This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0793
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on alternative dispute resolution for consumer disputes and amending Regulation (EC) No 2006/2004 and Directive 2009/22/EC (Directive on consumer ADR)
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)
/* KUMM/2011/0793 finali - 2011/0373 (COD) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) /* KUMM/2011/0793 finali - 2011/0373 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
Kuntest tal-Proposta
Din il-proposta,
flimkien mal-proposta għal Regolament dwar Soluzzjoni onlajn
għat-tilwim (Online Dispute Resolution - ODR) għat-tilwim
tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR għall-konsumaturi), għandha titqies
fil-kuntest tal-isforzi li saru sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern
bl-imnut u b'mod aktar partikolari sabiex tissaħħaħ is-sejba ta'
rimedju għall-konsumaturi. Proporzjon
sostanzjali ta' konsumaturi Ewropej isibu problemi meta jixtru oġġetti
u servizzi fis-suq intern. Fl-2010, dan kien il-każ għal madwar
20 % tal-konsumaturi Ewropej[1].
Minkejja livell ġeneralment għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur
garantita mil-leġiżlazzjoni, il-problemi li jsibu l-konsumaturi ta'
spiss ma jiġux solvuti. It-telf li ġarrbu l-konsumaturi Ewropej
minħabba problemi relatati ma' oġġetti jew servizzi mixtrija
huwa stmat li huwa 0,4 % tal-PDG tal-UE. Minbarra li
jirrikorru għal mezzi ta' rimedju ġudizzjarji tradizzjonali[2], il-konsumaturi u n-negozji
f'xi Stati Membri għandhom l-għażla li jirreferu l-ilmenti
tagħhom lil entitajiet tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim
("entitajiet tal-ADR"). Dawn l-entitajiet għandhom l-għan
li jsolvu, barra mill-qorti, it-tilwim li jinqala' bejn partijiet, permezz
tal-intervent ta' entità (pereżempju arbitru, konċiljatur, medjatur,
ombudsman, bord tal-ilmenti). Il-Kummissjoni adottat żewġ
Rakkomandazzjonijiet dwar l-ADR[3]
tal-konsumaturi u stabbilixxiet żewġ netwerks li jittrattaw l-ADR
(ECC-NET[4]
u FIN-NET[5]).
Għadd ta' leġiżlazzjonijiet tal-UE li huma speċifiċi
għas-settur fihom klawżola dwar l-ADR[6]
u d-Direttiva dwar il-Medjazzjoni[7]
tippromwovi r-riżoluzzjoni amikevoli tat-tilwim, inkluż it-tilwim
tal-konsumaturi. Madankollu, l-analiżi tas-sitwazzjoni attwali identifikat
in-nuqqasijiet ewlenin li ġejjin li jostakolaw l-effikaċja tal-ADR:
diskrepanzi fil-kopertura, in-nuqqas ta' kuxjenza tal-konsumaturi u tan-negozji
kif ukoll il-kwalità mhux konsistenti tal-iskemi tal-ADR[8]. In-nuqqas ta' ADR effettiv iġib
miegħu sfidi partikolari fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet
transkonfinali (pereżempju ostakoli lingwistiċi, spejjeż
potenzjalment ogħla, differenzi fil-leġiżlazzjoni bejn l-Istati
membri). Fid-dawl
tal-problemi identifikati, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi
miżuri dwar l-ADR li jiżguraw li l-ilmenti kollha tal-konsumaturi
jistgħu jitressqu lil entità tal-ADR u li t-tilwim li jinqala' minn
tranżazzjonijiet transkonfinali jkun jista' jiġi solvut aktar
faċilment[9].
2.
Riżultati tal-Konsultazzjonijiet mal-Partijiet
interessati u l-Valutazzjoni tal-Impatt
2.1.
Ġbir tal-għarfien espert u
l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati
Il-Kummissjoni wettqet bosta studji dwar
l-ADR. Dawn jinkludu "L-Istudju dwar l-Użu ta' Soluzzjoni
alternattiva għat-tilwim fl-Unjoni Ewropea"[10] tal-2009 li jagħmel
analiżi fid-dettall tal-entitajiet tal-ADR eżistenti u l-funzjonament
tagħhom fl-Istati Membri kollha, l-istudju dwar "Rimedju
għall-konsumatur fl-UE: l-esperjenzi, il-perċezzjonijiet u
l-opinjonijiet tal-konsumaturi"[11],
"Il-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-konformità inklużi
l-ispejjeż/piżijiet amministrattivi fuq in-negozji marbuta
mal-użu ta' Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)"
(2011) u l-istudju dwar "L-ADR transkonfinali fl-Unjoni Ewropea"
(2011)[12].
Tniedet konsultazzjoni pubblika dwar
l-użu tal-ADR f'Jannar 2011[13].
Deher li kien hemm livell għoli ta' kunsens dwar is-suġġett
tal-ADR: il-persuni li wieġbu qablu fuq il-ħtieġa li tiġi
żviluppata aktar l-ADR sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern.
Il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li wieġbu appoġġaw
ukoll l-azzjoni f'livell tal-UE u enfasizzaw il-ħtieġa ta'
proċeduri tal-ADR ta' kwalità, li għandhom ikunu disponibbli b'mod
partikolari għat-tilwim li jinqala' minn tranżazzjonijiet
transkonfinali u fl-ambjent diġitali. Fl-opinjoni tagħhom,
il-proċeduri tal-ADR effettivi għandhom jiġu ggwidati permezz
ta' għadd ta' prinċipji komuni, bħall-imparzjalità,
it-trasparenza, l-effikaċja u sens ta' ġustizzja. Bosta persuni li
wieġbu appoġġaw it-titjib tal-proċeduri tal-ODR, b'mod
partikolari għat-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku, fejn
hemm għadd dejjem jiżdied ta' ilmenti speċjalment għal
każijiet ta' valur baxx. F'Marzu 2011, is-servizzi tal-Kummissjoni
flimkien mal-Parlament Ewoprew organizzaw summit dwar "is-Soluzzjoni
alternattiva għat-tilwim għas-suq intern u
għall-konsumaturi", li ġabar madwar 200 parti interessata.
Id-dibattitu wera appoġġ ġenerali għall-iżvilupp
tal-ADR, inkluż l-ODR u enfasizza l-ħtieġa għal azzjoni
mill-UE. F'April 2011, ġie organizzat grupp ta' ħidma dwar
"L-ADR: kif tista' taħdem aħjar?" fi ħdan is-Summit
Ewropew dwar il-Konsumatur[14]
bil-parteċipazzjoni ta' 60 parti interessata. Ġie provdut input addizzjonali, b'mod
partikolari, permezz ta' konsultazzjoni tan-negozju mwettqa mis-servizzi
tal-Kummissjoni bejn Diċembru 2010 u Jannar 2011 permezz
tal-Bord bi Prova dwar in-Negozju Ewropew[15]
u konsultazzjoni tan-negozju mwettqa bejn Marzu u Mejju 2011 permezz
tal-pjattaforma tal-istħarriġ tal-SMEs[16]. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni
tad-Dejta (KEPD) ġie kkonsultat ukoll.
2.2.
Valutazzjoni tal-impatt
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni dettaljata
tal-impatt (VI), filwaqt li analizzat medda ta' għażliet ta' politiki
kemm għall-"Kopertura, l-informazzjoni u l-kwalità tal-ADR"
kif ukoll "l-ODR għat-tranżazzjonijiet transkonfinali
tal-kummerċ elettroniku". Il-VI ikkonkludiet li l-għaqda ta'
żewġ strumenti fuq l-ADR u l-ODR biss tista' tiżgura
aċċess għal mezzi imparzjali, trasparenti, effettivi u
ġusti biex jiġi solvut it-tilwim domestiku u transkonfinali
tal-konsumaturi b'mod extra-ġudizzjarju. B'mod partikolari, id-Direttiva
Qafas hija l-mod l-aktar xieraq biex tiġi żgurata kopertura
sħiħa tal-ADR fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġu infurmati
l-konsumaturi dwar l-ADR u sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR
jirrispettaw prinċipji speċifiċi ta' kwalità. Il-kopertura
sħiħa tal-ADR se toħloq il-qafas meħtieġ, li fuq
il-bażi tiegħu is-sistema tal-ODR fl-UE kollha tkun tista' tindirizza
t-tilwim relatat ma' tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ
elettroniku b'mod effettiv.
3.
Elementi legali tal-Proposta
3.1.
Elementi ewlenin tal-proposta
3.1.1.
L-iżgurar li jeżistu proċeduri
tal-ADR għal kwalunkwe tilwim tal-konsumaturi
Skont din il-proposta, l-Istati Membri
għandhom jiżguraw li t-tilwim kollu bejn konsumatur u negozjant li
jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi
jista' jitressaq lil entità tal-ADR, anke b'mezzi onlajn. Sabiex jissodisfaw
l-obbligu tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw entitajiet
tal-ADR eżistenti u jaġġustaw il-kamp ta' applikazzjoni
tagħhom, jekk ikun meħtieġ; jew jistgħu joħolqu
entitajiet tal-ADR ġodda jew entità residwa trans-settorjali. Din il-proposta tkopri t-tilwim bejn
il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti
jew mill-provvista ta' servizzi. Dan jinkludi ilmenti mressqa mill-konsumaturi
kontra n-negozjanti iżda wkoll ilmenti mressqa min-negozjanti kontra
l-konsumaturi. Din il-proposta tapplika għall-entitajiet tal-ADR li
jippruvaw isolvu t-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti b'mod
extra-ġudizzjarju bl-intervent ta' entità għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Din tkopri b'mod partikolari l-proċeduri ta' medjazzjoni iżda wkoll
proċeduri extra-ġudizzjarji ta' natura aġġudikatorja,
bħall-proċeduri quddiem il-bordijiet tal-ilmenti għall-konsumaturi
u l-proċeduri ta' arbitraġġ u konċiljazzjoni. Din
il-proposta ma tapplikax għas-sistemi li jimmaniġġjaw l-ilmenti
tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant u lanqas għall-entitajiet
tas-soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi li huma
responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim huma impjegati esklussivament
min-negozjant. Teskludi wkoll in-negozjati diretti bejn il-partijiet.
3.1.2.
Informazzjoni dwar l-ADR u l-kooperazzjoni
Meta jinqala' xi tilwim, il-konsumaturi
għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw malajr liema entitajiet tal-ADR
huma kompetenti biex jittrattaw it-tilwim tagħhom. Għal dan
l-għan, din il-proposta tiżgura li l-konsumaturi jistgħu jsibu
informazzjoni dwar l-entità tal-ADR kompetenti fuq id-dokumenti
kummerċjali ewlenin provduti min-negozjant u, meta negozjant ikollu
website, fuq dik il-website. Barra minn hekk, in-negozjanti se jkollhom
jinfurmaw lill-konsumaturi dwar jekk jimpenjawx irwieħhom jew le li
jużaw l-ADR fir-rigward tal-ilmenti mressqa kontrihom minn konsumatur. Dan
l-obbligu jaġixxi bħala inċentiva għan-negozjanti biex
jużaw l-ADR aktar ta' spiss. Skont din il-proposta, l-Istati Membri
għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jistgħu jiksbu għajnuna
meta jkunu involuta f'tilwim transkonfinali. L-Istati Membri jistgħu
jiddelegaw ir-responsabbiltà għal dan il-kompitu liċ-ċentri
tagħhom tan-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur (ECC-net)
li attwalment għandu l-funzjoni ta' gwida għall-konsumaturi lejn
l-entitajiet tal-ADR li huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim
transkonfinali tagħhom. Skont il-proposta, l-entitajiet tal-ADR se jitħeġġu
jsiru membri ta' netwerks tal-entitajiet tal-ADR f'oqsma speċifiċi
għas-settur meta jindirizzaw tilwim f'dak il-qasam. Barra minn hekk, din
il-proposta tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR
u l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom il-kompitu li jsaħħu
l-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur. Din il-proposta għandha
dispożizzjonijiet li jiżguraw ir-rispett ta' garanziji stretti ta'
kunfidenzjalità u protezzjoni tad-dejta, b'mod konformi
mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.
3.1.3.
Kwalità tal-entitajiet tal-ADR
Din il-proposta għandha l-għan li
tiżgura li l-entitajiet tal-ADR jirrispettaw il-prinċipji tal-kwalità
tal-imparzjalità, it-trasparenza, l-effikaċja u s-sens ta' ġustizzja.
Tali prinċipji ġew stabbiliti f'żewġ Rakkomandazzjonijiet
tal-Kummissjoni. Billi tagħti effett ta' rbit lil dawn il-prinċipji,
din il-proposta se toħloq sitwazzjoni bilanċjata għall-ADR u
ssaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti
fil-proċeduri tal-ADR. It-trasparenza tal-entitajiet tal-ADR
għandha tiggarantixxi li l-partijiet jirċievu l-informazzjoni kollha
li għandhom bżonn biex jieħdu deċiżjoni infurmata
qabel ma' jibdew proċedura tal-ADR. Il-proċeduri tal-ADR
għandhom ikunu effettivi u għandhom jindirizzaw ċerti
nuqqasijiet assoċjati ma' proċeduri fil-qorti, bħal ma huma
l-ispejjeż, it-tul u l-kumplessità. Fuq il-bażi tar-riżultati
ta' studji eżistenti, din il-proposta titlob li t-tilwim għandu
jiġi solvut fi żmien 90 jum. Sabiex jiġi żgurat li
l-proċeduri tal-ADR jibqgħu aċċessibbli lill-konsumaturi
kollha, din il-proposta tipprevedi li għandhom ikunu bla ħlas jew bi
ħlas moderat għall-konsumaturi.
3.1.4.
Monitoraġġ
Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet
tal-ADR jaħdmu sewwa u jipprovdu servizzi ta' kwalità
għall-konsumaturi u n-negozjanti, dawn għandhom jiġu mmonitorjati
mill-qrib. F'kull Stat Membru, awtorità kompetenti se tkun responsabbli
għall-monitoraġġ tal-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR
stabbiliti fuq it-territorju tagħha. L-awtoritajiet kompetenti se
jivvalutaw inter alia, fuq il-bażi ta' informazzjoni notifikata
lilhom mill-entitajiet tal-ADR, jekk entità tal-ADR speċifika tirrispettax
ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti permezz ta' din il-proposta. Barra
minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti se jippubblikaw rapporti b'mod regolari
dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. Kull tliet snin,
il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u
lil-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva.
3.2.
Prinċipju tas-sussidjarjetà
Il-proposta hija bbażata fuq
l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-iżvilupp ta' sistema tal-ADR li
taħdem sew fi ħdan l-Unjoni , mibnija fuq entitajiet tal-ADR
eżistenti fl-Istati Membri u li tirrispetta t-tradizzjonijiet legali
tagħhom, se jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq
intern bl-imnut, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Se
jagħti wkoll opportunitajiet ġodda għan-negozji. L-Azzjoni
mill-Istati Membri biss x'aktarx se tirriżulta fi frammentazzjoni
ulterjuri tal-ADR, u din imbagħad se tikkontribwixxi għal trattament
mhux ugwali għall-konsumaturi u n-negozjanti fis-suq intern u toħloq
livelli diverġenti tar-rimedji għall-konsumaturi fl-Unjoni. L-azzjoni
fil-livell tal-Unjoni, bħal dik proposta, għandha tipprovdi
lill-konsumaturi Ewropej bl-istess livell ta' protezzjoni u tippromwovi
prattiċi kompetittivi fost in-negozji, u b'hekk ikun qed jiżdied
l-iskambju ta' prodotti jew servizzi bejn il-fruntieri. Id-definizzjoni f'livell tal-Unjoni ta'
prinċipji u regoli komuni għall-entitajiet tal-ADR u l-proċeduri
tal-ADR fl-Istati Membri kollha se jkollha l-vantaġġ ċar li
tiżgura trattament effettiv u ugwali għat-tilwim tal-konsumaturi li
jinqala' mit-tranżazzjonijiet domestiċi jew minn dawk transkonfinali.
Se tiżgura wkoll li l-livelli tal-kwalità tal-proċeduri tal-ADR
ikunu aktar omoġeni fl-Unjoni. Id-diverġenza fil-politiki nazzjonali
dwar il-proċeduri tal-ADR (jew in-nuqqas tagħhom) turi li l-azzjoni
unilaterali mill-Istati Membri ma twassalx għal soluzzjoni
sodisfaċenti għall-konsumaturi u n-negozji. ADR effiċjenti u effettiv
għat-tilwim transkonfinali jeħtieġ sistema tal-entitajiet
tal-ADR domestiċi li taħdem tajjeb u li fuqha tiġi bbażata
l-pjattaforma tal-ODR madwar l-UE kollha.
3.3.
Proporzjonalità
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu
strettament meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet tagħha. Ma
tirregolax l-aspetti kollha tal-ADR iżda tiffoka fuq xi aspetti ewlenin
tas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim. Id-Direttiva Qafas se tibni
fuq l-entitajiet tal-ADR li jeżistu diġà u se tħalli
l-għażla tal-forma u l-metodi biex jinkisbu r-riżultati
mistennija lill-Istati Membri . L-għanijiet ta' din il-proposta se
jinkisbu bl-inqas spejjeż għan-negozji u l-Istati Membri, filwaqt li
jiġi evitat l-irduppjar tal-ispejjeż u l-piżijiet
amministrattivi mhux meħtieġa. 4. Implikazzjoni Baġitarja
Din il-proposta ma għandhiex impatt fuq il-baġit tal-UE.
Għalhekk ma hemm l-ebda dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża
mal-proposta. 2011/0373 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar is-soluzzjoni alternattiva
għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament
(KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR
tal-konsumaturi) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[17], Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
ntbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[18], Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Dejta, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2)(a)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li
l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta'
protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont
l-Artikolu 114 tiegħu. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet
Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-politiki tal-Unjoni
għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni
għall-konsumatur. (2)
Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern
għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun
żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. Sabiex
il-konsumaturi jkollhom fiduċja fis-suq intern u jibbenefikaw minnu, huwa
meħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi faċli u
irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta'
oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi. Dan japplika
għat-tranżazzjonijiet offlajn kif ukoll dawk onlajn u huwa
partikolarment importanti meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri. (3)
Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim toffri
soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi, rapida u rħisa
għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Madankollu, is-soluzzjoni
alternattiva għat-tilwim għad mhijiex żviluppata
biżżejjed madwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu
jużaw il-potenzjal kollu tagħha, huwa meħtieġ li
s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tkun disponibbli għat-tipi
kollha ta' tilwim tal-konsumaturi, li l-livelli ta' kwalità tal-proċeduri
tal-ADR ikunu l-istess u l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu konxji ta' tali
proċeduri. Huwa wkoll meħtieġ li l-entitajiet tal-ADR
jimmaniġġjaw it-tilwim transkonfinali b'mod effettiv. (4)
Fl-Att dwar is-Suq Uniku[19] tagħha, il-Kummissjoni
identifikat leġiżlazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva
għat-tilwim li tinkludi dimensjoni tal-kummerċ elettroniku bħala
wieħed mit-tnax-il xprun biex jitħeġġeġ it-tkabbir u
tissaħħaħ il-fiduċja fis-Suq Uniku. (5)
Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Parlament u
lill-Kunsill biex jadottaw, sal-aħħar tal-2012, l-ewwel grupp ta'
miżuri prijoritarji biex jagħtu impuls ġdid lis-Suq Uniku[20]. (6)
L-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta'
soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li taħdem sew huwa
meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi
fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Tali
żvilupp għandu jibni fuq proċeduri tal-ADR eżistenti fl-Istati
Membri u jirrispetta t-tradizzjonijiet legali tagħhom. (7)
Din id-Direttiva għandha tapplika
għat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala'
mill-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fis-setturi
ekonomiċi kollha. Dan għandu jinkludi ilmenti mressqa
mill-konsumaturi kontra n-negozjanti iżda wkoll ilmenti mressqa
min-negozjanti kontra l-konsumaturi. Din id-Direttiva ma għandhiex
tapplika għat-tilwim bejn in-negozjanti; madankollu, ma għandhiex
tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu
fis-seħħ id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri
għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tali tilwim. (8)
Id-definizzjoni ta' "konsumatur"
għandha tkopri l-persuni fiżiċi li qed jaġixxu barra
mill-kummerċ, in-negozji, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom.
Madankollu, jekk il-kuntratt jiġi konkluż għal skopijiet
parzjalment ġewwa u parzjalment barra mill-kummerċ tal-persuna
(kuntratti bi skop doppju) u l-iskop tal-kummerċ huwa limitat b'tali mod
li ma jkunx predominanti fil-kuntest ġenerali tal-provvista, dik
il-persuna għandha titqies ukoll bħala konsumatur. (9)
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara
għad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni
f’materji ċivili u kummerċjali[21],
ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill
tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u
rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u
kummerċjali[22],
ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli
għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)[23] u r-Regolament (KE)
Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli
għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)[24]. (10)
Din id-Direttiva għandha tirbaħ fuq
il-leġiżlazzjoni tal-UE li fiha dispożizzjonijiet bl-għan
li jħeġġu l-istabbiliment ta' entitajiet tal-ADR f'settur
speċifiku. Fejn il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur
tobbliga l-istabbiliment ta' tali entitajiet, din id-Direttiva għandha
tirbaħ biss meta tali leġiżlazzjoni ma tiżgurax mill-inqas
livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-konsumatur. (11)
L-entitajiet tal-ADR ivarjaw ħafna madwar
l-Unjoni iżda wkoll ġewwa l-Istati Membri. Din id-Direttiva
għandha tkopri kwalunkwe entità li hija stabbilita fuq bażi li tibqa'
fit-tul u toffri s-soluzzjoni ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR.
Proċedura ta' arbitraġġ li tinħoloq barra mill-qafas ta'
entità tal-ADR fuq bażi ad hoc għal tilwim bejn konsumatur u
negozjant ma' għandhiex titqies bħala proċedura tal-ADR. (12)
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika
għall-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim
fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim
huma impjegati esklussivament min-negozjant u lanqas għal proċeduri
permezz ta' sistemi li jimmaniġġjaw l-ilmenti tal-konsumaturi li
jitħaddmu min-negozjant. Ma għandhiex tapplika għan-negozjati
diretti bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma għandhiex tapplika għal
sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment
ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim. (13)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
t-tilwim kopert minn din id-Direttiva jista' jitressaq lil entità tal-ADR li
tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri
għandu jkollhom il-possibbiltà li jissodisfaw dan l-obbligu billi
jiddependu fuq l-entitajiet tal-ADR eżistenti u billi jaġġustaw
il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, jekk meħtieġ, jew billi
jipprevedu l-ħolqien ta' entitajiet tal-ADR ġodda. Din id-Direttiva
ma għandhiex tobbliga lill-Istati Membri joħolqu entità tal-ADR
speċifika f'kull settur tal-bejgħ bl-imnut. L-Istati Membri
għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu l-ħolqien ta' entità
tal-ADR residwa li tindirizza t-tilwim li għas-soluzzjoni tagħhom ma
jkunx hemm entità speċifika kompetenti. (14)
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara
għan-negozjanti stabbiliti fi Stat Membru li huma koperti minn entità
tal-ADR li tinsab fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri għandhom
iħeġġu l-iżvilupp ta' tali entitajiet. (15)
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara
għall-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu proċeduri
tal-ADR li jindirizzaw b'mod konġunt tilwim identiku jew simili bejn
negozjant u bosta konsumaturi. Tali proċeduri jistgħu jitqiesu
bħala pass preliminari sabiex jiġu żviluppati aktar
il-proċeduri tal-ADR kollettivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. (16)
L-ipproċessar tal-informazzjoni fir-rigward
ta' tilwim kopert b'din id-Direttiva għandu jkun konformi mar-regoli dwar
il-protezzjoni tad-dejta personali stabbiliti fil-liġijiet, ir-regolamenti
u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri adottati skont
id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill
tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi
fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu
ta’ dik id-dejta. (17)
Il-persuni fiżiċi responsabbli
għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandhom jitqiesu
imparzjali biss jekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal
pressjoni li potenzjalment tinfluwenza l-attitudni tagħhom lejt it-tilwim.
Hemm ħtieġa partikolari għall-iżgurar tan-nuqqas ta' tali
pressjoni meta l-entitajiet tal-ADR ikunu ffinanzjati minn waħda
mill-partijiet fit-tilwim jew organizzazzjoni li jkollha bħala membru
waħda mill-partijiet. (18)
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-entitajiet
tal-ADR u tal-proċeduri tal-ADR huwa meħtieġ li l-partijiet
jirċievu l-informazzjoni kollha li għandhom bżonn biex
jieħdu deċiżjoni infurmata qabel ma jibdew proċedura
tal-ADR. (19)
Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu
effettivi. Għandhom jipprevedu proċedura sempliċi u rapida li
t-tul tagħha ġeneralment ma jaqbiżx 90 jum. L-entità
tal-ADR għandha tkun tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien meta
l-kumplessità tat-tilwim ikkonċernat jitlob hekk. (20)
Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu bla
ħlas jew bi spejjeż moderati għall-konsumaturi sabiex jibqa'
awtomatikament raġonevoli li l-konsumaturi jużaw tali proċeduri. (21)
Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu
ġusti sabiex il-partijiet f'tilwim ikunu informati bis-sħiħ dwar
id-drittijiet tagħhom u l-konsegwenzi tal-għażliet li
jagħmlu fil-kuntest ta' proċedura tal-ADR. (22)
Meta jinqala' tilwim huwa meħtieġ li
l-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw malajr liema entitajiet tal-ADR
huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim tagħhom u li jkunu jafu jekk
in-negozjant ikkonċernat ikunx se jieħu sehem jew le
fil-proċedimenti mressqa lil entità tal-ADR. In-negozjanti għalhekk
għandhom jipprovdu tali informazzjoni fuq id-dokumenti kummerċjali
ewlenin tagħhom u, meta jkollhom websajt, fuq il-websajts tagħhom.
Dan l-obbligu għandu jkun bla ħsara għall-Artikoli 6(1)(t),
7(1) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi[25]. L-Artikolu 6(1)(t)
tad-Direttiva 2011/83/UE jistipula li għall-kuntratti tal-konsumaturi konklużi
mill-bogħod jew barra l-bini, in-negozjant għandu jgħarraf
lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà li jirrikorri għal mekkaniżmu
extra-ġudizzjarju tal-ilmenti u rimedji li jkun soġġett
għalih in-negozjant, u l-metodi li bihom il-konsumatur ikollu
aċċess għalihom, qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut
bil-kuntratt. L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprevedi li,
fil-każ ta' kuntratti li jsiru barra l-bini, din l-informazzjoni
għandha tiġi provduta bil-miktub jew, jekk jaqbel il-konsumatur,
b'mezz ieħor li jservi. (23)
Din id-Direttiva ma timponix li
l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR tkun
obbligatorja jew li r-riżultat ta' tali proċeduri jkun jorbot
lin-negozjanti, meta konsumatur ikun ressaq ilment kontrihom. Madankollu, din
id-Direttiva hija bla ħsara lil kwalunkwe regola nazzjonali li
tagħmel il-parteċipazzjoni tan-negozjanti f'tali proċeduri
obbligatorja jew li r-riżultat tagħhom jorbot lin-negozjanti, sakemm
tali leġiżlazzjoni ma tipprojbixxix lill-partijiet milli
jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom lis-sistema
ġudizzjarja kif garantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet
Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. (24)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali. (25)
In-netwerks tal-entitajiet tal-ADR li
jiffaċilitaw is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali, bħall-FIN-NET
fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, għandhom jissaħħu ġewwa
l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet
tal-ADR biex isiru parti minn tali netwerks. (26)
Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-entitajiet
tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali bil-kompitu li jinfurzaw
il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur
għandha ssaħħaħ l-applikazzjoni effettiva ta' tali leġiżlazzjoni
tal-Unjoni. (27)
Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet
tal-ADR jaħdmu sew u b'mod effettiv, dawn għandhom jiġu
mmonitorjati mill-qrib. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti f'din
id-Direttiva għandhom jippubblikaw u jaġġornaw lista ta'
entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Korpi oħrajn,
bħall-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi,
l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u n-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew
tal-Konsumatur għadhom jippubblikaw din il-lista wkoll. Barra minn hekk,
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti b'mod regolari
dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. L-entitajiet
tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni
speċifika li fuqha għandhom jiġu bbażati dawk ir-rapporti.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR
biex jipprovdu tali informazzjoni bl-użu tar-Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni 2010/304/UE dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata
għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi
tal-konsumaturi[26].
(28)
Huwa meħtieġ li l-Istati Membri
jistabbilixxu sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din
id-Direttiva relatati mal-informazzjoni li tingħata lill-konsumatur
min-negozjanti u l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata
lill-awtoritajiet kompetenti mill-entitajiet tal-ADR u jiżguraw li dawn
jiġu infurzati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi,
proporzjonati u dissważivi. (29)
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar
il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli
għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
(ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)[27] għandu jiġi emendat
biex jinkludi referenza għal din id-Direttiva fl-Anness tiegħu sabiex
tissaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar ta' din
id-Direttiva. (30)
Id-Direttiva 2009/22 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet
għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (id-Direttiva
tal-Inġunzjonijiet)[28]
għandha tiġi emendata biex tinkludi referenza għal din
id-Direttiva fl-Anness tagħha sabiex jiġi żgurat li l-interessi
kollettivi tal-konsumaturi stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu mħarsa. (31)
Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, li
speċifikament huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb
tas-suq intern billi tiżgura livell għoli ta' protezzjoni
għall-konsumaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati
Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni
tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif
stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din
id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex
jintlaħaq dak l-għan. (32)
Din id-Direttva tirrispetta d-drittijiet
fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari
mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod
speċifiku l-Artikoli 7, 8, 38 u 47 tagħha, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1
Suġġett Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi
għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli
ta' protezzjoni għall-konsumatur billi tiżgura li t-tilwim bejn
il-konsumaturi u n-negozjanti jista' jitressaq quddiem entitajiet li joffru
proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim imparzjali,
trasparenti, effettivi u ġusti. Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni 1.
Din id-Direttiva għandha tapplika għal
proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim
kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew
mill-provvista ta' servizzi minn negozjant stabbilit fl-Unjoni lil konsumatur
li joqgħod fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità tas-soluzzjoni
għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor
il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli,
aktar 'il quddiem "proċeduri tal-ADR". 2.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika
għal: (a)
proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni
għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli
għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati esklussivament min-negozjant; (b)
proċeduri permezz ta' sistemi
tal-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi li jitħaddmu
min-negozjant; (c)
negozjati diretti bejn il-konsumatur u n-negozjant,
kemm jekk ikunu rappreżentati jew le; (d)
sforzi li saru minn imħallef biex isolvi
tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak
it-tilwim. Artikolu 3
Relazzjoni ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni 1. Din id-Direttiva hija bla ħsara
għad-Direttiva 2008/52/EC, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001,
ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 u r-Regolament (KE) Nru 593/2008. 2. L-Artikolu 5(1) ta' din
id-Direttiva għandu jirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Anness.
3. Din id-Direttiva għandha
tirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu
fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li hija speċifika għas-settur
li huma relatati mas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biss meta tali dispozizzjonijiet
ma jiżgurawx mill-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni
għall-konsumatur. Artikolu 4
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: (a)
“konsumatur” ifisser persuna fiżika li
taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu
mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu;
(b)
"negozjant" ifisser persuna fiżika
jew persuna legali, irrispettivament minn jekk ikunx ta' pussess privat jew
pubbliku, li jaġixxi, inkluż permezz ta' persuna li taġixxi
f'ismu jew għalih, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju,
is-sengħa jew il-professjoni tiegħu; (c)
negozjant huwa stabbilit: –
jekk in-negozjant huwa persuna fiżika, fejn
ikollu n-negozju tiegħu; –
jekk in-negozjant huwa kumpanija jew persuna legali
oħra jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew legali, fejn
ikollu s-sede statutorja, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post
tan-negozju tiegħu, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe
stabbiliment ieħor; (d)
"tilwim transkonfinali" ifisser tilwim
kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew
mill-provvista ta' servizzi fejn, meta l-konsumatur jordna tali
oġġetti jew servizzi, il-konsumatur ikun residenti fi Stat Membru
għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit in-negozjant; (e)
"entità tal-ADR" ifisser kwalunkwe
entità, irrispettivament minn kif inhi msemmija jew minn kif issir referenza
għaliha, li hija stabbilita fuq bażi li tibqa' fit-tul u toffri
s-soluzzjoni ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR; (f)
entità tal-ADR hija stabbilita: –
jekk l-entità titħaddem minn persuna
fiżika, fil-post fejn twettaq attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva
għat-tilwim; –
jekk l-entità titħaddem minn persuna
ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, fil-post fejn dik il-persuna ġuridika jew
l-assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi twettaq
attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew fejn għandha
s-sede statutorja tagħha; –
jekk l-entità titħaddem minn awtorità jew korp
pubbliku ieħor, fejn dik l-awtorità jew korp pubbliku ieħor ikollha
s-sede tagħha. KAPITOLU II
AĊĊESS U PRINĊIPJI APPLIKABBLI GĦAS-SOLUZZJONI ALTERNATTIVA
GĦAT-TILWIM Artikolu 5
Aċċess għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
t-tilwim kopert minn din id-Direttiva jista' jitressaq lil entità tal-ADR li
tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR: (a)
għandhom websajt li tippermetti lill-partijiet
iressqu ilment onlajn; (b)
jippermettu lill-partijiet jiskambjaw informazzjoni
magħhom permezz ta' mezzi elettroniċi; (c)
jaċċettaw kemm it-tilwim domestiku kif
ukoll dak transkonfinali, inkluż tilwim kopert mir-Regolament (UE)
Nru [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal
in-numru ta' referenza] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-[Uffiċċju
tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data tal-adozzjoni] dwar soluzzjoni
onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar
l-ODR tal-konsumaturi)[29];
kif ukoll (d)
meta jindirizzaw tilwim kopert minn din
id-Direttiva jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li
l-ipproċessar tad-dejta personali jikkonforma mar-regoli dwar
il-protezzjoni tad-dejta personali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni
nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46KE. 3.
L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligu
tagħhom skont il-paragrafu 1 billi jiżguraw l-eżistenza ta'
entità residwa tal-ADR li hija kompetenti biex tindirizza tilwim kif imsemmi
fil-paragrafu 1 li għas-soluzzjoni tiegħu l-ebda entità tal-ADR
eżistenti ma hija kompetenti. Artikolu 6
Għarfien espert u imparzjalità 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva
għat-tilwim ikollhom l-għarfien espert meħtieġ u li jkunu
imparzjali. Dan għandu jiġi garantit billi jiġi żgurat li: (a)
ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u
l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tas-soluzzjoni alternattiva
għat-tilwim; (b)
ma jkunux jistgħu jinħelsu mill-kompiti
tagħhom mingħajr raġuni valida; (c)
ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess ma' xi
waħda mill-partijiet fit-tilwim. 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR fejn il-persuni fiżiċi responsabbli
għas-soluzzjoni tat-tilwim jiffurmaw parti minn korp
kolleġġjali, jipprevedu għadd ugwali ta' rappreżentanti
tal-interessi tal-konsumaturi u ta' rappreżentanti tal-interessi
tan-negozjanti f'dak il-korp. Artikolu 7
Trasparenza 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts
tagħhom u fil-forma stampata fil-bini tagħhom informazzjoni dwar: (a)
il-persuni fiżiċi responsabbli
għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, il-metodu tal-ħatra
tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom; (b)
is-sors tal-finanzjament, inkluż
il-perċentwal tas-sehem tal-finanzjament pubbliku u privat; (c)
fejn xieraq, l-adeżjoni tagħhom
f'netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim
transkonfinali; (d)
it-tipi ta' tilwim li huma kompetenti jindirizzaw; (e)
ir-regoli tal-proċedura li jirregolaw
is-soluzzjoni ta' tilwim; (f)
il-lingwi li bihom jistgħu jitressqu l-ilmenti
lill-entità tal-ADR u li bihom titwettaq il-proċedura tal-ADR; (g)
it-tipi ta' regoli li tista' tuża l-entità
tal-ADR bħala bażi għas-soluzzjoni tat-tilwim (pereżempju
regoli tal-liġi, kunsiderazzjonijiet tal-ekwità, kodiċijiet
tal-kondotta); (h)
kwalunkwe rekwiżit preliminarju li l-partijiet
jistgħu jkollhom jissodisfaw qabel ma tkun tista' tibda proċedura
tal-ADR; (i)
l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li għandhom
jiġġarrbu mill-partijiet; (j)
it-tul approssimattiv tal-proċedura tal-ADR; (k)
l-effett legali tar-riżultat
tal-proċedura tal-ADR. 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts
tagħhom u fil-forma stampata fil-bini tagħhom rapporti
tal-attivitajiet annwali. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu
l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam mat-tilwim domestiku kif
ukoll ma' dak transkonfinali: (a)
l-għadd ta' tilwim li wasal u t-tipi ta'
ilmenti li huwa relatat magħhom; (b)
kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal
tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti; (c)
ir-rata tal-proċeduri ta' soluzzjoni
għat-tilwim li ma tkomplewx qabel ma' waslu għal riżultat; (d)
il-ħin medju li kien meħtieġ biex
jiġi solvut it-tilwim; (e)
ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa,
mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR: (f)
fejn xieraq, il-kooperazzjoni tagħhom ma'
netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim
transkonfinali; Artikolu 8
Effikaċja L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-proċeduri tal-ADR ikunu effettivi u jissodisfaw ir-rekwiżiti li
ġejjin: (a)
il-proċedura tal-ADR tkun
aċċessibbli faċilmenti liż-żewġ partijiet ikun xi
jkun il-post fejn tinsab il-parti; (b)
il-partijiet ikollhom aċċess
għall-proċedura mingħajr ma jkunu obbligati li jużaw
rappreżentant legali; madankollu il-partijiet jistgħu jiġu
rappreżentati jew megħjuna minn parti terza fi kwalunkwe stadju
tal-proċedura; (c)
il-proċedura tal-ADR tkun bla ħlas jew bi
spejjeż moderati għall-konsumaturi; (d)
it-tilwim ikun solvut fi żmien 90 jum
mid-data li fiha l-entità tal-ADR tkun irċeviet l-ilment. Fil-każ ta'
tilwim kumpless, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-perjodu ta'
żmien; Artikolu 9
Sens ta' ġustizzja 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
fil-proċeduri tal-ADR: (a)
il-partijiet ikollhom il-possibbiltà li jesprimu
l-opinjoni tagħhom u jisimgħu l-argumenti u l-fatti mressqa
mill-parti l-oħra u kwalunkwe dikjarazzjoni mill-esperti. (b)
ir-riżultat tal-proċedura tal-ADR ikun
disponibbli għaż-żewġ partijiet bil-miktub jew fuq mezz
ieħor li jservi, filwaqt li jiġu dikjarati r-raġunijiet li
fuqhom ġie bbażat dan ir-riżultat. 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
fil-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim
billi jissuġġerixxu soluzzjoni (a)
il-konsumatur, qabel ma jaqbel ma' soluzzjoni li
tkun ġiet suġġerita, jiġi infurmat li: (i) għandu l-għażla li jaqbel
ma' soluzzjoni suġġerita jew le; (ii) is-soluzzjoni suġġerita
tista' tkun inqas favorevoli mir-riżultat determinat minn qorti li
tapplika regoli legali; (iii) qabel ma jaqbel mas-soluzzjoni
suġġerita jew jirrifjutaha, għandu d-dritt li jikseb parir
indipendenti; (b)
il-partijiet, qabel ma jaqblu ma' soluzzjoni
suġġerita, jiġu infurmati dwar l-effett legali ta' tali qbil; (c)
il-partijiet, qabel ma jesprimu l-kunsens
tagħhom għal soluzzjoni suġġerita jew qbil amikevoli,
jingħataw perjodu raġonevoli ta' żmien biex jirriflettu. KAPITOLU III
INFORMAZZJONI U KOOPERAZZJONI Artikolu 10
Informazzjoni lill-konsumaturi min-negozjanti 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
n-negozjanti stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi
dwar l-entitajiet tal-ADR li huma koperti minnhom u li huma kompetenti biex
jindirizzaw it-tilwim li jista' jinqala' bejniethom u l-konsumaturi. Tali
informazzjoni għandha tinkludi l-indirizzi tal-websajts tal-entitajiet
tal-ADR rilevanti u tispeċifika jekk in-negozjant jimpenjax ruħu jew
le li juża dawn l-entitajiet biex isolvi t-tilwim mal-konsumaturi. 2.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1
għandha tingħata b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess
għaliha faċilment, direttament, b'mod prominenti u permanenti fuq
il-websajt tan-negozjant, jekk ikun jeżisti wieħed, fit-termini u
l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti
jew il-provvista ta' servizzi bejn in-negozjant u konsumatur u fil-fatturi u
l-irċevuti li għandhom x'jaqsmu ma' tali kuntratti. Din għandha
tispeċifika kif wieħed jista' jkollu aċċess għal
informazzjoni addizzjonali dwar l-entità tal-ADR ikkonċernata u dwar
il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha. 3.
Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu
għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet
fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni
għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra
l-bini. Artikolu 11
Għajnuna għall-konsumaturi 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-konsumaturi jistgħu jiksbu għajnuna fir-rigward tat-tilwim
tagħhom li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew
mill-provvista ta' servizzi transkonfinali. Tali għajnuna għandu
jkollha l-għan b'mod partikolari li tgħin lill-konsumaturi jkollhom
aċċess għall-entità tal-ADR li tiffunzjona fi Stat Membru
ieħor li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim transkonfinali
tagħhom. 2.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu
r-responsabbiltà tal-kompitu msemmi fil-paragrafu 1 liċ-ċentri
tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur,
lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor. Artikolu 12
Informazzjoni ġenerali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet
tan-negozji, iċ-ċentri tan-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew
tal-Konsumatur u, fejn xieraq, il-korpi maħtura skont
l-Artikolu 11(2) jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fil-bini u fuq
il-websajts tagħhom il-lista tal-entitajiet tal-ADR imsemmijin fl-Artikolu 17(3). Artikolu 13
Kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR dwar is-soluzzjoni għat-tilwim
transkonfinali 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali. 2.
Meta jeżisti netwerk ta' entitajiet tal-ADR li
jiffaċilitaw is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali f'qasam
speċifiku għas-settur ġewwa l-Unjoni, l-Istati Membri
għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR li jindirizzaw
it-tilwim f'dak il-qasam biex isiru membri ta' dak in-netwerk. 3.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li
jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tan-netwerks imsemmija
fil-paragrafu 1, Il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ,
taġġorna din il-lista kull sentejn. Artikolu 14
Kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali li
jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni
tal-konsumatur 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw
il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali li
jkollhom il-kompitu li jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
il-protezzjoni tal-konsumatur. 2.
Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi
l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni dwar il-prattiċi tan-negozju
min-negozjanti li fuqhom ikunu ressqu l-ilmenti l-konsumaturi. Għandha
tinkludi wkoll il-provvista ta' valutazzjoni u informazzjoni teknika minn dawn
l-awtoritajiet lill-entitajiet tal-ADR fejn tali valutazzjoni jew informazzjoni
tkun meħtieġa għall-immaniġġjar ta' tilwim
individwali. 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni reċiproka msemmija
fil-paragrafi 1 u 2 jikkonformaw mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta
personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ TAL-ENTITAJIET TAL-ADR Artikolu 15
Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti 1.
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità
kompetenti li tkun responsabbli għall-monitoraġġ
tal-funzjonament u l-iżvilupp tal-entitajiet tal-ADR stabbiliti
fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-awtorità
li jkun ħatar lill-Kummissjoni. 2.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista
tal-awtoritajiet kompetenti kkomunikati lilha skont il-paragrafu 1 u
tippubblika din il-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 16
Informazzjoni notifikata lill-awtoritajiet kompetenti mill-entitajiet tal-ADR 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR stabbiliti fit-territorji tagħhom jinnotifikaw
lill-awtorità kompetenti b'dan li ġej: (a)
isimhom, id-dettalji ta' kuntatt u l-indirizz
tal-websajt tagħhom; (b)
informazzjoni dwar l-istruttura u l-finanzjament
tagħhom, inkluża informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi
responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim,
il-finanzjament tagħhom u ma' min ikunu impjegati; (c)
ir-regoli tal-proċedura; (d)
il-miżati tagħhom, jekk applikabbli; (e)
it-tul approssimattiv tal-proċeduri tal-ADR; (f)
il-lingwa jew il-lingwi li bihom jistgħu
jitressqu l-ilmenti u li bihom titmexxa l-proċedura tal-ADR; (g)
dikjarazzjoni dwar l-elementi meħtieġa
għall-istabbiliment tal-kompetenza tagħhom; (h)
stqarrija raġunata, ibbażata fuq
awtovalutazzjoni mill-entità tal-ADR, dwar jekk tikkwalifikax bħala entità
tal-ADR li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li
tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II. Jekk ikun hemm xi bidliet fl-informazzjoni
msemmija fil-punti minn (a) sa (g), l-entitajiet tal-ADR għandhom
jinnotifikaw minnufih b'dawn il-bidliet lill-awtorità kompetenti. 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-entitajiet tal-ADR jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti mill-inqas darba
fis-sena l-informazzjoni li ġejja: (a)
l-għadd ta' tilwim li wasal u t-tipi ta'
ilmenti li huwa relatat magħhom; (b)
ir-rata tal-proċeduri tal-ADR li ma tkomplewx
qabel ma' waslu għal riżultat; (c)
il-ħin medju li kien meħtieġ biex
jiġi solvut it-tilwim li wasal; (d)
ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa,
mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR: (e)
l-istatistika rilevanti li turi l-mod li bih
in-negozjanti jużaw is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim,
għat-tilwim tagħhom mal-konsumaturi; (f)
kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal
tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti; (g)
fejn ikun applikabbli, valutazzjoni
tal-effikaċja tal-kooperazzjoni tagħhom fin-netwerks tal-entitajiet
tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali; (h)
awtovalutazzjoni tal-effikaċja
tal-proċedura tal-ADR offruta mill-entità u ta' modi possibbli ta' kif
tista' titjieb il-prestazzjoni tagħha. Artikolu 17
Rwol tal-awtoritajiet kompetenti u tal-Kummissjoni 1.
Kull awtorità kompetenti għandha tivvaluta,
fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet b'mod konformi
mal-Artikolu 16(1), jekk l-entitajiet tal-ADR notifikati lilha
jikkwalifikawx bħala entitajiet tal-ADR li jidħlu fil-kamp ta'
applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jikkonformaw mar-rekwiżiti
stabbiliti fil-Kapitolu II. 2.
Kull awtorità kompetenti għandha, fuq
il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tistabbilixxi
lista tal-entitajiet tal-ADR li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti
fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tinkludi dan li ġej: (a)
l-isem, id-dettalji ta' kuntatt u l-indirzz
tal-websajt ta' dawn l-entitajiet tal-ADR; (b)
il-miżati tagħhom, jekk applikabbli; (c)
il-lingwa jew il-lingwi li bihom jistgħu
jitressqu l-ilmenti u li bihom titmexxa l-proċedura tal-ADR; (d)
l-elementi meħtieġa
għall-istabbiliment tal-kompetenza tagħhom; (e)
il-ħtieġa tal-preżenza fiżika
tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika; kif
ukoll (f)
in-natura li torbot jew li ma torbotx
tar-riżultat tal-proċedura. Kull awtorità kompetenti għandha tinnotifika
l-lista lill-Kummissjoni. Jekk jiġu notifikati xi bidliet lill-awtorità
kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), il-lista
għandha tiġi aġġornata minnufih u l-informazzjoni rilevanti
għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni. 3.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista
tal-entitajiet tal-ADR li ġew ikkomunikati lilha skont il-paragrafu 2
u taġġorna din il-lista kull meta jiġu notifikati xi bidliet
lill-Kummissjoni skont it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu
tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tipubblika din il-lista u
l-aġġornamenti tagħha u tibgħatha lill-awtoritajiet kompetenti
u lill-Istati Membri. 4.
Kull awtorità kompetenti għandha tippubblika
l-lista konsolidata tal-entitajiet tal-ADR imsemmija fil-paragrafu 3 fuq
il-websajt tagħha u b'kull mezz ieħor li tqis xieraq. 5.
Kull sentejn, kull awtorità kompetenti għandha
tippubblika rapport dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet
tal-ADR. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari: (a)
jidentifika oqsma, jekk ikun hemm, fejn
il-proċeduri tal-ADR għadhom ma jindirizzawx tilwim kopert minn din
id-Direttiva; (b)
jidentifika l-aħjar prattiċi
tal-entitajiet tal-ADR; (c)
jindika n-nuqqasijiet, bl-appoġġ
tal-istatistika, li jostakolaw il-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR
għat-tilwim domestiku kif ukoll dak transkonfinali, fejn xieraq; (d)
jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq kif
wieħed jista' jtejjeb il-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR, fejn xieraq. KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 18
Sanzjonijiet L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur
tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 10 u
l-Artikolu 16(1) u (2) ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu
l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu
implimentati. Is-sanzjonijiet stipulati għandhom ikunu effettivi,
proporzjonati u dissważivi. Artikolu 19
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 Fl-Anness tar-Regolament (KE)
Nru 2006/2004 għandu jiġi miżjud il-punt li ġej: "20. Id-Direttiva …. tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tal-…. dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim,
għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004
u d-Direttiva 2009/22/KE (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L…,
…., p. …): l-Artikolu 10." Artikolu 20
Emenda għad-Direttiva 2009/22/KE Fl-Anness tad-Direttiva 2009/22/KE għandu
jiġi miżjud il-punt li ġej: "14. Id-Direttiva …. tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tal-…. dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim,
għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004
u d-Direttiva 2009/22/KE (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L…,
…., p. …): l-Artikolu 10." Artikolu 21
Komunikazzjoni 1.
L-aktar tard sal-[Uffiċċju
tal-Pubblikazzjonijiet daħħal l-istess data bħal dik
fl-Artikolu 22(1) = id-data tal-implimentazzjoni tad-Direttiva], l-Istati
Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni (a)
fejn xieraq, l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt
tal-korpi maħtura skont l-Artikolu 11(2); kif ukoll (b)
l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont
l-Artikolu 15(1). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw
lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti f'din l-informazzjoni. 2.
L-aktar tard sal-[Uffiċċju
tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data: sitt xhur wara d-data
tal-implimentazzjoni kif għandha tiddaħħal
fl-Artikolu 22(1)], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw
lill-Kummissjoni l-ewwel lista msemmija fl-Artikolu 17(2). 3.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat
lill-Istati Membri l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a). Artikolu 22
Traspożizzjoni 1.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu
fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet
amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva
l-aktar tard sal-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal
id-data:. 18-il xhar wara d-dħul fis-seħħ]. Huma
għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet
lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk
id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din
id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni
uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif
għandha ssir it-tali referenza. 2.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw
lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi
nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 23
Rapport Mhux aktar tard mill-[Uffiċċju
tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data: ħames snin wara
d-dħul fis-seħħ], u wara dan kull tliet snin, il-Kummissjoni
għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din
id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis l-iżvilupp u l-użu
tal-entitajiet tal-ADR u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq il-konsumaturi u
n-negozjanti. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti
ta' amendi għal din id-Direttiva. Artikolu 24
Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 25
Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS 1.
Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna
t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li
temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE
(l-Artikolu 14(1)), ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16. 2.
Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-protezzjoni
tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti
dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ
mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (l-Artikolu 14(2)), ĠU
L 33, 3.2.2009, p. 10. 3.
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti
finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u
d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar
id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (l-Artikolu 53(1)), ĠU L 145,
30.4.2004, p. 1. 4.
Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni
fl-assigurazzjoni (l-Artikolu 11(1)), ĠU L 9, 15.1.2003,
p. 3. 5.
Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni
għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u
t-titjib fil-kwalità tas-servizz (l-Artikolu 19(1), it-tielet
subparagrafu), ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3. [1] Ewrobarometru 342, "Consumer Empowerment", p.
169. [2] Pereżempju, ir-Regolament Nru 861/2007 li
jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, ĠU
L 199, 31.7.2007, p. 1. [3] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE dwar
il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli
għar-riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim tal-konsumaturi,
ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
2001/310/KE dwar il-prinċipji tal-korpi extra-ġudizzjarji involuti
fir-riżoluzzjoni konsenswali tal-ADR tal-konsumaturi, ĠU L 109,
19.4.2001, p. 56 [4] In-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur
(ECC-Net) jgħin lill-konsumaturi biex ikollhom aċċess
għall-entità tal-ADR xierqa fi Stat Membru ieħor fil-każ ta'
tilwim transkonfinali. [5] FIN-NET jikkonsisti fi skemi tal-ADR li jittrattaw
tilwim transkonfinali bejn il-konsumaturi u dawk li jipprovdu servizzi
finanzjarji. [6] Pereżempju, id-Direttiva Nru 2009/72/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar
ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u d-Direttiva
Nru 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009
dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU
L 211, 14.8.2009, p. 55 u 94); Id-Direttiva Nru 2008/48/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar
ftehim ta' kreditu għall-konsumatur (ĠU L 133, 22.5.2008,
p. 66); Id-Direttiva Nru 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti
legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment
il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ
elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1). [7] ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3. [8] Ara Study on the use of Alternative Dispute Resolution
in the European Union (Studju dwar l-użu tas-Soluzzjoni Alternattiva
għat-Tilwim fl-Unjoni Ewropea) tas-16 ta' Ottubru 2009, http://ec.europa.eu/consumers/redress_cons/adr_study.pdf, p. 56-63; 112-115; 120-121. [9] Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: "Aġenda
Diġitali għall-Ewropa" COM(2010) 245, p. 13; Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni "Att dwar is-Suq Uniku", COM (2011)
206, p. 9. [10] Study on the use of Alternative Dispute Resolution in the
European Union, Civic Consulting of the Consumer Policy Evaluation Consortium
(CPEC), 2009, disponibbli fuq: http://www.cc.cec/home/dgserv/sg/evaluation/pages/eims_en.htm. [11] "Consumer redress in the European Union: consumers'
experiences, perceptions and opinions", 2009 http://ec.europa.eu/consumers/redress_cons/docs/cons_redress_EU_qual_study_report_en.pdf.
[12] http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/imco/dv/adr_study_/adr_study_en.pdf. [13] Konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tas-Soluzzjoni
alternattiva għat-tilwim (ADR) bħala mezz biex jissolva t-tilwim
relatat ma' transazzjonijiet kummerċjali u prattiċi fl-UE:
http://ec.europa.eu/consumers/redress_cons/Feedback_Statement_Final.pdf. [14] http://www.european-consumer-summit.eu/workshops3_en.asp.
[15] Ġew ikkonsultati 335 kumpanija mill-Istati
Membri kollha tal-UE dwar l-esperjenzi u l-opinjonijiet tagħhom dwar
l-ADR: http://ec.europa.eu/yourvoice/ebtp/consultations/2010/adr/index_en.htm. [16] Matul din il-konsultazzjoni 927 impriżi
żgħar u medji wieġbu għal mistoqsijiet fir-rigward tal-ADR. [17] ĠU C …, …, p… . [18] ĠU C …, …, p… . [19] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:
L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u
r-rinfurzar tal-fiduċja, "Flimkien għal tkabbir ġdid",
COM (2011) 206 finali, p. 9. [20] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
tal-24-25 ta' Marzu 2011, EUCO 10/11, p. 4; ara wkoll
il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
tat-23 ta' Ottubru 2011, EUCO 52/11, pp. 1-2. [21] ĠU L 136, 24.5.2008,
p. 3. [22] ĠU L 12, 16.1.2001,
p. 32. [23] ĠU L 199, 31.7.2007,
p. 40. [24] ĠU L 177, 4.7.2008,
p. 6. [25] ĠU L ..., ..., p. .... [26] ĠU L 136, 2.6.2010,
p. 1. [27] ĠU L 364, 9.12.2004,
p. 1. [28] ĠU L 110, 1.5.2009,
pp. 30–36. [29] ĠU L …, ...., p. …