni mill-ġdid ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 284/05

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“KRAŠKI PRŠUT”

Nru tal-KE: SI-PDO-005-0417-29.10.2004

DOP ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jistipula l-elementi ewlenin tal-ispeċifkazzjoni tal-prodotti għal għanijiet informattivi.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano RS

Indirizz:

Dunajska cesta 58

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14789109

Fax

+386 14789055

Posta elettronika:

varnahrana.mkgp@gov.si

2.   Grupp li qed japplika:

Isem:

GIZ Kraški pršut

Indirizz:

Šepulje 31

SI-6210 Sežana

SLOVENIJA

Tel.

+386 57310300

Fax

+386 57310330

Posta elettronika:

Kompost minn:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Grupp 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Kraški pršut”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-Kraški pršut huwa prodott tal-laħam imnixxef/immaturat mir-riġlejn ta’ wara tal-majjal frisk.

Karatteristika li tiddistingwixxi l-“Kraški pršut” hija l-forma standard u li tingħaraf tiegħu. Ir-riġlejn ta’ wara friski jiġu ppreparati mingħajr is-saqajn, iżda bil-ġilda u x-xaħam, jekk ikun fihom. Riġel ta’ wara frisk għandu jkun jiżen mill-inqas 9 kg. Il-laħam tal-muskolu jrid jestendi 5-7 ċm minn taħt ir-ras tal-għadma tal-koxxa (Caput ossis femoris). Fuq in-naħa ta’ ġewwa tar-riġel ta’ wara, il-laħam tal-muskolu jinkixef; il-ġilda u x-xaħam jitraqqmu kemm kemm iktar lejn il-qasba.

Kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli fil-Kras (Karst) jippermettu li jitnixxfu riġlejn ta’ wara sħaħ. Karatteristika tal-“Kraški pršut” huwa t-tnixxif bl-użu ta’ melħ tal-baħar oħxon biss Il-proprjetajiet organolettiċi karatteristiċi tiegħu, li jidhru mill-kontenut aktar baxx ta’ likwidu minħabba livell ogħla ta’ deidratazzjoni, jiżviluppaw matul perjodu twil biżżejjed ta’ tnixxif/maturazzjoni. Tipikament għandu kontenut kemmxejn ogħla ta’ melħ (sa 7.4 %), u l-qatgħat tal-laħam jinħassu fil-ħalq bħala aktar fermi. Il-grad ta’ deidratazzjoni u perjodu twil biżżejjed ta’ maturazzjoni jgħinu biex jipproduċu l-kulur karatteristiku tal-perżut meta jinqata', li huwa aħmar fir-roża b’kulur iktar skur madwar it-truf. Għandu aroma u togħma qawwijin. L-aroma pikkanti ħafna tiegħu hija karatteristika tal-grad ta’ maturazzjoni, u din ukoll tiddistingwixxih minn prieżet oħrajn.

4.3.   Żona ġeografika:

Ir-reġjun tal-Kras jinstab fil-punent tal-Primorska ċentrali. It-tmelliħ, it-tnixxif u l-maturazzjoni tal-“Kraški pršut” isiru fiż-żona limitata tal-Kras fejn il-prieżet jiġu prodotti b'mod tradizzjonali.

Il-konfini ta’ din iż-żona jwasslu minn Kostanjevica na Krasu sa Opatje Selo, minn hemm għall-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Italja u tul dik il-fruntiera sal-punt tal-qsim tal-fruntiera ta' Lipica, minn hemm matul it-triq lejn Lokev, inkluża din il-belt, imbagħad tul it-triq lejn Divača, minn hemm għar-raħal ta’ Brestovica pri Povirju u għall-l-irħula ta’ Štorje, Kazlje, Dobravlje, Ponikve u Kobdilj, minn Mali Dol għal Škrbina, Lipa u Temnica u jerġgħu lura lejn Kostanjevica na Krasu.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Il-produtturi kollha tal-“Kraški pršut” għandhom jipproduċuh fiż-żona ġeografika stipulata għall-produzzjoni tal-“Kraški pršut”. Sabiex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-kwalità, l-istadji kollha tal-produzzjoni jseħħu fi ħdan dik iż-żona ġeografika. Jinżamm reġistru tal-produtturi u l-istabbilimenti li jipproduċu l-“Kraški pršut”. Il-kwantità ta’ “Kraški pršut” prodott tiġi rreġistrata għal kull produttur. L-istadji kollha tal-produzzjoni jiġu mmonitorjati mill-entità ta' spezzjoni speċifikata fil-punt 4.7., li hi akkreditata skont l-istandard Ewropew EN 45011.

Qabel ma jitmelħu, ir-riġlejn ta’ wara friski tinkwilhom timbru f’post fuq il-ġilda li jkun jidher. Il-marka jkun fiha s-serje u l-jum, ix-xahar u s-sena. Dawn l-indikazzjonijiet huma obbligatorji u jiffurmaw parti integrali mill-kontrolli fuq il-proċess tal-produzzjoni kollu u t-traċċabbiltà. Jinżamm reġistru għal kull produttur, bl-għadd ta' prieżet għal kull lott. In-numru tal-lott jidher flimkien mad-dettalji tal-kontrolli fuq il-proċessi ewlenin tal-produzzjoni.

Meta t-tnixxif u l-maturazzjoni jitlestew, il-prieżet jgħaddu minn testijiet sensorji u tal-laboratorju biex tiġi ddeterminata l-kwalità, u tingħatalhom id-denominazzjoni “Kraški pršut”. Prieżet sħaħ, nofsijiet u kwartijiet għandhom id-denominazzjoni “Kraški pršut” u n-numru tal-produttur ittimbrati bil-ħadida tal-kiwi fuq il-ġilda. L-immarkar bil-ħadida tal-kiwi jiggarantixxi l-kwalità tal-prodott u li kien prodott fiż-żona ġeografika speċifikata skont l-ispeċifikazzjoni u li kien soġġett għal sorveljanza xierqa.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Ebda razza speċifika ta’ ħnieżer ma hija speċifikata għall-produzzjoni tal-“Kraški pršut”.

Ir-riġlejn ta’ wara friski jinġabru mill-inqas 24 siegħa, iżda mhux iżjed minn 120 siegħa, wara l-qatla, iżda r-riġlejn ta’ wara li huma b’xi ħsara u dawk li jiżnu inqas minn 9 kg ma jiġux aċċettati. Ir-riġlejn ta’ wara jridu jinżammu f'ħażna mkessha f'temperatura ta' – 1 °C sa + 4 °C. Ma għandhomx jiġu ffriżati. Il-ħxuna tax-xaħam li jkopri n-naħa ta’ barra tar-riġel ta’ wara frisk u mirqum, imkejjel minn taħt r-ras l-għadma tal-koxxa (Caput ossis femoris), ma għandhiex tkun inqas minn 10 mm.

Il-bidu tat-tmelliħ huwa mmarkat permezz ta' kiwi bis-sħana. Il-jum, ix-xahar, is-sena u l-lott.

Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef: jingħorok, jitħalla joqtor id-demm, l-użu ta’ melħ tal-baħar oħxon; l-ammont tal-melħ huwa determinat mill-piż tar-riġlejn ta’ wara.

Ir-riġlejn ta’ wara mmellħa jitpoġġew fuq xkaffi.

It-tmelliħ u t-tmelliħ mill-ġdid jitwettaq f’temperatura ta’ + 1 °C sa + 4 °C; it-tul tal-proċess tat-tmelliħ jiddependi mill-piż tar-riġlejn ta’ wara.

Jitneħħa l-melħ minn fuq il-wiċċ tar-riġlejn ta’ wara.

It-tnixxif fil-ksieħ f’arja li tiċċirkola ta’ temperatura ta’ of + 1 °C sa + 5 °C.

It-tnixxif fil-ksieħ f’arja li tiċċirkola bil-mod f’temperatura ta’ + 1 °C sa + 7 °C. Il-tul tal-istadju kollu tat-tnixxif fil-ksieħ, inkluż it-tmelliħ, huwa mill-inqas ta’ 75 jum, il-grad tat-tnixxif li jinkiseb huwa mill-inqas 16 %.

Ir-riġlejn ta’ wara jinħaslu f’ilma sħun, jitnixxfu billi jiġu xxottati u jiġu ppreparati għat-tnixxif/il-maturazzjoni.

Il-laħam tal-muskoli madwar ir-ras tal-għadma tal-koxxa (Caput ossis femoris) jitraqqam u, jekk meħtieġ, il-postijiet fejn tkun tneħħiet l-għadma tal-pelvi.

It-tnixxif/il-maturazzjoni f’temperaturi ta’ + 12 °C sa + 18 °C. Jekk ir-riġlejn ta’ wara jiżnu 9 kg fil-bidu tal-proċess, il-perjodu sħiħ tal-produzzjoni huwa mill-inqas 12-il xahar. il-perjodu ta’ produzzjoni huwa korrispondentement itwal jekk ikunu jiżnu iżjed.

Il-laħam tal-muskolu jixxaħħam f’diversi stadji matul il-proċess ta’ tnixxif/maturazzjoni. L-ammont tax-xaħam jiddependi mill-kontenut tal-ilma, il-valur aw u l-grad ta’ tnixxif milħuq. Ix-xaħam tal-majjal bil-melħ, bżar, dqiq u (jekk meħtieġ) antiossidanti miżjuda jintuża għat-tħaxxim.

Jitkejjel il-grad tat-tnixxif miksub li għandu jkun mill-inqas 33 % tal-piż inizjali tar-riġlejn ta’ wara.

Il-prieżet immaturati jitħallew f’post niexef b'ventilazzjoni tajba. Prieżet u perżut imqatta’, ippakkjat bil-vakum jew imgeżwer f’atmosfera kontrollata, jinżammu f’temperatura li ma taqbiżx + 8 °C.

It-testijiet sensorji biex jiddeterminaw jekk l-aroma hix korretta jitwettqu billi tiddaħħal il-ponta ta’ labra tal-għadam taż-żiemel fil-laħam tal-muskolu.

It-testijiet tal-laboratorju jitwettqu biex jiddeterminaw il-kontenut tal-melħ (il-massimu tal-kontenut tal-melħ huwa 7.4 %) u l-valur aw għandu jkun inqas minn 0,93).

Sabiex jinżammu l-proċeduri speċifiċi ta’ kwalità, il-“Kraški pršut” tista’ jitneħħielu l-għadma, jitqatta' f’biċċiet (nofsijiet jew kwarti) u jitgeżwer f’imballaġġ tal-imnut biss fi stabbilimenti ċċertifikati għall-produzzjoni tal-“Kraški pršut”. Biex tkun żgurata is-sikurezza mikrobijoloġika u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tipiċi organolettiċi tal-perżut, bħall-aroma, il-kulur, u l-għamla, dawn l-istabbilimenti biss jistgħu jqattgħu l-perżut u jippakkjaw il-biċċiet f’vakum jew f’atmosfera modifikata.

4.6.   Rabta:

L-indikazzjoni ġeografika hija fuq kollox ibbażata fuq it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-“Kraški pršut” u l-fama tiegħu stabbilita għal tul ta’ żmien.

Il-Kras (Karst) hija qortin b'pajżaġġ varjat fil-Lbiċ tas-Slovenja. Tifforma unità naturali distinta u hija definita b’mod ċar mir-reġjuni oħrajn fil-qrib. Il-Kras kien l-ewwel reġjun fl-Ewropa, u saħansitra fid-dinja, deskritta bħala li għandu karatteristiċi tal-aħrax (karst). Il-ħamrija hija kalkarja; il-parti tal-art li tinħadem, il-“ħamrija l-ħamra”, trendi ftit li xejn. Il-Kras huwa l-post fejn klima Meditteranja moderata tiltaqa' ma' arja kiesħa kontinentali li tonfoħ ’l isfel mill-Grigal lejn il-Golf ta’ Trieste, ġeneralment magħruf bħala “Bora”. Il-varjetà tal-qortin tal-Kras u l-qrubija mmedjata tal-baħar ifissru li dejjem hemm riħ jew fewġa u li l-umdità relattiva hija komparattivament baxxa, u dawn, flimkien mal-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-veġetazzjoni, ipprovdew minn żmien il-qedem kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli lin-nies tal-lokal biex inixxfu l-laħam.

Is-suċċess f’termini ta’ kobor, fama u żvilupp attwali tal-produzzjoni tal-perżut fil-Kras ġej mit-tekniki tradizzjonali u individwali użati mill-bdiewa. It-tnixxif ta’ biċċiet tal-laħam imur lura għaż-żmien meta l-Kras kellha l-ewwel popolazzjoni. L-iżvilupp ta’ Trieste bħala ċentru urban ewlieni u l-iżvilupp ta’ rotot bħal dawk li jgħaqqdu Vjenna ma’ Trieste, li kienu jgħaddu mill-Kras, żiedu d-domanda għal perżut fost il-kummerċjanti u s-sidien tal-lukandi żgħar. Il-fama tal-perżut kibret fl-istess waqt. Hekk kif żdiedet id-domanda għall-perżut, kif ukoll il-fama tiegħu, hekk ukoll żdied l-interess fil-produzzjoni tal-“Kraški pršut”.

Fl-1689 Valvasor kiteb hekk fuq in-nies tal-Kras:

“Dawn in-nies twajba jgħinu lilhom infushom kif jistgħu u jgħixu ħajja fqira; ikunu ferħanin ħafna jekk ikollhom biċċa xaħam tal-majjal (li jistgħu jiddiġerixxuha minħabba x-xogħol iebes tagħhom), basla, u kisra ħobż tal-maħlut b'xejn fuqha. F’xi lokalitajiet hemm nuqqas konsiderevoli ta’ injam, u speċjalment fis-sajf, ta’ ilma nadif.” (Rupel, 1969)

Fl-1960, fil-ktieb “Slovensko Primorje”, A. Melik kiteb hekk:

“It-trobbija tal-ħnieżer hija żviluppata sew fil-Kras. Hija x-xewqa ta’ kull bidwi li jkun jista’ joqtol il-ħnieżer għall-ħtiġijiet tiegħu stess. It-trobbija tal-ħnieżer għandha rabta mal-produzzjoni alimentari fil-ġonna u l-għelieqi għas-suq. It-temperaturi fix-xitwa huma adattati, u l-laħam jiġi ppreżervat ‘nej’, imnixxef fil-forma ta’ ‘Kraški pršut’.”

Għalhekk, matul iż-żminijiet, is-sengħa teknika evolviet mal-esperjenza u saret tradizzjoni. Fil-produzzjoni ta' prodotti ta' laħam imnixxef, in-nies tal-Kras dejjem jużaw il-metodu tat-trattament bil-melħ u jużaw il-melħ b'moderazzjoni, sabiex il-prodotti tagħhom ikollhom dak il-bilanċ tajjeb fit-togħma ta’ bejn mielħa u ħelwa. Ir-riġlejn ta’ wara u l-ispalel jitmellħu sħaħ. F’żoni oħrajn tas-Slovenja r-riġlejn ta’ wara normalment jinqasmu f’biċċiet iżgħar u tintuża s-salmura, b’taħlita ta’ tmelliħ niexef u mxarrab.

Il-kwalità titlob standards eżatti u sorveljanza permanenti matul il-proċess tal-produzzjoni. Ħidma konsiderevoli minn individwi wasslet għal esperjenza għanja, li saret tradizzjoni. Is-sengħa tal-fażijiet individwali tal-produzzjoni taħt kundizzjonijiet klimatiċi naturali wasslet, bis-saħħa tal-proċess ta’ maturazzjoni, għall-iżvilupp tal-karatteristiċi tipiċi organolettiċi tal-perżut, ir-riħa, it-togħma, il-kulur u l-għamla tiegħu. Dawn il-karatteristiċi issa saru n-norma u jikkontribwixxu għall-fama tal-Kraški pršut. dan huwa eżempju tal-armonija bejn il-bnedmin u n-natura. L-għarfien ibbażat fuq l-esperjenza żviluppa matul iż-żmien, u dan wassal biex il-Kraški pršut ikollu l-forma rikonoxxibbli u l-karatteristiċi organelettiċi tiegħu.

Fl-1953, seħħ xiri organizzat ta’ prieżet. Il-koperattivi tal-bdiewa xtraw 3 000-4 000 perżuta fis-sena f’dak iż-żmien. Il-prieżet kienu jinxtraw minn bdiewa fiż-żona usa' tal-Kras. Il-prieżet kienu jiżnu aktar minn 8 kg u l-perjodu tat-tnixxif u l-maturazzjoni kien ta' 18-il xahar. Xi wħud mill-prieżet kienu esportati lejn is-suq Taljan. Lukandi kbar u żgħar fis-Slovenja kienu jixtru wkoll il-prieżet, li kkontribwixxew għal dak li seta' joffri s-settur tal-lukandi u tal-ikel. Sabiex tintlaħaq id-domanda fis-suq, koperattivi u impriżi daħlu għall-produzzjoni tal-perżut. Mill-1963 sal-1977, it-tekniki tat-tmelliħ, l-iffumigar u t-tnixxif użati kienu l-istess eżatt bħal dawk użati fil-farms. Il-perżut beda jingħata t-tikketta “Kraški pršut” wkoll fl-1963.

L-1977 ġabet epoka ġdida fil-produzzjoni ta' “Kraški pršut” u speċjalitajiet ta’ laħam mnixxef ieħor, meta l-produtturi bdew joperaw unitajiet tal-produzzjoni tal-perżut mgħammra b’teknoloġija speċjali (magħrufa bħala “pršutarne”). Id-dehra tipika u l-karatteristiċi organolettiċi tal-perżut jirriflettu l-kultura gastronomika tal-Kras.

4.7.   Entità li tispezzjona:

Isem:

Bureau Veritas d.o.o.

Indirizz:

Linhartova 49a

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14757670

Fax

+386 14747602

Posta elettronika:

info@bureauveritas.si

4.8.   Tikkettar:

Id-denominazzjoni “Kraški pršut” tiġi ttimbrata bil-ħadida tal-kiwi fuq il-ġilda ta' prieżet sħaħ bil-għadma, prieżet bla għadma, u prieżet f'nofisijiet jew kwarti.

Karatteristika rikonoxxuta tal-“Kraški pršut” hija l-logo fil-forma ta' perżuta stillizzata, bid-denominazzjoni “Kraški pršut”. Din tidher flimkien man-numru tal-produttur. Il-logo titqiegħed fuq.it-tikketta tal-prodott finali, bħal prieżet bil-għadma, prieżet bla għadma, nofsijiet u kwarti u perżut imqatta' u ppakkjat f’vakum jew f’atmosfera modifikata.

It-tikketta “Kraški pršut” turi wkoll l-iskrizzjoni “indikazzjoni ġeografika protetta”, jew is-simbolu Komunitarju korrispondenti, in-numru taċ-ċertifikat u s-simbolu tal-kwalità tar-Repubblika tas-Slovenja.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top