This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0906(01)
Summary information communicated by Member States on State aid granted in conformity with Commission Regulation (EC) No 736/2008 on the application of Articles 87 and 88 of the EC Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production, processing and marketing of fisheries products Text with EEA relevance
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat [tal-KE] dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd Test b’relevanza għaż-ŻEE
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat [tal-KE] dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 262, 6.9.2011, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/11 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat [tal-KE] dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 262/08
Għajnuna Nru: SA.33012 (11/XF)
Stat Membru: L-Irlanda
Reġjun li qed jagħti/Awtorità li qed tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara
Titlu tal-iskema tal-għajnuna/Isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Special Assistance for Young Fishermen Scheme
Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 200 000
Intensità massima tal-għajnuna: għotja ta' 15 % mill-kostijiet tal-akkwiżizzjoni jew ammont li ma jaqbiżx EUR 50 000, skont liema jkun l-anqas minnhom.
Data tad-dħul fis-seħħ: L-1 ta' Ġunju 2011.
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali (sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:
— |
taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata sat-30 ta' Ġunju 2015 |
Għan tal-għajnuna: L-iskema tipprovdi assistenza speċjali għas-sajjieda li għadhom żgħar sabiex jistabbilixxu ruħhom fl-industrija. Is-sajjieda li għadhom żgħar (li jkollhom inqas minn 40 sena meta japplikaw) u li qabel ma kienu proprjetarji jew proprjetarji parzjali ta' ebda bastiment tas-sajd u li jkunu qed jixtru bastiment għas-sajd tal-ħut abjad (“whitefish”) għall-ewwel darba.
Indika liema Artikolu qed jintuża mill-Artikoli 8 sa 24: L-Artikolu 10.
Attività kkonċernata: Il-promozzjoni ta’ parteċipanti żgħażagħ ġodda fis-settur tal-qbid.
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
An Bord Iascaigh Mhara |
PO Box 12 |
Crofton Road |
Dún Laoghaire |
Co. Dublin |
IRELAND |
Indirizz tas-sit tal-internet fejn jinsab it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna individwali mogħtija barra minn skema tal-għajnuna: http://www.bim.ie/media/bim/BIM_Fisheries_Special_Assistance_for_Young_Fishermen_Scheme%20.pdf
Raġuni: spjega għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok ma ngħata appoġġ mill-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd ingħataw, bi prijorità, lil miżuri oħrajn. Huma ntużaw b'mod partikolari għad-dekummissjonar tal-flotta tas-sajd, għas-sistemi tas-sajd li jħarsu l-ambjent, għall-immaniġġjar tas-sajd ta’ max-xatt u għall-assi numru 4 (l-iżvilupp tal-komunitajiet ta’ mal-kosta).