This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0821
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on common provisions for monitoring and assessing draft budgetary plans and ensuring the correction of excessive deficit of the Member States in the euro area
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
/* KUMM/2011/0821 finali - 2011/0386 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro /* KUMM/2011/0821 finali - 2011/0386 (COD) */
2011/0386 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar dispożizzjonijiet komuni
għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet
baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit
eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136 flimkien
mal-Artikolu 121(6) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank
Ċentrali Ewropew, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Skont il-proċedura leġiżlattiva
ordinarja, Billi: (1)
It-Trattat jeħtieġ lill-Istati Membri
jqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta’ interess
komuni u li l-politiki baġitarji tagħhom ikunu ggwidati
mill-ħtieġa għal finanzi pubbliċi sodi u li l-politiki
ekonomiċi tagħhom ma jirriskjawx li jpoġġu fil-periklu
t-tħaddim xieraq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. (2)
Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, partikolarment
ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u
s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[1] u
r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997
li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni
tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv[2], imfassal
biex jiżgura dixxipplina baġitarja fl-Unjoni kollha, jistabilixxi
l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits
eċċessivi tal-gvern. Issaħħaħ aktar bir-Regolament
Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament
(KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta'
pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika
ekonomika u r-Regolament (UE) Nru …/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru
1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata
l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv.
Ir-Regolament (KE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona euro
żied sistema ta’ mekkaniżmi ta’ infurzar effikaċi, preventiva u
gradwali fil-forma ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri li
l-munita tagħhom tkun l-euro. (3)
L-emendi għall-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir
iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita
tagħhom tkun l-euro, inċentivi għall-iffissar u
l-implimentazzjoni ta’ politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu
evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet
ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza
tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. (4)
It-Trattat jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri
speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn
mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha sabiex
jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. (5)
Finanzi pubbliċi f'saħħithom
jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji
kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun. L-Istati
Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss minn l-iffissar ta’ prinċipji
ta’ gwida u miri baġitarji imma wkoll minn monitoraġġ
sinkronizzat tal-politiki baġitarji tagħhom. (6)
L-istipular ta’ kronoliġija baġitarja
komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro
għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija
tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja
tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja.
L-adozzjoni ta’ kronoliġija baġitarja komuni għandha twassal
għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika
fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u biex jiġi
żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jkunu
integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit. (7)
Hemm evidenza qawwija li turi l-effikaċja ta’
oqfsa fiskali bbażati fuq regoli fl-appoġġ ta' politiki fiskali
tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta’ regoli fiskali nazzjonali li jkunu
konsistenti mal-objettivi baġitarji stabiliti fil-livell tal-Unjoni
għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata
l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir.
Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli strutturali
tal-baġit bilanċjat li jittrasponu fil-leġiżlazzjoni
nazzjonali l-prinċipji ewlenin tal-qafas fiskali tal-Unjoni. Din
it-traspożizzjoni għandha tkun effettivi permezz ta' regoli
vinkolanti preferibbilment ta' natura kostituzzjonali sabiex jintwera l-aqwa
impenn tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-Patt ta’ Stabilità u
Tkabbir. (8)
Previżjonijiet makroekonomiċi u
baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jistgħu
jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u
konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja.
Previżjonijiet minn korpi indipendenti jistgħu jipprovdu
previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u realistiċi. (9)
Din is-sorveljanza msaħħa gradwalment ser
tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Patt ta’ Stabilità u
Tkabbir u ssaħħaħ is-sorveljanza tad-dixxipplina baġitarja
fl-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Proċedura ta’
monitoraġġ imsaħħa gradwalment għandha tikkontribwixxi
għal eżiti baġitarji aħjar għall-benefiċċju
tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Bħala parti minn
proċedura msaħħa gradwalment, monitoraġġ
metikoluż huwa partikolarment ta’ valur għall-Istati Membri li jkunu
soġġetti għal proċedura ta’ defiċit
eċċessiv. (10)
B'li ħareġ mill-kriżi tad-dejn
sovran, u partikolarment mill-ħtieġa li jiddaħħlu
fis-seħħ ritensjonijiet finanzjarji aħħarin komuni,
l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jikkondividu effetti
sekondarji mtejba mill-politika baġitarja tagħhom. Kull Stat Membru
li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u
lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma
jadottaw klawlunkwe pjanijiet kbar ta’ riforma fil-politika fiskali b'effetti
sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta’ valutazzjoni
tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha. Għandhom iqisu
l-pjanijiet baġitarji tagħhom bħala ta’ interess komuni u
jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ
qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun
f’pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta opinjoni dwar l-abbozz
tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit
għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni
tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li
l-gwida politika tal-Unjoni fil-qasam baġitarju tkun adegwatament
integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din
l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet
baġitarji jindirizzawx adegwatament ir-rakkomandazzjonijiet
maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew fil-qasam baġitarju.
Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament
tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din
l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta
jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li
l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura
tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta’ segwitu tal-gwida
bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll,
abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni,
il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni u l-prospetti
baġitarji fiż-żona tal-euro. (11)
L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun
l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit
eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex
tiġi żgurat korrezzjoni sħiħa u fil-ħin
tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ metikoluż
għandu jiżgura l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni
mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut
id-defiċit eċċessiv. Tali monitoraġġ għandu
jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabiliti fir-Regolament (KE)
Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ
metikoluż għandu jkun iggradat skont l-istadju tal-proċedura li
għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst
fl-Artikolu 126 tat-Trattat. (12)
Il-monitoraġġ metikoluż
għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta’
defiċit eċċessiv għandu jippermetti l-identifikazzjoni
tar-riskji f'konformità mal-iskadenza għal Stat Membru biex jikkoreġi
d-defiċit eċċessiv. Fil-każ li jiġu identifikati tali
riskji, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni
lill-Istat Membru biex jittieħdu miżuri f’perjodu partikolari li
għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament tal-Istat Membru
konċernat, fuq it-talba tagħha. Din il-valutazzjoni għandha
tippermetti korrezzjoni rapida ta’ kwalunkwe żvilupp li joħloq riskju
għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza
stabilita. Il-valutazzjoni tal-konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni għandha tkun parti mill-valutazzjoni kontinwa
mill-Kummissjoni tal-azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit
eċċessiv. Meta jiddeċiedi jekk ittiħditx azzjoni effettiva
biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu
wkoll jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq jekk l-Istat Membru
kkonformax mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. (13)
Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn
l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill
u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u
r-responsabilità pubblika akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew
jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I Dispożizzjonijiet
ġenerali Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament jistipula
dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ
tal-politiki baġitarji fiż-żona euro billi: (a)
jikkomplimenta s-Semestru Ewropew kif iddefinit
fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) 1466/97 b'kronoloġija
baġitarja komuni; (b)
jikkumplimenta s-sistema ta' sorveljanza
multilaterali tal-politiki baġitarji kif stabilit mir-Regolament (KE)
Nru 1466/97 b'rekwiżiti ta’ monitoraġġ addizzjonali sabiex
jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-Unjoni
fil-qasam baġitarju jiġu integrati adegwatement fil-preparazzjonijiet
baġitarji nazzjonali; (c)
jikkumplimenta l-proċedura tal-korrezzjoni
tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri kif stabilit
mill-Artikolu 126 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 1467/97
b'monitoraġġ metikoluż tal-politiki baġitarji tal-Istati
Membri taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv sabiex
tiġi żgurata l-korrezzjoni sostenibbli u f'waqtha tad-defiċit
eċċessiv. 2. Dan ir-Regolament japplika
għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Artikolu 2
Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta’ dan
ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: (1)
"kunsill fiskali indipendenti" tfisser
korp mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet fiskali
tal-Istat Membru inkarigati mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tar-regoli fiskali nazzjonali; (2)
"previżjonijiet makroekonomiċi
indipendenti" tfisser il-previżjonijiet makroekonomiċi u/jew
baġitarji prodotti minn korp indipendenti jew korp mogħni
b’awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru; (3)
"qafas baġitarju ta’ terminu medju"
tfisser kif stipulat fil-punt e tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill
[.../...]; (4)
"programm ta' stabilità" tfisser kif
stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1466/97; (5)
"gvern" u "defiċit"
ifissru kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar
il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv [defiċit
eċċessiv] anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 2. Għandha tapplika wkoll
id-definizzjoni ta’ "amministrazzjoni pubblika" u ta’
"sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika" (general government)
stipulati fil-punt 2.70 tal-Anness A għar-Regolament (KE)
Nru 2223/96. Kapitolu II Dispożizzjonijiet Baġitarji
Komuni Artikolu 3
Kronoliġika Baġitarji Komuni 1. L-Istati Membri għandhom
jippubblikaw annwalment il-pjanijiet fiskali ta’ terminu medju tagħhom
skont il-qafas baġitarju ta’ terminu medju bbażati fuq
previżjoni makroekonomika indipendenti flimkien mal-Programmi ta’
Stabilità, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April. 2. L-abbozzi tal-liġijiet
tal-baġit tal-amministrazzjoni pubblika għandhom isiru pubbliċi
kull sena mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru flimkien mal-previżjonijiet
makroekonomiċi indipendenti li fuqhom ikunu bbażati. 3. Il-liġijiet
tal-baġit tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu adottati u
pubblikati kull sena sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru. Artikolu 4
Regoli dwar il-bilanċ baġitarju u l-kunsill fiskali indipendenti
nazzjonali 1. L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi dwar
il-bilanċ baġitarju li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji
nazzjonali l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom kif
iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Tali regoli
għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija
tagħha u jkunu ta’ natura vinkolanti, preferibbilment kostituzzjonali. 2. L-Istati Membri għandu
jkollhom fis-seħħ kunsill fiskali indipendenti
għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli nazzjonali
fiskali kif imsemmi fil-paragrafu 1. Kapitolu III Monitoraġġ u valutazzjoni
tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri Artikolu 5
Rekwiżiti tal-monitoraġġ 1. L-Istati Membri kull sena
għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro abbozz ta’
pjan baġitarju għas-sena sussegwenti sa mhux aktar tard
mill-15 ta' Ottubru. 2. L-abbozz tal-pjan
baġitarju għandu jsir pubbliku fl-istess waqt. 3. L-abbozz tal-pjan
baġitarju għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja
għas-sena sussegwenti: (a)
il-bilanċ baġitarju mmirat
għall-amministrazzjoni pubblika bħala persentaġġ
tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), iddettaljat skont is-sottosetturi
tal-amministrazzjoni pubblika; (b)
il-projezzjonijiet abbażi ta’ ebda bdil
fil-politiki għan-nefqa u d-dħul bħala persentaġġ
tal-PDG tal-amministrazzjoni pubblikua u l-komponenti ewlenin tagħhom; (c)
in-nefqa u d-dħul fil-mira bħala
persentaġġ tal-PDG għall-amministrazzjoni pubblika u
l-komponenti ewlenin tagħhom, b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet u
l-kriterji tal-istabiliment tal-perkors tat-tkabbir fin-nefqa netta minn
kwalunkwe miżuri diskrezzjonarji fid-dħul skont l-Artikolu 5(1)
tar-Regolament (KE) Nru 1466/97; (d)
deskrizzjoni dettaljata u kwantifikazzjoni
ddokumentata sew tal-miżuri li għandhom jiġu inklużi
fil-baġit għas-sena sussegwenti sabiex jixxejjen id-distakk bejn
il-miri msemmija fil-punt (c) u projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil
fil-politiki pprovduti skont il-punt (b). Id-deskrizzjoni tista' tkun
inqas dettaljata għal miżuri b’impatt baġitarju stmat li jkun
inqas minn 0.1 % tal-PDG. Għandha tingħata attenzjoni
partikolari lill-pjanijiet ewlenin ta’ riforma ta’ politika fiskali b'effetti
sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra li l-munita
tagħhom tkun l-euro; (e)
l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi
ekonomiċi mistennija u l-varjabbli ekonomiċi importanti li jkunu
rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji. Dawn l-assunzjonijiet
għandhom ikunu bbażati fuq previżjoni indipendenti tat-tkabbir
makroekonomiku; (f)
fejn applikabbli, indikazzjonijiet addizzjonali
dwar kif se jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet eżistenti
indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikolu 121 tat-Trattat
fil-qasam baġitarju. 4. Fejn il-miri baġitarji
rrapportati fl-abbozz tal-pjan baġitarju skont il-punti (a) u (c)
tal-paragrafu 3 jew il-projezzjonijiet abbażi ta’ ebda bdil
fil-politiki jkunu differenti minn dawk tal-programm ta’ stabilità l-aktar reċenti,
id-differenzi għandhom ikunu spjegati kif xieraq. 5. Fejn tidentifika
nonkonformità partikolarment gravi mal-obbligi ta’ politika baġitarja
stipulati fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha, fi
żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan
baġitarju, titlob abbozz tal-pjan baġitarju rivedut mill-Istat Membru
konċernat. Din it-talba għandha ssir pubblika. Il-paragrafi 2 sa 4 għandhom japplikaw
fil-każ ta’ abbozz ta’ pjan baġitarju rivedut. 6. Il-Kummissjoni għandha
tispeċifika l-kontenut tal-abbozz tal-pjan baġitarju msemmi
fil-paragrafu 1. Artikolu 6 Valutazzjoni
tal-abbozz tal-pjan baġitarju 1. Il-Kummissjoni għandha,
jekk neċessarju, tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju
sat-30 ta’ Novembru. 2. L-opinjoni tal-Kummissjoni
għandha ssir pubblika u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru
konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni
lill-Parlament konċernat. 3. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji
fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni
għanda ssir pubblika. 4. Il-Grupp tal-euro għandu
jiddiskuti l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji
nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona
tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni
kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.
Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika. Kapitolu IV Żgurar tal-korrezzjoni
tad-defiċit eċċessiv Artikolu 7
Monitoraġġ metikoluż tal-Istati Membri taħt proċedura
tad-defiċit eċċessiv 1. Meta l-Kunsill
jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat li jeżisti
defiċit eċċessiv fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat
għandu jkun soġġett għall-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan
l-Artikolu, sa kemm tiġi abbrogata l-proċedura tad-defiċit
eċċessiv. 2. L-Istat Membru
soġġett għal monitoraġġ metikoluż għandu
mingħajr dewmien, iwettaq valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni
baġitarja tas-sena kurrenti għall-amministrazzjoni pubblika u
s-sottosetturi tagħha. Ir-riskji finanzjarji assoċjati mal-entitajiet
b'sjieda tal-gvern u mal-kuntratti tal-gvern għandhom ukoll ikunu koperti
mill-valutazzjoni sal-estent li dawn jistgħu jikkontribwixxu
għall-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. Ir-riżultat
ta' din il-valutazzjoni għandu jkun inkluż fir-rapport sottomess
skont l-Artikolu 3(4a) jew 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar
l-azzjoni meħuda sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. 3. Stat Membru għandu
jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju
jew kwalunkwe sottokumitat maħtur mill-KEF għal dak il-għan,
dwar l-amministrazzjoni pubbliku u s-sottosetturi tagħha,
l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju
ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif
ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul
tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta'
dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jsir
pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika
l-kontenut tar-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu. 4. Jekk l-Istat Membru
konċernat ikun soġġett għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill
skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, it-rapport skont il-paragrafu 3
ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi sottomess għall-ewwel darba 6 xhur
wara r-rapport inizjali previst fl-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (KE)
Nru 1467/97, u wara dan kull 6 xhur. 5. Jekk l-Istat Membru
konċernat ikun s-suġġett għal avviż mill-Kunsill skont
l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, ir-rapport skont il-paragrafu 3 ta’
dan l-Artikolu għandu jkun fih informazzjoni dwar l-azzjonijiet
meħuda b'respons għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
tal-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jiġi sottomess għall-darba 3
xhur wara r-rapport inizjali previst fl-Artikolu 5(1a) tar-Regolament (KE)
Nru 1467/97, u wara fuq bażi trimestrali. 6. Fuq talba u fl-iskadenza
ffissata mill-Kummissjoni, l-Istat Membru soġġett għal
monitoraġġ metikoluż għandu: (a)
jwettaq, u jirrapporta dwar, awditu indipendenti
komprensiv tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika mwettaq b'kordinament
mal-istituzzjonijiet supremi nazzjonali tal-awditjar, bil-għan li
jiġu vvalutati l-affidabilità, il-kompletezza u l-akkuratezza ta’ dawn
il-kontijiet pubbliċi għall-finijiet tal-proċedura
tad-defiċit eċċessiv. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni
(Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta rrapportata mill-Istat
Membru konċernat skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2010[3]; (b)
jipprovdi informazzjoni addizzjonali
għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-progress lejn il-korrezzjoni
tad-defiċit eċċessiv. . Artikolu 8
L-Istati Membri f'riskju ta' nonkonformità mal-obbligi tagħhom skont
il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv fil-konfront tagħhom
1. Meta jiġi vvalutat jekk
il-konformità mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit
eċċessiv, kif stabilita mir-rakkomandazzjoni kurrenti tal-Kunsill
skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat jew l-avviż tal-Kunsill skont
l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, tkun mhedda, il-Kummissjoni għandha
wkoll tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq ir-rapporti sottomessi
mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. 2. F’każ ta’ riskji ta’
nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit
eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni
lill-Istat Membru konċernat għall-adozzjoni ta' miżuri ulterjuri
bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit
eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-Parlament
tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni
lill-Parlament konċernat. 3. Fiż-żmien stabilit
mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat
Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar
il-miżuri adottati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni flimkien
mar-rapporti previst fl-Artikolu 7(3). Ir-rapport għandu jinkludi
l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonarji kollha meħuda,
il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, informazzjoni dwar
il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba biex jinkisbu l-miri,
kif ukoll informazzjoni dwar azzjonijiet oħra meħuda b'respons
għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jsir
pubbliku. 4. Il-kumitat kompetenti
tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru
konċernat minn rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2 biex
jipparteċipa fi skambu ta’ opinjonijiet skont l-Artikolu 2a
tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. 5. Fuq il-bażi tar-rapport
imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk
l-Istat Membru jkunx konformi mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skont
il-paragrafu 2. Artikolu 9
Impatt fuq il-proċedura tad-defiċit eċċessiv 1. Għandu jitqies l-estent
sa fejn l-Istat Membru konċernat ikun ikkunsidra l-opinjoni msemmija
fl-Artikolu 6(1): (a)
mill-Kummissjoni meta tagħmel rapport skont
l-Artikolu 126(3) tat-Trattat u meta tirrakkomanda l-impożizzjoni ta'
depożitu bla mgħax skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru XXX/2011; (b)
mill-Kunsill meta jiddeċiedi jekk
jeżistix defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6)
tat-Trattat. 2. Il-monitoraġġ
metikoluż stabiliti mill-Artikoli 7 u 8 ta' dan ir-Regolament
għandu jkun parti integrali mill-monitoraġġ regolari, kif
previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97,
tal-implimentazzjoni tal-azzjoni meħuda mill-Istat Membru konċernat
b'respons għar-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 126(7)
tat-Trattat jew avviżi mogħtija skont l-Artikolu 126(9)
tat-Trattat għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. 3. Meta jikkunsidra jekk
itteħditx azzjoni effettiva b'respons għar-rakkomandazzjonijiet
magħmula skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat jew l-avviżi skont
l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tqis
il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) f’dan ir-Regolament u
tirrakkomanda, kif xieraq, lill-Kunsill deċiżjonijiet possibbli skont
l-Artikolu 126(8) jew l-Artikolu 126(11) tat-Trattat. Artikolu 10
Konsistenza mar-Regolament (UE) Nru XXX dwar it-tisħiħ
tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw
jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja
tagħhom fiż-żona tal-euro L-Istati Membri soġġetti għal
programm ta’ aġġustament makroekonomiku skont l-Artikolu 6
tar-Regolament (UE) Nru XXX ma għandhomx ikunu soġġetti
għall-Artikoli 5 u 7 ta’ dan ir-Regolament. Kapitolu V Dispożizzjonijiet finali Artikolu 11
Rieżami 1. Sa [l-istess data bħal
fl-Artikolu 13 tar-Regolament dwar is-sanzjonijiet] u kull ħames snin minn
hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar
l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost
affarijiet oħra: (a)
l-effikaċja ta' dan ir-Regolament; (b)
il-progress fl-iżgurar ta’ koordinazzjoni
eqreb tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza kontinwa
fil-prestazzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri skont it-Trattat. 2. Fejn xieraq, ir-rapport
imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi akkumpanjat minn proposta
għal emendi għal dan ir-Regolament. 3. Ir-rapport għandu
jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 12
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali 1. Dan ir-Regolament għandu
japplika għall-Istati Membri li jkunu diġà soġġetti
għal proċedura ta' defiċit eċċessiv
fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. 2. B'deroga
mill-paragrafu 1, l-Artikolu 7(2) m'għandhux japplika
għall-Istati Membri li dwarhom il-Kunsill ikun iddeċieda diġà li
azzjoni effettiva tkun ittieħdet skont l-Artikolu 4(2) u
l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. 3. L-Istati Membri għandhom
jikkonformaw mal-Artikolu 4 sa mhux aktar tard minn [6 xhur wara
l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament]. Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri skont it-Trattati. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. [2] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. [3] ĠU L 198, 30.7.2010, p. 1.