Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011TA1215(27)

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni

ĠU C 366, 15.12.2011, p. 150–155 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/150


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni

2011/C 366/27

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Dublin, kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2).

2.

Il-baġit tal-Fondazzjoni tal-2010 ammonta għal EUR 20,8 miljun meta mqabbel mal-EUR 20,2 miljun tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fl-aħħar tas-sena kien 101, meta mqabbel mal-94 is-sena ta’ qabel.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

4.

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6).

Ir-responsabbiltà tad-Direttur

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

7.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari.

8.

Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u r-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet stipulati ta’ hawn taħt.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali ġew imfassla fit-30 ta’ Ġunju 2011 u ġew irċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġejja http://eca.europa.eujew www.eurofound.europa.eu.


ANNESS

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Kompetenzi u attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta’ Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg [impjieg] li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni

(ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005)

L-Objettivi

L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol,

l-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment id-disinn tal-impjieg,

il-problemi li jirrigwardaw ċertu kategoriji ta’ ħaddiema,

l-aspetti fit-tul dwar it-titjib tal-ambjent,

it-tqassim ta’ attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien.

Il-Kompiti

ssaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza f'dawn l-oqsma,

tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi,

twettaq studji jew biex tikkonkludi kuntratti ta’ studji u biex tipprovdi assistenza għall-proġetti pilota,

tikkoopera mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ istituzzjonijiet speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali.

It-tmexxija

1 –   Il-Bord Amministrattiv (BA)

minn kull Stat Membru:

rappreżentat wieħed mill-gvern,

rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u rappreżentant wieħed tal-ħaddiema,

tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni.

2 –   Il-Bureau tal-BA

jikkonsisti fi 11-il membru; 3 membri minn kull wieħed mill-imsieħba soċjali u l-gvernijiet, tnejn mill-Kummissjoni,

jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-BA u jieħu miżuri sabiex jiżgura t-tmexxija tajba bejn il-laqgħat tal-BA.

3 –   Id-Direttur huwa maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati ppreżentata mill-BA, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BA u tal-Bureau tal-BA u jmexxi l-Fondazzjoni.

4 –   Il-Kumitat tal-esperti huwa magħmul minn mhux aktar minn tliet membri mill-Kummissjoni, mill-gvernijiet u mill-imsieħba soċjali, bil-għan li jagħti pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar u dwar il-valutazzjoni tar-riżultati.

5 –   Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6 –   L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2010 (2009)

Il-Bagit

EUR 20,9 miljun (EUR 20,2 miljun)

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010

101 kariga u waħda mogħtija fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom 91 (81) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2010.

Persunal Ieħor:

 

L-Esperti Nazzjonali Ssekondati: 0 (0)

 

Il-Persunal fuq Kuntratt: 10 (13)

 

It-Total tal-Persunal impjegat: 101 (94)

Allokati lil

 

L-attivitajiet operazzjonali: 66 (62)

 

Il-kompiti amministrattivi: 31 (28)

 

Imħallta: 4 (4)

L-attivitajiet u s-servizzi pprovduti

Il-Monitoraġġ u l-Istħarriġ

In-Netwerk tal-Osservatorji Ewropej (NEO):

l-Osservatorju Ewropew għar-Relazzjonijiet Industrijali (EIRO) żdiedu 357 aġġornament ta’ informazzjoni; ħames studji rappreżentattivi; aġġornamenti annwali dwar ħlas u ħinijiet tax-xogħol u azzjoni industrijali; aġġornamenti annwali dwar ir-relazzjonijiet industrijali; 6 rapporti analitiċi u komparattivi

l-Osservatorju Ewropew dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol (EWCO) żdiedu 107 aġġornament ta’ informazzjoni; sitt rapporti analitiċi komparattivi dwar promozzjoni tax-xogħol ta’ ħaddiema immigranti u l-persuni u dawk li jaħdmu għal rashom

l-Immonitorjar tar-Ristrutturar Ewropew (MRE), żdiedu 1 258 skeda informattiva ta’ ristrutturar; erba’ rapporti analitiċi komparattivi

L-Istħarriġ:

it-tieni Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja: rapport ta’ analiżi sekondarja dwar il-ħajja tal-familja u x-xogħol

it-tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja: tħejjija ta’ xogħol fuq il-post

il-ħames Stħarriġ Ewropew tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol: xogħol fuq il-post b’44 000 intervista f’34 pajjiż; ippubblikati l-ewwel riżultati (ikomplu)

l-Istħarriġ Ewropew tal-Kumpaniji; ippubblikat rapport ta’ ħarsa ġenerali, analiżi sekondarja dwar profili ta’ flessibbiltà ta’ kumpaniji u dwar xogħol part-time

L-Impjiegi u l-kompetittività

il-fondi ta’ investiment u ristrutturar

l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq setturi magħżula: is-servizzi finanzjarji

il-forom ta’ intrapendritorja li qegħdin jitfaċċaw

l-iskemi ta’ ħidma għal żmien qasir (Rapport “Extending flexicurity – The potential of short-time working schemes” (Nestendu l-flessigurtà – Il-potenzjal ta’ skemi ta’ ħidma għal żmien qasir)

Ir-Relazzjonijiet industrijali u żviluppi fuq il-post tax-xogħol

il-klawżoli ta’ deroga fuq pagi

il-flessigurtà fi żminijiet ta’ kriżijiet

ir-relazzjonijiet industrijali fis-settur tal-kummerċ

l-involviment tal-impjegati f’kumpaniji taħt l-Istatut Ewropew tal-Kumpaniji

Minn relazzjonijiet industrijali nazzjonali għal dawk settorjali

id-djalogu soċjali u tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fis-settur awtomotiv

Il-koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja

il-Miżuri għall-inklużjoni soċjali tal-anzjani

is-Sostenn fit-trobbija tat-tfal

il-Politiki interkulturali u relazzjonijiet bejn il-gruppi

it-Tendenzi fil-kwalità ta’ ħajja fl-Ewropa 2003 - 2009

il-ġestjoni tad-dejn fid-dar

Il-Komunikazzjoni u l-qsim ta’ ideat u esperjenzi

Tqassmu 85 511-il pubblikazzjoni stampata; 679 pubblikazzjoni ġodda fuq il-web u stampati; 873 kuntatti u laqgħat ta’ għoti ta’ informazzjoni ma’ persuni li jfasslu l-politika fuq livell Ewropew; 1,8 miljun sessjoni tal-utent; attivitajiet tal-midja rriżultaw fl-ilħuq ta’ 130 miljun ċittadin Ewropew; 252 inkjesta minn ġurnalisti.

il-Konferenza: “Naħdmu għal żmien itwal permezz ta’ kondizzjonijiet aħjar tax-xogħol; modi ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol u tal-karriera”

is-Serje ta’ Seminars tal-Fondazzjoni “L-iżvilupp tal-ħiliet fl-Ewropa: sfidi u azzjonijiet”

17-il wirja u 25 żjara lill-Eurofound.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


IT-TWEĠIBIET TAL-EUROFOUND

1.

L-Eurofound ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


Top