This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0813
Proposal for a COUNCIL DECISION on guidelines for the employment policies of the Member States
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi
/* KUMM/2011/0813 finali - 2011/0390 (CNS) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tniedi strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020[1], ibbażata fuq koordinazzjoni mtejba tal-politiki ekonomiċi, li se jiffokaw fuq oqsma ewlenin fejn hi meħtieġa azzjoni biex ikun xprunat il-potenzjal tal-Ewropa għal tkabbir u kompetittività sostenibbli. B'dan il-għan, il-Kunsill Ewropew qabel li jistabbilixxi miri ewlenin tal-UE, li jikkostitwixxu għanijiet kondiviżi li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jistipula li l-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom u l-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjonijiet ta' interess komuni u jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill. F'żewġ artikoli distinti, huwa stipulat li l-Kunsill għandu jadotta linji gwida ġenerali ta' politika ekonomika (l-Artikolu 121) u linji gwida dwar l-impjiegi (l-Artikolu 148), bl-ispeċifikazzjoni li dawn tal-aħħar għandhom ikunu konsistenti ma' ta' qabilhom. B'din il-bażi legali, il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi u ekonomiċi huma ppreżentati bħala żewġ strumenti legali separati — li madanakollu huma interkonnessi b'mod intrinsiku: - Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni — l-Ewwel Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Ewropa 2020; - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri — it-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Ewropa 2020. Dawn il-linji gwida implimentati mill-istrumenti legali msemmija hawn fuq flimkien jiffurmaw il-linji gwida integrati għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-linji gwida dwar l-impjiegi ġew adottati fil-21 ta' Ottubru 2010, u kif stipulat fid-deċiżjoni tal-adozzjoni, għandhom jibqgħu stabbli sal-2014 sabiex ikun żgurat fokus fuq l-implimentazzjoni. L-għanijiet u l-prijoritajiet ġenerali espressi fil-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi jibqgħu validi. Bis-saħħa tal-Artikolu 148(2), il-validità tagħhom għall-2012 jeħtieġ li tiġi kkonfermata b'deċiżjoni tal-Kunsill, wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat tal-Impjiegi. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT mhux applikabbli 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46 2011/0390 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 148(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4], Billi: (1) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula fl-Artikolu 145 li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b’mod partikolari għall-promozzjoni ta' forza ta' xogħol b’ħiliet, imħarrġa u li tadatta kif ukoll swieq tax-xogħol li jirreaġixxu għat-tibdil ekonomiku bil-għan li jiksbu l-objettivi definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). (2) L-"Istrateġija Ewropa 2020" proposta mill-Kummissjoni tippermetti lill-Unjoni li ddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, akkumpanjat minn impjiegi ta’ livell għoli, produttività u koeżjoni soċjali. Ħames miri ewlenin, elenkati taħt il-linji gwida rilevanti, jikkostitwixxu għanijiet kondiviżi li jiggwidaw l-azzjoni tal-Istati Membri, u jikkunsidraw il-pożizzjonijiet inizjali relattivi tagħhom u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, kif ukoll il-pożizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi tal-Unjoni. L-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol għandha r-rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-objettivi tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol tal-istrateġija l-ġdida. (3) Dawn il-linji gwida integrati huma f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu gwida preċiża lill-Istati Membri fid-definizzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-riformi, waqt li jirriflettu l-interdipendenza u f’konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiffurmaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika-għall-pajjiż li l-Kunsill jista’ jindirizza lill-Istati Membri skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE, b’mod paralleli mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom ukoll jifformaw il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew. (4) L-eżaminazzjoni tal-abbozz tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri li qegħdin fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, turi li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u li jonqos il-qgħad strutturali, jitrawmu ħaddiema ta' ħila skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u ssir promozzjoni ta’ xogħol ta' kwalità u t-tagħlim tul il-ħajja, tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni t-taħriġ f'kull livell u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. (5) Il-Linji Gwida tal-Impjiegi adottati fl-2010 għandhom jibqgħu stabbli sal-2014 sabiex jiżguraw fokus fuq l-implimentazzjoni. Fis-snin intermedjarji sal-aħħar tal-2014 l-aġġornament tagħhom għandu jibqa’ strettament limitat. (6) L-Istati Membri għandhom jesploraw l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew meta jiġu biex jimplimentaw il-Linji Gwida tal-Impjiegi, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi[5] għandhom jinżammu għall-2012 u għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politiki tagħhom dwar l-impjiegi . Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi […], Għall-Kunsill Il-President [1] COM(2010) 2020, 3.3.2010. [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. . [5] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46