Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0863

    Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    /* KUMM/2011/0863 finali - 2011/0419 (NLE) */

    52011PC0863

    Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 /* KUMM/2011/0863 finali - 2011/0419 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”), fil-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza fir-rigward tad-dazju anti-dumping fis-seħħ għall-importazzjonijiet ta' qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan. |

    Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ikklassifikati fil-kodiċi NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam kien impost mir-Regolament (KE) Nru 1890/2005[1] kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 768/2009[2]. |

    Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

    2) KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT |

    Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

    Il-partijiet interessati milquta mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

    Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert |

    Ma kienx hemm ħtieġa ta’ għarfien espert. |

    Stima tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda jinkludi lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

    3) L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

    Taqsira tal-azzjoni proposta Fid-19 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni bdiet, wara talba sostanzjata mill-European Industrial Fasteners Institute ("EIFI") f'isem il-produtturi tal-Unjoni, reviżjoni ta' skadenza tad-dazju anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan. L-investigazzjoni tar-reviżjoni sabet dumping kontinwu ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet minnu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan li, kieku l-miżuri anti-dumping kellhom jitħallew jiskadu, kien jirriżulta f'rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li t-tkomplija tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġi suġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jestendi l-miżuri eżistenti, li għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mit-18 ta' Frar 2012. |

    Il-bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. |

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tagħtix lok għal deċiżjoni nazzjonali. |

    L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat meta mqabbel mal-għan tal-proposta, mhijiex applikabbli. |

    L-għażla tal-istrumenti |

    L-istrumenti proposti: regolament. |

    Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

    4) IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

    2011/0419 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[3] ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. IL-PROĊEDURA

    1. Miżuri fis-seħħ

    1. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1890/2005 tal-14 ta' Novembru 2005[4] il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv u ġabar b'mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet minnhom ("SSF") li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, it-Tajwan, it-Tajlanda u l-Vjetnam. Fl-istess ħin, intemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta' SSF li joriġinaw mill-Malażja u l-Filippini.

    2. Fil-25 ta' Awwissu 2009, wara reviżjoni mibdija fuq il-bażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 768/2009 tas-17 ta' Awwissu 2009[5] emenda l-miżuri msemmija fuq, safejn dawn kienu jikkonċernaw produttur esportatur partikolari fil-Vjetnam.

    3. Ir-Regolament li wassal għall-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoniijiet ta' ċerti SSF li joriġinaw, inter alia , mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("RPĊ") u t-Tajwan, minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ "ir-Regolament oriġinali". L-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri imposti mir-Regolament oriġinali fuq il-pajjiżi kkonċernati minn hawn 'il quddiem se tissejjaħ "l-investigazzjoni oriġinali".

    2. It-talba għal reviżjoni tal-iskadenza

    4. Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ skadenza imminenti[6] tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fid-19 ta’ Awwissu 2010 l-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ntbagħtet mill-European Industrial Fasteners Institute ("EIFI") ("l-applikant") f'isem ħames produtturi tal-Unjoni: Bulnava S.r.l., Inox Viti di Cattinori Bruno & C.s.n.c., Inox Bolt S.r.l., Bontempi Vibo S.p.A. u Ugivis S.A. li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ ta' iktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali ta' SSF tal-Unjoni.

    5. It-talba kienet limitata għall-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan ("il-pajjiżi kkonċernati"). Għaldaqstant, il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali fuq l-importazzjonijiet ta' SSF li joriġinaw mill-Vjetnam, mill-Indoneżja u mit-Tajlandja mhumiex suġġetti għal din ir-reviżjoni.

    6. It-talba kienet ibbażata fuq li l-iskadenza tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet ta' SSF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati x'aktarx li tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    3. L-inizjazzjoni ta’ reviżjoni tal-iskadenza

    7. Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex tinbeda reviżjoni tal-iskadenza, fid-19 ta' Novembru 2010 l-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ta' inizjazzjoni ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [7], l-inzjazzjoni ta' reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ("avviż ta' inizjazzjoni").

    4. L-investigazzjoni

    4.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat

    8. L-investigazzjoni tat-tkomplija tad-dumping kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta' Ottubru 2009 u t-30 ta' Settembru 2010 ("il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni" jew "il-PIR"). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni ("il-perjodu kkunsidrat").

    4.2. Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

    9. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, lil importaturi, lil utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati bil-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza.

    10. Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet interessati jippreżentaw fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta' smigħ.

    11. Minħabba l-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati, importaturi mhux relatati tal-Unjoni u produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, kien previst it-teħid ta' kampjuni fl-avviż tal-inizjazzjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    12. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta' teħid ta' kampjuni u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmijin hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta' inizjazzjoni u biex il-Kummissjoni tkun ipprovduta bl-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-inizjazzjoni. Fid-dawl tat-tweġibiet li waslu ġie deċiż li jiġi applikat it-teħid ta' kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi Tajwaniżi, l-importaturi mhux relatati fl-Unjoni u l-produtturi tal-Unjoni. Fir-rigward tar-RPĊ, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    13. Sitta u tletin esportatur/grupp ta' esportaturi taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Għaxra minnhom ma setgħux jitqiesu peress li dehru li huma kumpaniji tan-negozjar biss jew ma għax ma kinux jesportaw lejn l-Unjoni fil-PIR. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-kumpaniji Tajwaniżi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' produtturi esportaturi. Sussegwentement waħda mill-kumpaniji fil-kampjun irtirat il-kooperazzjoni tagħha. It-tliet kumpaniji fil-kampjun li jifdal jirrappreżentaw 41,6 % tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn l-UE matul il-PIR.

    14. Fir-rigward tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni, minn tmien kumpaniji li pprovdew l-informazzjoni mitluba, l-ikbar tlieta minnhom li jirrappreżentaw kważi 90 % tal-volum importat irrappurtat mill-kumpaniji li kkooperaw intgħażlu għall-kampjun. Sussegwentement importatur wieħed biss bagħat tweġiba għall-kwestjonarju.

    15. Tnax-il produttur tal-Unjoni pprovdew it-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' sitt produtturi tal-Unjoni. Sussegwentement wieħed mill-produtturi fil-kampjun irtira l-kooperazzjoni tiegħu. Il-ħames produtturi fil-kampjun li jifdal irrappreżentaw 38 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni għal klijenti mhux relatati fl-UE matul il-PIR.

    16. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet fil-kampjun u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati kollha. Kif ġie spjegat hawn fuq, waslu tweġibiet għall-kwestjonarji minn ħames produtturi tal-Unjoni, tliet produtturi esportaturi mit-Tajwan u importatur wieħed. L-ebda wieħed mill-utenti kkuntattjati ma ppreżenta ruħu matul l-investigazzjoni.

    17. Kif spjegat fil-premessi (13) u (15), produttur esportatur Tajwaniż fil-kampjun u produttur tal-Unjoni fil-kampjun iddeċidew li ma jibagħtux tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, fiż-żewġ każijiet, il-kampjun tal-kumpaniji li kien jifdal tqies li huwa xorta waħda rappreżentattiv f'termini tal-volumi tal-bejgħ rilevanti.

    18. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a) Produtturi tal-Unjoni

    - Bulnava S.r.l, Suello, l-Italja;

    - Inox Viti di Cattinori Bruno & C.s.n.c, Grumello del Monte, l-Italja;

    - Bontempi Vibo S.p.A., Rodengo Saiano, l-Italja;

    - Reisser Schraubentechnik GmbH, Ingelfingen-Criesbach, il-Ġermanja;

    - Ugivis S.A, Belley, Franza.

    (b) Produtturi esportaturi fit-Tajwan

    - Arrow Fastener Co., Ltd. u l-esportaturi relatati tagħha, Shu-Lin City;

    - Shekai Precision Co., Ltd. u l-esportaturi relatati tagħha, Kaohsiung;

    - Yi Tai Shen Co., Ltd. Tainan Hsien.

    (c) Importatur mhux relatat fl-Unjoni:

    - Wurth Group, Kunzelsau, il-Ġermanja.

    B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    19. Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess wieħed iddefinit fir-Regolament oriġinali, jiġifieri ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 ("il-prodott ikkonċernat").

    20. L-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fis-swieq domestiċi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħin fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u huma, għalhekk, meqjusin bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    21. Erba' partijiet ippreżentaw ruħhom u sostnew li l-prodotti kklassifikati bil-kodiċijiet NM 7318 12 10, 7318 14 10 u 7318 15 51 għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni għax allegatament ma jiġux prodotti fl-Unjoni. Din il-pretensjoni ġiet miċħuda għax (i) ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li dawn il-prodotti jkunu differenti f'termini ta' karatteristiki bażiċi, fiżiċi u tekniċi u (ii) fi kwalunkwe każ l-ambitu tal-prodott ma jistax jiġi mmodifikat fil-kuntest ta' reviżjoni ta' skadenza.

    22. Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ġie rrakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu (l-"iżvelar finali"), wieħed mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi sostna li l-qfieli bimetalliċi ma għandhomx ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott minħabba differenzi sinifikanti li jeżistu bejn il-qfieli bimetalliċi u l-qfieli tal-azzar li ma jissaddadx f'termini ta' prezz tal-bejgħ tal-unità, l-ispiża tal-produzzjoni, il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-applikazzjonijiet. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (21) hawn fuq, il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ma jistax jiġi mmodifikat fil-kuntest ta' reviżjoni ta' skadenza. Din il-pretensjoni tista' tiġi ttrattata f'reviżjoni interim tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott, li l-kumpanija tista' titlob għaliha.

    C. IL-PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

    23. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hux probabbli li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping.

    1. RPĊ

    1.1. Kummenti preliminari

    24. Kif spjegat hawn fuq, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkooperaw fl-investigazzjoni.

    25. Għalhekk, is-sejbiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kellhom ikunu bbażati fuq l-aqwa fatti disponibbli, b'mod partikolari d-dejta tal-Eurostat u l-informazzjoni mibgħuta mill-industrija tal-Unjoni fuq it-talba għal reviżjoni. L-istatistika uffiċjali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ma setgħux jintużaw f'dan il-każ peress li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss frazzjoni żgħira tal-kwantitajiet irrappurtati fil-pożizzjonijiet tat-Tariffa tas-Sistema Armonizzata rilevanti.

    1.2. Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

    26. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-ebda marġini ta’ dumping individwali ma seta’ jiġi kkalkulat.

    27. Skont it-talba tar-reviżjoni, l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni kienu allegatament iddampjati b'marġini li jvarjaw bejn it-13,6% u l-61,8%. Kif intqal fl-avviż ta' inizjazzjoni, l-applikant qabbel il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni ma' valur normali maħdum fit-Tajwan, il-pajjiż analogu użat fl-investigazzjoni oriġinali.

    28. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-kumpaniji Ċiniżi, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li kieku setgħet twassal għal konklużjoni differenti. Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-valur normali stabbilit għall-unika kumpanija Tajwaniża li kkooperat instab li kien sostanzjalment ogħla mill-valur normali stabbilit mill-applikant fit-talba għal investigazzjoni tal-iskadenza. Peress li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni huma differenti minn fit-talba, x'aktarx li d-dumping mir-RPĊ kompla f'livelli ogħla minn dawk indikati fit-talba.

    1.3. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

    29. Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping waqt il-PIR, il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping ġiet investigata wkoll.

    30. F’dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi; l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Ċiniżi u l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi.

    1.3.1. Il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi

    31. Peress li hemm ftit informazzjoni pubblika disponibbli dwar l-industrija Ċiniża tal-SSF, l-informazzjoni li tinsab fit-talba tar-reviżjoni ntużat biex tiġi stmata l-kapaċità fir-RPĊ. Fuq dik il-bażi, jidher li ġew stabbiliti faċilitajiet ta' produzzjoni ġodda tal-SSF fir-RPĊ sa mill-2003. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar[8] u tat-tnaqqis sussegwenti fl-importazzjonijiet Ċiniżi ta' dak it-tip ta' qfieli fl-Unjoni mill-2009 'l hawn, il-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta' produzzjoni sinifikanti mhux użata li tista' tintuża għall-manifatturazzjoni tal-prodott ikkonċernat peress li l-produzzjoni tista' faċilment tinqaleb bejn iż-żewġ tipi ta' qfieli.

    1.3.2. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

    32. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni tista’ tiġi illustrata bil-fatt li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping ma waqfitx l-espansjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat. Mhux talli hekk: skont id-dejta tal-Eurostat il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdiedu bi 13 % bejn l-2007 u l-PIR. L-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-istess perjodu wera li l-prezz ta' importazzjoni medju skont l-Eurostat żdied. Madankollu, analiżi iktar dettaljata wriet li l-prezz tal-SSF iddikjarat fil-kodiċi NM irrappreżenta 59% tal-kwantità totali importata matul il-PIR naqset b'24% matul il-perjodu kkunsidrat. Dan juri li minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportaturi Ċiniżi xorta kienu kapaċi jżidu l-volum tal-esportazzjoni u jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom għall-maġġoranza tal-prodott ikkonċernat esportat.

    1.3.3. Esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    33. Fir-rigward tal-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi, ta' min jinnota li d-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża tikkonċerna kodiċijiet HS sħaħ. Meta tqabbilhom mal-istatistika tal-importazzjoni tal-UE fuq il-livell TARIC, il-prodott ikkonċernat jammonta għal madwar 3% f'termini ta' volum fi ħdan dawk il-kodiċijiet HS. Għalhekk id-dejta tal-esportazzjoni mhix sors ta' informazzjoni ta' valur. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċinżi, l-ebda informazzjoni rilevanti oħra ma nkisbet fir-rigward tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi.

    1.4. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza tad-dumping

    34. Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ għadhom qed jiġu ddampjati u li hemm probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni fil-każ li jitneħħew il-miżuri anti-dumping ta' bħalissa. Fil-fatt, meta wieħed iqis il-kapaċità żejda eżistenti fir-RPĊ u l-fatt li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat minkejja l-eżistenza ta' miżuri anti-dumping, jidher li hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex ikomplu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni bil-prezzijiet iddampjati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    2. IT-TAJWAN

    2.1. Kummenti preliminari

    35. Ta' min jinnota li minħabba l-għadd kbir ta' produtturi esportaturi Tajwaniżi li esprimew xewqithom li jikkooperaw, intgħażel kampjun rappreżentattiv ta' erba' kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji għal iktar investigazzjoni. Waħda minn dawn l-erba' kumpaniji rtirat il-kooperazzjoni tagħha. Madankollu, peress li f'termini ta' volum il-kumpaniji li jifdal jirrappreżentaw 41,6% tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi[9] totali lejn l-Unjoni fil-PIR, il-kampjun tqies li xorta waħda huwa rappreżentattiv.

    36. Ta' min jinnota wkoll li matul iż-żjarat ta' verifika li saru fl-istabbilimenti tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li jifdal ma kienx possibbli li tiġi vverifikata l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju minn wieħed minnhom filwaqt li ġie stabbilit li t-tieni kumpanija pprovdiet tagħrif qarrieqi. Il-produtturi esportaturi kkonċernati kienu infurmati minnufih bl-intenzjoni li l-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u twarrab l-informazzjoni pprovduta u għaldaqstant tirrikorri għall-aqwa fatti disponibbli. Il-kumpaniji ngħataw l-opportunità li jibagħtu iktar kummenti dwar din is-sitwazzjoni. Madankollu, il-kummenti li segwew ma biddlux id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li sserraħ fuq il-fatti disponibbli fir-rigward tal-produtturi esportaturi. Minħabba f'hekk, ġie kkalkulat marġni ta' ta' dumping individwali għal produttur esportatur Tajwaniż wieħed biss.

    37. Fid-dawl ta' li ntqal fuq, ħafna mis-sejbiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kellhom ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari d-dejta pprovduta mill-uniku produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera, id-dejta tal-Eurostat u l-informazzjoni mibgħuta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni. L-istatistika uffiċjali tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi ma setgħetx tintuża f'dan il-każ peress li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss frazzjoni żgħira tal-kwantitajiet irrappurtati fil-pożizzjonijiet tat-Tariffa tas-Sistema Armonizzata rilevanti.

    2.2. Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

    2.2.1. Valur normali

    38. B'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ bħal dan kienx ugwali mill-anqas għal 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni korrispondenti lill-Unjoni.

    39. Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa domestikament mill-kumpanija li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-elementi li tqiesu għad-definizzjoni tat-tipi ta' prodott kienu i) it-tip ta' qfieli, ii) il-grad tal-azzar użat bħala materja prima, iii) in-norma DIN tal-qfieli, iv) id-dijametru tal-qfieli u v) tulhom.

    40. Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur li kkopera kienx rappreżentattiv għal kull tip ta’ prodott, jiġifieri jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi mill-anqas 5% tal-volum tal-bejgħ tal-istess tip ta’ prodott lill-Unjoni. Fil-każ tat-tipi ta' prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi, imbagħad ġie eżaminat jekk dan il-bejgħ sarx fl-andament normali tal-kummerċ ("ANTK"), skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    41. L-eżami ta’ jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi, jistax jitqies bħala li sar fl-ANTK, saret billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti tat-tip ikkonċernat. Fil-każijiet kollha fejn il-bejgħ domestiku tat-tip ta’ prodott partikolari sar fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-ANTK, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-PIR.

    42. Għat-tipi ta’ prodott li jifdal fejn il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv jew ma nbiegħx fl-ANTK, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali nħadem biż-żieda mal-ispejjeż tal-manifatturazzjoni tat-tipi esportati, fejn hemm bżonn aġġustati, ta' perċentwal raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u marġni raġonevoli għall-qligħ, abbażi tad-dejta reali tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-ANTK, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

    2.2.2 Il-prezz tal-esportazzjoni

    43. Il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni tal-produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera ħlief wieħed sar direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    44. Għat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni fejn l-esportazzjoni lejn l-Unjoni saret permezz ta’ kumpanija tan-negozju, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ewwel prezz tal-bejgħ mill-ġdid tan-negozjant relatat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

    2.2.3. Tqabbil

    45. It-tqabbil bejn il-valur normali medju differenzjat u l-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta' negozju. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li kienu ppruvati li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Għan dan l-għan, ingħatat konċessjoni xierqa f’forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-assikurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż finanzjarji, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kummissjonijiet u r-rifużjonijiet fejn applikabbli u ġġustifikat.

    2.2.4. Il-marġni tad-dumping

    46. Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju differenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju differenzjat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Abbażi tal-metodoloġija ta' hawn fuq, instab li l-esportatur li kkoopera kompla għaddej bi prattiċi ta' dumping matul il-PIR. Fuq il-bażi ta' erba' xhur tal-PIR minn 12, id-dumping ammonta għal 22%.

    47. Ta' min ifakkar li, li l-kalkolu tad-dumping jiġi bbażat fuq erba' xhur tal-PIR hija metodoloġija normalment użata mill-Kummissjoni fir-reviżjonijiet ta' skadenza, fejn għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx tkomplija ta' dumping jew possibbiltà li d-dumping jerġa' jseħħ. Fil-fatt, fir-reviżjonijiet tal-iskadenza mhux meħtieġ li jiġi stabbilit marġni ta' dumping għat-tranżazzjonijiet kollha peress li dan il-kalkolu huwa neċessarju biss biex jiġi emendat il-livell tal-miżura anti-dumping fis-seħħ, li mhux l-għan tar-reviżjoni ta' skadenza. L-erba' xhur magħżula kienu l-aħħar xhur ta' kull kwart u għalhekk mifruxa b'mod ugwali matul il-perjodu ta' 12-il xahar tal-PIR.

    48. Wara l-iżvelar finali l-uniku produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera sostna li ċerti tranżazzjonijiet domestiċi rrappurtati fil-kwestjonarju li tqiesu għall-kalkolu tal-valur normali kienu fir-realtà destinati għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea u mhux għall-konsum domestiku. Il-kumpanija sostniet li dan il-bejgħ mill-ġdid sar permezz ta' manifatturi jew kummerċjanti indipendenti tal-qfieli fit-Tajwan.

    49. Ta' min jinnota li din il-pretensjoni ma kienet appoġġjata bl-ebda evidenza li turi li dawn il-prodotti jkunu se jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea. Għalkekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

    50. Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun, l-ebda marġni ta' dumping ma ġie kkalkulat għalihom. Madankollu, skont it-talba tar-reviżjoni, l-esportazzjonijiet mit-Tajwan kienu allegatament iddampjati b'marġini li jvarjaw bejn l-14% u l-50%. Ma hemm l-ebda informazzjoni oħra disponibbli li setgħet twassal għal konklużjoni differenti. Barra minn hekk, il-fatt li l-unika kumpanija investigata nstabet li kienet tipprattika d-dumping fis-suq tal-Unjoni u li l-prezz medju tal-prodott ikkonċernat importat mit-Tajwan huwa iktar baxx mill-prezz tal-esportazzjoni medju ta' dik il-kumpanija, jikkonferma l-eżistenza ta' dumping fil-livell nazzjonali fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata.

    2.3. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

    51. Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping waqt il-PIR, il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping ġiet investigata wkoll għat-Tajwan.

    52. F’dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Takwaniżi, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Tajwaniżi u l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi.

    2.3.1. Il-kapaċità żejda tal-esportaturi

    53. Rigward il-kapaċità żejda tal-esportaturi, peress li ftit informazzjoni pubblika hija disponibbli dwar l-industrija tal-SSF Tajwaniża, il-konklużjonijiet li ġejjin huma bbażati l-iktar fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal reviżjoni u fuq l-informazzjoni miksuba matul iż-żjarat ta' verifika. Skont it-talba ta' reviżjoni, kien hemm produtturi Tajwaniżi ġodda tal-SSF li investew f'tagħmir ġdid biex iżidu l-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-verifika wriet li l-investimenti fil-kapaċità huma mistennija jiżdiedu bi 12% fl-2011 meta mqabbla mal-PI tal-investigazzjoni oriġinali. Waqt il-PIR, il-kapaċità żejda tal-produttur li kkoopera kienet ta' 7% tal-kapaċità ta' produzzjoni totali. Il-livelli tal-ħażna nstabu li kienu baxxi ħafna peress li l-kumpanija li kkooperat ipproduċiet il-prodott ikkonċernat fuq ordnijiet biss.

    2.3.2. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

    54. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni tista’ tintwera bil-fatt li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping ma affettwatx l-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn l-Unjoni. Skont l-Eurostat u d-dejta ta' importazzjoni vverifikata, il-volumi tal-importazzjonijiet mit-Tajwan kienu pjuttost stabbli bejn l-2007 u l-PIR imma l-valur ta' dawn l-importazzjonijiet naqsu b'16% fl-istess perjodu. Dan jindika li l-prezz ta' bejgħ medju tal-SSF li joriġinaw mit-Tajwan naqas matul il-PIR. Dan juri li minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportaturi Tajwaniżi xorta kienu kapaċi jżidu l-volum tal-esportazzjoni u jkomplu jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom.

    55. F'dan ir-rigward, wieħed mill-partijiet Tajwaniżi interessati indika li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi ma kienx ir-riżultat tal-imġiba tal-prezz ostili tal-esportaturi iżda segwa l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima ewlenija, jiġifieri l-vireg tal-wajer. Ta' min jinnota li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima affettwa l-produtturi kollha tal-SSF bl-istess mod. Madankollu, il-konklużjoni li s-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti għall-esportaturi Tajwaniżi tibqa' hemm peress li rnexxielhom iżommu l-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

    2.3.3. Prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    56. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn pajjiżi terzi, ta' min jinnota li d-dejta tal-esportazzjoni Tajwaniża li tista' tiġi analizzata tikkonċerna kodiċijiet HS sħaħ. Meta tqabblu mal-istatistika tal-importazzjoni tal-UE fuq il-livell TARIC, il-prodott ikkonċernat jammonta għal madwar 2,6% f'termini ta' volum fi ħdan dawn il-kodiċijiet HS. Għalhekk, din id-dejta ma fihiex valur bħala sors ta' informazzjoni dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan. Madankollu, id-dejta tal-esportazzjoni vverifikata mit-tliet esportaturi Tajwaniżi fil-kampjun turi tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Dan juri li l-esportazzjonijiet Tajwaniżi huma iktar orjentati lejn l-UE.

    57. Ta' min jinnota wkoll li l-informazzjoni pprovduta mill-esportatur Tajwaniż li kkoopera turi li l-prezz tal-bejgħ ta' unità hija 10% ogħla meta tinbiegħ fl-Unjoni milli f'pajjiżi oħra u li l-volum esportat lejn pajjiżi oħra jirrappreżenta biss 20% tal-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

    2.4. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza tad-dumping

    58. Minħabba s-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mit-Tajwan għadhom qed jiġu ddampjati u li hemm probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni fil-każ li jitneħħew il-miżuri anti-dumping li hemm issa. Fil-fatt, meta titqies il-kapaċità żejda eżistenti fit-Tajwan u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, jidher li hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi Tajwaniżi li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet iddampjati jekk il-miżura li hemm issa titħalla tiskadi.

    D. ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    1. Il-produzzjoni tal-Unjoni

    59. L-informazzjoni disponibbli kollha rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni li ngħatat fit-talba għal reviżjoni u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni.

    60. Abbażi ta' dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li kienet madwar 63 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment.

    61. Kif indikat fil-premessa (11), it-teħid ta' kampjuni kien applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mit-12-il produttur li pprovdew l-informazzjoni għall-għażla tal-kampjun, intgħażel kampjun ta' sitt produtturi. Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (17) wieħed mill-produtturi ma kkooperax. Il-kumpaniji li kkooperaw fil-kampjun irrappreżentaw madwar 31% tal-produzzjoni tal-Unjoni stmata totali.

    2. L-industrija tal-Unjoni

    62. Il-produtturi kollha tal-Unjoni, imsemmija fil-premessa (59), huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ’il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

    E. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

    1. Kumment preliminari

    63. Għall-valutazzjoni tax-xejriet fil-volum u fil-prezz, intużaw l-istatistika tal-importazzjoni għall-kodiċijiet NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70, flimkien mad-dejta pprovduta fit-talba għal reviżjoni u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, issupplimentata mit-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    2. Il-konsum tal-Unjoni

    64. Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, meħud mit-talba ta' reviżjoni u ssupplimentat mid-dejta miksuba mill-produtturi fil-kampjun li kkooperaw u l-volum ta' importazzjonijiet ibbażat fuq id-dejta mill-Eurostat.

    65. Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 1

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati) | 123.224 | 120.598 | 101.143 | 121.402 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 98 | 82 | 99 |

    66. Bejn l-2007 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli. Madankollu bejn l-2007 u l-2009 kien hemm tnaqqis drastiku bi 18% b'konfomità mal-effetti negattivi globali tal-kriżi finanzjarja. Bejn l-2009 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni reġa' rkupra u wera żieda ta' 20%.

    3. Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    3.1. Akkumulazzjoni

    67. Sabiex issir valutazzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni individwali taż-żewġ pajjiżi fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

    68. Instab li l-volumi tal-importazzjonijiet kemm tar-RPĊ u kemm tat-Tajwan kienu 'l fuq mil-limitu de minimis stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku u mhux b'mod negliġibbli. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi segwew tendenza simili matul il-perjodu kkunsidrat, naqsu bejn l-2007 u l-2009 segwiti minn żieda fil-PIR. Fir-rigward tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni, kif spjegat fil-premessa (32), l-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi wrew li l-prezz tal-importazzjoni medju skont l-Eurostat żdied. Madankollu, analiżi iktar dettaljata wriet li l-prezz tal-SSF iddikjarat fil-kodiċi NM irrappreżenta maġġoranza tal-kwantità totali importata matul il-PIR naqas b'24% matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet Tajwaniżi naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu fl-inqas livell tagħhom matul il-PIR. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti kienu simili. Għalhekk kien ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet għal kumulazzjoni ġew sodisfatti.

    3.2. L-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ u t-Tajwan

    69. L-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajwan żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 2

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Volum ta’ importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati (tunnellati) | 8.559 | 6.636 | 6.154 | 8.795 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 78 | 72 | 103 |

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati | 6,9% | 5,5% | 6,1% | 7,2% |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 79 | 88 | 104 |

    Prezz tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata) | 4.998 | 4.709 | 4.656 | 4.730 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 94 | 93 | 95 |

    70. Kif jidher mit-tabella ta’ hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 3% matul il-perjodu kkunsidrat. B'konformità mal-evoluzzjoni tal-konsum, kien hemm waqgħa fil-perjodu 2008-2009. Madankollu, dan it-tnaqqis kien ħafna iktar sostanzjali mit-tnaqqis fil-konsum fl-istess perjodu. Bejn l-2009 u l-PIR, l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu anki sa 43%.

    71. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b’5% matul il-perjodu meqjus. Fir-rigward tal-volumi, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu fl-iktar livell baxx tagħhom fl-2009 u wara żdiedu kemm kemm.

    72. Tul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet iddampjati segwa l-evoluzzjoni tal-konsum u baqa' stabbli għal madwar 7%.

    3.3. Twaqqigħ tal-prezz

    73. Fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u kooperazzjoni limitata mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi, l-informazzjoni disponibbli dwar it-tipi ta' SSF esportatati lejn l-Unjoni hija verament limitata. Dan flimkien mal-fatt li l-prodott ikkonċernat ikopri varjetà ta' tipi differenti ta' SSF b'varjazzjoni kbira fil-prezz (pereżempju, il-prezzijiet ta' unità fil-kategorija ta' viti tal-injam jistgħu ivarjaw bi 30 darba), hekk li jagħmilha impossibbli li jsir tqabbil validu fil-prezz għall-fini li jiġu stabbiliti l-marġini tat-twaqqigħ fil-prezz. It-tqabbil tal-prezz tal-bejgħ medju differenzjat tal-industrija tal-Unjoni għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni, aġġustat fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika bil-prezz tal-importazzjoni medju tas-CIF tal-pajjiżi kkonċernati, li ġej mill-Eurostat, ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR. Fir-rigward tat-Tajwan, l-uniku produttur esportatur li kkoopera esporta tip speċifiku ta' SSF li l-produzzjoni tiegħu fl-Unjoni hija limitata ħafna. Għalhekk, fin-nuqqas ta' tipi ta' prodott li jaqblu ma seta' jsir l-ebda kalkolu tat-twaqqigħ fil-prezz abbażi tat-tip, wieħed wieħed, għal din il-kumpanija.

    4. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.1. Kummenti preliminari

    74. Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

    75. Minħabba l-użu ta' kampjuni, l-indikazzjonijiet tal-ħsara ġew stabbiliti parzjalment għall-industrija tal-Unjoni sħiħa u parzjalment għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss. L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-dejta makroekonomika, bħas-sehem mis-suq, il-produzzjoni, il-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, it-tkabbir, il-ħażniet, u l-impjiegi u l-produttività, hija bbażata fuq dejta tal-industrija tal-Unjoni sħiħa. Fil-każijiet l-oħra ntużat id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment, il-pagi, il-profittabilità, il-likwidità u l-kapaċità li jittella' l-kapital).

    4.2. Il-produzzjoni

    76. It-tabella hawn taħt turi li l-produzzjoni naqset bi 17% matul il-perjodu kkunsidrat. B'konfomità mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel naqset drastikament b'24% bejn l-2007 u l-2009, u mbagħad żdiedet kemm kemm b'10% bejn l-2009 u l-PIR.

    Tabella 3

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Produzzjoni (tunnellati) | 74.514 | 69.514 | 56.396 | 62.213 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 93 | 76 | 83 |

    Sors: Makrodejta

    4.3. Kapaċità u użu tal-kapacità

    77. Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat bi 13% u b'konformità mal-evoluzzjoni tal-produzzjoni, ir-rata tal-użu tal-kapaċità wriet tnaqqis ċkejken ta' 4% bejn l-2007 u l-PIR.

    Tabella 4

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) | 148.039 | 140.743 | 127.200 | 128.881 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 95 | 86 | 87 |

    L-użu tal-kapaċità | 50% | 49% | 44% | 48% |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 98 | 88 | 96 |

    Sors: Makrodejta

    4.4. Il-ħażniet

    78. Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u mbagħad żamm stabbli bejn l-2008 u l-PIR. Fil-PIR, il-livell tal-ħażniet żdied kemxejn, iżda xorta kien 26% iktar baxx milli fl-2007.

    Tabella 5

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-ħażniet tal-għeluq (tunnellati) | 9.688 | 7.465 | 6.964 | 7.139 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 77 | 72 | 74 |

    Sors: Mikrodejta

    4.5. Il-volum tal-bejgħ

    79. Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’25% matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volumi tal-bejgħ naqsu bi 28% bejn l-2007 u l-2009 u laħqu l-iktar livell baxx fl-2009. Madankollu, matul il-volumi tal-bejgħ tal-PIR irkupraw u wrew żieda ta' 5% meta mqabbla mal-livelli tal-2009. Ta' min jinnota li din iż-żieda kienet ħafna inqas miż-żieda fid-domanda (20%) fl-istess perjodu.

    Tabella 6

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-volum tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (tunnellati) | 62.326 | 56.042 | 44.627 | 46.851 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 90 | 72 | 75 |

    Sors: Makrodejta

    4.6. Sehem mis-suq

    80. Is-sehem mis-suq li għandha l-industrija tal-Unjoni naqas progressivament bi 12-il punt perċentwali bejn l-2007 u l-PIR.

    Tabella 7

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni | 50,6% | 46,5% | 44,1% | 38,6% |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 92 | 87 | 76 |

    Sors: Makrodejta

    4.7. It-tkabbir

    81. Kif jidher fit-Tabella 1 fil-premessa (65), il-konsum tal-Unjoni naqas bejn l-2007 u l-2009 u mbagħad reġa' żdied għal kważi l-istess livell bħal tal-2007. L-industrija tal-Unjoni tilfet kważi 12-il punt perċentwali tas-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati rnexxielhom iżommu sehemhom mis-suq stabbli.

    4.8. L-impjiegi

    82. Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas b'7% bejn l-2007 u l-PIR.

    Tabella 8

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-prodott tal-impjiegi kkonċernat (persuni) | 954 | 1.007 | 863 | 886 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 106 | 90 | 93 |

    Sors: Makrodejta

    4.9. Il-produttività

    83. Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala prodott għal kull persuna impjegata kull sena, naqset b'10% bejn l-2007 u l-PIR. Din laħqet l-aktar livell baxx tagħha fl-2009, qabel ma rkuprat matul il-PIR.

    Tabella 9

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-produttività (tunnellati għal kull impjegat) | 78,1 | 69 | 65,3 | 70,2 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 88 | 84 | 90 |

    Sors: Makrodejta

    4.10. Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

    84. Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji tal-industrija tal-Unjoni wrew xejra sinifikanti għan-niżla bejn l-2007 u l-2009 meta naqsu b’50%. Dan kien parzjalment minħabba tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż tal-materja prima użata biex jiġu prodotti l-SSF. Madankollu, meta mqabbla mas-sena 2009, il-prezzijiet tal-bejgħ irkupraw matul il-PIR imma xorta kienu 35% ikta baxxi meta mqabbla ma' dawk prevalenti fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

    85. L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ bejn l-2007 u l-2009 rriflettiet parzjalment l-impatt tal-kriżi ekonomika li wassal għal tnaqqis fl-ispejjeż bi 28% f'dak il-perjodu. Dan it-tnaqqis irrifletta l-iktar l-iżvilupp tal-prezz tan-nikil, il-materja prima ewlenija użata fil-profuzzjoni tal-qfieli tal-azzar li ma jissaddadx. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li anke jekk il-kriżi finanzjarja kellha impatt negattiv fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, kien hemm ukoll pressjoni applikata fuq il-prezz għat-tipi ta' prodotti ewlenin immanifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni li kienet obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha iktar mit-tnaqqis fl-ispejjeż. Dan wassal għal deterjorament sinifikanti tar-rendiment tal-industrija tal-Unjoni matul dan il-perjodu. Anke jekk il-prezzijiet tal-bejgħ ikunu żdiedu matul il-PIR meta mqabbla mal-2009, il-livell tagħhom ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kollha u jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tagħmel marġni raġjonevoli ta' profitt.

    86. Il-prezzijiet tal-bejgħ irrappurtati fit-tabella hawn taħt huma prezzijiet medji għal kull tunnellata li fil-biċċa l-kbira jiddependu fuq it-taħlita tal-prodott. Kif spjegat fil-premessa (73), il-prezzijiet f'ċerti kategoriji ta' SSF jistgħu jvarjaw anke sa 30 darba.

    Tabella 10

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Prezz medju tal-bejgħ (EUR/tunnellata) | 5.842 | 4.437 | 2.914 | 3.803 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 76 | 50 | 65 |

    Sors: Mikrodejta

    4.11. Il-pagi

    87. Bejn l-2007 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat naqset bi 12%.

    Tabella 11

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    L-ispejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat ('000 EUR) | 47 | 44 | 41 | 42 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 94 | 87 | 88 |

    Sors: Mikrodejta

    4.12. L-investimenti

    88. Fl-2008 l-industrija tal-Unjoni investiet bil-kbir fil-produzzjoni tal-SSF, meta mqabbla mas-snin l-oħrajn koperti mill-perjodu kkunsidrat. Wara din is-sena l-investimenti naqsu.

    Tabella 12

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Investimenti netti (000 EUR) | 2.504 | 9899 | 3.087 | 2.299 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 395 | 123 | 92 |

    Sors: Mikrodejta

    4.13. Il-profittabilità u r-redditu mill-investimenti

    89. Kif imsemmi fil-premessa (85) hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li anke jekk it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ irriflettew parzjalment it-tnaqqis fl-ispejjeż, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni kienet taħt il-pressjoni ġejja mill-importazzjonijiet tal-SSF u ma kienx jippermetti li jkunu koperti l-ispejjeż kollha mġarrba fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-SSF. Dan wassal għal deterjorament sinifikanti tal-profittabilità, li kienet pożittiva fl-2007, u negattiva minn hemm 'il quddiem kif jidher fit-tabella hawn taħt.

    90. Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) naqas b'mod sinifikanti minn livell ta’ 29% fl-2007 għal -17 % fil-PIR.

    Tabella 13

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-Profitt Nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta' bejgħ nett) | 7% | -9% | -36% | -3% |

    ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti) | 29% | -16% | -41% | -17% |

    Sors: Mikrodejta

    4.14. Il-likwidità u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

    91. Il-likwidità netta mill-attivitajiet operattivi naqset b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Din laħqet l-aktar livell baxx tagħha fl-2009 u wara żdiedet kemm kemm. Madankollu, il-likwidità fil-PIR kienet għadha wisq iktar baxxa milli fl-2007.

    Tabella 14

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Likwidità (000 EUR) | 15.899 | -698 | -12.357 | -8.271 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | -4 | -78 | -52 |

    Sors: Mikrodejta

    4.15. Id-daqs tal-marġni tad-dumping

    92. Minkejja l-miżuri fis-seħħ id-dumping kompla f'livelli ta' minn 13,6% sa 61,8% għar-RPĊ u minn 14% sa 50% għat-Tajwan, abbażi kemm tad-dejta miksuba mit-talba għal reviżjoni u tal-uniku produttur esportatur li kkoopera fit-Tajwan. L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini ta' dumping ta' bħalissa ma jistax jitqies bħala wieħed negliġibbli.

    4.16. L-irkupru mill-effetti tad-dumping li sar fil-passat

    93. Kważi l-indikaturi kollha eżaminati wrew deterjorament fil-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni wara s-sena 2007. Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu kemm kemm u rnexxielhom iżommu sehemhom mis-suq stabbli. Fl-2009, meta l-kriżi finanzjarja laqtet id-domanda kumplessiva fl-Unjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ kienu taħt pressjoni, il-produtturi tal-Unjoni tilfu parti sostanzjali tal-klijenti tagħhom. Xi produtturi tal-Unjoni biss kienu kapaċi jżidu l-volumi tal-produzzjoni tagħhom billi jipproduċu tipi oħra ta' qfieli (eż. qfieli tal-azzar tal-karbonju) u setgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala u b'hekk jikkumpensaw għall-volum tal-bejgħ mitluf imġarrab fin-negozju tal-SSF. Fl-istess ħin, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforzi biex iżidu l-investimenti tagħhom biex jipproduċu b'mod iktar effiċjenti. Matul il-PIR, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha ttejjeb ir-rendiment tagħha, għalkemm baqgħet tagħmel it-telf. x'aktarx li l-qagħda mhux se tmur għall-aħjar meta jitqies il-livell baxx ħafna tat-tbassir tal-użu tal-kapaċità.

    5. L-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati u fatturi oħra

    5.1. L-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati

    94. L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ u t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajwan żdiedu kemm kemm matul il-perjodu kkunsidrat, żammew sehemhom mis-suq stabbli.

    95. Kif deskritt fil-premessa (73) ma kienx possibbli li jsir tqabbil ta' valur fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fid-dawl tan-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-tipi esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Tajwaniżi u l-varjazzjoni kbira fil-prezzijiet tat-tipi ta' prodotti differenti fi ħdan dan il-prezz medju. Fil-fatt, ma setax isir tqabbil ta' valur tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-uniku produttur Tajwaniż li kkoopera mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, peress li ma kien hemm l-ebda tqabbil ta' tipi ta' prodotti simili.

    96. Wara l-iżvelar finali, il-produttur Tajwaniż li kkoopera, imsemmi fil-premessa (22), sostna li l-esportazzjonijiet tiegħu ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-applikant, peress li hu jipproduċi tipi ta' SSF li huma prodotti biss minn ftit produtturi tal-Unjoni fi kwantitajiet limitati. F'dan ir-rigward ta' min jinnota, l-ewwel nett, li l-valutazzjoni tal-ħsara ssir għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi u mhux għall-applikant. It-tieni, hemm miżuri fis-seħħ għall-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, u kif spjegat fil-premessa (21) mhuwiex possibbli li jiġi mmodifikat il-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott fil-kuntest ta' reviżjoni ta' skadenza.

    5.2. L-impatt tal-kriżi ekonomika

    97. Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi prevalenti fl-industrija tal-azzar u l-industriji relatati fl-2007, l-industrija tal-Unjoni kienet f’kundizzjoni ekonomika relattivament tajba meta l-kriżi ekonomika bdiet fl-aħħar tal-2008. Anke meta s-suq staġna, b'mod partikolari fl-2009, xi produtturi tal-Unjoni komplew l-investimenti tagħhom biex jibdlu makkinarju u tagħmir obsolet sabiex jitniżżel il-prezz tal-produzzjoni u jkunu iktar kompetittivi kontra l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati u ż-żieda ta' importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, meta kien perċepit tnaqqis fid-domanda, il-produtturi tal-Unjoni kienu kkonfrontati wkoll b'setgħa ta' negozjar qawwija minn distributuri kbar li bdew jagħmlu pressjoni ikbar fuq il-prezzijiet u dan ħalla impatt negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industriji tal-Unjoni.

    5.3. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

    98. L-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ġie analizzat ukoll. Il-volum tal-importazzjoni kkombinat tagħhom żdied b'26% matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 52 000 tunnellata għal madwar 66 000 tunnellata. Fl-istess ħin il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 28% matul il-perjodu kkunsidrat u għaldaqstant sehemhom mis-suq żdied minn 42,5% fl-2007 għal 54,2% fil-PIR.

    99. Il-parti l-kbira tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra dehru li kienu mill-Indja, mill-Filippini u mill-Malasja. L-importazzjonijiet minn it-tliet pajjiżi jammontaw għal sehem mis-suq totali ta’ madwar 36% fil-PIR.

    100. Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja, dawn żdiedu b'141% matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 8 000 tunnellata fl-2007 għal madwar 20 000 tunnellata fil-PIR. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 32% matul l-istess perjodu u kienu wisq 'l isfel mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR. Għaldaqstant, l-esportaturi Indjani żiedu sehemhom mis-suq minn 6,7% fl-2007 għal 16,4% fil-PIR.

    101. L-importazzjonijiet mill-Filippini wrew xejra simili minn dawk mill-Indja u żdiedu b'129% matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 6 000 tunnellata fl-2007 għal madwar 14 000 tunnellata fil-PIR. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 38% matul l-istess perjodu u kienu wisq 'l isfel mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR. Għaldaqstant, is-sehem mis-suq tal-Filippini żdied minn 4,9% fl-2007 għal 11,4% fil-PIR.

    102. Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Malasja, għalkemm kien hemm xejra nieżla fl-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat (-27%), l-esportaturi Malasjani xorta kellhom sehem mis-suq ta' 8,2% fil-PIR. Barra minn hekk, skont id-dejta tal-Eurostat, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Malasja kienu ogħla minn dawk mill-pajjiżi kkonċernati fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, madankollu, fit-tieni parti, il-prezzijiet kienu wisq iktar baxxi.

    103. Għaldaqstant, jidher li l-esportaturi minn pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari mill-Indja, il-Filippini u l-Malasja, approfittaw mill-eżistenza tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ u t-Tajwan. Fit-tieni parti tal-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet Indjani u Filippini żdiedu aktar mid-doppju bi prezzijiet taħt dawk tar-RPĊ u tat-Tajwan, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Malasja wrew xejra li jonqsu. Il-pressjoni addizzjonali fuq il-prezz kellha impatt negattiv ulterjuri fuq l-industrija tal-Unjoni li rat il-profitti tagħha u indikaturi finanzjarji oħra juru xejra negattiva sew mill-2008 'il quddiem. Għalhekk, l-iżvilupp tal-importazzjonijiet partikolarment mill-Indja u l-Filippini ċertament ikkontribwixxa għat-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp negattiv tal-qagħda finanzjarja tagħha.

    Tabella 15

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati) | 52.339 | 57.920 | 50.362 | 65.756 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 111 | 96 | 126 |

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra | 42,5% | 48,0% | 49,8% | 54,2% |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (EUR/tunnellata) | 5.830 | 4.993 | 4.384 | 4.196 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 86 | 75 | 72 |

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati) | 8.282 | 13.667 | 16.776 | 19.945 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 165 | 203 | 241 |

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja | 6,7% | 11,3% | 16,6% | 16,4% |

    Il-prezz tal-importazzjoni mill-Indja (EUR/tunnellata) | 4.632 | 3.758 | 3.123 | 3.164 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 81 | 67 | 68 |

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Filippini (tunnellati) | 6.048 | 7.046 | 5.406 | 13.854 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 117 | 89 | 229 |

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Filippini | 4,9% | 5,8% | 5,3% | 11,4% |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Filippini (EUR/tunnellata) | 5.685 | 4.645 | 3.474 | 3.505 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 82 | 61 | 62 |

    2007 | 2008 | 2009 | PIR |

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Malasja (tunnellati) | 13.548 | 13.712 | 9.810 | 9.933 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 101 | 72 | 73 |

    Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Malasja | 11,0% | 11,4% | 9,7% | 8,2% |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja (EUR/tunnellata) | 5.062 | 4.203 | 2.963 | 3.068 |

    Indiċi (2007=100) | 100 | 83 | 59 | 61 |

    6. Konklużjoni

    104. Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni tilfet 25% tal-volum tal-bejgħ totali fl-Unjoni matul l-istess perjodu, li jwassal għal telf tas-sehem mis-suq minn 50,6% fl-2007 għal 38,6% fil-PIR. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati rnexxielhom iżommu sehemhom mis-suq stabbli.

    105. Bejn l-2007 u l-PIR, u minkejja l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping, ħafna mill-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b'mod negattiv: il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqsu bi 17% u 25% rispettivament, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità naqsu u ġew segwiti bi tnaqqis fil-livelli tal-impjiegi u tal-produttività. Il-profittabilità naqset minn 7% fl-2007 għal -3% fil-PIR u l-likwidità wriet xejra negattiva simili.

    106. Ġie konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat kumplessivament matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija tal-Unjoni kienet f'qagħda fraġli fl-aħħar tal-PIR, meta l-isforzi tagħha biex iżżomm il-volumi tal-bejgħ u livell suffiċjenti tal-prezzijiet kienu mxekkla bil-preżenza akbar tal-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll mill-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi minn pajjiżi terzi oħra.

    F. IL-PROBABBILTÀ TAT-TKOMPLIJA TAL-ĦSARA

    1. Ir-relazzjoni bejn il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati lejn pajjiżi terzi u l-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

    107. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra. Fir-rigward tat-Tajwan, abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kumpaniji vverifikati, il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma iktar baxxi minn dawk mitluba mis-suq tal-Unjoni. Għalhekk tqies li jekk il-miżuri jiskadu, l-esportaturi Tajwaniżi jkollhom inċentiv li jdawru l-kwantitajiet sinifikanti ta' esportazzjonijiet minn pajjiż terzi oħra lejn is-suq iktar attraenti tal-Unjoni.

    2. Kapaċità mhux użata fil-pajjiżi kkonċernati

    108. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli jidher li hemm kapaċità ta' produzzjoni kbira disponibbli kemm fir-RPĊ u kemm fit-Tajwan u ż-żewġ pajjiżi għandhom il-kapaċità li jżidu malajr il-volumi tal-produzzjoni tagħhom. F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar mir-RPĊ fl-2009[10] wasslet għal waqgħa fl-importazzjonijiet Ċiniżi u lliberat kapaċità li setgħet tintuża fil-produzzjoni ta' SSF. Barra minn hekk, ta' min jinnota li investigazzjoni ta' evażjoni konkluża reċentement estendiet il-miżuri imposti fuq ċerti qfieli tal-ħadid u l-azzar li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet konsenjati mill-Malasja[11]. Għalhekk, il-kapaċità li l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-UE jiżdiedu b’mod sinifikanti teżisti, b’mod partikolari għaliex ma hemm l-ebda indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu xi produzzjoni addizzjonali.

    3. Konklużjoni

    109. Huwa ċar li l-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati għandhom il-potenzjal li jżidu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom b'mod sinifikanti lejn is-suq tal-UE. Barra minn hekk, fir-rigward tat-Tajwan, jidher li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma iktar baxxi minn dawk mitluba mis-suq tal-Unjoni, b'hekk tiżdied il-possibilità li parti mill-esportazzjonijiet tal-pajjiżi terzi tiddawwar lejn is-suq tal-UE fin-nuqqas tal-miżuri. Dan, bil-probabilità kollha, jħalli impatt negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrijat tal-Unjoni.

    110. Kif intwera hawn fuq, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli. Jekk l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet iddampjati, dan x'aktarx li jwassal għal deterjorament ulterjuri tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll għal deterjorament konsegwenti tal-qagħda finanzjarja tagħha. Fuq din il-bażi, huwa għalhekk konkluż li r-revoka tal-miżuri fil-probabilità kollha twassal għal aggravazzjoni tal-qagħda diġà fraġli, u għat-tkomplija tal-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

    G. L-INTERESS TAL-UNJONI

    1. Introduzzjoni

    111. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw b’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    112. Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-impożizzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-anti-dumping eżistenti.

    113. Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabilità ta’ tkomplija ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet konvinċenti li għandhom iwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

    2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    114. L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-qagħda ekonomika pjuttost b'saħħitha osservata fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni tilfet volum ta' bejgħ u sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu kemm kemm minkejja l-miżuri fis-seħħ. Matul l-istess perjodu l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat u bdiet tagħmel it-telf. Mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, l-industrija tal-Unjoni, bil-probabilità kollha, tkun f’qagħda terġa' agħar.

    3. Interess tal-importaturi/utenti

    115. L-ebda wieħed mill-20 utent ikkuntattjat ma resaq biex jikkoopera. Ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, ikkoopera biss utent wieħed u ġie konkluż li l-utenti setgħu jiksbu l-prodott investigat mhux biss mill-pajjiżi kkonċernati imma wkoll minn sorsi ta' provvista oħrajn. Barra minn hekk, minħabba l-impatt marġinali tal-SSF fuq l-ispejjeż tal-prodotti li jiġu wara fil-katina tas-suq, ġie konkluż li l-miżuri ma jolqtux b'mod ħażin lill-industrija tal-utenti.

    116. Importatur wieħed biss minn tlieta fil-kampjun wieġeb il-kwestjonarju. Sehmu mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien limitat ħafna u ammonta għal 1,1% matul il-PIR. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-importatur iġġenera profittabilità b'saħħitha (bejn 5% u 10%) filwaqt li s-sehem mill-prodott ikkonċernat meta mqabbel mal-attività kollha tal-kumpanija kienet ta' inqas minn 10%. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri jista' jkollha impatt limitat ħafna fuq dan l-importatur.

    4. Konklużjoni

    117. Minħabba li ntqal hawn fuq, ġie konkuż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping ta' bħalissa.

    H . MIŻURI ANTI-DUMPING

    118. Il-partijiet kollha ngħarrfu bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jibagħtu l-kummenti tagħhom wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ġustifikat.

    119. Minn dan isegwi li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tiegħu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1890/2005, għandhom jinżammu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    120. Id-dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    121. Ir-rata tad-dazju ta’ l-anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanufatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż | Il-kumpaniji | Rata ta’ dazju AD (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | Tengzhou Tengda Stainless Steel Product Co. Ltd., Tengzhou City | 11,4 | A650 |

    Tong Ming Enterprise (Jiaxing) Co. Ltd., Zhejiang | 12,2 | A651 |

    Il-kumpaniji l-oħra kollha | 27,4 | A999 |

    Taiwan | Arrow Fasteners Co. Ltd., Taipei | 15,2 | A653 |

    Jin Shing Stainless Ind. Co. Ltd, Tao Yuan | 8,8 | A654 |

    Min Hwei Enterprise Co. Ltd, Pingtung | 16,1 | A655 |

    Tong Hwei Enterprise, Co. Ltd., Kaohsiung | 16,1 | A656 |

    Yi Tai Shen Co. Ltd., Tainan | 11,4 | A657 |

    Il-kumpaniji elenkati fl-Anness | 15,8 | A649 |

    Il-kumpaniji l-oħra kollha | 23,6 | A999 |

    122. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    (Kodiċi addizzjonali TARIC A649)

    A-STAINLESS INTERNATIONAL CO. LTD., Taipei |

    BOLTUN CORPORATION, Tainan |

    CHAEN WEI CORPORATION, Taipei |

    CHIAN SHYANG ENT CO. LTD., Chung-Li City |

    CHONG CHENG FASTENER CORP., Tainan |

    DIING SEN FASTENERS & INDUSTRIAL CO. LTD., Taipei |

    DRAGON IRON FACTORY CO. LTD., Kaohsiung |

    EXTEND FORMING INDUSTRIAL CORP. LTD., Lu Chu |

    FORTUNE BRIGHT INDUSTRIAL CO. LTD., Lung Tan Hsiang |

    FWU KUANG ENTERPRISES CO. LTD., Tainan |

    HSIN YU SCREW ENTERPRISE CO. LTD., Taipin City |

    HU PAO INDUSTRIES CO. LTD., Tainan |

    J C GRAND CORPORATION, Taipei |

    JAU YEOU INDUSTRY CO. LTD., Kangshan |

    JOHN CHEN SCREW IND CO. LTD., Taipei |

    KUOLIEN SCREW INDUSTRIAL CO. LTD., Kaohsiung |

    KWANTEX RESEARCH INC., Tainan |

    LIH LIN ENTERPRISES & INDUSTRIAL CO. LTD., Taipei |

    LIH TA SCREW CO. LTD., Kweishan |

    LU CHU SHIN YEE WORKS CO. LTD., Kaohsiung |

    M & W FASTENER CO. LTD., Kaohsiung |

    MULTI-TEK FASTENERS & PARTS MANIFACTURER CORP., Tainan |

    NATIONAL AEROSPACE FASTENERS CORP., Ping Jen City |

    QST INTERNATIONAL CORP., Tainan |

    SEN CHANG INDUSTRIAL CO. LTD., Ta-Yuan |

    SPEC PRODUCTS CORP., Tainan |

    SUMEEKO INDUSTRIES CO. LTD., Kaohsiung |

    TAIWAN SHAN YIN INTERNATIONAL CO. LTD., Kaohsiung |

    VIM INTERNATIONAL ENTERPRISE CO. LTD., Taichung |

    YEA-JANN INDUSTRIAL CO. LTD., Kaohsiung |

    ZONBIX ENTERPRISE CO. LTD., Kaohsiung |

    ZYH YIN ENTERPRISE CO. LTD., Kaohsiung |

    [1] ĠU L 302, 19.11.2005, p. 1.

    [2] ĠU L 221, 25.8.2009, p. 1.

    [3] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    [4] ĠU L 302, 19.11.2005, p. 1.

    [5] ĠU L 221, 25.8.2009, p. 1.

    [6] ĠU C 129, 19.5.2010, p. 16.

    [7] ĠU C 315, 19.11.2010, p. 7.

    [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta' Jannar 2009, ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1.

    [9] Skont il-bażi ta' dejta tal-Eurostat Comext.

    [10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta' Jannar 2009, ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1.

    [11] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2011 tat-18 ta' Lulju 2011, ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6.

    Top