Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0812

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020

    /* KUMM/2011/0812 finali - 2011/0400 (NLE) */

    52011PC0812

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 /* KUMM/2011/0812 finali - 2011/0400 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom (2014-2018) propost, minn hawn ’il quddiem il-‘Programm Euratom’, jikkonċerna attivitajiet ta’ riċerka fl-enerġija nukleari (fużjoni u fissjoni) u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Il-proposta hija parti integrali mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020. Dan jiddetermina l-baġit kumplessiv għal azzjonijiet diretti u indiretti, jistabbilixxi l-objettivi għal attivitajiet ta’ R&Ż u jispeċifika l-istrumenti li jappoġġawhom.

    Il-proposta tieħu l-forma ta' Regolament uniku li jkopri l-aspetti rilevanti kollha għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka fl-oqsma msemmija hawn fuq, jiffissa l-objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi u jistabbilixxi regoli xierqa għall-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-universitajiet u l-industrija. Dan se jkopri l-programm ta’ riċerka u żvilupp tal-enerġija mill-fużjoni, l-attivitajiet ta’ riċerka tal-fissjoni u l-protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-azzjonijiet diretti tal-JRC fis-sigurtà u s-sikurezza nukleari.

    Għalhekk il-proposta se tiżgura li matul is-snin 2014-18 jitkomplew l-attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ iffinanzjati mill-Unjoni fix-xjenza u t-teknoloġija nukleari, sabiex b’hekk jinżammu l-programmi effettivi u effiċjenti li preżentament jikkatalizzaw u jikkoordinaw attivitajiet fl-Istati Membri, sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni.

    Billi jappoġġa l-prijoritajiet ta’ hawn fuq, il-Programm Euratom (2014-2018) se jikkontribwixxi għal tliet objettivi strateġiċi elenkati fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020, jiġifieri: xjenza eċċellenti, tmexxija industrijali u sfidi tas-soċjetà. Minħabba f’hekk, se jinżammu ħoloq u interfaċċi li jixirqu bejn il-Programm Euratom u l-Programm Qafas Orizzont 2020.

    Il-Programm Euratom propost huwa marbut b’mod ċar mal-objettivi tal-istrateġiji Ewropa 2020 u Enerġija 2020. Il-programm se jikkontribwixxi għall-inizjattiva ewlenija ‘Unjoni tal-Innovazzjoni’ billi jappoġġa riċerka prekummerċjali u rilevanti għall-politika u jiffaċilita t-trasferiment tat-teknoloġija bejn il-qasam akkademiku u l-industrija. Billi jpoġġi enfasi fuq it-taħriġ fl-attivitajiet kollha tiegħu, jagħti spinta lill-kompetittività fl-industrija nukleari eżistenti u joħloq settur ġdid ta’ industrija b’teknoloġija avvanzata b’mod partikolari għall-enerġija mill-fużjoni, il-Programm Euratom għandu jwassal għal tkabbir u impjiegi ġodda f’firxa wiesgħa ta' dixxiplini.

    It-Trattat Euratom jillimita t-tul ta' żmien tal-programmi ta’ riċerka fil-qasam nukleari sa 5 snin[1]. Il-leġiżlazzjoni proposta għalhekk se tiskadi fl-aħħar tal-2018.

    ITER huwa indirizzat f’Deċiżjoni separata, għaliex il-finanzjament għal dan il-proġett se jkun barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali, f’konformità mal-Komunikazzjoni ‘Baġit għall-Ewropa 2020’, (COM(2011)500 tad-29.6.2011).

    Il-Programm Euratom (2014-2018) huwa implimentat permezz ta’ Regolament uniku, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tar-riċerka nukleari. Dan l-approċċ ġdid huwa differenti mill-perjodi ta’ programmar preċedenti, fejn il-kontenut tar-Regolament preżenti kien jiġi kopert minn erba' atti leġiżlattivi differenti (tliet Deċiżjonijiet dwar il-Programm Qafas rispettivament, il-Programm Speċifiku għall-azzjonijiet indiretti u l-Programm Speċifiku għall-azzjonijiet diretti tal-JRC, kif ukoll Regolament li jistabbilixxi r-Regoli għall-Parteċipazzjoni tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka).

    Ir-Regolament b'mod ekwu jindirizza l-objettiv tas-simplifikazzjoni billi jirreferi għall-istess Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti bħal ma jagħmel fil-Programm Qafas Orizzont 2020.

    Barra minn hekk, il-Programm Euratom (2014-2018) jissuġġerixxi simplifikazzjoni kbira tar-regoli ta’ finanzjament kif ukoll strateġija tal-kontroll riveduta, biex b’hekk jappoġġa l-objettiv ġenerali ta’ simplifikazzjoni.

    2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATTI

    Il-preparazzjoni tal-proposta tal-Programm Euratom qieset bis-sħiħ ir-risposti tal-konsultazzjoni pubblika estensiva bbażata fuq il-Green Paper ‘Il-bidla ta’ sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni’[2]. Ġew organizzati konsultazzjonijiet addizzjonali bl-objettiv li jiddiskutu l-isfida tal-enerġija fil-programm ta’ riċerka tal-futur ma’ rappreżentanti tal-gvernijiet u ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati mill-industrija, il-qasam akkademiku u s-soċjetà ċivili, li koprew kemm kwistjonijiet nukleari kif ukoll oħrajn li mhumiex. Il-Kummissjoni qieset ukoll ir-riżultati tad-diskussjonijiet li seħħew fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta għall-Programm Qafas tal-Euratom għall-2012-2013.

    Il-proposta tiddependi wkoll minn valutazzjoni tal-impatt fil-fond, imsejsa fuq il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-evalwazzjonijiet interni u esterni. Il-valutazzjoni sabet li l-isfidi fis-sikurezza nukleari u l-ħiliet nukleari li qed jonqsu fl-Ewropa jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv bl-isfruttar ta’ sinerġiji bejn l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri u s-settur privat, u bejn id-dixxiplini xjentifiċi u s-setturi teknoloġiċi. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ ssaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u tikkoordina l-isforzi fir-riċerka tal-Istati Membri u b’hekk tevita d-duplikazzjoni, iżżomm il-massa kritika f’oqsma ewlenin u tiżgura li l-finanzjament pubbliku qed jintuża għall-aħjar effett. Programm fil-livell tal-Unjoni jista’ jkun responsabbli wkoll mill-programm ta’ riskju għoli u fit-tul tar-R&Ż fl-enerġija mill-fużjoni, u b’hekk jikkondividi r-riskju u jiġġenera firxa ta’ ambitu u ekonomiji ta’ skala li ma jistgħux jinkisbu mod ieħor.

    3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Il-bażi legali għal dan il-Programm Qafas hija pprovduta mill-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom.

    4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-baġit tal-proposta qiegħed ippreżentat fil-prezzijiet kurrenti. Id-‘dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva’ mhemuża ma’ din il-proposta tiffissa l-implikazzjonijiet tar-riżorsi baġitarji, umani u amministrattivi.

    2011/0400 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem ‘it-Trattat Euratom’), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

    Billi:

    (1) Wieħed mill-għanijiet tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Komunità’) huwa li tikkontribwixxi biex jiżdied l-istandard tal-għixien fl-Istati Membri billi, fost affarijiet oħra, tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkumplimentaha billi twettaq programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Komunità.

    (2) Ir-riċerka nukleari tista’ tikkontribwixxi għall-prosperità soċjali u ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Tal-istess importanza hija l-kontribuzzjoni tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tas-sistema tal-enerġija f’mod sikur, effiċjenti u sigur.

    (3) Billi jappoġġa r-riċerka nukleari l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità (minn hawn 'il-quddiem ‘il-Programm Euratom’) se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 'Orizzont 2020' stabbilit permezz tar-Regolament (UE XX/XXX ta’ [….][5] (minn hawn ’il quddiem ‘Programm Qafas Orizzont 2020’) u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-ħolqien u l-operat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

    (4) Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari severi għandhom il-potenzjali li jagħmlu ħsara fis-saħħa umana. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn jixraq, l-aspetti tas-sigurtà għandhom jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom.

    (5) Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b’mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2008[6] irrikonoxxa l-ħtieġa li għad hemm għall-ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jixirqu marbutin mar-riċerka u koordinati fil-livell tal-Komunità.

    (6) Il-Komunità, billi ffirmat il-Ftehim dwar l-Istabbilment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Enerġija mill-Fużjoni tal-ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER[7], impenjat ruħha li tipparteċipa fil-kostruzzjoni tal-ITER u fl-isfruttar tiegħu fil-futur. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità hija ġestita permezz tal-‘Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni’ (minn hawn 'il quddiem ‘Fużjoni għall-Enerġija’), stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2007[8]. L-attivitajiet għal Fużjoni għall-Enerġija, inkluż ITER, għandhom jiġu rregolati minn att leġiżlattiv separat.

    (7) Biex il-fużjoni issir għażla kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett jeħtieġ li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b’suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu. It-tieni nett jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż, iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. L-ilħuq ta’ dawn il-miri jirrikjedi li l-programm Ewropew tal-fużjoni jingħata direzzjoni mill-ġdid. Għandu jkun hemm fokus aktar b’saħħtu fuq l-attivitajiet li jappoġġaw l-ITER. Razzjonalizzazzjoni bħal din għandha tintlaħaq mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.

    (8) Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) għandu jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti u xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u taħriġ tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

    (9) Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta' attivitajiet kompetittivi, inkluż il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, ix-xogħol tal-parti terza u, fuq livell inqas, l-isfruttar tal-proprjetà intelletwali.

    (10) Filwaqt li hija l-għażla individwali ta’ kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu jew le mill-enerġija nukleari, ir-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa, fl-interess tal-Istati Membri kollha, qafas biex tappoġġa riċerka mill-aktar avvanzata konġunta, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b’enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista’ jagħmel kontribuzzjoni prinċipali. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni'[9], fejn il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.

    (11) Bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tiġi rinforzata l-kunfidenza pubblika fix-xjenza, il-Programm Euratom għandu jiffavorixxi involviment infurmat ta’ ċittadini u soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta’ aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-programm Euratom.

    (12) L-implimentazzjoni tal-Programm Euratom għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul il-Programm Euratom, ukoll permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija.

    (13) Il-Programm Euratom għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi[10], flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispetata n-natura volontarja tagħhom.

    (14) L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm Euratom għandhom jimmiraw li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b’mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ tas-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel u billi jintegraw d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikolu 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    (15) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqisu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li ultimament l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurarar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    (16) Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi ħdan l-isħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-involviment tal-impriżi żgħar u medji.

    (17) Il-Programm Euratom għandu jippromwovi l-kooperazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, mal-pajjiżi terzi bbażata fuq l-interess komuni u l-benefiċċju reċiproku.

    (18) Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament ipprovdut mill-Programm Euratom għandu jkun imfassal skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiżgura l-effettività tan-nefqa pubblika u ma jippermettix distorsjonijiet tas-suq bħall-imblokk għall-aċċess tal-finanzjament privat, il-ħolqien ta’ strutturi tas-suq ineffettivi jew il-preservazzjoni ta’ kumpaniji ineffiċjenti.

    (19) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u r-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011, fejn saret talba għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas għar-Riċerka[11], talab għal bidla pragmatika lejn is-simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u ddikjara li l-ġestjoni tal-finanzjament tar-riċerka Ewropea għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u toleranti tar-riskju lejn il-parteċipanti.

    (20) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inkluż l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-finanzjamenti mitlufa, imħallsin ħażin jew użati b’mod skorrett u, fejn jixraq, il-penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, għandha tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati tal-iżball lejn kontroll ibbażat fuq ir-risjku u d-detezzjoni tal-frodi, u għandha tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.

    (21) Huwa importanti li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm Euratom u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha. Hemm il-ħtieġa li tkun żgurata l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru XXXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid][12] u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.

    (22) Sabiex tkun żgurata l-iktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha permezz ta’ proċeduri simplifikati, u biex jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-parteċipanti, il-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka għandhom ikunu suġġetti għar-regoli applikabbli fil-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX [Regoli għall-parteċipazzjoni] b’ċerti adattamenti.

    (23) Huwa importanti li jkompli jiġi ffaċilitat l-isfruttar tal-proprjetà intelletwali żviluppata mill-parteċipanti filwaqt li jiġu protetti l-interessi leġittimi ta’ parteċipanti oħrajn u l-Komunità f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Trattat Euratom.

    (24) Il-Fondi ta’ Garanzija għall-parteċipanti, ġestiti mill-Kummissjoni u stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011)[13] u r-Regolament (Euratom) Nru XX/XX ta’ [...] li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati riċerka (2012-2013)[14] taw prova li huma mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati għall-ammonti dovuti u mhux rimborżati minn parteċipanti f’kontumaċja. Il-Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regoli għal parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni] għandu jkopri wkoll azzjonijiet skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006, ir-Regolament (Euratom) Nru XX/XX [ir-Regoli tal-Euratom għall-parteċipazzjoni (2012-2013)] u dan ir-Regolament.

    (25) L-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom jinkariga lill-Kummissjoni bir-responsabbiltà li twettaq il-Programm Euratom. Il-Kummissjoni, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet diretti tagħha, għandha tkun mgħejjuna minn kumitat konsultattiv tal-Istati Membri sabiex jiżguraw koordinazzjoni li tixraq mal-politiki nazzjonali fl-oqsma koperti minn dan il-programm ta’ riċerka u taħriġ.

    (26) Il-kisba tal-objettivi tal-Programm Euratom f’oqsma rilevanti tirrikjedi appoġġ għall-attivitajiet trasversali, kemm fi ħdan il-Programm Euratom u b’mod konġunt mal-attivitajiet tal-Programm Qafas 'Orizzont 2020'.

    (27) Il-ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, jirrikjedu żvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien; li huma realistiċi kif ukoll jirriflettu l-loġika tal-intervent; u rilevanti għal ġerarkija li tixraq tal-objettivi u l-attivitajiet. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni li jixirqu bejn l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programm Euratom, u l-monitoraġġ tal-progress, il-kisbiet u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

    (28) Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka[15], ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC.

    (29) Għal raġunjiet ta’ ċertezza legali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom ta' 18 ta’Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011)[16], ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 – 2011)[17], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/977/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari (2007 – 2011)[18], id-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XXXX ta’ [...] dwar il-Programm Qafas tal-Komunita Ewropea tal-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta’ riċerka nukleari u taħriġ (2012-2013)[19], ir-Regolament (Euratom) Nru XXX/XXXX [Regoli Euratom għall-parteċipazzjoni (2012-2013)], id-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XXXX/Euratom ta’ [...] dwar il-Programm Speċifiku, li jrid jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Qafas tal-Komunita Ewropea tal-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta’ riċerka nukleari u taħriġ (2012-2013)[20] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XXXX/Euratom ta’ [...] dwar il-Programm Speċifiku li jrid jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Qafas tal-Komunita Ewropea tal-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta’ riċerka nukleari u taħriġ (2012-2013)[21] għandhom jitħassru.

    (30) Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Euratom,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I

    STABBILIMENT

    Artikolu 1

    Stabbiliment

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2018, minn hawn 'il quddiem il-'Programm Euratom', u jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni f'dak il-programm, inkluż il-parteċipazzjoni fi programmi ta’ korpi tal-finanzjament li jimmaniġjaw il-fondi mogħtija skont dan ir-Regolament u fl-attivitajiet imwettqa b’mod konġunt taħt dan ir-Regolament u taħt il-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’ stabbilit fir-Regolament (UE) XX/XXX (minn hawn 'il quddiem 'Orizzont 2020').

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) ‘attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni’ tfisser l-ispettru totali ta’ attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, disseminazzjoni u ottimizzazzjoni tar-riżultati u stimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Komunità’);.

    (b) ‘azzjonijiet diretti’ tfisser attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tagħha;

    (c) ‘azzjonijiet indiretti' tfisser attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li għalihom l-Unjoni jew il-Komunità (minn hawn ’il quddiem l-'Unjoni’) jipprovdu appoġġ finanzjarju u li jitwettqu mill-parteċipanti;

    (d) ‘sħubija pubblika-privata’ tfisser sħubija fejn l-imsieħba tas-settur privat, il-Komunità u, fejn jixraq, imsieħba oħrajn, jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm ta’ riċerka u innovazzjoni jew attivitajiet li huma ta' importanza strateġika;

    (e) ‘sħubija pubblika-pubblika’ tfisser sħubija fejn korpi tas-settur pubbliku jew korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jimpenjaw irwieħhom mal-Komunità biex b'mod konġunt jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm jew attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

    Artikolu 3

    Objettivi

    1. L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jittejbu s-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija f’mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta’ azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

    2. L-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom għandu jkollhom l-objettivi li ġejjin:

    (a) jappoġġaw l-operat sikur ta’ sistemi nukleari;

    (b) jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart nukleari aħħari;

    (c) jappoġġaw l-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni

    (d) irawmu l-protezzjoni mir-radjazzjoni;

    (e) jimxu lejn dimostrazzjoni tal-fattibiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija (power) billi jisfruttaw faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni;

    (f) jibnu l-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur billi jiżviluppaw materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali;

    (g) jippromwovu l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali;

    (h) jiżguraw id-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza panEwropea;

    3. L-azzjonijiet diretti tal-Programm Euratom għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

    (a) itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;

    (b) itejbu s-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari;

    (c) iżiedu l-eċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni;

    (d) irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

    (e) appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi

    4. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat f’tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà.

    5. Fi ħdan l-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, jistgħu jitqisu ħtiġijiet ġodda u mhux previsti li jirriżultaw matul l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Programm Euratom, inkluż tweġibiet għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, għal ħtiġijiet relatati mal-iżvilupp ta’ politiki ġodda tal-Unjoni, u mat-tmexxija tal-azzjonijiet imbassra għall-appoġġ taħt programmi futuri.

    Artikolu 4

    Baġit

    1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom għandu jkun EUR 1,788.889 miljun. L-ammont għandu jitqassam kif ġej:

    (a) azzjonijiet indiretti għall-programm ta' riċerka u żvilupp fil-fużjoni, EUR 709.713 miljun;

    (b) azzjonijiet indiretti għall-fissjoni nukleari, is-sikurezza u l-protezzjoni mir-radjazzjoni EUR 354.857 miljun;

    (c) azzjonijiet diretti, EUR 724.319 miljun.

    Għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, in-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni ma għandiex tkun iktar minn 13.5 %.

    2. Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għat-twettiq tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom.

    3. Fejn meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2018 biex ikopru spejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2018.

    4. Fejn l-azzjonijiet diretti jikkontribwixxu għal inizjattivi stabbiliti minn entitajiet inkarigati bl-implimentazzjoni ta' kompiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 15, tali kontribuzzjoni ma għandix tiġi kkunsidrata bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għal dawn l-inizjattivi.

    Artikolu 5

    Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi terzi

    1. Il-Programm Euratom għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni ta':

    (a) pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u d-deċiżjonijiet ta’ kunsilli ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet simili;

    (b) pajjiżi terzi magħżula li jissodisfaw l-kriterji kollha li ġejjin:

    (i)      għandhom kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;

    (ii)      għandhom rekord tajjeb ta’ mġieba ta’ parteċipazzjoni fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni;

    (iii)     għandhom rabtiet ekonomiċi u ġeografiċi mill-qrib mal-Unjoni;

    (iv)     huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew pajjiżi jew territorji elenkati fl-Anness għar-Regolament XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22].

    2. It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati fil-Programm Euratom, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja, ibbażati fuq il-prodott domestiku gross tal-pajjiż assoċjat, għandhom ikunu determinati mill-ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi assoċjati.

    TITOLU II

    IMPLIMENTAZZJONI

    KAPITOLU I

    IMPLIMENTAZZJONI, ĠESTJONI U FOROM TA’ APPOĠĠ

    Artikolu 6

    Ġestjoni u forom ta’ appoġġ tal-Komunità

    1. Il-Programm Euratom għandu jkun implimentat permezz ta’ azzjonijiet indiretti li jużaw forma waħda ta' appoġġ finanzjarju jew diversi pprovduti mir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid], inkluż għotjiet, premji, akkwist, strumenti finanzjarji u kontribuzzjonijiet finanzjarji. L-appoġġ tal-Komunità għandu jikkonsisti wkoll minn azzjonijiet diretti fil-forma ta' attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jsiru miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC).

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni tista’ tinkariga parti mill-implimentazzjoni tal-Programm Euratom f’idejn korpi tal-finanzjament msemmija fl-Artikolu [55(1)(b)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid].

    Il-Kummissjoni tista’ wkoll tinkarija l-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta taħt il-Programm Euratom lil korpi maħluqa taħt jew imsemmija fil-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’.

    Artikolu 7

    Regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka

    1. Il-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe entità legali f’azzjonijiet indiretti li jsiru taħt il-Programm Euratom għandhom ikunu amministrati minn regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni], suġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

    2. Għall-iskopijiet tal-Programm Euratom, ‘ir-regoli tas-sigurtà’, imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tar-Regolament (XX) [ir-Regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni] għandhom jinkludu l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat Euratom.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(3) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu, fir-rigward ta’ riżultati li huma ġġenerati minn parteċipanti li jkunu rċevew kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, joġġezzjonaw għal trasferimenti ta’ sjieda jew għal għotjiet kemm ta’ liċenzja esklussiva kif ukoll dik li mhijiex, lill-partijiet terzi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm Euratom fejn jikkunsidraw li l-għotja jew it-trasferiment mhumiex f'konformità mal-interess tal-iżvilupp tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni jew huwa inkonsistenti mal-prinċipji etiċi jew il-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà. ‘Kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà għandha tinkludi l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat Euratom.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(1) ta’ dak ir-Regolament, il-Komununità u l-impriżi konġunti tagħha għandhom, għall-fini tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u l-programmi tal-Komunità jew l-obbligi assunti permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, igawdu minn drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva kontribuzzjoni finanazjarja tal-Komunità. Drittijiet ta’ aċċess bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt biex partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati fl-akkwist pubbliku u d-dritt ta’ subliċenzjar u għandhom ikunu limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv u għandhom jingħataw fuq bażi ta’ mingħajr royalty.

    3. Il-‘Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti’ stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni] għandu jissostitwixxi u jissuċċedi il-Fondi ta’ Garanzija għall-parteċipanti stabbiliti skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru XX/XX [ir-Regoli Euratom għall-parteċipazzjoni 2012-2013].

    Kwalunkwe somma mill-Fondi ta’ Garanzija għall-parteċipanti stabbilit skont ir-Regolamenti (Euratom) Nru 1908/2006 u (Euratom) Nru XX/XX [ir-Regoli Euratom għall-parteċipazzjoni 2012-2013] għandha tiġi ttrasferita lill-Fond ta’ Garanzija għall-Parteċipanti sa mill-31 ta’ Diċembru 2013. Il-parteċipanti f’azzjonijiet taħt id-Deċiżjoni XX/XX [il-Programm Euratom 2012-2013] li jiffirmaw ftehimiet tal-għotja wara l-31 ta’ Diċembru 2013 għandhom jagħmlu l-kontribuzzjoni tagħhom lill-Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti.

    Artikolu 8

    Attivitajiet trasversali

    1. Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom u biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni tal-Programm Euratom u Orizzont 2020, azzjonijiet trasversali fl-azzjonijiet indiretti stipulati fl-Anness I u/jew dawk li jimplimentaw il-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill XX/XXXX/UE[23], jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista' tiġi kkumbinata mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX [li jistabbilixxi Orizzont 2020], u implimentata permezz ta’ skema unika ta’ finanzjament.

    Artikolu 9

    Ugwaljanza bejn is-sessi

    Il-Programm Euratom għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

    Artikolu 10

    Prinċipji etiċi

    1. L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt il-Programm Euratom għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

    Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    2. L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jitwettqu taħt l-Programm Euratom għandu jkollhom fokus esklussiv fuq l-applikazzjonijiet ċivili.

    Artikolu 11

    Programmi ta' Ħidma

    1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jippermettu għal approċċi minn isfel għal fuq li jindirizzaw l-objettivi f’modi innovattivi.

    Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-elementi essenzjali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont ir-Regolament XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju], inkluż l-objettivi dettaljati tagħhom, il-finanzjament assoċjat u l-iskeda taż-żmien, kif ukoll approċċ multiannwali u orjentazzjonijiet strateġiċi għas-snin li ġejjin ta’ implimentazzjoni.

    2. Għall-azzjonijiet diretti, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mad-Deċiżjoni 96/282/Euratom, tfassal programm ta’ ħidma multiannwali, li jistabbilixxi f’aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ppreżentati fl-Anness I, u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni.

    Dak il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jqis ukoll l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jkun aġġornat meta u fejn xieraq.

    3. Il-programmi ta’ ħidma għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati meta u fejn xieraq.

    4. Il-programmi ta’ ħidma għandu jkun fihom taqsima li tidentifika l-attivitajiet trasversali kif jissemma fl-Artikolu 8.

    Artikolu 12

    Amministrazzjoni tal-programm

    1. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-kumitati konsultattivi li ġejjin:

    (a)     għal aspetti relatati mal-fissjoni, il-kumitat konsultattiv imsemmi fil-punti 5 u 6 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 84/338/Euratom, KEFA, KEE[24];

    (b)     għal aspetti relatati mal-fużjoni, mill-kumitat konsultattiv għall-programm tal-fużjoni stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980[25].

    B’deroga mill-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 84/338/Euratom, KEFA, KEE u mill-punt 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 rispettivament, il-kumitati konsultattivi għandhom ikunu ppreseduti mill-Kummissjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-kumitat rispettiv imsemmi fil-paragrafu 1 dwar il-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, u għandha tipprovdih b’informazzjoni fil-ħin dwar l-azzjonijiet indiretti kollha proposti jew ffinanzjati taħt il-Programm Euratom.

    Artikolu 13

    Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

    1. Għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn, fejn jixraq: il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Euratom skont l-Artikolu 134 tat-Trattat Euratom; gruppi konsultattivi ta' esperti indipendenti, ta' livell għoli stabbiliti mill-Kummissjoni; l-istrutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet li jħarsu ’l quddiem; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli.

    2. Għandhom jitqisu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

    KAPITOLU II

    OQSMA SPEĊIFIĊI TA’ AZZJONI

    Artikolu 14

    Impriżi żgħar u medji

    Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

    Artikolu 15

    Sħubiji pubbliċi-privati u pubbliċi-pubbliċi

    Sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3, l-attivitajiet speċifiċi tal-Programm Euratom jistgħu jkunu implimentati permezz ta':

    (a) Impriżi Konġunti stabbiliti abbażi tal-Kapitolu 5 tat-Trattat Euratom;

    (b) Sħubiji pubbliċi-pubbliċi abbażi tal-iskema ta’ finanzjament ‘Azzjonijiet kofinanzjati tal-programm’;

    (c) Sħubiji kuntrattwali pubbliċi-privati, kif jissemma fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru xxx/201x.

    Artikolu 16

    Kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

    1. Entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) XX/XXX [Regoli għall-Parteċipazzjoni]. L-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali qegħdin stabbiliti fl-Artikolu 7. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tiġi promossa mill-Programm Euratom sabiex:

    (a) tissaħħaħ l-eċċellenza u l-attrattività tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-kompetittività ekonomika u industrijali tagħha;

    (b) jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi globali tas-soċjetà;

    (c) jiġu appoġġati l-objettivi esterni tal-politika tal-Unjoni, u jiġu kkumplimentati l-programmi esterni.

    2. Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

    L-aċċess reċiproku għal programmi ta’ pajjiżi terzi għandu jkun mħeġġeġ. Sabiex ikun massimizzat l-impatt, għandhom ikunu promossi l-koordinazzjoni u s-sinerġiji ma' inizjattivi ta' Stati Membri u pajjiżi assoċjati.

    Il-prijoritajiet tal-kooperazzjoni għandhom iqisu l-iżviluppi fil-politika u l-opportunitajiet tal-Unjoni għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll in-nuqqasijiet possibbli fis-sistemi tal-proprjetà intelletwali tal-pajjiżi terzi.

    Artikolu 17

    Komunikazzjoni u disseminazzjoni

    1. Meta jkun qed jiġi implimentat il-Programm Euratom, l-attivitajiet ta' disseminazzjoni u komunikazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti integrali tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm Euratom.

    2. L-attivitajiet tal-komunikazzjoni jistgħu jinkludu:

    (a) inizjattivi mmirati lejn it-tkabbir tas-sensibilizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għal finanzjament taħt il-Programm Euratom, b'mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew tipi ta' parteċipant li mhumiex rappreżentati biżżejjed;

    (b) għajnuna mmirata lejn proġetti u konsorzji sabiex jipprovduhom b’aċċess għall-ħiliet neċessarji biex jottimizzaw il-komunikazzjoni u d-disemminazzjoni tar-riżultati;

    (c) inizjattivi biex jitrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwisjonijiet relatati xjentifiċi, teknoloġiċi u innovattivi mal-pubbliku, u jieħdu vantaġġ tal-midja soċjali u teknoloġiji u metodoloġiji oħrajn innovattivi;

    (d) komunikazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni sakemm huma relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

    3. Suġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, l-attivitajiet tad-disseminazzjoni jistgħu jinkludu:

    (a) attivitajiet li jiġbru flmkien riżultati minn firxa ta’ proġetti, inkluż dawk li jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħrajn, biex jipprovdu bażijiet tad-dejta faċli għall-utent u rapporti li jagħtu sommarju tas-sejbiet prinċipali;

    (b) disseminazzjoni tar-riżultati lil dawk li jfasslu l-politika, inkluż korpi tal-istandardizzazzjoni, biex jippromwovu l-użu ta’ riżultati rilevanti għall-politika mill-korpi adattati fil-livell internazzjonal, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali.

    KAPITOLU III

    KONTROLL

    Artikolu 18

    Kontroll u verifika

    1. Is-sistema ta’ kontroll stabbilita għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ddisinjata sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-ilħuq ta’ ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li tqis il-karattru multiannwali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti konċernati.

    2. Is-sistema ta' kontroll għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, tqis l-ispejjeż amministrattivi u oħrajn tal-kontrolli fil-livelli kollha, sabiex l-objettivi tal-programm Euratom jistgħu jintlaħqu u l-aktar riċerkaturi eċċellenti u l-aktar impriżi innovattivi jistgħu jkunu attirati lejh.

    3. Bħala parti mis-sistema ta' kontroll, l-istrateġija tal-verifika għan-nefqa fl-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Euratom għandha tkun ibbażata fuq il-verifika finanzjarja ta' kampjun rappreżentattiv tan-nefqa mifrux fuq il-programm kollu. Kampjun rappreżentattiv bħal dan għandu jkun ikkumplimentat minn għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa.

    Il-verifiki tan-nefqa fl-azzjonijeit indiretti taħt il-Programm Euratom għandhom jitwettqu f’manjiera koerenti f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività sabiex ikun minimizzat il-piż tal-verifika tal-parteċipanti.

    Artikolu 19

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri li jixirqu li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, fejn jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod skorrett u, fejn jixraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u deterrenti.

    2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi u partijiet terzi oħrajn kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-verifiki tal-Kummissjoni jistgħu jitwettqu sa erba’ snin wara l-aħħar pagament.

    3.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[26] bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali li teffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konnessjoni ma’ ftehim tal-għotja jew deċiżjoni tal-għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-fondi tal-Unjoni.

    4.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet tal-għotja, deċiżjonijiet tal-għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

    KAPITOLU IV

    MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    Artikolu 20

    Monitoraġġ

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni, inkluż il-progress u l-kisbiet, tal-Programm Euratom.

    2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddissemina r-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ.

    Artikolu 21

    Evalwazzjoni

    1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’manjiera suffiċjentament fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    Sal-31 ta’ Mejju 2017, u filwaqt li titqis l-evalwazzjoni ex post tas-7 Programm Kwadru tal-Euratom stabbilit peremezz tad-Deċiżjoni 2006/970/Euratom u tal-Programm Euratom (2012-2013) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 20XX/XX/Euratom, li għandha titlesta sal-aħħar tal-2015, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta' esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Programm Euratom dwar il-kisbiet, fil-livell tar-riżultati u progress lejn l-impatti, tal-objettivi u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni, u l-valur miżjud Ewropew. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tull tal-miżuri preċedenti.

    Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni ex-post tal-Programm Euratom. Dik għandha tkopri r-raġunament, l-implimentazzjoni u l-kisbiet, kif ukoll l-impatti u s-sostenibbiltà tal-miżuri fit-tull, biex jikkontribwixxu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid, modifika jew sospensjoni ta' miżura sussegwenti.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-Programm Euratom għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet separati.

    3. L-evalwazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jivvalutaw il-progress lejn l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, filwaqt li jqisu, l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti definiti fl-Anness II.

    4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta u l-informazzjoni neċessarji għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri konċernati.

    5. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmmija fil-paragrafi 1 u 2, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

    TITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

    Artikolu 22

    Dispożizzjonijiet tranżitorji u ta’ tħassir

    1. Id-Deċiżjoni 2006/970/Euratom, ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006, id-Deċiżjoni 2006/976/Euratom, id-Deċiżjoni 2006/977/Euratom, id-Deċiżjoni XXXX/XXXX [Programm Qafas tal-Euratom (2012-2013)], ir-Regolament (Euratom) No XXX/XXXX [Regoli Euratom għall-parteċipazzjoni (2012-2013)], id-Deċiżjoni XXXX/XXXX/Euratom [Programm speċifiku (2012-2013)] u d-Deċiżjoni XXXX/XXXX/Euratom [Programm speċifiku – azzjonijiet diretti (2012-2013)] qed jitħassru b'effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

    2. L-attivitajiet li jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità taħt il-programmi stabbiliti permezz tad-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-obbligazzjonijiet finanzjarji relatati għandhom ikomplu jiġu amministrati mir-regoli applikabbli għal dawk il-programmi sakemm jitlestew.

    3. L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tkopri wkoll in-nefqa tal-assistenza teknika u amministrattiva neċessarja biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn dak il-programm u l-miżuri adottati taħt id-Deċiżjoni XX/XX/Euratom [Programm Qafas tal-Euratom (2012-2013)], id-Deċiżjoni XXXX/XXXX/Euratom [Programm speċifiku (2012-2013)] u d-Deċiżjoni XXXX/XXXX/Euratom [Programm speċifiku – azzjonijiet diretti (2012-2013)].

    Artikolu 23

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    ANNESS I - ATTIVITAJIET

    1. Raġunament għall-programm euratom – inwittu t-triq għall-2020

    Bil-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3, il-Programm Euratom għandu jirrinforza r-riżultati taħt it-tliet prijoritajiet tal-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’: xjenza eċċellenti, tmexxija industrijali u sfidi tas-soċjetà. Il-Programm Euratom għandu b'mod partikolari jappoġġa t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva fil-futur, hekk kif qed naffaċċaw skarsezza ta’ riżorsi li qed tiżdied, ħtiġijiet tal-enerġija dejjem jikbru u t-tibdil fil-klima.

    Il-Programm Euratom għandu jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u jikkoordina l-isforzi fir-riċerka tal-Istati Membri u b’hekk jevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika f’oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod.

    L-istrateġija biex il-fużjoni tiġi żviluppata bħala għażla kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali ta’ enerġija mingħajr karbonju, għandha ssegwi pjan direzzjonali lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex tiġi implimentata dik l-istrateġija, għandu jitwettaq ristrutturar tax-xogħol relatat mal-fużjoni fl-Unjoni, inkluż l-amministrazzjoni, il-finanzjament u l-ġestjoni, sabiex tkun żgurata bidla minn enfasi fuq riċerka pura għad-disinn, il-bini u l-operat tal-faċilitajiet tal-futur bħal ITER, DEMO u lil hinn minnhom. Dak għandu jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-komunità tal-Unjoni tal-fużjoni kollha, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali ta’ finanzjament.

    Sabiex tinżamm il-kompetenza tal-Unjoni neċessarja għall-ilħuq ta’ dawk il-miri, il-programm għandu jkompli jtejjeb ir-rwol tiegħu fit-taħriġ permezz tal-istabbilment ta’ faċilitajiet tat-taħriġ ta’ interess panEwropew li għandhom iwasslu programmi dedikati. Dak għandu jkompli jippromwovi ż-Żona Ewropea tar-Riċerka u aktar integrazzjoni tal-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi assoċjati.

    2. Attivitajiet neċessarji biex jinkisbu l-objettivi tal-programm 2.1. Azzjonijiet indiretti

    (a) Appoġġ għall-operat sikur tas-sistemi nukleari (Sfidi tas-soċjetà)

    F’konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta’ riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur tas-sistemi tar-reatturi (inkluż il-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex tinżamm kompetenza mifruxa dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi li jistgħu jintużaw fil-futur, filwaqt li jiffukaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħad-diviżjonar (partitioning) u t-tranżmutazzjoni (transmutation).

    (b) Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart nukleari aħħari (Xjenza eċċellenti; Sfidi tas-soċjetà)

    Attivitajiet ta’ riċerka konġunti u/jew koordinati dwar l-aspetti ewlenin li jifdal fuq ir-rimi ġeoloġiku tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv ta’ ħajja twila b’dimostrazzjoni tat-teknoloġiji u s-sikurezza, kif jixraq. Dawk l-attivitajiet għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta' opinjoni komuni tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet prinċipali relatati mal-ġestjoni tal-iskart mill-iskarikar tal-fjuwil sar-rimi. L-attivitajiet tar-riċerka relatati mal-ġestjoni ta’ flussi oħra tal-iskart radjuattiv li għalihom s’issa għadhom ma jeżistux proċessi industrijali maturi.

    (c) Appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni (Xjenza eċċellenti)

    Promozzjoni tat-taħriġ konġunt u attivitajiet tal-mobbiltà bejn ċentri tar-riċerka u l-industrija, u bejn Stati Membri u Stati Assoċjati differenti, kif ukoll appoġġ għaż-żamma multidixxiplinarja tal-kompetenzi nukleari sabiex jiggarantixxu d-disponibbiltà ta’ riċerkaturi, inġiniera u impjegati kwalifikati kif suppost fis-settur nukleari fl-Unjoni fuq perjodu ta' żmien twil.

    (d) Trawwim tal-protezzjoni mir-radjazzjoni (Xjenza eċċellenti; Sfidi tas-soċjetà)

    Attivitajiet ta’ riċerka konġunti u/jew koordinati, b’mod partikolari dwar ir-riskji minn dożi baxxi minn esponiment industrijali, mediku jew ambjentali u dwar il-ġestjoni ta’ emerġenza f’rabta mal-aċċidenti li jinvolvu r-radjazzjoni, sabiex jipprovdu bażi panEwropea xjentifika u teknoloġika għal sistema ta’ protezzjoni robusta, ekwitabbli u soċjalment aċċettabbli.

    (e) Il-mixja lejn dimostrazzjoni tal-fattibiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija (power) billi jisfruttaw faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni (Tmexxija industrijali; Sfidi tas-soċjetà)

    Appoġġ għall-attivitajiet ta’ riċerka komuni mwettqa minn membri tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni biex ikun żgurat bidu malajr ta' operat ta’ prestazzjoni għolja tal-ITER inkluż l-użu tal-faċilitajiet rilevanti (inkluż, JET - Joint European Torus), tal-immudellar integrat bl-użu ta’ kompjuters ta’ prestazzjoni għolja, u attivitajiet ta’ taħriġ għat-tħejjija tar-riċerkaturi u l-inġiniera tal-ġenerazzjoni li jmiss.

    (f) Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur billi jiżviluppaw materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali (Tmexxija industrijali; Sfidi tas-soċjetà)

    Appoġġ għall-attivitajiet konġunti mwettqa minn membri tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni biex jiġu żviluppati u kkwalifikati materjali għal impjant tal-enerġija tad-dimostrazzjoni li jirrikjedu, fost l-oħrajn, xogħol ta’ tħejjija għal faċilità tal-ittestjar tal-materjal adattata u negozjati għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni f’qafas internazzjonali adattat għal dik il-faċilità.

    Appoġġ għall-attivitajiet konġunti tar-riċerka mwettqa minn membri tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni li għandhom jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-operat tar-reattur u għandhom jiżviluppaw u juru t-teknoloġiji rilevanti kollha għal impjant tal-enerġija tad-dimostrazzjoni tal-fużjoni. Dawk l-attivitajiet jinkludu t-tħejjija ta’ disinn(i) kunċettwali ta’ impjant tal-eneġija tad-dimostrazzjoni komplut(i) u l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-istellaraturi (stellarators) bħala teknoloġija tal-impjant tal-enerġija.

    (g) Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali (Tmexxija industrijali)

    Implimentazzjoni jew appoġġ għall-ġestjoni tal-għarfien u trasferiment tat-teknoloġija mir-riċerka kofinanzjata minn dan il-programm għall-industrija li tisfrutta l-aspetti innovattivi kollha tar-riċerka.

    Promozzjoni tal-innovazzjoni permezz, fost l-oħrajn, tal-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, bażi tad-dejta għall-ġestjoni u d-disseminazzjoni tal-għarfien u l-promozzjoni ta’ suġġetti tat-teknoloġija fil-programmi edukattivi.

    Fuq terminu ta’ żmien twil, il-Programm Euratom għandu jappoġġa t-tħejjija u l-iżbilupp ta' settur industrijali tal-fużjoni nukleari kompetittiv, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali teknoloġiku għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni b'involvimenti industrijali attiv fid-disinn u l-iżvilupp tal-proġetti.

    (h) Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza panEwropea (Xjenza eċċellenti)

    Attivitajiet li jappoġġaw il-kostruzzjoni, l-arranġament mill-ġdid, l-użu u d-disponibbiltà kontinwa ta’ infrastrutturi tar-riċerka ewlenin taħt il-Programm Euratom, kif ukoll aċċess adattat għal dawk l-infrastrutturi u kooperazzjoni bejniethom.

    (i)           Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni

    Għotja (Azzjoni kofinanzjata tal-programm) għandha tingħata lill-entità legali li għandha tkun stabbilita jew nominata minn membri tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni sabiex timplimenta u tikkoordina l-attivitajiet tagħhom. Dik l-għotja tista’ tinkludi riżorsi in natura mill-Komunità, bħall-isfruttar xjentifiku u tekniku tal-faċilità JET skont l-Artikolu 10 tat-Trattat Euratom, jew is-sekondat tal-persunal tal-Kummissjoni.

    2.2. Azzjonijiet diretti tal-JRC

    L-attivitajiet nukleari tal-JRC għandhom jimmiraw li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom[27] u 2011/70/Euratom[28], kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jagħtu prijorità lill-ogħla standards għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari fl-Unjoni u internazzjonalment. Il-JRC għandu b’mod partikolari jimmobilizza l-kapaċità u l-kompetenza neċessarji sabiex jikkontribwixxi biex jivvaluta u jtejjeb is-sikurezza tal-installazjonijiet nukleari u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari u applikazzjonijiet oħra mhux tal-fissjoni, biex jipprovdi bażi xjentifika għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, jirreaġixxi fi ħdan il-limiti tal-missjoni u l-kompetenza tiegħu għall-inċidenti u l-aċċidenti nukleari. Għal dak il-għan, il-JRC għandu jwettaq riċerka u valutazzjonijiet, jipprovdi referenzi u standards u jwassal taħriġ u edukazzjoni dedikati. Is-sinerġiji mal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP) u inizjattivi oħra trasversali se jintużaw skont il-bżonn.

    (a) Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza

    Il-JRC għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ għodod u metodi biex jikseb standards tas-sikurezza għoljin għar-reatturi tal-enerġija nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil rilevanti għall-Ewropa. Dawn l-għodod u metodi għandhom jinkludu:

    (1) mudellar u metodoloġiji tal-analiżi ta’ aċċident sever għal valutazzjoni tal-marġni operattivi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari; appoġġ għall-istabbilment ta’ approċċ Ewropew komuni għall-evalwazzjoni ta’ ċikli u disinni tal-fjuwil avvanzati; u investigazzjoni u disseminazzjoni tat-tagħlim miksub mill-esperjenza operattiva. Il-JRC għandu jkompli jirrinforza ċ-‘Ċentru Ewropew għall-Iskambju ta’ Esperjenzi Operazzjonali tan-NPP’ tiegħu biex iwieġeb għall-isfidi emerġenti tas-sikurezza nukleari minn wara Fukushima.

    (2) minimizzazzjoni dwar l-inċertezzi xjentifiċi fit-tbassir tal-imġieba fit-tul tal-iskart nukleari u tat-tixrid tar-radjunuklidi fl-ambjent; u aspetti ewlenin tar-riċerka dwar id-dekummisjonar tal-installazzjonijiet nukleari.

    (3) tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għall-aċċidenti u inċidenti nukleari b’aktar żvilupp tas-sistemi ta’ allert u mudelli għat-tixrid radjoloġiku fl-arja, u bl-immobilizzar tar-riżorsi u l-kompetenza għall-analiżi u l-mudellar tal-aċċidenti nukleari u l-forniment tal-appoġġ tekniku rilevanti.

    (b) Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari

    Il-qasam tan-nonproliferazzjoni għandu jirċievi l-akbar attenzjoni possibbli. Il-JRC se:

    (1) jiżviluppa metodoloġiji u metodi ta’ detezzjoni/verifika u teknoloġiji biex jappoġġaw is-salvagwardji tal-Komunità u jsaħħu s-salvagwardji internazzjonali.

    (2) jiżviluppa u japplika metodi imtejba u teknoloġija għal prevenzjoni, detezzjoni u rispons għall-inċidenti nukleari u radjuattivi, inkluż il-kwalifika tat-teknoloġija tad-detezzjoni u l-iżvilupp tal-metodi u t-tekniki tal-forensiċi nukleari għall-ġlieda kontra t-traffikar illegali f’sinerġiji mal-qafas globali CBRN (Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku, Nukleari).

    (3) jappoġġa l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u strateġiji relatati tal-Unjoni permezz ta’ studji ta’ analiżi u aġġornament tal-evoluzzjoni teknika tar-reġimi ta’ kontroll tal-esportazzjoni biex jappoġġa s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u tal-Unjoni.

    (c) Tiżdied l-Eċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni

    Il-JRC għandu jkompli jiżviluppa l-bażi xjentifka għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Għandha tingħata enfasi għar-riċerka dwar il-proprjetajiet fundamentali u l-aġir tal-attinidi, materjali strutturali u nukleari. B’appoġġ għall-istandardizzazzjoni tal-Unjoni, il-JRC għandu jipprovdi standards nukleari mill-aktar avvanzati, dejta ta' referenza u kejl, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-bażijiet tad-dejta rilevanti u l-għodod ta' valutazzjoni. Il-JRC għandu jappoġġa aktar żvilupp tal-applikazzjonijiet mediċi, l-aktar terapiji ġodda tal-kanċer bbażati fuq l-irradjazzjoni alfa.

    (d) Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ

    Il-JRC għandu jkun aġġornat dwar l-iżviluppi ġodda fir-riċerka u l-istrumentazzjoni, is-sikurezza u r-regolamenti ambjentali. Għal dak il-għan, għandu jiġi implimentat pjan ta’ investiment rikorrenti għall-infrastrutturi xjentifiċi.

    Sabiex l-Unjoni tibqa fuq quddiem tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-JRC għandu jiżviluppa għodod tal-ġestjoni tal-għarfien, jimmonitorja x-xejriet tal-Unjoni fir-riżorsi umani permezz tal-Osservatorju Nukleari tar-Riżorsi Umani tiegħu u jwassal programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni dedikati, li jkopru wkoll aspetti tad-dekummisjonar.

    (e) Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi

    Il-JRC għandu jrawwem il-kompetenza tiegħu sabiex jipprovdi l-evidenza indipendenti xjentifika u teknika neċessarja biex jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li qed tevolvi dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

    Bħala l-Aġent ta’ Implimentazzjoni tal-Euratom għall-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV (GIF), il-JRC għandu jkompli jikkoordina l-kontribuzzjoni tal-Komunità għal GIF. Il-JRC għandu jindirizza u jkompli jiżviluppa l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka ma’ pajjiżi imsieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin (IAEA, OECD/NEA) sabiex jippromwovi l-politiki tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari tal-Unjoni.

    3. Attivitajiet trasversali fi ħdan il-Programm Euratom

    Sabiex jikseb l-objettivi ġenerali tiegħu, il-Programm Euratom għandu jappoġġa attivitajiet kumplimentari (diretti u indiretti, koordinazzjoni u stimulazzjoni ta’ programmar konġunt) li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka biex isolvu sfidi komuni (bħal materjali, teknoloġija tal-likwidu berried, dejta nukleari ta’ referenza, mudellar u simulazzjoni, immaniġġjar remot, ġestjoni tal-iskart, protezzjoni mir-radjazzjoni).

    4. Attivitajiet u interfaċċi trasversali mal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’

    Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom, għandhom ikunu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’.

    Il-Programm Euratom jista’ jikkontribwixxi għall-Faċilità tad-Dejn u l-Faċilità tal-Ekwità żviluppati taħt il-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’ li se jitwessa sabiex ikopri l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

    5. Iffissar tal-Prijoritajiet

    Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom jirrinforzaw b’mod reċiproku l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri u tas-settur privat, il-prijoritajiet tal-programmi ta’ ħidma għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet interessati tar-riċerka nukleari miġbura f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi tat-teknoloġija u forums tekniċi għas-sistemi nukleari u s-sikurezza (SNETP), ġestjoni tal-iskart aħħari (IGDTP) u protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta’ doża baxxa (MELODI), il-Ftehim Ewropew dawr l-Iżvilupp tal-Fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti jew forum ta’ partijiet interessati nukleari.

    Il-prijoritajiet għal azzjonijiet diretti għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ konsultazzjoni tad-Direttorati Ġenerali tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC.

    6. Kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

    Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka nukleari u l-innovazzjoni, ibbażata fuq miri kondiviżi u fiduċja reċiproka, għandha tkompli, bil-għan li tipprovdi benefiċċji ċari u sinifikanti għall-Unjoni. Bħala kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3, il-Komunità għandha tfittex li tirrinforza l-kompetenza xjentifika u teknika tal-Unjoni permezz tal-ftehimiet internazzjonali ta’ kooperazzjoni u li tippromwovi l-aċċess tal-industrija nukleari tal-Unjoni għas-swieq ġodda emerġenti.

    L-attivitajiet internazzjonali ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu promossi permezz ta’ oqfsa multilaterali (bħal IAEA, OECD, ITER, GIF) u permezz tal-kooperazzjoni bilaterali eżistenti jew ġdida ma’ pajjiżi li għandhom R&Ż b’saħħithom kif ukoll operat ta' bażijiet industrijali u installazzjonijiet tar-riċerka, disinn jew kostruzzjoni.

     ANNESS II – INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI

    Dan l-Anness jippreżenta għadd limitat ta’ indikaturi tal-prestazzjoni għal kull objettiv speċifiku tal-Programm Euratom għal valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti.

    1. Indikaturi għal azzjonijiet indiretti

    (a) Appoġġ għall-operat sikur tas-sistemi nukleari

    – Il-perċentwal ta’ proġetti ffinanzjati (riċerka konġunta u/jew azzjonijiet koordinati) li għandu il-probabbiltà li jwassal għal titjib li jista’ jintwera fil-prattika tas-sikurezza nukleari fl-Ewropa.

    (b) Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart nukleari aħħari

    – Għadd ta’ repożitorji ġeoloġiċi għall-fjuwil nukleari użat u/jew skart ta’ livell għoli li huwa ppjanat fl-Ewropa u li għalih il-Komunità appoġġat it-tħejjija ta' każ ta' sikurezza u l-fażi possibbli ta' qabel il-kostruzzjoni.

    (c) Appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni

    – Taħriġ permezz tar-riċerka – għadd ta’ studenti tad-Dottorat (PhD) jew riċerkaturi ta’ wara d-Dottorat (Post-Doc) appoġġati permezz tal-proġetti Euratom tal-fissjoni

    – Għadd ta’ imsieħba (fellows) u apprentisti (trainees) fil-programm Euratom tal-fissjoni.

    (d) Trawwim tal-protezzjoni mir-radjazzjoni

    – Il-perċentwal ta’ proġetti ffinanzjati li għandhom il-probabbiltà li jkollhom impatt li jista’ jintwera fuq il-prattika regolatorja fir-rigward tal-protezzjoni mir-radjazzjoni.

    (e) Il-mixja lejn id-dimostrazzjoni tal-fattibiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija (power) permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni

    – Għadd ta’ pubblikazzjonijiet f’ġurnali ta’ impatt għoli.

    (f) Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta’ materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali

    – Il-perċentwal tal-passi importanti tal-Pjan Direzzjonali tal-Fużjoni stabbilit għall-perjodu 2014-2018 milħuq mill-Programm Euratom

    (g) Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali

    – Għadd ta’ spin-offs mir-riċerka tal-fużjoni taħt il-Programm Euratom

    – Applikazzjonijiet għall-privattivi ġġenerati mil-laboratorji Ewropej tal-fużjoni

    (h) Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza panEwropea

    – Għadd ta’ infrastrutturi tar-riċerka appoġġati fil-livell tal-Komunità u riċerkaturi li jużaw infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-mobbiltà u appoġġ għall-aċċess.

    2. Indikaturi għal azzjonijiet diretti

    (a) Indikatur tal-impatt għall-appoġġ tal-politika tal-JRC

    – Għadd ta’ okkorrenzi tal-impatti speċifiċi tanġibbli fuq il-politiki tal-Unjoni li jirriżultaw minn appoġġ tal-politika tekniku u xjentifiku pprovdut mill-JRC.

    (b) Indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC

    – Għadd ta' pubblikazzjonijiet f’analiżi inter pares

    L-indikaturi msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jkunu rappreżentati skont l-objettivi ta’ azzjonijiet diretti tal-Komunita li ġejjin:

    · Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar; u t-tħejjija għal emerġenza;

    · Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari;

    · Tiżdied l-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni;

    · Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

    · Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

                  1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    Objettiv(i)

                  1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

                  1.7.    Metodu/i tal-ġestjoni previst(i)

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

                  2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

                  2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

                  2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

                  3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

                  3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

                  3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

                  3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ parti terza fil-finanzjament

                  3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

    Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - 'Orizzont 2020'.

    1.2. Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[29]

    - 08 Riċerka u Innovazzjoni

    - 10 Ċentru Konġunt għar-Riċerka

    1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

    ý Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija[30]

    ¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida

    1.4. Objettivi 1.4.1. Objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Il-Programm Euratom għandu jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u jikkoordina l-isforzi fir-riċerka tal-Istati Membri u b’hekk jevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika f’oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod. L-objettivi tekniċi tal-Programm Euratom għandhom ikunu t-titjib tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija f’mod sikur, effiċjenti u sigur. Dawn l-objettivi huma marbuta ma' dawk tal-istrateġiji tal-Ewropa 2020 u Enerġija 2020. Il-programm se jikkontribwixxi għall-inizjattiva ewlenija ‘Unjoni tal-Innovazzjoni’ billi jappoġġa riċerka nukleari rilevanti għall-politika, prekummerċjali u trasversali u jiffaċilita l-proċess tat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija bejn il-qasam akkademiku, l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi. Billi jpoġġi enfasi fuq it-taħriġ fl-attivitajiet kollha tiegħu, jagħti spinta lill-kompetittività fl-industrija nukleari preżenti u joħloq settur ġdid ta’ industrija b’teknoloġija avvanzata b’mod partikolari għall-enerġija mill-fużjoni, il-Programm Euratom se jwassal għal tkabbir u impjiegi ġodda f’firxa wiesgħa ta' dixxiplini. Għall-Istrateġija Enerġija 2020, il-Programm Euratom se jindirizza kwistjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u se jżomm il-kompetittività teknoloġika tal-Unjoni għal terminu ta' żmien twil.

    1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/jiet ABM/ABB konċernata/i għall-azzjonijiet indiretti

    Objettiv speċifiku Nru 1 – Appoġġ għall-operat sikur tas-sistemi nukleari;

    Objettiv speċifiku Nru 2 - Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart nukleari aħħari;

    Objettiv speċifiku Nru 3 - Appoġġ għall-iżvilupp u sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni;

    Objettiv speċifiku Nru 4 – Trawwim tal-protezzjoni mir-radjazzjoni

    Objettiv speċifiku Nru 5 - Mixja lejn id-demostrazzjoni tal-fattibiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni;

    Objettiv speċifiku Nru 6 – Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta’ materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali;

    Objettiv speċifiku Nru 7 - Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali;

    Objettiv speċifiku Nru 8 – Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza panEwropea;

    Attività/attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernati: 08 Riċerka u Innovazzjoni

    1.4.3. Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/jiet ABM/ABB konċernata/i għall-Azzjonijiet Diretti tal-JRC

    Objettiv speċifiku Nru 1 – Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, u t-tħejjija għall-emerġenza

    Objettiv speċifiku Nru 2 – Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari

    Objettiv speċifiku Nru 3 – Żieda fl-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza għall-istandardizzazzjoni

    Objettiv speċifiku Nru 4 – Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ

    Objettiv speċifiku Nru 5 - Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi.

    Attività/attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernati: 10 Ċentru Konġunt għar-Riċerka

    1.4.4. Riżultat(i) u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi ta’ mira.

    1) L-impatti tal-Programm Euratom huma mistennija fil-valur miżjud tal-Komunità tiegħu għat-titjib tal-isfruttar sikur tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti u futuri, li jittieħdu aktar passi sinifikanti lejn l-implimentazzjoni sikura tar-rimi ġeoloġiku ta’ skart nukleari ta’ livell għoli u b’ħajja twila, u li tiġi żgurata regolamentazzjoni aktar robusta tal-prattiċi industrijali u mediċi li jinvolvu l-użu ta’ radjazzjoni jonizzanti.

    2) Il-Programm Euratom se jwassal għal sikurezza nukleari msaħħa permezz ta' riċerka dwar is-salvagwardji nukleari u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ta’ verifika u detezzjoni imtejba, fir-rigward tal-materjali nukleari kif ukoll iċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.

    3) Il-Programm Euratom se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi nukleari fl-Unjoni permezz ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, taħriġ u mobbiltà, u aċċess aħjar għal u l-użu ta’ faċilitajiet tar-riċerka.

    4) Il-Programm Euratom, billi jappoġġa r-riċerka fil-fużjoni, se jiżgura bidu malajr tal-operat tal-ITER, jiżviluppa u jikkwalifika l-materjali għal impjant tal-enerġija ta' dimostrazzjoni, u se jiżviluppa u jagħmel dimostrazzjoni tat-teknoloġiji rilevanti għal impjant tal-enerġija ta’ dimostrazzjoni tal-fużjoni. L-attivitajiet tal-programm se jinkludu t-tħejjija ta’ disinn(i) kunċettwali ta’ impjant tal-eneġija tad-dimostrazzjoni komplut(i) u l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-istellaraturi (stellarators) bħala teknoloġija tal-impjant tal-enerġija.

    1.4.5. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    It-taqsima li ġejja tispeċifika għadd ta’ indikaturi ewlenin għall-objettivi speċifiċi tal-Programm Euratom għal valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti.

    Indikaturi għal azzjonijiet indiretti

    1) Appoġġ għall-operat sikur tas-sistemi nukleari

    Indikatur: Il-perċentwal ta’ proġetti ffinanzjati (riċerka konġunta u/jew azzjonijiet koordinati) li għandu il-probabbiltà li jwassal għal titjib li jista’ jintwera fil-prattika tas-sikurezza nukleari fl-Ewropa.

    Attwalment: 90% (2011); Mira: 100% (2018)

    2) Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart nukleari aħħari;

    Indikatur: Għadd ta’ repożitorji ġeoloġiċi għall-fjuwil nukleari użat u/jew skart ta’ livell għoli li huwa ppjanat fl-Ewropa u li għalih l-Unjoni appoġġat it-tħejjija ta' każ ta' sikurezza u l-fażi possibbli ta' qabel il-kostruzzjoni.

    Attwalment: 0 (2011); Mira: 3 (2018),

    3) Appoġġ għall-iżvilupp u sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni;

    Indikatur: Taħriġ permezz tar-riċerka – għadd ta’ studenti tad-Dottorat (PhD) jew riċerkaturi ta’ wara d-Dottorat (Post-Doc) involuti fil-proġetti Euratom tal-fissjoni

    Attwalment: madwar 200 (total għall-2007-2011); Mira: 300 (total għall-2014-2018)

    Indikatur: Għadd ta’ imsieħba (fellows) u apprentisti (trainees) fil-programm tal-fissjoni tal-Euratom.

    Attwalment: medja ta’ 27 fis-sena (2011); Mira: 40 fis-sena (2018)

    4) Trawwim tal-protezzjoni mir-radjazzjoni

    Indikatur: Il-perċentwal ta’ proġetti ffinanzjati li għandhom il-probabbiltà li jkollhom impatt li jista’ jintwera fuq il-prattika regolatorja fir-rigward tal-protezzjoni mir-radjazzjoni.

    Attwalment: 90% (2011); Mira: 100% (2018)

    5) Il-mixja lejn dimostrazzjoni tal-fattibiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija (power) permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni

    Indikatur: Għadd ta’ pubblikazzjonijiet f’ġurnali ta’ impatt għoli

    Attwalment: madwar 800 (2010); Mira: Jinżammu l-livelli attwali (2018).

    Deskrizzjoni tal-indikatur: Sors tad-dejta – Bażi tad-dejta Scopus. Jekk jogħġbok ħu nota li minħabba li l-enfasi tal-programm tal-fużjoni tal-Euratom qed tinbidel minn riċerka għall-iżvilupp tat-teknoloġija, dan l-indikatur jista’ jkun aktar baxx fil-futur. L-indikatur jikkonċerna artikli fejn tal-anqas wieħed mill-awturi li qed jagħtu kontribuzzjoni ikun mil-laboratorji tal-fużjoni Ewropea li qed jipparteċipa fil-Programm Euratom. Huwa kkalkulat abbażi ta’ 5 ġurnali internazzjonali f’analiżi inter pares: Fużjoni Nukleari, Fiżika tal-Plażma u Fużjoni Kontrollata, Inġinerija tal-Fużjoni u d-Disinn, Xjenza u Teknoloġija tal-Fużjoni, Ġurnal tal-Enerġija mill-Fużjoni.

    6) Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp tal-materjali, it-teknoloġiji u d-disinn kunċettwali;

    Indikatur: Il-perċentwal tal-passi importanti tal-Pjan Direzzjonali tal-Fużjoni stabbilit għall-perjodu 2014-2018 milħuq mill-Programm Euratom;

    Attwalment: indikatur ġdid, 0 %

    Mira: 90 %, inkluż Rapport dwar l-attivitajiet tad-Disinn Kunċettwali tal-Impjant tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018);

    Deskrizzjoni tal-indikatur: indikatur ġdid li se jkun ibbażat fuq il-pjan direzzjonali għall-programm tal-fużjoni li għandu jiġi żviluppat qabel l-2014.

    7) Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali

    Indikatur: Għadd ta’ spin-offs mir-riċerka tal-fużjoni taħt il-Programm Euratom

    Attwalment: 33 % tal-kuntratti rriżultaw fi spinoffs (2011); Mira: 50% (2018)

    Deskrizzjoni tal-indikatur: prodotti ġodda jew servizzi żviluppati minn kumpaniji involuti fir-riċerka tal-fużjoni.

    Indikatur: Applikazzjonijiet għall-privattivi ġġenerati mil-laboratorji Ewropej tal-fużjoni

    Attwalment: 2-3 privattivi ġodda fis-sena (2011); Mira: madwar 4-5 privattivi ġodda fis-sena (2018);

    8) Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza panEwropea;

    Indikatur: Għadd ta’ infrastrutturi tar-riċerka appoġġati fil-livell tal-Komunità u riċerkaturi li jużaw infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-mobbiltà u appoġġ għall-aċċess.

    Attwalment: madwar 800 (2008), Mira: 1200 (2018);

    Deskrizzjoni tal-indikatur: skema tal-mobbiltà taħt il-programm tal-fużjoni tappoġġa żjarat qosra minn xjenzati Ewropej fil-faċilitajiet tal-fużjoni bħal JET.

    Indikaturi għal azzjonijiet diretti

    1) Indikatur tal-impatt għall-appoġġ tal-politika tal-JRC

    Għadd ta’ okkorrenzi tal-impatti speċifiċi tanġibbli fuq il-politiki tal-Unjoni li jirriżultaw minn appoġġ tal-politika tekniku u xjentifiku pprovdut mill-JRC.

    Attwalment: 39 (2010), Mira: 45 (2018)

    2) Indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC

    Għadd ta' pubblikazzjonijiet f’analiżi inter pares

    Attwalment: 190 (2010), Mira: 210 (2018)

    L-indikaturi msemmija fil-punti (1) u (2) hawn fuq jistgħu jkunu rappreżentati skont l-objettivi ta’ azzjonijiet diretti tal-Komunita li ġejjin:

    - Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar; u t-tħejjija għal emerġenza;

    - Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari;

    - Tiżdied l-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni;

    - Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

    - Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi

    1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u sodisfatti fit-terminu ta’ żmien qasir jew twil

    It-terremot f’Marzu 2011 fil-Ġappun u l-avvenimenti li segwew fl-impjant tal-enerġija nukleari Fukushima Daiichi huma tfakkira iebsa li l-fissjoni nukleari, għalkemm sors affidabbli ta’ elettriċità ta’ tagħbija bażi ta' karbonju baxx, tirrikjedi sforzi kontinwi fil-qasam tas-sikurezza u t-tħejjija għal emerġenza. L-isfidi ewlenin fir-rigward tat-teknoloġija nukleari attwali sabiex tkompli tikkontribwixxi għall-kompetittività, is-sigurtà tal-provvistà u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija Ewropej huma l-iżgurar ta’ livelli għolja kontinwi ta’ sikurezza, li jiġu żviluppati soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart aħħari u ż-żamma tal-ħiliet nukleari. Tal-istess importanza hija l-ħtieġa li tkun żgurata sistema robusta ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqisu l-benefiċċji tal-użi tar-radjazzjoni fil-mediċina u l-industrija. B'kunsiderazzjoni tat-tħassib dejjem jikber dwar ir-riskju tan-nonproliferazzjoni u t-theddida tat-terroriżmu nukleari hemm bżonn ukoll li jiġu żviluppati salvagwardji sabiex tkun assigurata s-sigurtà nukleari fl-Ewropa u madwar id-dinja.

    1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

    Hemm każ ċar għal intervent tal-Komunità sabiex tindirizza l-isfida tas-sikurezza nukleari u l-ħiliet nukleari li qed jonqsu fl-Ewropa. Is-swieq ukoll mhux se jaċċettaw il-programm tar-R&Ż ta' riskju għoli u fuq terminu ta' żmien twil fil-fużjoni tal-enerġija. Hemm evidenza konvinċenti li Stati Membri li jaġixxu waħedhom mhux se jkunu jistgħu jlaħħqu mal-intervent pubbliku meħtieġ. L-investiment tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni huwa pjuttost baxx u jbagħti minn frammentazzjoni. Huwa improbabbli li l-Istati Membri waħedhom se jkunu kapaċi jindirizzaw il-problemi ta’ nuqqas ta’ koordinazzjoni transnazzjonali. L-Euratom tinsab f’pożizzjoni tajba biex tipprovdi valur miżjud permezz tal-isfruttar ta’ sinerġiji bejn l-isforzi tar-riċerka ta’ Stati Membri u s-settur privat, u bejn id-dixxiplini xjentifiċi u s-setturi teknoloġiċi. Intervent fil-livell tal-Komunità għandu jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji nukleari u jikkoordina l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri u b’hekk jevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika f’oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod. Il-programm Euratom jista’ wkoll jkun responsabbli għall-programm ta’ riskju għoli u fuq terminu ta’ żmien twil tar-R&Ż fl-enerġija mill-fużjoni, u b’hekk jikkondividi r-riskju u jiġġenera firxa ta’ ambitu u ekonomiji ta’ skala li ma jistgħux jinkisbu mod ieħor. L-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (‘JRC’) jipprovdu valur miżjud minħabba d-dimensjoni Ewropea unika tagħhom. Dawn il-benefiċċji jvarjaw minn rispons għall-ħtieġa tal-Kummissjoni li jkollha aċċess intern għal evidenza xjentifika indipendenti mill-interessi nazzjonali u privati għall-benefiċċji diretti għaċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta’ kontribuzzjonijiet għal politiki li jwasslu għal kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali mtejba.

    1.5.3. Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat

    Il-programm Euratom jibni fuq l-esperjenza akkumulati minn Programmi Qafas tal-Euratom tal-passat. Matul perjodu mifrux fuq diversi deċeni, il-Programmi Euratom:

    – irexxielhom jinvolvu l-aħjar riċerkaturi u istituti tal-Ewropa fil-qasam nukleari;

    – taw kontribuzzjoni kbir għall-bażi tal-għarfien Ewropea fil-qasam nukleari u kellhom impatt importanti fuq in-netwerking u l-kooperazzjoni, b’effett ta’ ristrutturar sinifikanti fuq ir-riċerka nukleari Ewropea.

    Fl-imkien ma’ dawn is-suċċessi hemm tagħlim importanti mill-passat:

    – Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni għandhom jiġu indirizzati f’manjiera aktar koordinata;

    – Ir-riżultati tar-riċerka jiġu disseminati u valurizzati aħjar fi prodotti, proċessi u servizzi ġodda;

    – Il-loġika tal-intervent għandha tkun iktar iffukata, konkreta, dettaljata u trasparenti;

    – Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jeħtieġ li jissaħħu.

    Ir-rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet diretti fir-rapporti ta’ evalwazzjoni riċenti jinnutaw li l-JRC jista’

    – jippromwovi integrazzjoni msaħħa fil-produzzjoni tal-għarfien fl-Unjoni;

    – jintroduċi analiżi tal-impatt u studji tal-benefiċċju tal-ispiża ta’ xogħol speċifiku bħala parti mill-programm il-ġdid tal-JRC;

    – itejjeb il-kooperazzjoni mal-industrija sabiex isaħħaħ l-effetti għall-benefiċċju tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.

    1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra rilevanti

    Il-Programm Euratom (2014-2018) għandu jikkontribwixxi għall-objettivi elenkati fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ (2014-2020). Minħabba f’hekk, se jiġu stabbiliti ħoloq u interfaċċi li jixirqu permezz ta’ azzjonijiet trasversali bejn il-Programm Euratom u l-Programm Qafas ‘Orizzont 2020’.

    1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

    ý Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

    – ý  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2018

    – ý  Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2026

    ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien bla limitu

    – Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

    – segwita minn operat fuq skala sħiħa.

    1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni previst(i)[31]

    ý Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

    ý Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

    – ý  aġenziji eżekuttivi

    – ý  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[32]

    – ý korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

    – ¨  persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ý Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri (kull fejn jixraq)

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-'Kummenti'.

    Kummenti

    Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tuża diversi modi ta’ ġestjoni biex timplimenta il-bini ta' din l-attività fuq il-modi ta' ġestjoni użati taħt il-perspettivi finanzjarji kurrenti. Il-ġestjoni se ssir permezz ta’ servizzi tal-Kummissjoni u permezz ta’ Aġenziji Eżekuttivi eżistenti tal-Kummissjoni li jġeddu u jestendu l-mandati tagħhom f’manjiera bilanċata.

    Hija mbassra l-esternalizzazzjoni ta' aktar attivitajiet tal-Programm Euratom, b'mod partikolari permezz ta’ għajnuna mill-aġenziji eżistenti, għaliex hija kompatibbli maż-żamma tal-kompetenzi tal-politika ċentrali fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni. Il-mezzi ta’ esternalizzazzjoni miżmuma għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-attiviajiet se jintgħażlu abbażi tal-effettività u l-effiċjenza ppruvati tagħhom. Fl-istess ħin, il-persunal assenjat lill-Aġenziji Eżekuttivi tal-Kummissjoni se jkolli jżied il-proporzjon tal-parti tal-baġit li tikkorispondi mal-attivitajiet esternalizzati u jqies l-impenn fuq fuq d-disponibbiltà tal-persunal li sar mill-Kummissjoni (Baġit għall-Ewropa 2020 COM (2011) 500).

    2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    Simplifikazzjoni

    Il-Programm Euratom irid jattira l-aktar riċerkaturi eċċellenti u l-aktar impriżi Ewropej innovattivi. Dan jista’ jintlaħaq biss bi programm bl-inqas piż amministrattiv possibbli għall-parteċipanti u permezz tal-kundizzjonijiet tal-finanzjament li jixirqu. Is-simplifikazzjoni tal-Programm Euratom hija parti mill-proċess usa' ta' simplifikazzjoni propost fl-'Orizzont 2020’. Bħal ma huwa l-każ fl-’Orizzont 2020’, is-simplifikazzjoni tal-Programm Euratom tkun għalhekk qed timmira tliet għanijiet ġenerali: li jonqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-parteċipanti; li jitħaffef il-proċess tal-proposta u l-ġestjoni tal-għotja u li tonqos ir-rata tal-iżball finanzjarju.

    Is-simplifikazzjoni fil-Programm Euratom se tinkiseb minn diversi dimensjonijiet.

    1) Simplifikazzjoni strutturali: Ir-regoli tal-‘Orizzont 2020’ se jintużaw ukoll għall-Programm Euratom.

    2) Simplifikazzjoni kbira tar-regoli ta’ finanzjament se tiffaċilita t-tħejjija tal-proposti u l-ġestjoni tal-proġetti. Fl-istess ħin, dawn se jnaqqsu l-għadd ta’ żbalji finanzjarji. Qed jiġi propost l-approċċ li ġej:

    Mudell prinċipali tal-finanzjament għall-għotjiet:

    – Rimborż simplifikat tal-ispejjeż reali diretti, b’aċċettazzjoni usa’ tal-kontabbiltà li normalment jużaw il-benefiċjarji, inkluż l-eliġibbiltà ta’ ċerti taxxi u imposti;

    – Il-possibbiltà li jintużaw unitajiet tal-ispejjeż tal-persunal (medja tal-ispejjeż tal-persunal) għal benefiċjarji li normalment jużaw dan il-metodu ta’ kontabbiltà, u għas-sidien tal-SMEs mingħajr salarju;

    – Simplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-ħin billi jiġi pprovdut sett ċar u sempliċi tal-kundizzjonijiet minimi, b’mod partikolari l-abolizzjoni tal-obbligi tar-reġistrazzjoni tal-ħin għall-persunal li jaħdem esklussivament fuq proġett tal-Unjoni;

    – Rata unika ta' rimborż għall-parteċipanti kollha minflok 3 rati differenti skont it-tip ta' parteċipant;

    – Rata fissa unika li tkopri l-ispejjeż indiretti, minflok 4 metodi biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż indiretti, bħala regola ġenerali;

    – Finanzjament ibbażat fuq l-output, b’somom f’daqqa għal proġetti sħaħ f’oqsma speċifiċi qrib tal-applikazzjoni.

    3) Strateġija tal-kontroll riveduta, kif deskritt fit-taqsima 2.2.2, bl-ilħuq ta’ bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll se tkompli tnaqqas il-piż amminsitrattiv għall-parteċipanti.

    Lil hinn mir-regoli u kontrolli aktar sempliċi, il-proċeduri u l-proċessi kollha għall-implimentazzjoni ta’ proġett se jkunu razzjonalizzati. Dan jinkludi d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kontenut u l-forma tal-proposti, il-proċessi biex il-proposti jsiru proġetti, ir-rekwiżiti tar-rapportar u l-monitoraġġ, kif ukoll id-dokumenti relatati dwar il-gwida u s-servizzi tal-appoġġ. Kontribuzzjoni kbira biex jonqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni se tiġi minn pjattaforma unika tal-IT faċli għall-utent, ibbażata fuq il-Portal tal-Parteċipant tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għar-R&Ż (2007-2013) (FP7).

    2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

    Se tiġi żviluppata sistema ġdida għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom. Se tkun ibbażata fuq strateġija komprensiva, fil-ħin u armonizzata, b’fokus b'saħħtu fuq il-volum (throughput), l-output, ir-riżultati u l-impatti. Se tkun appoġġata minn arkivju tad-dejta adattat, esperti, attività dedikata tar-riċerka, u iżjed kooperazzjoni minn Stati Membri u Stati Assoċjati, u se tkun valurizzata permezz tad-disseminazzjoni u r-rapportar li jixirqu. Għall-azzjonijiet diretti, il-JRC se jkompli jtejjeb il-monitoraġġ tiegħu billi jkompli jaġġusta l-indikaturi tiegħu li jkejlu l-output u l-impatt.

    2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    Ġie adottat limitu tal-iżball ta’ 2 % bħala indikatur mexxej fil-qasam tal-legalità u regolarità li jikkonċernaw il-qasam tar-riċerka. Madankollu, dan ikkawża għadd ta' reazzjonijiet (side-effects) mhux mistennija u mhux mixtieqa. Kien hemm sensazzjoni qawwija, fost il-benefiċjarji kif ukoll l-awtorità leġiżlattiva, li l-piż tal-kontroll kiber wisq. B’hekk qiegħed fir-riskju li jnaqqas l-attrattività tal-programmi ta' riċerka tal-Unjoni inkluż il-Programm Euratom, u b'riżultat ta' dan jeffettwa b’mod negattiv ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni.

    Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 ikkonkluda li ‘huwa kruċjali li l-istrumenti tal-UE immirati li jrawmu r-R&Ż&I jiġu ssimplifikati sabiex jiffaċilitaw t-tnedija tagħhom mill-aħjar xjenzati u l-iżjed kumpaniji innovattivi, b’mod partikolari billi jkun hemm ftehim bejn l-istituzzjonijiet rilevanti dwar bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid u l-evitar tar-riskju’ (ara EUCO 2/1/11 REV1, Brussell 8 ta’ Marzu 2011).

    Il-Parlament Ewropew, fir-Reżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 (P7_TA(2010)0401) dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas ta’ Riċerka espliċitament jappoġġa riskju ogħla ta’ żbalji għall-finanzjament tar-riċerka u “jesprimi t-tħassib tiegħu li s-sistema attwali u l-prattika tal-ġestjoni tal-FP7 huma orjentati lejn il-kontroll b’mod eċċessiv, u b’hekk iwasslu għal ħela ta’ riżorsi, inqas parteċipazzjoni u xenarji inqas attraenti tar-riċerka; jinnota bi tħassib li s-sistema attwali ta' ġestjoni ta' 'tolleranza żero tar-riskju' tidher li tevita, aktar milli tiġġestixxi, r-riskji”.

    Iż-żieda radikali fl-għadd ta' verifiki u l-estrapolazzjoni sussegwenti tar-riżultati pprovokat ukoll mewġa ta' ilmenti mid-dinja tar-riċerka (eż. l-inizjattiva Trust Researchers[33], li s'issa għandha iktar minn 13,800 firma).

    Għalhekk hemm bżonn ta' aċċettazzjoni fost il-partijiet interessati u l-Istituzzjonijiet li l-approċċ attwali jeħtieġ li jiġi rivedut. Jeżistu objettivi u interessi oħrajn, speċjalment is-suċċess tal-politika tar-Riċerka, il-kompetittività internazzjonali u l-eċċellenza xjentifika, li għandhom jitqisu wkoll. Fl-istess ħin, hemm ħtieġa ċara biex jiġi ġestit il-baġit f’manjiera effiċjenti u effettiva, u li jkun hemm prevenzjoni mill-frodi u l-ħela. Dawn huma sfidi komuni għall-‘Orizzont 2020’ u l-Programm Euratom.

    L-ilħuq ta' rata ta' żball residwu ta' anqas minn 2 % tan-nefqa totali matul ħajja ta’ programm jibqa dejjem l-objettiv aħħari tal-Kummissjoni, u għal dan il-għan, introduċiet għadd ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni. Madankollu, objettivi oħrajn bħall-attratività u s-suċċess tal-politika tar-riċerka tal-Unjoni, il-kompetittività internazzjonali, l-eċċellenza xjentifika u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-kontrolli (ara l-punt 2.2.2) jridu jitqisu.

    Filwaqt li jitqisu dawn l-elementi f'bilanċ, qed jiġi propost li d-Direttorati Ġenerali inkarigati bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-innovazzjoni u r-riċerka se jistabbilixxu sistema interna ta’ kontroll kost effettiva li se tagħti assigurazzjoni raġonevoli li r-riskju tal-iżball matul il-perjodu tan-nefqa multiannwali huwa, fuq bażi annwali, fil-medda ta’ 2-5 %; bl-għan aħħari li jikseb livell residwu tal-iżball kemm jista’ jkun viċin ta’ 2 % fl-egħluq tal-programmi multiannwali, ladarba l-impatt finanzjarju tal-verifiki kollha, il-koorezzjonijiet u l-miżuri ta’ rkupru jkunu tqisu.

    2.2.1. Qafas tal-kontroll intern

    Il-qafas tal-kontroll intern għall-għotjiet huwa mibni fuq:

    – L-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni;

    – Il-proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti u l-ħidma fuqhom biex isiru strumenti legali;

    – Ġestjoni tal-proġett u l-kuntratt matul il-ħajja ta’ kull proġett;

    – Kontrolli ex-ante fuq 100 % tat-talbiet, inkluż t-twassil ta’ ċertifikati tal-verifika u ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġiji tal-ispejjeż;

    – Verifika ex-post fuq kampjun ta’ talbiet; u

    – Evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġetti.

    Għal azzjonijiet diretti, iċ-ċirkwiti finanzjarji jinkludu kontrolli ex-ante għall-akkwist u l-kontrolli ex-post. Ir-riskji huma vvalutati annwalment u l-progress fl-eżekuzzjoni tax-xogħol u l-konsum tar-riżorsi jiġi mmonitorjat regolarment, abbażi ta’ objettivi u indikaturi definiti.

    2.2.2. Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli

    L-ispiża tas-sistema interna tal-kontroll għad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mill-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni (inkluż Euratom) hija stmata għal EUR 267 miljun fis-sena (abbażi tal-eżerċizzju tar-Risjku Tollerabbli tal-Iżball fl-2009). Din ukoll wasslet għal piż konsiderevoli fuq il-benefiċjarji u s-servizzi tal-Kummissjoni. Kien hemm sensazzjoni qawwija, fost il-benefiċjarji kif ukoll l-awtorità leġiżlattiva, li l-piż tal-kontroll kiber wisq. B’hekk qiegħed fir-riskju li jnaqqas l-attrattività tal-programm ta' Riċerka tal-Unjoni, u b'riżultat ta' dan jeffettwa b’mod negattiv ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni.

    43 % tal-ispejjeż totali tal-kontroll tas-servizzi tal-Kummissjoni (li ma jinkludux l-ispejjeż tal-benefiċjarju) jiġġarbu fl-istadju tal-ġestjoni tal-proġett, 18 % fuq l-għażla tal-proposti, u 16 % fuq in-negozjar tal-kuntratti (16 %). Il-verifiki ex-post u l-implimentazzjoni tagħhom li rriżultat ammontaw għal 23 % (EUR 61 miljun) tat-total.

    Madankollu, dan l-isforz konsiderevoli tal-kontroll ma rnexxilux jikseb l-objettiv tiegħu kompletament. Ir-rata ta’ żball “residwu” stmata għall-FP6, wara li tqisu l-irkupri kollha u l-korrezzjonijiet li saru jew li se jiġu implimentati, tibqa aktar minn 2 %. Ir-rata attwali ta’ żball mill-verifiki tal-FP7 li twettqet mid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni hija madwar 5 %, u għalkemm din se titnaqqas minħabba l-effetti tal-verifiki, u hija sa ċertu punt preġudikata għaliex hija konċentrata fuq benefiċjarji li ma ġewx verifikati qabel, hija improbabbli li tintlaħaq ir-rata ta’ żball residwu ta’ 2 %. Ir-rata tal-iżball identifikata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinsab f’medda simili.

    2.2.3.     Livell mistenni ta’ riskju ta’ nuqqas ta' konformità

    Il-punt tal-bidu huwa status quo, ibbażat fuq verifiki mwettqa s'issa fuq l-FP7. Din ir-rata preliminarja tal-iżball rappreżentattiva hija viċin l-5 % (għad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni). Il-maġġoranza tal-iżbalji individwati jirriżultaw minħabba s-sistema preżenti ta’ finanzjament tar-riċerka li hija bbażata fuq rimborż tal-ispejjeż attwali tal-proġett ta’ riċerka dikjarati mill-parteċipant. Dan iwassal għal kumplessità konsiderevoli fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli.

    Analiżi dwar ir-rati tal-iżball li twettqet għall-verifiki tal-FP7 li s’issa twettqu fid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni turi li:

    - Madwar 27 % bħala għadd, u 35 % bħala ammont, jirrigwardaw żbalji fuq l-ispejjeż tal-persunal. Problemi regolari identifikati huma l-imposta ta' spejjeż medji jew ibbaġitjati (minflok spejjeż attwali), nuqqas ta’ żamma ta’ records adegwati tal-ħin mgħoddi fuq il-programm, u imposta fuq affarijiet ineliġibbli.

    - Madwar 40 % bħala għadd, u 37 % bħala valur, jirrigwardaw żbalji oħra diretti (mhux tal-persunal). Żbalji regolari identifikati huma l-inklużjoni tal-VAT, nuqqas ta’ rabta ċara mal-proġett, nuqqas ta’ forniment ta’ riċevuti jew prova ta’ pagament u kalkolu skorett ta’ deprezzament bl-imposta tal-ispiża sħiħa tat-tagħmir minflok l-ammont deprezzat, sottokutrattar mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, jew mingħajr rispett lejn ir-regoli tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (value for money), eċċ.

    - Madwar 33 % bħala għadd, u 28 % bħala ammont, jirrigwardaw żbalji fi spejjeż indiretti. L-istess riskji japplikaw bħall-ispejjeż għall-persunal, bir-riskju addizzjonali ta’ allokazzjoni skoretta jew mhux ġusta tal-ispejjeż ġenerali għall-proġetti.

    F’għadd ta’ każijiet l-ispejjeż indiretti huma perċentwal b’rata fissa tal-ispejjeż diretti, u għalhekk l-iżball fl-ispejjeż indiretti huwa proporzjonat mal-iżball tal-ispejjeż diretti.

    ‘Orizzont 2020’ u l-Programm Euratom jintroduċu għadd sinifikanti ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni importanti (ara l-punt 2 hawn fuq) li se jnaqqsu r-rata tal-iżball fil-kategoriji tal-iżball kollha. Madankollu, il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet dwar aktar simplifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tal-Orizzont 2020, jindikaw b'mod ċar li l-kontinwazzjoni ta' mudell tal-finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-ispejjeż attwali hija l-għażla ffavorita. Ir-rikorrenza sistematika għal finanzjament ibbażat fuq l-output, rati fissi jew somom f'daqqa tidher prematura f'dan l-istadju għaliex sistema bħal din għadha ma ġietx ittestjata fi programmi preċedenti. Iż-żamma ta’ sistema bbażata fuq ir-rimborż tal-ispejjeż attwali madankollu tfisser li l-iżbalji se jibqgħu jsiru.

    Analiżi tal-iżbalji identifikati matul il-verifiki tal-FP7 tissuġġerixxi li madwar 25-35 % minnhom jistgħu jkunu evitati bil-miżuri simplifikati proposti. Ir-rata tal-iżball tista’ mbagħad tiġi mistennija li tonqos b’1.5 % jiġifieri minn kważi 5 % għal madwar 3.5%, ċifra li tissemma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni biex jinsab l-aħjar bilanċ bejn l-ispejjeż amministrattivi tal-kontroll u r-riskju tal-iżball.

    Il-Kummisjjoni tikkunsidra għalhekk li, għan-nefqa tar-riċerka taħt il-Programm Euratom, rata tal-iżball, fuq bażi annwali, fil-medda ta' bejn 2-5% hija objettiv realistiku li jqis l-ispejjeż tal-kontrolli, il-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti biex tonqos il-kumplessità tar-regoli u r-riskju inerenti relatat mal-ispejjeż għar-rimborżi tal-proġett tar-riċerka. L-għan aħħari għal-livell residwu tal-iżball fl-egħluq tal-programmi wara l-impatt finanzjarju tal-verifiki, il-koorezzjonijiet u l-miżuri ta’ rkupru kollha jkunu tqisu sabiex jinkiseb livell tal-għeluq kemm jista’ jkun viċin ta’ 2 %.

    L-istrateġija tal-verifika ex-post għan-nefqa taħt Orizzont 2020 u l-Programm Euratom tqis din il-mira. Din se tkun ibbażata fuq verifika finanzjarja ta’ kampjun rappreżentattiv uniku tan-nefqa fil-programm kollu, ikkumplimentata minn kampjun miġbur abbażi tal-konsiderazzjonijiet tar-riskju.

    L-għadd kumplessiv tal-verifiki ex-post se jkun limitat għal dak li huwa strettament neċessarju għall-ilħuq ta’ din il-mira u l-istrateġija. Bħala gwida, il-Kummissjoni tikkunsidra li massimu ta’ 7 % tal-parteċipanti fl-Orizzont 2020 u l-Programm Euratom se jkunu suġġetti għal verifika matul il-perjodu kollu ta' programmar. L-esperjenza tal-passat turi li n-nefqa suġġetta għal verifika tkun konsiderevolment ogħla, u għandu jkun mistenni minimu ta' 40 % kopertura.

    L-istrateġija tal-verifika ex-post fir-rigward tal-legalità u r-regolarità se jkunu kkumplimentati minn evalwazzjoni xjentifika rinforzata u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi (ara l-punt 2.3 hawn isfel).

    Dan ix-xenarju huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni ma humiex suġġetti għal modifiki sostanzjali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    Nota: din it-taqsima tikkonċerna biss il-proċess tal-ġestjoni tal-għotja, il-limitu ta’ 2 % se japplika bħala riskju tollerabbli tal-iżball għan-nefqa amministrattiva u operattiva implimentata permezz tal-proċessi tal-akkwist pubbliku.

    2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    Id-Direttorati Ġenerali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni huma determinati li jiġġieldu l-frodi fl-istadji kollha fil-ġestjoni tal-proċess tal-għotja. Dawn żviluppaw, u qed jimplimentaw, strateġiji ta' kontra l-frodi, inkluż użu mtejjeb tal-intelliġenza, speċjalment bl-użu ta’ għodod tal-IT avvanzati, u taħriġ u informazzjoni għall-persunal. Ġew żviluppati sanzjonijiet biex jipprovdu deterrenti kontra l-frodi, kif ukoll penali adattati jekk jiġu identifikati. Dawn l-isforzi se jkomplu. Il-proposti għal Orizzont 2020 u l-Programm Euratom ġew suġġetti għal protezzjoni kontra l-frodi u valutazzjoni tal-impatt tagħhom. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti għandu jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment l-enfasi ikbar fuq il-verifika bbażata fuq ir-riskju u l-evalwazzjoni u kontroll xjentifiċi rinforzati.

    Wieħed għandu jinnota li l-frodi individwata kienet baxxa ħafna meta mqabbla mal-proporzjoni tan-nefqa totali, madankollu d-Direttorati Ġenerali inkarigati bl-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka xorta waħda huma impenjati li jiġġildulha.

    Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri li jixirqu li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod skorrett u, fejn jixraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u deterrenti.

    Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni taħt il-Programm.

    L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali li teffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konnessjoni ma’ ftehim tal-għotja jew deċiżjoni tal-għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-fondi tal-Unjoni.

    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi t’hawn fuq, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet tal-għotja u deċiżjonijiet tal-għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

    3.         IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    · Intestaturi tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    Fl-ordni ta’ intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni………………………...….] || AD/AMD ([34]) || minn pajjiżi tal-EFTA[35] || minn pajjiżi kandidati[36] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    1 || || AD || LE || IVA/LE* || IVA || IVA

    || || || || ||

    · Intestaturi tal-baġit ġodda mitlubin

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru Intestatura || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || Minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    1 || 08 01 Riċerka dwar in-nefqa amministrattiva 08 01 05 01 Nefqa relatata mal-Persunal tar-Riċerka 08 01 05 02 Persunal estern għar-Riċerka 08 01 05 03 Nefqa amministrattiva oħra għar-Riċerka 10 01 Nefqa tal-qasam tal-politika tar-Riċerka Diretta 10 01 05 Nefqa ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet tal-qasam tal-politika tar-Riċerka Diretta 10 01 05 01 Nefqa relatata mal-Persunal tar-Riċerka 10 01 05 02 Persunal estern għar-Riċerka 10 01 05 03 Nefqa amministrattiva oħra għar-Riċerka 10 01 05 04 Infrastrutturi tar-Riċerka 08 03 02 01Enerġija mill-Fużjoni tal-Euratom 08 03 02 02 Fissjoni Nukleari u Protezzjoni mir-Radjazzjoni tal-Euratom 08 04 01 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku 10 03 Approprjazzjonijiet operattivi tar-Riċerka ffinanzjati direttament – Euratom 10 03 01 Azzjoni nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) 10 03 02 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi || Mhux Diff. || LE || IVA/LE* || IVA || LE

    * Id-diskussjonijiet mat-Turkija relatati mal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni fil-qasam tar-Riċerka Nukleari huma kontinwi

    Il-JRC jitlob intestatura tal-baġit ġdida għall-investimenti tal-infrastruttura. Ħafna mill-faċilitajiet tal-JRC huma mis-snin sittin (60s) u sebgħin (70s) u ma għadhomx mill-aqwa. B’konsegwenza ta’ dan, huma meħtieġa faċilitajiet ġodda u l-aġġornament ta’ infrastrutturi eżistenti biex jitwettaq il-programm ta’ ħidma multiannwali tal-JRC f'konformità mal-istandards tas-sikurezza u s-sigurtà tal-UE kif ukoll mal-objettivi ambjentali tal-EU/20/20/20. Il-JRC stabbilixxa il-“Pjan tal-Iżvilupp tal-Infrastruttura 2014 – 2020” tiegħu; fejn identifika l-ħtiġijiet tal-investiment sal-2020 għas-siti kollha tal-JRC li huma riflessi fl-intestatura l-ġdida proposta tal-baġit.

    Il-JRC huwa DĠ tal-Kummissjoni mifrux fuq ħames pajjiżi differenti b’7 Istituti Xjentifiċi li jinsabu f’ħames Stati Membri tal-UE: Ispra (l-Italja), Geel (il-Belġju), Petten (il-Pajjiżi l-Baxxi), Karlsruhe (il-Ġermanja) u Seville (Spanja). Il-faċilitajiet tar-riċerka tal-JRC jinkludu installazzjonijiet nukleari u firxa wiesgħa ta’ laboratorji speċjalizzati ħafna uniċi li jridu jkunu konformi mar-regolamenti nukleari, ambjentali u tas-sikurezza ta’ kull pajjiż ospitanti. Is-servizzi tekniċi speċjalizzati meħtieġa għaż-żamma u l-operat ta’ dawn il-faċilitajiet huma pprovduti mill-persunal tal-JRC (inkluż sikurezza u sigurtà, it-tim tat-tifi tan-nar, eċċ.) u ma għandhomx ekwivalenti f'servizzi oħrajn tal-Kummissjoni.

    L-intestatura tal-baġit 10.01.05.01 tintuża biex tiffinanzja l-uffiċjali li jokkupaw post fit-tabella tal-persunal tal-JRC, filwaqt li l-intestatura 10.01.05.02 tkopri l-persunal estern taħt kuntratt temporanju (Aġenti Kuntrattwali, Esperti Nazzjonali Sekondati, Persuni li għandhom l-Għojta (Grantholders), Apprentisti, eċċ.) sabiex il-JRC ikun jista' jibqa fuq quddiem fir-riċerka u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-missjoni tiegħu bħala servizz ta’ appoġġ xjentifiku dirett għall-Kummissjoni.

    Dawn il-krediti tal-persunal huwa prinċipalment devoti biex jiffinanzjaw ix-xjenzati u l-persuni tekniċi fl-azzjonijiet xjentifiċi li jimplimentaw il-programm ta’ ħidma tal-JRC. Il-komponent sempliċiment “amministrattiv” ta’ dawn l-intestaturi huwa relattivament baxx (inqas minn 20 %), kif jikkonferma d-DĠ HR matul l-eżerċizzju ta' "skrining" annwali tiegħu.

    L-intestatura tal-baġit 10.01.05.03 tirreferi għall-appoġġ xjentifiku u tekniku tal-infrastruttura nukleari u mhux nukleari. Parti kbira tal-krediti taħt din l-intestatura hija devota għal (1) l-iżgurar tal-operat normali tal-istituti tal-JRC (jiġifieri ż-żamma, tagħmir tekniku, provvista tal-ilma/gass/elettriku, sikurezza/sigurtà, radjuprotezzjoni, IT, telekomunikazzjoni, ipproċessar tad-dejta, eċċ.) u (2) operazzjonijiet mhux rikorrenti (xogħolijiet ta' restawr, modernizzazzjoni tal-faċilitajiet eżistenti, konformità ma' standards ġodda, eċċ.).

    3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa – Riċerka Indiretta         fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklusiv

    Riċerka Indiretta || || || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || > 2018 ||

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 08 03 02 total || Impenji || (1) || 159.641 || 171.785 || 184.350 || 197.350 || 210.794 || || 923.920

    Pagamenti || (2) || 100.131 || 125.934 || 152.733 || 162.535 || 196.821 || 185.766 || 923.920

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 08 03 02 01 Numru tal-intestatura tal-baġit: 08 03 02 02 || Impenji || (1) || 108.073 || 116.201 || 124.612 || 133.312 || 142.309 || || 624.507

    Pagamenti || (2) || 80.065 || 94.967 || 104.867 || 107.771 || 128.659 || 108.178 || 624.507

    Impenji || (1) || 51.568 || 55.584 || 59.739 || 64.038 || 68.485 || || 299.414

    Pagamenti || (2) || 20.066 || 30.967 || 47.867 || 54.764 || 68.162 || 77.589 || 299.415

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-Programm Euratom[37] 08 01 05 01 Nefqa relatata mal-Persunal tar-Riċerka 08 01 05 02 Persunal estern għar-Riċerka 08 01 05 03 Nefqa amministrattiva oħra tar-Riċerka || 17.780 2.240 7.007 || 18.136 2.285 7.147 || 18.498 2.330 7.290 || 18.868 2.377 7.436 || 19.246 2.425 7.585 || || 92.529 11.657 36.465

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 08 01 05 || || (3) || 27.027 || 27.568 || 28.119 || 28.681 || 29.255 || || 140.650

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni || Impenji || =1+1a +3 || 186.668 || 199.353 || 212.469 || 226.031 || 240.049 || || 1064.570

    Pagamenti || =2+2a+3 || 127.158 || 153.502 || 180.852 || 191.216 || 226.076 || 185.766 || 1064.570

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 159.641 || 171.785 || 184.350 || 197.350 || 210.794 || || 923.920

    Pagamenti || (5) || 100.131 || 125.934 || 152.733 || 162.350 || 196.821 || 185.766 || 923.920

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-Programm Euratom || (6) || 27.027 || 27.568 || 28.119 || 28.681 || 29.255 || 0 || 140.650

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1  tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 186.668 || 199.353 || 212.469 || 226.031 || 240.049 || || 1064.570

    Pagamenti || =5+ 6 || 127.158 || 153.502 || 180.852 || 191.216 || 226.076 || 185.766 || 1064.570

    Jekk iktar minn intestatura waħda tiġi effettwata mill-proposta / inizjattiva:

    Mhux applikabbli

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || Nefqa amministrattiva

    fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

    DĠ: Riċerka / Riċerka Diretta ||

    Ÿ Riżorsi Umani || || || || || || 0

    Ÿ Nefqa oħra amministrattiva || || || || || || 0

    TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || 0

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5  tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total ta’ impenji = Total tal-pagamenti) || || || || || || 0

    fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || > 2018 || TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5  tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 186.668 || 199.353 || 212.469 || 226.031 || 240.049 || || 1064.570

    Pagamenti || 127.158 || 153.502 || 180.852 || 191.216 || 226.076 || 185.766 || 1064.570

    3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa – Riċerka Diretta

                                                                                                           fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklusiv

      DĠ JRC Riċerka Diretta || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena ≥ 2019 || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || ||

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 10.03 || Impenji || (1a) || 10.457 || 10.666 || 10.879 || 11.097 || 11.319 || 0 || 54.417

    Pagamenti || (2a) || 4.706 || 8.982 || 10.208 || 10.935 || 11.153 || 8.434 || 54.417

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 10.03.01 || Impenji || (1a) || 10.457 || 10.666 || 10879 || 11.097 || 11.319 || 0 || 54.417

    Pagamenti || (2a) || 4.706 || 8.982 || 10.208 || 10.935 || 11.153 || 8.434 || 54.417

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett tal-Programm Euratom[38] 10 01 05            10 01 05 01             10 01 05 02             10 01 05 03 10 01 05 04 || 126.796 61.598 11.205 38.706 15.286 || 130.284 63.754 11.457 39.481 15.592 || 133.874 65.986 11.715 40.270 15.903 || 137.571 68.295 11.979 41.076 16.222 || 141.377 70.686 12.248 41.897 16.546 || || 669.901 330.319 58.604 201.430 79.549

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ JRC / Riċerka Diretta || Impenji || =1+1a +3 || 137.253 || 140.950 || 144.753 || 148.668 || 152.695 || || 724.319

    Pagamenti || =2+2a+3 || 131.501 || 139.266 || 144.082 || 148.506 || 152.530 || 8.434 || 724.319

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 10.457 || 10.666 || 10.879 || 11.097 || 11.319 || 0 || 54.417

    Pagamenti || (5) || 4.706 || 8.982 || 10.208 || 10.935 || 11.153 || 8.434 || 54.417

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-Programm Euratom || (6) || 126.796 || 130.284 || 133.874 || 137.571 || 141.377 || 0 || 669.901

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1  tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 137.253 || 140.950 || 144.753 || 148.668 || 152.695 || 0 || 724.319

    Pagamenti || =5+ 6 || 131.501 || 139.266 || 144.082 || 148.506 || 152.530 || 8.434 || 724.319

    Jekk iktar minn intestatura waħda tiġi effettwata mill-proposta / inizjattiva:

    Mhux applikabbli

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || Nefqa amministrattiva

    fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

    DĠ: Riċerka / Riċerka Diretta ||

    Ÿ Riżorsi Umani || || || || || ||

    Ÿ Nefqa oħra amministrattiva || || || || || ||

    TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total ta’ impenji = Total tal-pagamenti) || || || || || ||

    fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || > 2018 || TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 137.253 || 140.950 || 144.753 || 148.668 || 152.695 || 0 || 724.319

    Pagamenti || 131.501 || 139.266 || 144.082 || 148.506 || 152.530 || 8.434 || 724.319

    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa Riċerka Indiretta + Riċerka Diretta fi prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklusiv

    Sommarju Riċerka Indiretta / Riċerka Diretta || || || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || > 2018 ||

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 08 03 02 || Impenji || (1) || 159.641 || 171.785 || 184.350 || 197.350 || 210.794 || || 923.920

    Pagamenti || (2) || 100.131 || 125.934 || 152.733 || 162.535 || 196.821 || 185.766 || 923.920

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 10.03 || Impenji || (1a) || 10.457 || 10.666 || 10.879 || 11.097 || 11.319 || 0 || 54.417

    Pagamenti || (2a) || 4.706 || 8.982 || 10.208 || 10.935 || 11.153 || 8.434 || 54.417

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett tal-Programm Euratom[39] 08 01 05 10 01 05 || 27.027 || 27.568 || 28.119 || 28.681 || 29.255 || 0 || 140.650

    137.252 || 140.950 || 144.753 || 148.669 || 152.696 || 0 0 || 724.320

    Numru tal-intestatura tal-baġit: 08 01 05 / 10 01 05 || || (3) || 153.822 || 157.852 || 161.992 || 166.253 || 170.632 || || 810.551

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni / Riċerka Diretta || Impenji || =1+1a +3 || 323.920 || 340.303 || 357.221 || 374.700 || 392.745 || || 1788.889

    Pagamenti || =2+2a+3 || 258.659 || 292.768 || 324.933 || 339.723 || 378.606 || 194.200 || 1788.889

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 170.098 || 182.451 || 195.229 || 208.447 || 222.113 || || 978.338

    Pagamenti || (5) || 104.837 || 134.916 || 162.941 || 173.470 || 207.974 || 194.200 || 978.338

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programmi tal-Programm Euratom || (6) || 153.822 || 157.852 || 161.992 || 166.253 || 170.632 || || 810.551

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1a  tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 323.920 || 340.303 || 357.221 || 374.700 || 392.745 || || 1788.889

    Pagamenti || =5+ 6 || 258.659 || 292.768 || 324.933 || 339.723 || 378.606 || 194.200 || 1788.889

    Jekk iktar minn intestatura waħda tiġi effettwata mill-proposta / inizjattiva:

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || ||

    Pagamenti || (5) || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-Programm Euratom || (6) || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 4  tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || ||

    Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || ||

    3.2.2.     Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

    – ¨  Il-proposta / inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

    – X  Il-proposta / inizjattiva tirrikejdi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

    OUTPUTS

    Tip ta’ output[40] || Spiża medja tal-output || Għadd ta’ outputs || Spiża || Għadd ta’ outputs || Spiża || Għadd ta’ outputs || Spiża || Għadd ta’ outputs || Spiża || Għadd ta’ outputs || Spiża || Total tal-għadd ta’ outputs || SPIŻA TOTALI

    OBJETTIVI SPEĊIFIĊI Nru 1-8 għal azzjonijiet indiretti[41] || || || || || ||

    - Output – Fużjoni tal-EURATOM || ** || ** || 100 || 108.073 || 100 || 116.201 || 100 || 124.612 || 100 || 133.312 || 100 || 142.309 || 500 || 624.507

    - Output – Fissjoni tal-EURATOM || || || 25 || 51.568 || 25 || 55.584 || 25 || 59.739 || 25 || 64.038 || 25 || 68.485 || 125 || 299.414

    Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 1-8 għal azzjonijiet indiretti || || || || || ||

    OBJETTIVI SPEĊIFIĊI Nru 1-5 għal azzjonijiet diretti[42] || || || || || ||

    - Output – Riċerka Diretta tal-EURATOM - JRC || *** || *** || 150 || 10.457 || 150 || 10.666 || 150 || 10.879 || 150 || 11.097 || 150 || 11.319 || 750 || 54.417

    Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 1-5 għal azzjonijiet diretti || 150 || 10.457 || 150 || 10.666 || 150 || 10.879 || 150 || 11.097 || 150 || 11.319 || 750 || 54.417

    SPIŻA TOTALI || 275 || 170.098 || 275 || 182.451 || 275 || 195.229 || 275 || 208.447 || 275 || 222.113 || 1,375 || 978.338

    (*)              stima tal-għadd ta’ outputs

    (**)            l-output normali tal-għotja tar-riċerka huwa rapport li jiddeskrivi l-fatti, is-sejbiet u r-riżultati.

    (***)          Tip ta’ output: Prodotti u servizzi għal persuni li jfasslu l-politika tal-UE.

    Spiża medja tal-output: L-ispiża ta’ kull output hija varjabbli ħafna. Pereżempju, riżultat ta’ rutina (bulletin dwar it-tbassir ta’ wiċċ tar-raba’ perjodiku) mhuwiex komparabbli ma’ rapport finali ta’ studju kbir u possibbilment jiswa ħafna flus li għalih ammont konsiderevoli ta’ krediti seta’ wassal għal document uniku ta’ studju. It-tnejn huma rilevanti u utli iżda jservu skopijiet differenti ħafna. L-ispiża mejda indikata hija biss kalkolu matematiku li jaqsma il-baġit fuq għadd stmat ta’ outputs.

    3.2.3.     Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.1.  Sommarju

    – ¨  Il-proposta / inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

    – X  Il-proposta / inizjattiva tirrikejdi l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

    INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

    Riżorsi Umani || || || || || ||

    Nefqa oħra amministrattiva || || || || || ||

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

    || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018

    Barra mill-INTESTATURA 5[43] tal-qafas finanzjarju multiannwali || Riċerka Indiretta || Riċerka Diretta || Riċerka Indiretta || Riċerka Diretta || Riċerka Indiretta || Riċerka Diretta || Riċerka Indiretta || Riċerka Diretta || Riċerka Indiretta || Riċerka Diretta

    Riżorsi Umani || 20.020 || 72.803 || 20.421 || 75.211 || 20.828 || 77.701 || 21.245 || 80.274 || 21.671 || 82.934

    Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 7.007 || 53.992 || 7.147 || 55.072 || 7.290 || 56.174 || 7.436 || 57.297 || 7.585 || 58.443

    Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 27.027 || 126.796 || 27.568 || 130.284 || 28.118 || 133.874 || 28.681 || 137.571 || 29.256 || 141.377

    TOTAL* || 27.027 || 126.796 || 27.568 || 130.284 || 28.118 || 133.874 || 28.681 || 137.571 || 29.256 || 141.377

    * Dawn iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati b’riżultat tal-proċedura ta’ esternalizzazzjoni mbassra.

    3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    – ¨  Il-proposta / inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ riżorsi umani

    – X  Il-proposta / inizjattiva tirrikejdi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima trid tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-iktar sa post deċimali wieħed)

    || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018

    || Ÿ Postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    || X 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċji tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) || || || || ||

    || xx 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || ||

    || 08 01 05 01 (Riċerka indiretta)* || 140 || 140 || 140 || 140 || 140

    || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 566 || 566 || 566 || 566 || 566

    || Ÿ Persunal esterm (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[44]

    || XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || || || || ||

    || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazjonijiet) || || || || ||

    || 08 01 04 40 [45] || - fil-Kwartieri ġenerali[46] || || || || ||

    || || - fid-delegazzjonijiet - uffiċjali u aġenti temporanji - CA GFI-IV - SNE || || || || ||

    || 08 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta)* || 35 || 35 || 35 || 35 || 35

    || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || 194 || 194 || 194 || 194 || 194

    || Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || ||

    || TOTAL || 935 || 935 || 935 || 935 || 935

    XX huwa l-qasam tal-politika jew l-intestatura tal-baġit konċernat/a.

    * minn dawn it-totali tneħħew l-uffiċjali, l-aġenti temporanji kif ukoll il-persunal estern li jamministra l-proġett ITER fil-Kwartieri Ġenerali (Brussell). Dawn il-membri tal-persunal issemmew fil-Programm Supplimentari tar-Riċerka għal—proġett ITER LFS.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti b’persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qed jamministra taħt il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji || Kompiti derivati mill-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ Euratom (azzjonijiet diretti u indiretti), b'mod partikolari relatati mal-ġestjoni tal-iskart nukealri, is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari u s-sigurtà. Se jwettqu wkoll attivitajiet meħtieġa għad-dekommissjonar ta’ faċilitajiet Nukleari tal-JRC Euratom

    Persunal estern

    3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    – X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

    – ¨  Proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

    – ¨  Proposta/inizjattiva tirrikejdi applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[47].

    Mhux applikabbli

    3.2.5.     Kontribuzzjonijiet ta’ parti terza

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

    – X  Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    || Sena 2014 - 2018

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || Pajjiżi terzi assoċjati mal-programm

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati* || Pm il-kontribuzzjoni tal-parti terza tiżdied aktar tard

    * il-kontribuzzjonijiet tal-parti terza għadhom ma ġewx iffissati; se jiżdiedu aktar tard

    3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

    – ¨  Proposta/inizjattiva ma għandix finanzjarju fuq id-dħul.

    – X  Proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    – ¨         fuq ir-riżorsi proprji

    – X          fuq dħul mixxellan

    EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

    Intestatura tal-baġit tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li għaddej || Impatt tal-proposta/inizjattiva[48]

    2014 sa 2018

    Partita 6011* Partita 6012* Partita 6013 Partita 6031** || || pm pm pm pm

    * Il-ftehimiet dwar il-kontribuzzjoni Svizzera kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-Fond Konġunt tal-JET għadhom ma ġewx finalizzati. Għaddejjin diskussjonijiet mat-Turkija relatati mal-kooperazzjoni fir-Riċerka Nukleari.

    Għal dħul assenjat mixxellan, speċifika l-intestaturi tan-nefqa tal-baġit effettwati.

    08 04 01 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn (mhux miż-Żona Ekonomika Ewropea) partijiet terzi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.

    08 04 01 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn (mhux miż-Żona Ekonomika Ewropea) partijiet terzi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

    Ċerti stati assoċjati jistgħu jikkontribwixxu għal finanzjament suplimentari tal-programm qafas permezz ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni. Il-metodu tal-kalkolu se jiġi maqbul f’dawn il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u mhux se jkun neċessarjament l-istess metodu fil-ftehimiet kollha. Il-maġġoranza tal-kalkoli huma bbażati fuq il-PDG tal-Istat Assoċjat mqabbel mat-total tal-PDG tal-Istati Membri filwaqt li japplika dan il-perċentwal mal-baġit ġenerali.

    [1]               It-Trattat Euratom, l-Artikolu 7

    [2]               COM(2011)48

    [3]               ĠU C , , p. .

    [4]               ĠU C , , p. .

    [5]               ĠU L […]

    [6]               Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħtieġa għall-ħiliet fil-qasam nukleari (15406/08).

    [7]               ĠU L 358, 16.12.2006. p.62

    [8]               ĠU L 90, 30.03.2007

    [9]               COM(2010) 546 finali, 6.10.2010.

    [10]             C(2005) 576 finali, 11.3.2005

    [11]             INI/2010/2079

    [12]             ĠU […]

    [13]             ĠU L […]

    [14]             ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1.

    [15]             ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12.

    [16]             ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60.

    [17]             ĠU L 400, 30.12.2006, p. 404.

    [18]             ĠU L 400, 30.12.2006, p. 434.

    [19]             ĠU L […]

    [20]             ĠU L […]

    [21]             ĠU L […]

    [22]             ĠU L […]

    [23]             ĠU L […]

    [24]             ĠU L 177, 4.7.1984, p. 25.

    [25]             Mhux ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

    [26]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    [27]             ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18.

    [28]             ĠU L 199, 19.7.2011, p. 1.

    [29]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Baġitjar ibbażat fuq l-attività.

    [30]             Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [31]             Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [32]             Kif jissemma fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [33]             http://www.trust-researchers.eu/

    [34]             AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD – Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

    [35]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [36]             Pajjiżi kandidati, u fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [37]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa f’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (intestaturi “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [38]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa f’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (intestaturi “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [39]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa f’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (intestaturi “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [40]             Outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

    [41]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettivi speċifiċi għal azzjonijiet indiretti”

    [42]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2 “Objettivi speċifiċi għal azzjonijiet diretti”

    [43]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa f’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (intestaturi “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [44]             CA – Aġent Kuntrattwali; INT – persunal ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazjonijiet); LA – Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Sekondat;

    [45]             Taħt il-limitu tal-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (intestaturi “BA” preċedenti).

    [46]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew tas-Sajd (FES).

    [47]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [48]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazju doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-spejjeż tal-ġabra.

    Top