Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0752

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi

    /* KUMM/2011/0752 finali - 2011/0367 (COD) */

    52011PC0752

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi /* KUMM/2011/0752 finali - 2011/0367 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-politiki tal-affarijiet interni żiedu fl-importanza tagħhom f’dawn l-aħħar snin. Dawn il-politiki huma fil-qalba tal-proġett Ewropew għall-ħolqien ta' żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini ta' partijiet terzi jkunu jistgħu jidħlu, jiċċirkulaw, jgħixu u jaħdmu, iġibu ideat ġodda, kapital, għarfien u innovazzjoni jew jimlew spazji vojta fis-swieq tax-xogħol nazzjonali, b’kunfidenza li d-drittijiet tagħhom se jiġu rispettati b'mod sħiħ u li s-sigurtà tagħhom hija żgurata. L-importanza dejjem tikber tal-politiki tal-affarijiet interni ġiet ikkonfermata bil-Programm ta’ Stokkolma, u din hija wkoll waħda mill-oqsma li rat bidliet importanti taħt it-Trattat ta’ Liżbona.

    Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għall-perjodu 2014-2020[1]: baġit biex tintlaħaq l-istrateġija Ewropa 2020. F’dan il-qasam ta’ politiki tal-affarijiet interni, li jkopru s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni ta’ fruntieri esterni, il-Kummissjoni pproponiet li tiġi simplifikata l-istruttura tal-istrumenti ta’ nefqa billi tnaqqas in-numru ta’ programmi għal struttura ta’ żewġ Fondi: Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni u Fond għas-Sigurtà Interna.

    Is-simplifikazzjoni ġiet definita bħala għan ewlieni fil-Komunikazzjoni ta’ Reviżjoni tal-Baġit tal-UE[2], l-aġenda tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti[3] u l-komunikazzjoni msemmija dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. L-esperjenza tissuġġerixxi li fil-perjodu ta’ pprogrammar attwali, id-diversità u l-frammentazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-programmi tan-nefqa huma spiss meqjusa bħala kumplikati iżjed milli meħtieġ u diffiċli li jiġu implimentati u kkontrollati. Dan jimponi piż amministrattiv qawwi fuq il-benefiċjarji kif ukoll fuq il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jista’ jkollhom l-effett mhux mixtieq li jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni, iż-żieda fir-rata ta’ żbalji u d-dewmien tal-implimentazzjoni. Dan ifisser li l-benefiċċji potenzjali tal-programmi tal-Unjoni mhumiex kompletament imwettqa.

    Dan ir-Regolament hu parti minn pakkett ta’ erba’ Regolamenti, li b’mod konġunt jistabbilixxu l-qafas għal finanzjament tal-affarijiet interni tal-Unjoni taħt iż-żewġ Fondi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-kontroll, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, l-għeluq ta’ programmi u r-rappurtar u l-evalwazzjoni. Għaldaqstant, jistabbilixxi l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni filwaqt li l-iskop u il-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ Fondi, ir-riżorsi u l-mezzi ta’ implimentazzjoni huma definiti fir-Regolamenti speċifiċi rispettivi tagħhom. Dan l-istrument orizzontali għandu jiżgura approċċ komuni għall-implimentazzjoni taż-żewġ Fondi u trattament uniformi tal-benefiċjarji b’rabta mal-appoġġ kollu tal-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet interni.

    Din l-istruttura globali ta’ erba’ Regolamenti hija meħtieġa fid-dawl tal-obbligi tat-Trattat. Minħabba r-regoli differenti ta’ votazzjoni fil-Kunsill li jirriżultaw mill-ġeometrija varjabbli skont il-Protokolli 19 (fuq l-acquis ta’ Schengen) u 21 (il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja), mhuwiex legalment possibbli li titħejja proposta leġiżlattiva komprensiva unika għal Fond għas-Sigurtà Interna, minkejja l-koerenza tal-għanijiet ta’ politika li għandhom jiġu indirizzati. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat importanti li, b’konformità mal-għan ġenerali ta’ simplifikazzjoni u standardizzazzjoni, iż-żewġ Fondi (il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni) għandu safejn huwa possibbli jkollhom mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni identiċi. Finalment, permezz tal-introduzzjoni ta’ Regolament orizzontali li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni, in-numru globali ta’ dispożizzjonijiet jitnaqqas konsiderevolment milli kieku kellhom jiġu replikati f’kull att.

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi biss obbligi ta’ natura finanzjarja u teknika u jħalli l-għażliet dwar id-definizzjoni tal-għanijiet ta’ politika, l-azzjonijiet eliġibbli, l-allokazzjoni ta’ riżorsi u il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent għal kull qasam ta’ politika speċifika għall-bażi legali rispettiva (i.e. fir-Regolamenti Speċifiċi).

    Il-mekkaniżmi tiegħu għandhom l-għan li jkopru s-sors prinċipali tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet interni. Għaldaqstant, se jieħu post id-dispożizzjonijiet numerużi b’livelli differenti ta’ dettall u kumplessità li attwalment jinstabu fil-bażijiet legali tal-istrumenti tan-nefqa eżistenti tal-affarijiet interni: l-erba’ strumenti tal-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni ta’ Flussi ta’ Migrazzjoni”, il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ partijiet terzi, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, u ż-żewġ Programmi Speċifiċi tal-Programm Ġenerali “Is-Sigurtà u s-Salvagwardjar tal-Libertajiet”, ISEC (Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità) u CIPS (Prevenzjoni, Tħejjija, u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-Terroriżmu u Riskji oħra marbuta mas-Sigurtà).

    2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Skont l-enfasi ikbar imqiegħda fuq l-evalwazzjoni bħala għodda sabiex it-tfassil tal-politika jkun infurmat, din il-proposta hija infurmata b’riżultati ta’ evalwazzjoni, konsultazzjoni ma’ partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt.

    Il-ħidma fuq il-preparazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-futur għall-affarijiet interni bdiet fl-2010 u kompliet fl-2011. Bħala parti minn din il-ħidma preparatorja, studju ta’ evalwazzjoni/ valutazzjoni tal-impatt tnieda f’Diċembru 2010 bl-għajnuna ta’ kuntrattur estern. Dan l-istudju tlesta f’Lulju 2011 u ġabar ir-riżultati ta’ evalwazzjoni disponibbli għall-istrumenti finanzjarji eżistenti u ta informazzjoni dwar il-problemi, l-għanijiet u l-opzjonijiet ta’ politika, inkluż l-impatt probabbli tagħhom, eżaminati fil-valutazzjoni tal-impatt tagħhom. Abbażi ta’ dan l-istudju, il-Kummissjoni ppreparat rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li fuqu l-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta l-opinjoni tiegħu fid-9 ta’ Settembru 2011.

    Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat problemi b’rabta mail-kamp ta' applikazzjoni u l-prijoritajiet tal-programmi ta' nefqa attwali tal-affarijiet interni fuq naħa waħda u l-problemi dwar il-provvista ta' finanzjament fuq in-naħa l-oħra. B’rabta ma' dan tal-aħħar, il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat opzjonijiet b’rabta ma’ ġestjoni kondiviża, ġestjoni ċentralizzata u l-interventi f’waqthom għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

    · B’rabta ma’ ġestjoni kondiviża, il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li programm multiannwali preċedut minn djalogu ta' politika kien l-opzjoni ppreferuta. Għall-kuntrarju tal-istatus quo, li jikkombina l-programmi annwali f'qafas multinannwali, dan inaqqas b’mod sinfikanti x-xogħol amministrattiv. Għalkemm bidla għal programmar multiannwali biss toffri iżjed flessibbiltà, ma tindirizzax il-ħtieġa kontinwa li wieħed jirrispondi għal sitwazzjonijiet ta' bidla fl-Istati Membri u partiiet terzi, tipiċi tal-qasam tal-affarijiet interni. Il-programmar multiannwali kkombinat ma’ djalogu ta’ politika regolari, madankollu, jindirizza din il-ħtieġa u jippermetti għal approċċ immexxi iżjed mir-riżultati.

    · F’termini ta’ titjib ta’ provvista tal-finanzjament taħt ġestjoni ċentralizzata, l-istatus quo twarrab għax joffri ftit jew l-ebda prospett ta’ simplifikazzjoni jew tnaqqis ta’ xogħol amministrattiv. Iċ-ċaqliq għal approċċ ta’ akkwist biss ġie rrifjutat ukoll għax kien jelimina kompletament il-possibbiltà ta' promozzjoni ta' azzjonijiet mmexxija mill-politika, li jistimulaw kooperazzjoni transnazzjonali u l-appoġġ tas-soċjetà ċivili permezz ta’ għotjiet. Ir-rikors għal ġestjoni ċentralizzata iżjed immirata, inqas intensiva fir-riżorsi u diversifikata huwa l-opzjoni ppreferuta għax huwa mistenni li dan itejjeb ir-relazzjonijiet mal-partijiet interessati ewlenin u jwassal għal tnaqqis globali fix-xogħol.

    · B’rabta mal-mekkaniżmu ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza, il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-mekkaniżmu attwali b'mod ċar ma jilħaqx il-ħtieġa għal reazzjoni effettiva iżjed rapida u effettiva għal kriżijiet fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà. Mekkaniżmu mtejjeb estiż kemm għal firxa usa’ ta’ kriżijiet marbuta mal-migrazzjoni u kriżijiet marbuta mas-sigurtà ġie kkunsidrat bħala l-opzjoni ppreferuta.

    Il-valutazzjoni tal-impatt tikkunsidra r-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika online dedikata dwar il-futur tal-finanzjament tal-affarijiet interni. Il-konsultazzjoni bdiet fil-5 ta’ Jannar sal-20 ta’ Marzu 2011 u kienet miftuħa għall-partijiet interessati kollha. Total ta’ 115-il risposta ġew irċevuti minn individwi u għan-nom ta’ organizzazzjonijiet, inklużi tmien dokumenti ta’ pożizzjoni. Dawk li wieġbu mill-Istati Membri kollha kkontribwixxew għall-konsultazzjoni kif ukoll dawk li wieġbu minn xi partijiet terzi.

    F’April 2011, il-konferenza "Il-futur tal-finanzjament tal-UE għall-affarijiet interni: Ħarsa mill-ġdid" laqqgħet flimkien l-imsieħba interessati prinċipali (l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili eċċ) sabiex jiddiskutu l-ġejjieni tal-finanzjament tal-UE għall-affarijiet interni. Il-konferenza kienet ukoll okkażjoni biex jiġi vvalidat ir-riżultat tal-analiżi u l-konsultazzjoni pubblika.

    Il-futur tal-finanzjament tal-UE għall-affarijiet interni tqajjem u ġie diskuss ma’ partijiet interessati istituzzjonali f’diversi okkażjonijiet, inkluża diskussjoni informali f’ħin l-ikel waqt il-Kunsill ĠAI tal-21 ta’ Jannar 2011, kolazzjon informali mal-koordinaturi politiċi tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2011, fis-seduta tal-Kummissarju Malmström quddiem il-Kumitat SURE tal-10 ta’ Marzu 2011 u waqt skambju ta’ fehmiet bejn id-Direttur-Ġenerali tad-DĠ għall-Affarijiet Interni u l-Kumitat LIBE tal-Parlament tas-17 ta’ Marzu 2011. Pariri esperti speċifiċi nġabru wkoll permezz ta’ diskussjonijiet mal-esperti tal-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-Kumitat għall-Programm Ġenerali dwar is-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni komuni.

    Dawn il-konsultazzjonijiet, konferenzi u diskussjonijiet ma’ esperti kkonfermaw li hemm ftehim ġenerali fost il-partijiet interessati ewlenin dwar il-ħtieġa għas-simplifikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni u iżjed flessibbiltà, notevolment f’każ ta’ interventi għal emerġenzi. Il-partijiet interessati appoġġjaw l-idea ta’ tnaqqis fin-numru ta’ strumenti finanzjarji għal struttura ta’ żewġ Fondi bil-kundizzjoni li dan fil-fatt iwassal għal simplifikazzjoni. Qablu wkoll dwar il-ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ intervent flessibbli f’każ ta’ emerġenza li jippermetti li l-Unjoni tintervjeni malajr u b’mod effettiv għal kriżijiet ta’ migrazzjoni u marbuta mas-sigurtà. Il-ġestjoni kondiviża b’ċaqliq għal programmar multiannwali bid-definizzjoni ta’ miri komuni fil-livell tal-Unjoni kienet b’mod ġenerali meqjusa bħala l-metodu ta’ ġestjoni xieraq għan-nefqa kollha fuq l-affarijiet interni għalkemm l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kienu tal-fehma li l-ġestjoni diretta għandha titkompla wkoll. Il-partijiet interessati appoġġjaw ukoll it-titjib tar-rwol tal-aġenziji tal-affarijiet interni għat-trawwim tal-kooperazzjoni u ż-żieda tas-sinerġiji.

    3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Id-dritt ta' azzjoni jirriżulta mill-Artikolu 3 (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jgħid li “l-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma' miżuri xierqa f'dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha”.

    Billi jsegwi simultanjament diversi għanijiet li huma konnessi flimkien b’mod inseparabbli b’mod li l-ebda wieħed minnhom ma huwa sekondarju u indirett b’rabta mal-oħrajn, dan ir-Regolament huwa bbażat fuq bażijiet legali sostantivi taħt it-Titolu V tat-Trattat fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja jiġifieri fuq l-Artikoli 78 (2), 79 (2) u (4), 82 (1), 84 u 87 (2). Dawn jikkostitwixxu l-bażijiet legali għal azzjoni tal-UE fl-oqsma tal-ażil, l-immigrazzjoni, il-ġestjoni ta’ flussi ta’ migrazzjoni, it-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ partijiet terzi li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, it-tneħħija u r-ripatrijazzjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni, it-traffikar tal-bnedmin, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-prevenzjoni tal-kriminalità, il-ġlieda kontra l-kriminalità inklużi t-terroriżmu, il-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-kooperazzjoni tal-pulizija.

    Jikkostitwixxu bażijiet legali kompatibbli fid-dawl tal-pożizzjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda [u d-Danimarka] fir-rigward tal-oqsma li jkopru, biex b'hekk jippermettu l-votazzjoni fuq dan it-test fil-Kunsill. Peress li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika għal kull wieħed minnhom, il-kombinazzjoni tal-bażijiet legali magħżula tirrispetta l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew.

    Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni għall-Artikolu 80 tat-TFUE li jenfasizza li uħud minn dawn il-politiki tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu rregolati bil-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, bejn l-Istati Membri.

    Fid-dawl tal-proċedura preċedenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxu dispożizzjonijiet komuni orizzontali tal-implimentazzjoni għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u komponent wieħed tal-Fond għas-Sigurtà Interna, jiġifieri l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi.

    Għal dawk il-politiki tal-affarijiet interni koperti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, il-bażijiet legali li ma humiex kompatibbli ma’ dan, dan ir-Regolament għandu jsir applikabbli abbażi ta' klawżola speċifika f’wieħed mir-Regolamenti speċifiċi, jiġifieri, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża bbażati fuq l-Artikolu 77(2) TFUE, għax dawn il-politiki jikkostitwixxu żvilupp tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx;

    B’konsegwenza ta’ dan, mal-adozzjoni kondiviża ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti speċifiċi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se jsiru ugwalment applikabbli għall-finanzjament kollu tal-Unjoni għall-affarijiet interni.

    B’mod globali, il-qasam tal-affarijiet interni huwa qasam fejn hemm valur miżjud ovvju fil-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

    L-azzjoni tal-Unjoni hi ġġustifikata fuq il-bażijiet tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE), li jistabbilixxi l-mezzi li jikkostitwixxu qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. L-implimentazzjoni ta' għajnuna finanzjarja fi sħubija mal-Istati Membri permezz ta' ġestjoni kondiviża hija aspett importanti tal-finanzjament tal-Unjoni għall-affarijiet interni. Il-metodu ta’ ġestjoni kondiviża huwa meqjus xieraq għall-oqsma kollha tal-politika tal-affarijiet interni u għaldaqstant ġie estiż għall-qasam tas-sigurtà interna fejn ma kienx użat qabel. Il-ġestjoni ċentralizzata tinżamm għal attivitajiet immexxija mill-politika.

    Taħt il-ġestjoni kondiviża, iċ-ċaqliq minn programmi annwali lejn programmar multiannwali preċedut minn djalogu ta’ politika fi ħdan qafas strateġiku definit fil-livell tal-Unjoni se jiżgura li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jilħqu l-ħtiġijiet ta’ Stati Membri individwali filwaqt li jindirizzaw il-prijoritajiet tal-Unjoni. Din il-proposta tistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-ipprogrammar, ir-rappurtar, il-ġestjoni finanzjarja, il-kontrolli u l-evalwazzjonijiet li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-finanzjament tal-Unjoni għall-affarijiet interni iżda – fejn huwa possibbli – tħalli lill-Istati Membri l-libertà li jiddeċiedu kif għandhom jimplimentaw dawn ir-regoli fil-livell nazzjonali. Pereżempju, l-eliġibbiltà tan-nefqa se tiġi determinata abbażi ta’ regoli nazzjonali, suġġetta għal numru limitat ta’ prinċipji sempliċi komuni li huma stabbiliti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Għaldaqstant, l-interventi jseħħu fil-livell xieraq u r-rwol tal-Unjoni ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. Kif enfasizzat ir-Reviżjoni tal-Baġit, the “il-baġit tal-UE għandu jintuża biex jiffinanzja l-oġġetti pubbliċi tal-UE, azzjonijiet li l-Istati Membri u reġjuni ma jistgħux jiffinanzjaw huma, jew fejn jista’ jassigura riżultati aħjar”[4].

    Ġustifikazzjonijiet dettaljati għal azzjoni tal-Unjoni b’rabta mad-diversi oqsma ta’ politika koperti b’dan ir-Regolament huma inklużi fil-memorandum spjegattiv mar-Regolamenti Speċifiċi.

    4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali tinkludi proposta ta’ EUR 3 869 miljun għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u ta’ EUR 4 648 miljun għall-Fond għas-Sigurtà Interna (prezzijiet attwali).

    5. ELEMENTI EWLENIN

    Bħala qafas ġenerali ġdid għall-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-politiki tal-affarijiet interni, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-finanzjament ta’ nefqa inklużi regoli dwar sħubiji, programmar, rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni, is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Istati Membri u l-approvazzjoni ta’ kontijiet:

    – Ir-regoli dwar is-sħubija, l-ipprogrammar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ġew iddisinjati abbażi tat-tagħlimiet meħuda bl-erba’ fondi attwali tal-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”;

    – Ir-regoli dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, ġestjoni finanzjarja, approvazzjoni ta’ kontijiet u rappurtar u għeluq ta’ programmi huma spirat mill-Parti II tal-proposta tal-Kummissjoni għal dispożizzjonijiet komuni tar-Regolament għal Fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni (iktar ’il quddiem “Regolamenti ta’ Fondi CSF”)[5] u l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni[6], filwaqt li tiġi żgurata, fejn utli, il-kontinwità mar-regoli applikati għall-erba’ Fondi attwali.

    Ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal

    (1) finanzjament iżjed immexxi mill-politika u orjentat lejn ir-riżultati, inkluż permezz ta’ pprogrammar strateġiku rinfurzat;;

    (2) simplifikazzjoni sinifikanti tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni mqabbla mas-sitwazzjoni attwali;

    (3) iżjed flessibbiltà fil-ġestjoni finanzjarja u fl-implimentazzjoni, fid-dawl tal-ħtieġa li jkunu jistgħu jiġu indirizzati ċirkostanzi ġodda u mhux previdibbli tipiċi tal-affarijiet interni;

    (4) qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni mtejjeb, li jiżgura kontabilità, trasparenza u riflessjoni infurmata fuq l-appoġġ fil-futur fil-qasam tal-affarijiet interni.

    5.1. Aġenda mmexxija mill-politika u orjentata lejn ir-riżultati

    Għal ġestjoni kondiviża

    · Fil-bidu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, se jkun hemm djalogu ta’ dwar politika tal-affarijiet interni unika predominanti ma’ kull Stat Membru fuq l-użu tiegħu tal-Fondi, i.e. kif kull Stat Membru individwali se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-qasam tal-libertà, ġustizzja, sigurtà u ġustizzja bl-użu tal-baġit tal-Unjoni. Dawn id-djalogi se jkunu preċeduti minn Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aspettattivi u l-qafas għad-djalogu. Din il-Komunikazzjoni se tippreżenta wkoll l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni għall-azzjonijiet tal-Unjoni u l-qafas għall-implimentazzjoni tagħhom (e.ż. metodi differenti ta’ ġestjoni li għandhom jintużaw)

    · Meta wieħed iqis ir-riżultat tad-djalogu ta’ politika, il-programmi maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membrise jiddeskrivu s-sitwazzjoni ta’ xenarju bażi u jistabbilixxu l-għanijiet li l-Istati Membri għandhom jiksbu fil-qasam ta’ politika u l-għanijiet għall-użu tal-finanzjament tal-UE. Il-programm nazzjonali se jidentifika l-miri u l-eżempji ta’ azzjonijiet għal kull għan. Barra minn hekk, pjan finanzjarju ta’ seba’ snin għandu jindika kif ir-riżorsi allokati huma impenjati u minfuqa, fi ħdan il-limitu massimu disponibbli. F'każ ta' azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fil-partijiet terzi u b'rabta magħhom, dawn l-azzjonijiet m’għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u d-djalogu ta’ politika għandu jfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni.

    · Filwaqt li kull sforz għandu jsir biex jiġi assigurat li l-programmi nazzjonali huma adottati fl-2014, mhuwiex eskluż li xi programmi ma jkunux adottati qabel l-2015. Sabiex jiġi evitat it-telfien tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn relatati għall-2014, il-Kummissjoni għalhekk se temenda l-proposta tagħha għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 [COM (2011) 398 tad-29.06.2011] sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament għall-programmi implimentati taħt ġestjoni kondiviża taħt il-Fondi tal-Ażil u l-Migrazzjoni u s-Sigurtà Interna.

    · L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw annwalment dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-riżultati miksuba taħt il-programmi..

    · Għandu jkun hemm reviżjoni ta’ nofs il-perjodu fl-2017 li teżamina mill-ġdid is-sitwazzjoni f’kull Stat Membru. F'din l-okkażjoni jistgħu jiġu allokati riżorsi ġodda għall-perjodu 2018-2020.

    Għal ġestjoni diretta u indiretta

    · L-għanijiet li għandhom jinkisbu taħt il-programmi nazzjonali se jiġu kkumplimentati minn “azzjonijiet tal-Unjoni” kif ukoll mekkaniżmu ta’ intervent rapidu li jittratta ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni permezz ta’ għotjiet u akkwisti. Dawn se jinkludu wkoll azzjonijiet fi u b’rabta ma’ partijiet terzi kif indikati fil-Komunikazzjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali[7]. Dawn l-azzjonijiet m’għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn xieraq, l-għajnuna finanzjarja provduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna tal-UE, li jibqgħu s-sors ewlieni ta’ finanzjament li jgħinu partijiet terzi jibnu l-kapaċitajiet rilevanti tagħhom. Fl-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ, se titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-UE marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Il-kumplimentarjetà se tiġi żgurata permezz ta’ koordinazzjoni mtejba mal-SEAE u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni.

    · L-azzjonijiet tal-Unjoni u l-miżuri ta’ għajnuna ta’ emerġenza jistgħu jitwettqu wkoll mill-Aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet interni (Cepol, Europol, EASO, Frontex u l-Aġenzija tal-IT), fejn dan hu fl-interess tal-Unjoni, meta l-azzjonijiet huma ta’ natura ad hoc, u meta l-implimentazzjoni b’suċċess tagħhom tiddependi fuq il-ħila operazzjonali u teknika tal-Aġenzija kkonċernata. Dawn l-azzjonijiet se jiġu implimentati fil-qafas tal-missjonijiet tagħhom, skont il-bażijiet legali tagħhom, f'komplimentarjetà mal-programmi tax-xogħol tagħhom u mingħajr ħsara għat-tnaqqis previst fil-persunal globali .

    · L-għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni se tintuża biex tappoġġja l-Istati Membri u l-benefiċjarji, biex tinkoraġġixxi t-tagħlim reċiproku u ttejjeb il-komunikazzjoni (inkluża komunikazzjoni korporattiva fejn xieraq) u l-evalwazzjoni. Dawn l-approprjazzjonijiet se jappoġġjaw ukoll miżuri ta’ kontroll xierqa fl-Unjoni u f’partijiet terzi marbuta ma' azzjonijiet iffinanzjati u jmexxu s-sistema tal-IT użata għall-komunikazzjoni bejn Stati Membri u l-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża.

    5.2. Simplifikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni

    Għal ġestjoni kondiviża

    · Fil-bidu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, se jkun hemm djalogu ta’ dwar politika tal-affarijiet interni unika predominanti ma’ kull Stat Membru fuq l-użu tiegħu tal-Fondi, i.e. kif kull Stat Membru individwali se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-qasam tal-libertà, ġustizzja, sigurtà u ġustizzja bl-użu tal-baġit tal-Unjoni. Jekk ikun meħtieġ, dawn id-djalogi jistgħu jiġu preċeduti minn iżjed input / ċaqliq ġenerali mill-Kummissjoni dwar l-aspettattivi u l-qafas għad-djalogu (pereżempju fil-forma ta’ avveniment jew dokument ta’ gwida).

    · Il-qafas ġdid jirrappreżenta simplifikazzjoni ewlenija u tnaqqis tal-piż amministrattiv imqabbel mal-erba’ Fondi attwali, li jaħdmu kemm bi strateġija multiannwali u programmi annwali. In-numru massimu ta’ programmi se jkun 26 għall-AMF (minbarra d-Danimarka, jekk ir-Renju Unit u l-Irlanda kellhom jidħlu) u 27 għall-ISF (l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-Istati assoċjati ma’ Schengen se jipparteċipaw kollha fl-ISF fir-rigward tal-komponenti tal-fruntieri esterna u l-viża u l-kooperazzjoni tal-pulizija.

    · Numru baxx ta’ reviżjonijiet ta’ programmi nazzjonali huma mistennija: il-programmi se jikkonċentraw fuq l-għanijiet u l-miri u mhux fuq identifikazzjoni b’mod eżawrjenti tal-azzjonijiet. L-għan huwa li, safejn huwa possibbli, u minbarra għal ċirkostanzi ġodda jew mhux previdibbli, għandu jkun hemm, għal kull Stat Membri u għal kull Fond, deċiżjoni waħda li tapprova l-programmi multiannwali u, jekk ikun meħtieġ, deċiżjoni waħda li tirrevedi l-programm fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu.

    · Bħal fil-Fondi CSF, il-prinċipju ta’ sħubija għandu jiġi implimentat permezz ta’ kumitat ta’ monitoraġġ.

    · Kull Stat Membru se jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni u kontroll unika għal kull Fond, bil-possibbiltà li jkun hemm sistema waħda li tkopri ż-żewġ Fondi. Biex jittieħed kont tal-partikolaritajiet istituzzjonali nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu joħolqu awtoritajiet delegati, li lilhom l-awtoritajiet responsabbli jistgħu jiddelegaw kompiti partikolari (programmar u implimentazzjoni).

    · L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi determinata abbażi ta’ regoli nazzjonali, suġġett għal numru limitat ta’ prinċipji sempliċi komuni. Dan l-approċċ għandu jikkostitwixxi simplifikazzjoni importanti fil-ġestjoni tal-proġetti fil-livell tal-benefiċjarji. Opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati bħal rati fissi u somom f’daqqa jipprovdu l-mezzi għall-Istati Membri li jintroduċu ġestjoni orjentat lejn il-prestazzjoni fil-livell tal-benefiċjarji.

    Għal ġestjoni diretta u indiretta

    · Assistenza finanzjarja ser tkun disponibbli f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif definit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti speċifiċi. Il-mekkaniżmu għandu jingħata bidu mill-Kummissjoni, anke wara l-inizjattiva tal-Istati Membri, l-Artikolu 71 Kumitat (COSI) rappreżentat mill-Presidenza tal-Unjoni rispettiva jew partijiet interessati oħra bħal organizzazzjonijiet internazzjonali (il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, eċċ) u l-aġenziji tal-Unjoni fl-affarijiet interni.

    · Il-mezzi possibbli kollha se jintużaw biex jevitaw frammentazzjoni billi jikkonċentraw riżorsi fuq numru limitat ta’ għanijiet tal-Unjoni u bl-użu ta’ kompetenzi ta’ partijiet interessati ewlenin, fejn xieraq, abbażi ta’ ftehimiet ta’ sħubija u ftehimiet qafas.

    · Għall-appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT ġodda (“il-pakkett ta’ fruntieri intelliġenti”), id-deċiżjonijiet finanzjarji annwali attwali li jippermettu l-Kummissjoni għall-iżvilupp tal-partijiet ċentrali se jiġu mibdula b’qafas multiannwali.

    5.3. Flessibbiltà

    Għal ġestjoni kondiviża

    · L-impatt tar-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu jiddependi fuq is-sitwazzjoni fl-Istati Membri. L-Istati Membri li huma meqjusa li jkollhom riskji addizzjonali jew li jiksbu riżorsi addizzjonali li jimplimentaw prijoritajiet speċifiċi tal-Unjoni jkunu mistiedna li jirrevedu l-ammonti fil-pjan finanzjarju tagħhom u fejn xieraq li jiġu miżjuda elementi fil-programm tagħhom.

    · Flessibilità finanzjarja hija parti mill-pakkett tal-Ftehim attwali Interistituzzjonali dwar id-Dixxiplina Baġitarja u tal-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar l-MFF tal-2014-2020. Hija wkoll riflessa fil-proposta għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. Għalhekk se tiġi implimentata b'mod notevoli permezz tal-mekkaniżmi differenti pprovduti minn dawn il-proposti, waqt li wieħed iżomm f'moħħu l-ipprogrammar finanzjarju multiannwali u l-aġġornament annwali tieghu, l-allokazzjoni baġitarja annwali u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali bħala fażijiet ċentrali għall-implimentazzjoni tagħhom.

    · Ir-Regolamenti speċifiċi jistabbilixxu l-ammonti li se jiġu allokati għall-programmi nazzjonali, l-azzjonijiet tal-Unjoni u attivitajiet oħra. Madankollu, fil-pakkett globali ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti speċifiċi, huwa previst li l-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati, jibdlu ċerti ammonti sabiex tiżgura użu tajjeb tal-baġit tal-Unjoni.

    Għal ġestjoni diretta u indiretta

    · Approprjazzjonijiet annwali għal azzjonijiet tal-Unjoni, għajnuna ta’ emerġenza u, suġġetti għal-limiti massimi annwali, l-għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, huma meqjusa bħala “pakkett” wieħed, li b’hekk jippermetti flessibbiltà massima li jiġi deċiż minn sena finanzjarja waħda għal oħra fejn ir-riżorsi se jiġu allokati, skont il-ħtiġijiet speċifiċi.

    · L-azzjonijiet tal-Unjoni huma definiti b'mod wiesa’ sabiex jagħti lill-Kummissjoni l-għodod meħtieġa kollha biex jissodisfaw il-kompiti ta’ tfassil ta’ liġi u koordinazzjoni ta’ politika tagħha.

    – Jiffukaw fuq l-aspetti transnazzjonali (kooperazzjoni, analiżi komparattiva, netwerks), li jirrikjedu azzjonijiet konġunti fost l-Istati Membri kollha u attivament jappoġġjaw azzjonijiet ta’ rinfurzar kollettivi u reċiproċikament rinfurzanti u atturi oħra li jikkonsolidaw il-kooperazzjoni tal-Unjoni u li jġibu tagħlim u innovazzjoni reċiproċi.

    – Jippermettu wkoll azzjonijiet li ma humiex transnazzjonali iżda li huma ta’ interess partikolari għall-iżvilupp tal-politika f’dawk l-oqsma għall-Unjoni b'mod ġenerali.

    – Jistgħu jkopru azzjonijiet f’partijiet terzi u u b’rabta magħhom.

    – Ir-Regolamenti speċifiċi jipprevedu implimentazzjoni b’rabta mal-politiki u l-għanijiet kollha appoġġjati mill-Fondi u anke aspetti marbuta ma’ politika ta’ finanzjament tal-operazzjoni tal-Fondi. Fil-każ tal-komponent tal-fruntieri u l-viża tal-Fond għas-Sigurtà Interna, dan jista’ jinkludi l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ Schengen.

    · Għaldaqstant, ir-Regolamenti speċifiċi jipprevedu wkoll appoġġ għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u netwerks transnazzjonali (b’mod partikolari għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil) u l-ittestjar u l-validazzjoni tar-riċerka, e.ż. proġetti ta’ riċerka applikati biex titnaqqas id-differenza mill-Programm Orizzont 2020 għal użu operazzjonali (b’mod partikolari għall-Fond għas-Sigurtà Interna).

    5.4. Qafas ta’ rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni koerenti u effiċjenti

    Għal ġestjoni kondiviża

    · L-Istati Membri se jirrappurtaw annwalment dwar l-implimentazzjoni tal-programm multiannwali, bħala parti integrali tal-eżerċizzju tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Sabiex idaħħlu informazzjoni fil-proċess ta’ reviżjoni ta’ nofs il-perjodu, se jintalbu fl-2017 li jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-progress li sar fil-kisba tal-objettivi. Eżerċizzju simili se jitwettaq fl-2019, sabiex jippermetti, fejn xieraq, aġġustamenti matul l-aħħar sena finanzjarja (2020).

    · B’appoġġ tal-iżvilupp ta’ kultura bbażata fuq evalwazzjoni fil-qasam tal-affarijiet interni, il-Fondi se jkollhom qafas ta’ evalwazzoni u monitoraġġ komuni b’indikaturi marbuta ma’ politika wiesgħa li jenfasizzaw l-approċċ orjentat bir-riżultati għall-Fondi u r-rwol essenzjali li seta' jkollhom fit-taħlita tal-politika biex jinkisbu l-għanijiet lejn qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dawn l-indikaturi jirrelataw mal-impatt li l-Fondi jista' jkollhom: L-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sigurtà fil-fruntieri, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u ġestjoni ta’ kriżi; ġestjoni effettiva ta' flussi migratorji fl-UE; rattament ġust u ugwali ta' ċittadini ta' partijiet terzi; is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn Stati Membri fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni u s-sigurtà interna u approċċ komuni tal-Unjoni kemm dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà lejn partijiet terzi.

    · Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa tal-prinċipji dwar l-evalwazzjoni, u meta wieħed iżomm f’moħħu l-esperjenza prattika mal-evalwazzjoni fl-Istati Membri taħt il-finanzjament attwali tal-Unjoni dwar l-affarijiet interni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni l-qafas komuni ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ, inter alia billi jiġu definiti mudelli u indikaturi ta' produzzjoni u ta’ riżultati komuni.

    · Il-miżuri kollha se jiġu stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu s-sistemi tagħhom ta’ rappurtar u evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ prinċipji u rekwiżiti maqbula.

    · Għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u l-iżgurar ta' sinerġiji bejn rappurtar u evalwazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għal rapporti ta' evalwazzjoni se tibni fuq u tlesti l-informazzjoni provduta minn Stati Membri fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali tal-programmi nazzjonali.

    · Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim huwa dovut fl-2018 u għandu jiddaħħal fir-riflessjoni dwar il-perjodu ta’ pprogrammar sussegwenti.

    2011/0367 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi

    IL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 78 (2), 79 (2), 79 (4), 82 (1), 84 u 87 (2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1) Il-politika tal-affarijiet interni tal-Unjoni Ewropea hija li toħloq qasam ta’ libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja: żona mingħajr fruntieri interni fejn in-nies jistgħu jidħlu, jiċċaqalqu, jgħixu u jaħdmu liberament, kunfidenti li d-drittijiet tagħhom huma rispettati b’mod sħiħ u s-sigurtà tagħhom żgurata, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-isfidi bħall-iżvilupp ta' politika ta' immigrazzjoni tal-Unjoni komprensiva għat-titjib tal-kompetittività u koeżjoni soċjali tal-Unjoni, il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra theddid ta’ kriminalità serja organizzata, ċiberkriminalità u terroriżmu.

    (2) Il-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ tal-iżvilupp ta’ din iż-żona għandu jikkostitwixxi sinjal tanġibbli tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà li huma indispensabbli bħala intervent għall-isfidi komuni.

    (3) L-eżistenza ta’ qafas komuni għandha tiżgura l-koerenza meħtieġa, is-simplifikazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi ta’ dak il-finanzjament fost l-oqsma ta’ politika kkonċernati..

    (4) Qafas komuni għandu jistabbilixxi l-prinċipji ta’ għajnuna u jidentifika r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji.

    (5) Dan il-finanzjament tal-Unjoni jkun iżjed effiċjenti u mmirat aħjar kieku l-kofinanzjament ta’ azzjonijiet kienu bbażati fuq programmar multiannwali strateġiku, imfassal minn kull Stat Membru fi djalogu mal-Kummissjoni.

    (6) Miżuri fil-pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġjati permezz tar-regolamenti Speċifiċi għandhom jittieħdu f'sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħrajn barra l-Unjoni, appoġġjati permezz tal-istrumenti tal-assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn, għandu jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. M’għandhomx ikunu maħsuba biex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkomplimentaw, meta xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna. Il-koerenza se tiġi żgurata wkoll mal-politika umanitarja tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-għajnuna ta' emerġenza.

    (7) L-azzjoni esterna għandha tkun konsistenti u koerenti kif stipulat fl-Artikolu 18 (4) TUE.

    (8) Qabel il-preparazzjoni ta’ programmi multiannwali bħala mezz biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan il-finanzjament tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fi djalogu ta' politika u b'hekk jistabbilixxu strateġija koerenti għal kull Stat Membru individwali.

    (9) L-istrateġija għandha tkun suġġetta għal reviżjoni ta’ nofs il-perjodu, li tiżgura finanzjament xieraq fil-perjodu 2018-2020.

    (10) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati li tipprepara, timplimenta u timmonitorja l-programmi nazzjonali fil-perjodu multiannwali kollu. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kumitati ta’ monitoraġġ li jimmonitorjaw il-programmi nazzjonali u jassistuha fir-reviżjoni tal-implimentazzjoni u l-progress magħmul biex jntlaħqu l-għanijiet.

    (11) L-eliġibbiltà tan-nefqa taħt il-programmi nazzjonali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali, suġġett għal prinċipji komuni. Id-dati tal-bidu u l-għeluq għall-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom jiġu definiti biex jipprovdu għal regoli uniformi u ekwitabbli li japplikaw għall-programmi nazzjonali.

    (12) L-għajnuna teknika għandha tippermetti li l-Istati Membri li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom u li jassistu l-benefiċjarji fil-konformità mal-obbligi tagħhom u d-dritt tal-Unjoni.

    (13) Sabiex jiżgura qafas xieraq għall-provvista ta’ għajnuna ta’ emerġenza rapida, dan ir-Regolament għandu jiżgura appoġġ għal azzjonijiet li n-nefqa tagħhom saret qabel ma saret l-applikazzjoni għal din l-għajnuna, skont id-dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju[10] li tippermetti din il-flessibbiltà f’każijiet eċċezzjonali sostanzjati kif dovut.

    (14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonali fiċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, penali.

    (15) L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa li jiggarantixxu l-funzjonament xieraq tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll u l-kwalità tal-implimentazzjoni. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali u l-funzjonijiet meħtieġa li dawn is-sistemi għandhom iwettqu.

    (16) L-obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u l-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu speċifikati sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni effiċjenti u korretta tal-programmi nazzjonali tagħhom.

    (17) Skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja, permezz tas-sistemi tal-ġestjoni u kontrolli tagħhom, għall-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali.

    (18) L-awtoritajiet Responsabbli akkreditati mill-Istati Membri biss joffru assigurazzjoni raġonevoli li l-kontrolli meħtieġa twettqu qabel l-għoti ta’ appoġġ mill-baġit tal-Unjoni lill-benefiċjarji. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li n-nefqa magħmula minn awtoritajiet responsabbli akkreditati biss tista’ tiġi rimburżata mill-baġit tal-Unjoni.

    (19) Is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għall-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll, u li jirrikjedu l-azzjoni tal-Istat Membru, għandhom jiġu stabbiliti.

    (20) L-impenji tal-baġit tal-Unjoni għandhom isiru annwalment. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effettiva ta’ programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-ħlas tal-bilanċ annwali, u l-bilanċ finali.

    (21) Il-ħlas tal-prefinanzjament fil-bidu tal-programmi jiżgura li l-Istat Membru għandu l-mezzi li jipprovdi appoġġ lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni mill-adozzjoni tal-programm. Għaldaqstant, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal ammonti ta’ prefinanzjament inizjali. Il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi approvat bis-sħiħ meta jingħalaq il-programm.

    (22) Ir-reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju[11] tintroduċi bidliet fil-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu kkunsidrati.

    (23) Bl-għan li tissaħħaħ il-kontabilità għal nefqa kkofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f'sena partikolari, għandu jinħoloq qafas xieraq għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt dan il-qafas, l-Awtorità Responsabbli għandha tissottometti lill-Kummissjoni, fir-rigward ta’ programm nazzjonali, dikjarazzjoni ta’ ġestjoni akkompunjata mill-kontijiet nazzjonali, rapport sommarju u opinjoni ta’ verifika indipendenti u rapport ta’ kontroll..

    (24) Biex tiġi appoġġjata l-assigurazzjoni sottostanti l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni fuq in-natura u l-livell tal-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

    (25) Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tar-riżorsi tal-Unjoni, jista’ jkun meħtieġ għall-Kummissjoni li tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-Istati Membri, huwa importanti li jiġu definiti ċ-ċirkostanzi li taħthom il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli jista’ jwassal għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-korrezzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tista’ timponi fuq l-Istati Membri huma marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom ikunu ristretti għal każijiet fejn il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jikkonċerna direttament jew indirettament l-eliġibbiltà, ir-regolarità, il-ġestjoni jew il-kontroll tal-azzjonijiet u n-nefqa korrispondenti. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, hu importanti li l-Kummissjoni tqis in-natura u l-gravità tal-ksur meta tiddeċiedi l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja. F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni u l-proċedura li tista’ twassal għal deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja.

    (26) Sabiex tiġi stabbilita r-relazzjoni finanzjarja bejn l-Awtoritajiet Responsabbli u l-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet ta’ dawn l-awtoritajiet annwalment. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet iżda mhux il-konformità tan-nefqa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (27) Il-Kummissjoni, li hi responsabbli għall-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tiddeċiedi jekk in-nefqa li ssir mill-Istati Membri tikkonformax mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jingħataw id-dritt li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu pagamenti. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar in-nefqa mwettqa fil-passat, għandu jiġi stabbilit perjodu massimu għall-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi liema konsegwenzi finanzjarji għandhom isegwu min-nuqqas ta’ konformità.

    (28) Sabiex tiġi inkoraġġita d-dixxiplina finanzjarja, huwa xieraq li jiġu definiti arranġamenti għal diżimpenn ta' kwalunkwe parti mill-impenn tal-baġit fi programm nazzjonali, partikolarment fejn xi ammont jista' jiġi eskluż mid-diżimpenn, partikolarment meta dewmien fl-implementazzjoni jirriżulta minn proċedura legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett ta' sospensjoni jew minħabba forza maġġuri.

    (29) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-regoli ġenerali dwar id-diżimpenn, ir-regoli stabbiliti għandhom jipprovdu dettall dwar kif l-iskadenzi għad-diżimpenn huma stabbiliti u kif jiġu kkalkulati l-ammonti rispettivi.

    (30) Huwa importanti li l-kisbiet tal-finanzjament tal-Unjoni jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku ġenerali. Iċ-ċittadini għandhom dritt li jkunu jafu kif jintefqu r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Ir-responsabbiltà li tiżgura l-informazzjoni xierqa tiġi komunikata lill-pubbliku għandha tintrefa' kemm mill-Awtoritajiet Responsabbli u kif ukoll mill-benefiċjarji. Sabiex tiġi żgurata iżjed effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku in ġenerali u sinerġiji iżjed qawwija bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-baġit allokat għal azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan il-finanzjament tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu marbuta mal-għanijiet ġenerali ta’ dan il-finanzjament tal-Unjoni.

    (31) Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ tixrid wiesa' ta' informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni u sabiex jiġu infurmati benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu definiti regoli marbuti ma’ miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll ċerti karatteristiċi tekniċi ta’ dawn il-miżuri abbażi ta’ dan ir-Regolament u kull Stat Membru għandu jistabbilixxi websajt jew portal ta’ websajt bl-informazzjoni meħtieġa.

    (32) L-effikaċja u l-impatt ta’ azzjonijiet appoġġjati jiddependu wkoll fuq l-evalwazzjoni tagħhom u t-tixrid tar-riżultati tagħhom. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u l-arranġamenti li tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-evalwazzjoni u l-kwalità tal-informazzjoni relatata, għandhom jiġu formalizzati.

    (33) Sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-prinċipji komuni dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandu jkollhom trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (34) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jagħti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[12].

    (35) Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għal atti implimentattivi li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-forniment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi marbuta mal-forom mudell għall-forniment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

    (36) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġenerali ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. Taħt l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, dawn l-Istati Membri ma humiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma humiex marbuta ma’ jew suġġetti għall-applikazzjoni tiegħu. [JEW] [Taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda taw notika tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.]

    (37) Taħt l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu;

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Skop u kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi fir-rigward ta’:

    (a) il-finanzjament tan-nefqa;

    (b) is-sħubija, l-ipprogrammar, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

    (c) is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Istati Membri;

    (d) l-approvazzjoni ta’ kontijiet.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "Regolamenti Speċifiċi" tfisser

    – Regolament ../2012/UE [li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil għall-perjodu 2014-2020];

    – ir-Regolament …/2012/UE li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi;

    – Kwalunkwe Regolament ieħor li jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (b) “programmar” tfisser il-proċess tal-organizzazzjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-finanzjament f’diversi stadji intiżi għall-implimentazzjoni fuq bażi multiannwali, l-azzjoni konġunta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi;

    (c) “azzjoni” tfisser proġett jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-Awtorità Responsabbli tal-programm nazzjonali kkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi segwiti bir-Regolamenti Speċifiċi;

    (d) “azzjoni tal-Unjoni” tfisser azzjoni transnazzjonali jew azzjoni ta’ interess partikolari għall-Unjoni kif definit fir-Regolamenti Speċifiċi;

    (e) "proġett" tfisser il-mezzi speċifiċi, prattiċi użati għall-implimentazzjoni tal-azzjoni kollha jew parti minnha minn benefiċjarju tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

    (f) “għajnuna ta’ emerġenza” tfisser proġett jew grupp ta’ proġetti li jindirizzaw sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definit fir-Regolamenti Speċifiċi;

    (g) “benefiċjarju” tfisser ir-riċevitur ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt proġett, kemm jekk korp pubbliku jew privat, organizzazzjonijiet internazzjonali jew ir-Red Cross (ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u l-Qamar Felli Nazzjonali.

    KAPITOLU II

    PRINĊIPJI TA’ GĦAJNUNA

    Artikolu 3

    Prinċipji ġenerali

    1. Ir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jipprovdu appoġġ, permezz ta’ programmi nazzjonali, azzjonijiet tal-Unjoni u għajnuna ta’ emerġenza, li jikkumplimentaw intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, li jsegwu l-għanijiet tal-Unjoni.

    2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u kumplimentari ma' strumenti oħra tal-Unjoni Ewropea.

    3. L-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

    4. Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mal-SEAE fir-rigward ta’ azzjonijiet f’partijiet terzi u b’rabta magħhom, għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, u ma' politiki u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

    5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda skont l-Artikolu [26] tar-Regolament Finanzjarju.

    6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, b’mod partikolari permezz ta’ monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni.

    7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għal benefiċjarji.

    Artikolu 4

    Konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali

    L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

    Artikolu 5

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

    1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet ffinanzjati taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti l-irregolaritajiet, mill-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprekludu, jiskopru u jikkoreġu l-irregolaritajiet u għandhom jirkupraw ammonti mħallsa bi żball flimkien ma’ kwalunkwe interessi b’pagamenti tard. Għandhom jirrappurtaw dawn lill-Kummissjoni u għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-proċeduri amministrattivi u legali.

    3. Meta l-ammonti mħallsa bi żball lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati u dan huwa riżultat ta’ difett jew negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

    4. L-Istati Membri għandhom joffru prevenzjoni effettiva kontra l-frodi, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li għandhom jaġixxu bħala deterrent, fir-rigward il-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri.

    5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54, rigward l-obbligi ta’ Stati Membri speċifikati fil-paragrafu 4.

    6. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jawditjaw, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotja, kuntratturi u subkuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni skont ir-regoli speċifiċi.

    L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post ta’ operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament b’dan il-finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt b’rabta mal-finanzjament tal-Unjoni.

    Mingħajr ħsara għal-ewwel u t-tieni subparagrafu, ftehimiet ta’ koperazzjoni ma’ terzi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi għandhom espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

    Artikolu 6

    Programmar

    L-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi għandhom jiġu segwiti fi ħdan il-qafas tal-perjodu ta’ pprogrammar multiannwali mill-2014 sal-2020, suġġett għal reviżjoni ta' nofs il-perjodu taħt l-Artikolu 15.

    KAPITOLU III

    QAFAS FINANZJARJU GĦAL AZZJONIJIET TAL-UNJONI, GĦAJNUNA TA’ EMERĠENZA U TEKNIKA

    Artikolu 7

    Qafas ta' Implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għal azzjonijiet tal-Unjoni, għajnuna ta’ emerġenza u għajnuna teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-programm ta’ ħidma għal azzjonijiet tal-Unjoni u għajnuna ta’ emerġenza. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 55 (3).

    3. Sabiex tiġi żgurata disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi, il-Kummissjoni tista’ separatament tadotta programm ta’ ħidma għal għajnuna ta’ emerġenza.

    4. L-azzjonijiet tal-Unjoni, għajnuna ta’ emerġenza u għajnuna teknika jistgħu jiġu implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

    – direttament, mill-Kummissjoni jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi;

    – indirettament, minn entitajiet u persuni oħra minbarra Stati Membri skont l-Artikolu [57] tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 8

    Għajnuna ta’ emerġenza

    1. F'intervent għal sitwazzjoni ta' emerġenza kif definita fir-Regolamenti Speċifiċi, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi għajnuna ta' emerġenza.

    2. Fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli, l-għajnuna ta’ emerġenza tista’ tammonta għal 100 % tan-nefqa eliġibbli.

    3. Tista’ tikkonsisti f’għajnuna fl-Istati Membri u f’partijiet terzi skont l-għanijiet u l-azzjonijiet definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.

    4. Assistenza ta' emerġenza tista' tappoġġja n-nefqa li tkun saret qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jew talba għal assistenza, meta dan hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    Artikolu 9

    L-azzjonijiet tal-Unjoni u l-għajnuna ta’ emerġenza f’partijiet terzi jew b’rabta magħhom

    1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiffinanzja azzjonijiet tal-Unjoni u għajnuna ta’ emerġenza f’partijiet terzi jew b’rabta magħhom skont l-għanijiet u l-azzjonijiet definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.

    2. Meta dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati direttament, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitħallew li jissottomettu applikazzjonijiet:

    (a) Stati Membri;

    (b) partijiet terzi;

    (c) korpi konġunti stabbiliti mill-partijiet terzi u l-Unjoni jew mill-Istati Membri;

    (d) organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet reġjonali, il-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, dipartimenti u missjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u banek tal-iżvilupp u istituzzjonijiet ta' ġurisdizzjoni internazzjonali sakemm jikkontribwixxu għall-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi kkonċernati;

    (e) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u l-Qamar Felli;

    (f) Organizzazzjonijiet mhux governattivi stabbiliti u rreġistrati fl-Unjoni u fil-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

    Artikolu 10

    Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

    1. Fuq inizjattiva f'isem il-Kummissjoni u għan-nom tagħha, ir-Regolamenti Speċifiċi jistgħu jappoġġjaw il-miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u ta’ assistenza teknika, ta’ evalwazzjoni, verifika u kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    2. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

    (a) għajnuna għal preparazzjoni u valutazzjoni tal-proġett;

    (b) appoġġ għal tisħiħ istituzzjonali u bini tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

    (c) miżuri marbuta mal-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, kif ukoll miżuri marbuta mal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-kontroll u għajnuna teknika u amministrattiva;

    (d) l-installazzjoni, l-operazzjoni u l-interkonnessjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għal ġestjoni, monitoraġġ, verifika, kontroll u evalwazzjoni;

    (e) azzjonijiet li jxerrdu informazzjoni, jappoġġjaw netwerking, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, iqajmu kuxjenza u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma’ partijiet terzi. Sabiex iġibu iżjed effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubblika in ġenerali u sinerġiji iżjed b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għal azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu marbuta mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

    (f) l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għal ġestjoni, monitoraġġ, verifika, kontroll u evalwazzjoni;

    (g) id-disinn ta’ qafas komuni għal evalwazzjoni u monitoraġġ kif ukoll sistema ta' indikaturi, li jieħdu kont, fejn huwa xieraq, ta' indikaturi nazzjonali;

    (h) azzjonijiet li jtejbu metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiċi ta’ evalwazzjoni;

    (i) konferenzi, seminars, workshops u miżuri oħra komuni ta’ informazzjoni u taħriġ dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi għal awtoritajiet maħtura u benefiċjarji;

    (j) azzjonijiet marbuta ma’ verifika.

    3. L-azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw l-oqsfa finanzjarji preċedenti u sussegwenti.

    KAPITOLU IV

    PROGRAMMI NAZZJONALI

    Taqsima 1 Qafas tal-ipprogrammar u tal-Implimentazzjoni

    Artikolu 11

    Intervent sussidjarju u proporzjonali

    1. L-Istati Membri u l-korpi maħtura minnhom għal dan il-għan (“awtoritajiet maħtura”) għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ programmi u t-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u għar-Regolamenti Speċifiċi fil-livell xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u suġġett għal konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    2. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa b’rabta mar-rappurtar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll, għandhom iqisu l-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ appoġġ allokat.

    Artikolu 12

    Sħubija

    1.           Kull Stat Membru għandu jorganizza, skont ir-regoli u prattiċi nazzjonali attwali, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

    Dawn l-awtoritajiet u l-korpi għandhom jinkludu l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, u, fejn xieraq, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi jew imsieħba soċjali.

    2.           Is-sħubija għandha titwettaq b’konformità sħiħa mal-ġurisdizzjoni istituzzjonali, legali u finanzjarja rispettiva ta’ kull kategorija ta’ msieħba.

    3. L-imsieħba għandhom ikunu involuti fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ programmi nazzjonali.

    4. Kull Stat Membru għandu jwaqqaf kumitat ta’ monitoraġġ li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali.

    5. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f’kapaċità ta’ pariri.

    Artikolu 13

    Djalogu ta’ politika

    1. Biex iniedu l-perjodu ta’ pprogrammar, il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandu jkollhom djalogu ta’ politika dwar ir-rekwiżiti nazzjonali u l-kontribuzzjoni li l-baġit tal-Unjoni jista’ jipprovdi biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti, meta wieħed iżomm f’moħħu s-sitwazzjoni ta’ xenarju bażi fl-Istat Membru kkonċernat u l-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi. Id-djalogu ta’ politika għandu jirriżulta fil-konklużjoni ta’ minuti maqbula jew skambju ta’ ittri li għandhom jidentifikaw il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat u jservi bħala l-qafas għall-preparazzjoni tal-programmi nazzjonali.

    F’każijiet ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati f’partijiet terzi u b’rabta magħhom, dawn l-azzjonijiet m’għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u d-djalogu tal-politika għandu jsegwi koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija fir-rigward tal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat.

    2. Fil-kuntest tal-eżaminazzjoni tat-talba għall-ħlas imsemmija fl-Artikolu 39 u r-rapport ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 49, l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jirrevedu l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali, filwaqt li jibqgħu kkunsidrati l-konklużjonijiet tad-djalogu ta’ politika.

    Artikolu 14

    Preparazzjoni u approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali

    1. Kull Stat Membru għandu jipproponi, abbażi tal-konklużjonijiet tad-djalogu tal-politika msemmi fl-Artikolu 13 (1), programm nazzjonali skont ir-Regolamenti Speċifiċi.

    2. Kull programm nazzjonali propost ikopri s-snin finanzjarji tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u jikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

    (a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ta’ xenarju bażi fl-Istat Membru;

    (b) analiżi tar-rekwiżiti fl-Istat Membru u l-għanijiet nazzjonali ddeżinjati li jilħqu dawk ir-rekwiżiti matul il-perjodu kopert mill-programm;

    (c) strateġija xierqa li tidentifika l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti bl-appoġġ tal-baġit tal-Unjoni, b’miri għall-kisba tagħhom, skeda taż-żmien indikattiva u eżempji ta’ azzjonijiet previsti li jilħqu dawn l-għanijiet;

    (d) il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn l-istrumenti stabbiliti mir-Regolamenti Speċifiċi u strumenti oħra tal-Unjoni u nazzjonali;

    (e) informazzjoni dwar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li għandu jiddaħħal fis-seħħ u l-indikaturi li għandhom jintużaw biex ikejlu l-progress fl-implimentazzjoni tal-għanijiet segwiti b’rabta mas-sitwazzjoni ta’ xenarju bażi fl-Istat Membru;

    (f) arranġamenti li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-appoġġ tal-baġit tal-Unjoni, inkluż l-użu ppjanat ta' assistenza teknika u l-approċċ magħżul għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija stabbilit fl-Artikolu 12;;

    (g) abbozz ta’ pjan ta’ finanzjament maqsum b’kull sena finanzjarja tal-perjodu;

    (h) il-mekkaniżmi u l-metodi li għandhom jintużaw biex jippubbliċizzaw il-programm nazzjonali;

    (i) id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-programm nazzjonali li jinkludu l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet deżinjati.

    3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-programmi nazzjonali proposti lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur wara li d-djalogu ta' politika msemmi fl-Artikolu 13 (1) ikun ġie konkluż.

    4. Il-programmi nazzjonali għandhom jitfasslu skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55 (2).

    5. Qabel ma tapprova programm nazzjonali propost, il-Kummissjoni għandha teżamina:

    (a) il-konsistenza tiegħu mal-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi u l-konklużjonijiet tal-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13 (1);

    (b) ir-rilevanza tal-għanijiet, miri, indikaturi, l-iskeda taż-żmien u l-eżempji tal-azzjonijiet previsti fil-programm nazzjonali propost fid-dawl tal-istrateġija li hija proposta;

    (c) ir-rilevanza tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (i) paragrafu 2 fid-dawl tal-azzjonijiet previsti;

    (d) il-konformità tal-programm propost mad-dritt tal-Unjoni;

    (e) il-kumplimentarjetà mal-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni inkluż il-Fond Soċjali Ewropew;

    (f) Fejn applikabbli taħt Regolament Speċifiku, għal għanijiet u eżempji ta’ azzjonijiet f’partijiet terzi jew b’rabta magħhom, koerenza mal-prinċipji u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u politika barranija marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat.

    6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-programm nazzjonali propost. Meta l-Kummissjoni tqis li programm nazzjonali propost huwa inkonsistenti mal-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi, insuffiċjenti fid-dawl tal-istrateġija jew ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni, għandha tistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, biex jirrevedi l-programm nazzjonali propost. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-programm nazzjonali propost.

    7. Il-Kummissjoni għandha tapprova, b’att ta’ implimentazzjoni, kull programm nazzjonali mhux iżjed tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni formali mill-Istat Membru, sakemm kwalunkwe osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni jkunu ġew ikkunsidrati b’mod sodisfaċenti.

    8. Fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, programm nazzjonali approvat jista’ jiġi eżaminat mill-ġdid u, fejn meħtieġ, rivedut għall-kumplament tal-perjodu ta' pprogrammar.

    Artikolu 15

    Reviżjoni ta’ nofs il-perjodu

    1. Fl-2017, il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandhom jeżaminaw mill-ġdid is-sitwazzjoni, fid-dawl tal-iżviluppi fil-politiki tal-Unjoni u fl-Istat Membru kkonċernat.

    2. Wara din l-eżaminazzjoni mill-ġdid, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu l-programmi nazzjonali tagħhom. Programmi nazzjonali għandhom jiġu rrivedutii għal dawk l-Istati Membri li se jirċievu allokazzjonijiet addizzjonali skont ir-Regolamenti Speċifiċi.

    3. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar il-preparazzjoni u l-approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-preparazzjoni u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali riveduti.

    4. Wara t-tlestija tar-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu mwettaq skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi. Wara t-tlestija tal-eżami ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar reviżjoni intermedja mwettqa konformement mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    Artikolu 16

    Struttura ta’ finanzjament

    1. Struttura ta’ finanzjament Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti taħt il-programmi nazzjonali għandhom jieħdu l-forma ta’ għotjiet.

    2. L-azzjonijiet appoġġjati taħt il-programmi nazzjonali għandhom ikunu kkonfinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati, għandhom ikunu ta’ natura mingħar skop ta’ qligħ u ma għandhomx ikunu suġġetti għal finanzjament minn sorsi oħra koperti mill-baġit tal-Unjoni.

    3. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett.

    4. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiġi miżjuda sa 90 % taħt azzjonijiet speċifiċi jew prijoritajiet strateġiċi kif definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.

    5. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiġi miżjuda wkoll għal 90 % f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, b’mod partikolari jekk il-proġetti ma setgħux ġew implimentati b’mod ieħor u l-għanijiet tal-programm nazzjonali ma kinux jintlaħqu.

    Artikolu 17 Prinċipji Ġenerali ta' Eliġibbiltà

    1. L-eliġibbiltà ta’ nefqa għandha tiġi determinata abbażi ta’ regoli nazzjonali, minbarra fejn regoli speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness ma' dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti Speċifiċi.

    2. Skont ir-Regolamenti Speċifiċi, biex in-nefqa tkun eliġibbli, trid tkun:

    (a) taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi u l-għanijiet tagħhom;

    (b) meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet koperti mill-proġett ikkonċernat;

    (c) raġonevoli u li tikkonforma mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari valur għal flus u kost-effikaċja.

    3. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolamenti Speċifiċi jekk

    – tkun saret u mħallsa minn benefiċjarju bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2022; u

    – tkun ġiet attwalment imħallsa mill-Awtorità Responsabbli akkreditata bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2023.

    4. In-nefqa inkluża fit-talbiet għall-pagamenti mill-benefiċjarju lill-Awtorità Responsabbli għandha tkun appoġġjata b’fatturi jew dokumenti ta’ kontabilità ta’ valur ta’ prova ekwivalenti, minbarra għal forom ta’ appoġġ taħt l-Artikolu 18 (1) (b), (c) u (d). Għal dawn il-forom ta’ appoġġ, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-ammonti inklużi fit-talba għall-pagament għandhom ikunu l-ispiża rimburżata lill-benefiċjarju mill-Awtorità Responsabbli.

    5. Id-dħul nett direttament ġenerat bi proġett waqt l-implimentazzjoni tiegħu li ma ġiex ikkunsidrat fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-proġett, għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-proġett fit-talba għall-pagament finali sottomessa mill-benefiċjarju.

    Artikolu 18

    Nefqa eliġibbli

    1. In-nefqa eliġibbli tista’ tiġi rimburżata fil-metodi li ġejjin:

    (a) rimborż ta’ spejjeż eliġibbli li saru attwalment u mħallsa, flimkien ma’, fejn applikabbli, deprezzament;

    (b) skala standard ta’ spejjeż ta’ unità;

    (c) somom f’daqqa;

    (d) finanzjament b’rata fissa determinat bl-applikazzjoni ta’ perċentwal għal kategorija definita ta’ spejjeż jew iżjed minn waħda.

    2. L-opzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkombinati meta kull waħda tkopri kategorija differenti ta’ spejjeż jew meta jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn azzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta’ azzjoni.

    3. Meta proġett jiġi implimentat esklussivament permezz tal-ksib ta’ xogħolijiet, oġġetti jew servizzi, il-paragrafu 1 (a) biss għandu japplika.

    4. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 (b), (c) u (d) għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem f’waħda mill-metodi li ġejjin:

    (a) metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:

    (i)      dejta statistika jew informazzjoni oġġettiva oħra; jew

    (ii)      id-dejta storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali jew l-applikazzjoni tal-prattiċi ta’ kontabilità ta’ spejjeż soliti tagħhom;

    (b) metodi u skala korrispondenti ta’ spejjeż ta’ unità korrispondenti, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tipi simili ta’ azzjoni/proġett u benefiċjarju;

    (c) metodi u skala korrispondenti ta’ spejjeż ta’ unità, somom f’daqqa u rati fissi applikati taħt skemi għal għotjiet iffinanzjati kompletament mill-Istat Membru għal tip simili ta’ azzjoni/proġett u benefiċjarju;

    5. Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal appoġġ għal kull proġett / azzjoni għandu jistabbilixxi l-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-azzjoni u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għotja.

    6. Fejn l-implimentazzjoni ta' proġett tagħti lok għal spejjeż indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkulati bħala rata fissa f'wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a) rata fissa sa massimu ta’ 20 % ta’ spejjeż diretti eliġibbli, meta r-rata hi kkalkulata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli jew metodu applikat taħt skemi għal għotjiet iffinanzjati kompletament mill-Istat Membru għal tip simili ta’ azzjoni/proġett jew benefiċjarju;

    (b) rata fissa sa massimu ta’ 15 % ta’ spejjeż diretti tal-persunal eliġibbli; jew

    (c) rata fissa applikata għal spejjeż direttament eliġibbli bbażati fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ azzjoni/proġett u benefiċjarju.

    7. L-għotjiet li għalihom l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni ma jeċċedix EUR 50 000 għandhom jieħdu l-forma ta’ somom f’daqqa jew skala standard ta’ spejjeż ta’ unità.

    8. Il-finanzjament b’rata fissa, l-iskala standard ta’ spejjeż ta’ unità u s-somom f’daqqa msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu kkalkulati fuq approċċ ta’ kull proġett għalih b’referenza għal abbozz ta’ baġit maqbul ex ante mill-Awtorità Responsabbli għal għotjiet li għalihom il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma teċċedix EUR 100 000.

    9. L-ispejjeż tad-deprezzament jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) in-nefqa hi eliġibbli skont ir-regoli tal-eliġibbiltà tal-programm nazzjonali;

    (b) l-ammont tan-nefqa hu ġustifikat kif dovut b’dokumenti ta’ appoġġ li għandhom valur ta’ prova ekwivalenti għal fatturi meta rimburżati fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu (1);

    (c) l-ispejjeż marbuta esklussivament mal-perjodu ta’ appoġġ għall-proġett;

    (d) appoġġ mill-baġit tal-Unjoni ma jkunx ikkontribwixxa għall-akkwist tal-assi deprezzati.

    Artikolu 19

    Nefqa ineliġibbli

    In-nefqa li ġejja m’għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni taħt ir-Regolamenti Speċifiċi:

    (a) interessi fuq id-dejn;

    (b) ix-xiri tal-art mhux mibnija;

    (c) ix-xiri ta’ art mibnija fuq, meta l-art hi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett, fl-ammont li jeċċedi 10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-proġett ikkonċernat;

    (d) taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, l-ammonti ta’ VAT għandhom ikunu eliġibbli meta ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati taħt il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali u huma mħallsa minn benefiċjarju ieħor minbarra persuna mhux taxxabbli kif definita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13 (1) tad-Direttiva 2006/112/KE, sakemm dawn l-ammonti tal-VAT ma sarux b’rabta mal-provvista tal-infrastruttura.

    Artikolu 20

    Għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri

    1. Fuq inizjattiva ta’ Stat Membru għal kull programm nazzjonali, ir-Regolamenti Speċifiċi jistgħu jappoġġjaw azzjonijiet għal preparazzjoni, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, netwerking, kontroll u verifika, kif ukoll miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    2. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu

    (a) nefqa marbuta mal-preparazzjoni, l-għażla, l-istima, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta’ azzjonijiet jew proġetti;

    (b) nefqa marbuta ma’ verifiki u kontrolli fuq il-post ta’ azzjonijiet jew proġetti;

    (c) nefqa marbuta ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

    (d) nefqa marbuta ma’ informazzjoni, tixrid u trasparenza b’rabta ma’ azzjonijiet jew proġetti;

    (e) nefqa fuq l-akkwist, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

    (f) Nefqa fuq laqgħat ta' kumitati u sottokumitati ta' monitoraġġ għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet; din in-nefqa tista’ tinkludi wkoll l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħra f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn partijiet terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet jew proġetti;

    (g) nefqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    3. L-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jappoġġjaw azzjonijiet għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal benefiċjarji, inklużi sistemi ta’ skambju ta’ dejta elettronika, u azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-Istati Membri sabiex jamministraw u jużaw l-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi.

    4. L-azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw l-oqsfa finanzjarji preċedenti u sussegwenti.

    Taqsima 2 Ġestjoni u Kontroll

    Artikolu 21 Prinċipji ġenerali ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll

    Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għandhom jipprovdu għal:

    (a) deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kull korp ikkonċernat fil-ġestjoni u l-kontroll, u fl-allokazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan kull korp;

    (b) konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn dawn il-korpi u fi ħdanhom;

    (c) proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata;

    (d) sistemi kompjuterizzati għall-kontabilità, għall-ħżin u t-trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja u dejta dwar indikaturi, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar;

    (e) sistemi għar-rappurtar u l-monitoraġġ fejn l-Awtorità Responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor;

    (f) arranġamenti għall-verifika tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll;

    (g) sistemi u proċeduri sabiex jiżguraw proċess ta’ verifika xieraq;

    (h) il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, inklużi frodi, u l-irkupru ta’ ammonti li ma kellhom jitħallsu, flimkien ma’ kwalunkwe interessi.

    Artikolu 22 Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

    1. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-ġestjoni, il-kontroll u l-verifika u jerfgħu r-responsabbiltajiet riżultanti stabbiliti fir-regoli dwar il-ġestjoni konġunta stipulati fir-Regolament Finanzjarju u dan ir-Regolament. Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom għal programmi huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li s-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv.

    3. L-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi xierqa għal kull korp sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom matul il-perjodu ta’ pprogrammar.

    4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ proġetti skont dan ir-Regolament.

    5. L-iskambji ta’ informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membri u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu bl-użu ta’ sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta stabbilita mill-Kummissjoni.

    Artikolu 23 Awtoritajiet maħtura

    1. Għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu, kull Istat Membru għandu jaħtar il-korpi li ġejjin:

    (a)     awtorità ta’ akkreditazzjoni kif definita fl-Artikolu [56] tar-Regolament Finanzjarju;

    (b)     Awtorità Responsabbli akkreditata: korp fis-settur pubbliku tal-Istat Membru, li għandu jkun waħdu responsabbli għall-ġestjoni xierqa u l-kontroll tal-programm nazzjonali u li għandu jiġġestixxi l-komunikazzjoni kollha mal-Kummissjoni;

    (c)     Awtorità ta’ Verifika: awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, li jkun funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Responsabbli u l-awtorità ta’ akkreditazzjoni u li għandha tkun responsabbli għall-verifika tal-funzjonament effettiva tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll;

    (d)     fejn xieraq, Awtorità Delegata: kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jwettaq ċerti kompiti tal-Awtorità Responsabbli taħt ir-responsabbiltà ta’ dik l-Awtorità.

    2. Kull Stat Membru għandu jiddetermina regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet tiegħu mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni.

    Artikolu 24 Akkreditazzjoni ta' Awtoritajiet Responsabbli

    1. Skont l-Artikolu [56 (3) ] tar-Regolament Finanzjarju, kull Awtorità Responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ nefqa taħt dan ir-Regolament għandha tiġi akkreditata permezz ta’ deċiżjoni formali ta’ awtorità ta’ akkreditazzjoni fil-livell ministerjali.

    2. L-akkreditazzjoni għandha tingħata suġġett għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, informazzjoni u komunikazzjoni, u monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu.

    3. L-akkreditazzjoni għandha tiġi bbażata fuq opinjoni ta’ korp ta’ verifika indipendenti li jevalwa l-konformità tal-Awtorità Responsabbli ma' kriterji ta' akkreditazzjoni. Il-korp ta’ verifika indipendenti għandu jwettaq ix-xogħol tiegħu skont standards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment.

    4. L-awtorità ta’ akkreditazzjoni għandha tissorvelja l-Awtorità Responsabbli akkreditata u tirtira l-akkreditazzjoni tagħha permezz ta' deċiżjoni formali jekk waħda jew iżjed mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni ma jibqgħux jintlaħqu, sakemm l-Awtorità Responsabbli ma tiħux l-azzjonijiet rimedjali meħtieġa f'perjodu ta’ prova li għandu jiġi determinat mill-awtorità ta’ akkreditazzjoni skont is-severità tal-problema. Il-korp ta’ akkreditazzjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih bit-twaqqif ta’ kwalunkwe perjodu ta’ probazzjoni għal Awtorità Responsabbli akkreditata u bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ rtirar.

    5. Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni soda ta’ din is-sistema, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 li jikkonċernaw:

    (a) kundizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-Awtoritajiet Responsabbli fir-rigward tal-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ, kif ukoll regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ u l-irtirar ta' akkreditazzjoni;

    (b) regoli relatati mas-superviżjoni u l-proċedura għar-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-Awtoritajiet Responsabbli;

    (c) l-obbligi tal-Awtoritajiet Responsabbli fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom.

    Artikolu 25 Prinċipji ġenerali dwar il-kontrolli mill-Awtoritajiet Responsabbli

    1. L-Awtoritajiet Responsabbli għandhom iwettqu kontroll amministrattiv sistematiku tat-talbiet kollha ta’ ħlas mill-benefiċjarji u għandhom jissupplimentawhom b’vkontrolli fuq il-post tan-nefqa marbuta mat-talbiet ta’ pagament finali mill-benefiċjarji li huma ddikjarati fil-kontijiet annwali bl-għan li jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ assigurazzjoni.

    2. Fir-rigward tal-kontrolli fuq il-post, l-Awtorità Responsabbli għandha tislet il-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni sħiħa ta’ benefiċjarji li jinkludu, fejn huwa xieraq, parti aleatorju u parti bbażata fuq riskju, sabiex tinkiseb rata ta’ żball rappreżentattiva u livell minimu ta’ kunfidenza, filwaqt li jiġu mmirati wkoll l-ogħla żbalji.

    3. L-Awtorità Responsabbli għandha tfassal rapport ta’ kontroll dwar kull kontroll fuq il-post.

    4. Meta problemi skoperti jidhru li jkunu sistematiċi fin-natura u jistgħu għaldaqstant jinvolvu riskju għal proġetti oħra, l-Awtorità Responsabbli għandha tiżgura li titwettaq iżjed eżaminazzjoni, inklużi kontrolli addizzjonali fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi stabbilita l-iskala ta’ dawn il-problemi u jekk ir-rata tal-iżball huwiex ’il fuq mil-livell tal-materjalità. Il-miżuri ta’ prevenzjoni u korrettivi meħtieġa għandhom jittieħdu mill-Awtorità Responsabbli u jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 39 (1) (c).

    5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli meħtieġa bl-għan li tintlaħaq applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawn ir-regoli jistgħu b’mod partikolari jkunu marbuta ma’ dan li ġej:

    (a) ir-regoli li jikkonċernaw kontrolli amministrattivi u fuq il-post li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi, impenji u regoli tal-eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

    (b) ir-regoli dwar il-livell minimu ta’ kontrolli fuq il-post meħtieġa għal ġestjoni effettiva tar-riskji, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri għandhom iżidu dawn il-kontrolli, jew jistgħu jnaqqsuhom meta s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b’mod xieraq u r-rati tal-iżball jkunu f’livell aċċettabbli;

    (c) ir-regoli u l-metodi dwar ir-rappurtar tal-kontrolli u l-verifika mwettqa u r-riżultati tagħhom.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 55 (3).

    Artikolu 26 Ħlas lill-benefiċjarji

    L-Awtoritajiet Responsabbli għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-appoġġ pubbliku mill-iktar fis possibbli u b’mod sħiħ. L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti m'għandhom jiġu imposti li jnaqqsu dawn l-ammonti għall-benefiċjarji.

    Artikolu 27 Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

    1. L-awtorità ta’ verifika għandha tiżgura li l-verifiki huma mwettqa fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, fuq kampjun xieraq tan-nefqa inkluża fil-kontijiet annwali.

    Il-Kummissjoni għandha jkollu s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 dwar l-istatus tal-Awtoritajiet ta’ Verifika u l-kundizzjonijiet li dawn il-verifiki għandhom jissodisfaw.

    2.         Meta l-verifiki jitwettqu minn korp ieħor minbarra l-Awtorità ta’ Verifika, l-Awtorità ta’ Verifika għandha tiżgura li kwalunkwe tali korp ikollu l-indipendenza funzjonali meħtieġa.

    3.         L-Awtorità ta’ Verifika għandha tiżgura li x-xogħol ta’ verifika jikkunsidra standards ta’ verifika aċċettata internazzjonalment.

    Artikolu 28 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditjar

    1.           Il-Kummissjoni għandha tikkoopera ma’ awtoritajiet ta’ verifika biex jikoordinaw il-pjanijiet u metodi ta’ verifika rispettivi u għandhom minnufih jiskambjaw ir-riżultati ta’ verifiki mwettqa fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

    2.           Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ verifika għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena, sakemm mhux maqbul mod ieħor, biex jeżaminaw ir-rapport ta’ kontroll u l-opinjoni annwali, u biex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet marbuta ma’ titjib tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll.

    Artikolu 29 Kontrolli u awditjar mill-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-proċedura ta’ akkreditazzjoni, id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni annwali, ir-rapporti ta’ kontroll annwali, l-opinjonijiet ta’ verifiki annwali, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u verifiki mwettqa minn korpi nazzjonali u tal-Unjoni, sabiex jevalwaw li l-Istati Membri waqqfu sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv waqt l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-Istati Membri, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki jew kontrolli fuq il-post meta jagħtu avviż xieraq bil-quddiem. L-uffiċjali jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki jew kontrolli.

    3. Il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dawn il-verifiki jew kontrolli jistgħu jinkludu, b'mod partikolari:

    (a) il-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fi programm nazzjonali jew parti minnu;

    (b) il-konformità ta' prattiċi amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;

    (c) l-eżistenza tad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa u l-korrellazzjoni tagħhom mal-azzjonijiet appoġġjati taħt il-programmi nazzjonali;

    (d) it-termini li taħthom l-azzjonijiet ikunu ttieħdu u ġew ikkontrollati;

    (e) evalwazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja soda tal-azzjonijiet u/jew tal-programm nazzjonali.

    4. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, li għandhom is-setgħa li jwettqu verifiki fuq il-post, għandu jkollhom aċċess għar-rekords, dokumenti u metadejta kollha, irrispettivament mill-mezz li fih jiġu maħżuna, marbuta ma’ nefqa jew ma' sistema ta’ ġestjoni u kontroll. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kopji ta’ dawn ir-rekords, dokumenti u metadejta lill-Kummissjoni meta jintalbu.

    Is-setgħat stabbiliti f'dan il-paragrafu m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriservaw ċerti atti għal aġenti ddeżinjati speċifikament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jieħdu sehem, inter alia, fi żjarat fid-djar jew fl-intervisti formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni hekk miksuba.

    5. Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru, kontrolli jew inkjesti addizzjonali fuq l-azzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni delegati mill-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’tali kontrolli.

    Sabiex ittejjeb il-kontrolli, il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti kontrolli jew inkjesti.

    6. Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll tagħha jew il-korrettezza tan-nefqa skont ir-regoli applikabbli.

    Taqsima 3 Ġestjoni Finanzjarja

    Artikolu 30 Impenji tal-Baġit

    1. L-impenji tal-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm nazzjonali għandhom isiru f’pagamenti akkont annwali waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

    2. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova kull programm nazzjonali għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni ta’ finanzjament fi ħdan it-tifsir tal-Artikolu [81 (2)] tar-Regolament Finanzjarju, u ladarba nnotifikat lill-Istat Membru kkonċernat, impenn legali skont it-tifsir ta’ dak ir-Regolament.

    3. Għal kull programm nazzjonali, l-impenn tal-baġit għall-ewwel pagament akkont għandu jsegwi l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali mill-Kummissjoni.

    4. L-impenji tal-baġit għal pagamenti akkont sussegwenti għandhom isiru mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, minbarra fejn japplika l-Artikolu [13] tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 31 Regoli komuni għall-ħlasijiet

    1. Il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u suġġetti għal finanzjament disponibbli. Kull pagament għandu jiġi trasferit lill-eqreb impenn tal-baġit miftuħ ikkonċernat.

    2. Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament inizjali, pagamenti tal-bilanċ annwali u l-pagament tal-bilanċ finali.

    3. L-Artikolu [87] tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika:

    Artikolu 32 Akkumulazzjoni ta’ prefinanzjament inizjali u bilanċi annwali

    1. It-total tal-pagament tal-prefinanzjament inizjali u l-pagamenti tal-bilanċ annwali m’għandhomx jeċċedu 95 % tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali.

    2. Meta jintlaħaq il-limitu massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jittrażmettu t-talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni.

    Artikolu 33 Arranġamenti ta' prefinanzjament inizjali

    1. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali, ammont ta’ prefinanzjament inizjali għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu għandu jitħallas mill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta 4% tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat. Jista’ jiġi maqsum f’żewġ pagamenti akkont skont id-disponibbiltà tal-baġit.

    2. Jekk programm nazzjonali jiġi approvat fl-2015 jew iżjed tard, il-pagamenti akkont għandhom jitħallasu fis-sena tal-approvazzjoni.

    3. Il-prefinanzjament għandu jintuża biss sabiex isiru pagamenti lil benefiċjarji li jimplimentaw il-programm nazzjonali. Għandu jkun magħmul disponibbli mingħajr dewmien lill-Awtorità Responsabbli għan dan l-għan.

    4. L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament għandu jiġi rimburżat lill-Kummissjoni jekk l-ebda talba għall-pagament skont l-Artikolu 39 ma tintbagħatx fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament akkont tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali.

    5. L-interess iġġenerat fuq il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi trasferit lill-programm nazzjonali kkonċernat u mnaqqas mill-ammont ta’ nefqa pubblika indikat fit-talba għall-pagament finali.

    6. L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali għandu jiġi totalment approvat mill-kontijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 36 mhux iżjed tard minn meta l-programm nazzjoni jingħalaq.

    Artikolu 34 Definizzjoni tas-sena finanzjarja

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sena finanzjarja għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul irċevut u mdaħħla fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda mis-16 ta’ Ottubru tas-sena "N-1" u jintemm fil-15 t’Ottubru tas-sena "N".

    Artikolu 35   Ħlas tal-bilanċ attwali

    1. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ annwali, suġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja korrispondenti tal-programm nazzjonali u d-deċiżjoni tal-approvazzjoni korrispondenti.

    2. Il-kontijiet annwali għandhom ikopru l-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responsabbli matul is-sena finanzjarja li għalihom ir-rekwiżiti ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 25 intlaħqu.

    3. Il-bilanċ annwali għandu jitħallas mhux iżjed tard minn sitt xhur wara li l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 39 (1) u l-Artikolu 49 huma meqjusa ammissibbli mill-Kummissjoni u l-aħħar kont annwali jkun ġie approvat.

    Artikolu 36 Għeluq tal-programm

    1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dokumenti li ġejjin sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2023:

    (a) l-informazzjoni meħtieġa għall-aħħar kontijiet annwali, skont l-Artikolu 39 (1);

    (b) talba għal ħlas tal-bilanċ finali; u

    (c) ir-rapport ta’ implimentazzjoni finali għall-programm nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 49 (1).

    2. Il-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responabbli mis-16 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandhom jiġu inklużi fl-aħħar kontijiet annwali.

    3. Wara li jirċievu d-dokumenti mniżżla fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ finali, suġġett għal disponibbiltà tar-riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, l-aħħar kontijiet annwali u d-deċiżjoni tal-approvazzjoni korrispondenti.

    4. Il-bilanċ finali għandu jitħallas mhux iżjed tard minn tliet xhur wara d-data tal-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena finanzjarja finali jew xahar mid-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali tal-implimentazzjoni, skont liema data tkun l-aħħar. L-ammonti li jkunu għadhom impenjati wara li jitħallas il-bilanċ għandhom jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni fi żmien perjodu ta’ sitt xhur, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47.

    Artikolu 37 Interruzzjoni tal-perjodu tal-ħlas

    1. Il-perjodu ta’ ħlas wara talba għal ħlas jista’ jiġi interrott mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega skont it-tifsir tar-Regolament Finanzjarju għal perjodu massimu ta’ disa’ xhur, meta tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) wara informazzjoni provduta minn korp ta’ verifika nazzjonali jew tal-Unjoni, ikun hemm provi li jissuġġerixxu defiċjenza sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll;

    (b) l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jirċievi informazzjoni li twissieh li n-nefqa f’talba għall-ħlas hija konnessa ma’ irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;

    (c) ma ġewx sottomessi dokument wieħed jew iżjed meħtieġa taħt l-Artikolu 39 (1).

    2. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jillimita l-interruzzjoni għall-parti tan-nefqa koperta mit-talba għall-ħlas milquta mill-elementi msemmija fil-paragrafu 1. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jinforma l-Istat Membru u l-Awtorità Responsabbli minnufih bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandu jsaqsiehom biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni għandha tinġieb fi tmiemha mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega hekk kif ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa.

    Artikolu 37a Sospensjoni tal-ħlasijiet

    1. Il-bilanċ annwali kollu jew parti minnu jista' jiġi sospiż mill-Kummissjoni fejn:

    (a) ikun hemm nuqqas serju fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-programm li jaffettwa l-affidabbiltà tal-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħlasijiet u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi; jew

    (b) in-nefqa f'dikjarazzjoni ċertifikata tal-infiq hija marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkorreġuta; jew

    (c) ikun hemm ksur gravi minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 22(1) u (2).

    2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-bilanċ annwali kollu jew parti minnu wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn.

    3. Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-bilanċ annwali kollu jew parti minnu fejn l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni. Fejn il-miżuri meħtieġa ma jittieħdux mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni sabiex tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-Unjoni kollha jew parti minnha għall-programm operattiv skont l-Artikolu 42.

    Artikolu 38 L-użu tal-euro

    1. L-ammonti stabbiliti fil-programmi sottomessi mill-Istati Membri, it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, it-talbiet għall-ħlas, il-kontijiet u n-nefqa annwali msemmija fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom jiġu denominati f’euro.

    2. L-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom fid-data ta’ talba għall-ħlas għandhom jikkonvertu l-ammonti ta’ nefqa li saret fil-munita nazzjonali f’euro. Dan l-ammont għandu jiġi konvertit f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabilità mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li fih in-nefqa ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli tal-programm nazzjonali kkonċernat. Ir-rata għandha tiġi ppubblikata elettronikament mill-Kummissjoni kull xahar.

    3. Meta l-euro ssir il-munita ta’ Stat Membru, il-proċedura ta’ konverżjoni stabbilita fil-paragrafu 2 għandha tibqa’ tapplika għan-nefqa kollha rreġistrata fil-kontijiet mill-Awtorità Responsabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rata ta’ konverżjoni fissa bejn il-munita nazzjonali u l-euro.

    Taqsima 4 APPROVAZZJONI TA’ KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI

    Artikolu 39 Preżentazzjoni tal-informazzjoni

    1. Sal-1 ta’ Frar tas-sena wara s-sena finanzjarja, kull Stat Membru għandu jissottometti d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni skont l-Artikolu [56] tar-Regolament Finanzjarju:

    (a) il-kontijiet annwali tal-Awtorità Responsabbli;

    (b) id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni ta’ assigurazzjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali, il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ kontroll intern kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti u r-rispett lejn il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda;

    (c) rapport sommarju tal-verifiki u kontrolli disponibbli kollha mwettqa, inkluż analiżi ta’ dgħufijiet sistematiċi jew rikorrenti kif ukoll azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;

    (d) opinjoni ta’ verifika mill-Awtorità ta’ Verifika dwar id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni ta’ assigurazzjoni li tkopri l-elementi kollha tagħha, akkompanjata minn rapport ta’ kontroll li jistabbilixxi s-sejbiet tal-verifiki mwettqa marbuta mas-sena finanzjarja koperta mill-opinjoni.

    2. Jekk ikun mitlub li jagħmel dan mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi iżjed informazzjoni lill-Kummissjoni. Jekk Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tagħha stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.

    3. Id-dokumenti previsti fil-paragrafu 1 għandhom iservu bħala t-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali.

    4. Id-dokumenti mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom jitħejjew skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55 (2).

    Artikolu 40 Rilaxx annwali tal-kontijiet

    1. Sat-30 t’April tas-sena wara s-sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għal kull programm nazzjonali. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi u mingħajr preġudizzju għal kull korrezzjonijiet finanzjarji sussegwenti.

    2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-modalitajiet dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet, fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-limiti tal-iskadenza li għandhom jiġu rispettati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 55 (3).

    Artikolu 41 Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji fejn l-irregolaritajiet jew in-negliġenza huma skoperti taħt il-programmi nazzjonali billi totalment jew parzjalment tiġi kkanċellata l-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet tat-telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni u għandhom japplikaw korrezzjoni proporzjonali.

    L-ammonti kkanċellati u l-ammonti rkuprati, kif ukoll l-interess fuqhom, għandhom jiġu riallokati għall-programm nazzjonali kkonċernat eskluż l-ammonti li jirriżultaw minn irregolaritajiet identifikati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u s-servizzi tal-Kummissjoni inkluż l-OLAF.

    Wara l-għeluq tal-programm nazzjonali, l-Istat Membru għandu jirrifondi s-somom irkuprati lill-baġit tal-Unjoni.

    Artikolu 42 Approvazzjoni tal-konformità u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha tal-Unjoni għal programm nazzjonali u billi tagħmel irkupru mill-Istat Membru sabiex teskludi nefqa tal-finanzjament tal-Unjoni li hija fi ksur tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż b’rabta ma’ defiċjenzi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri li ġew skoperti mill-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    2. Ksur tad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali applikabbli għandu jwassal għal korrezzjoni finanzjarja biss meta jkun hemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-ksur affettwa jew seta' affettwa l-għażla ta’ proġetti taħt il-programm nazzjonali;

    (b) hemm riskju li l-ksur affettwa jew seta' affettwa l-ammont ta' nefqa ddikjarata għal rimborż mill-baġit tal-Unjoni.

    3. Meta tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-natura u l-gravità tal-ksur tad-dritt applikabbli tal-Unjoni jew dak nazzjonali u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-baġit tal-Unjoni.

    4. Qabel l-adozzjoni ta' kwlunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' finanzjament, is-sejbiet mill-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru għandhom jiġu notifikati bil-miktub, li wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

    5. Il-finanzjament ma jistax jiġi rrifjutat għal:

    (a)     nefqa li ssir mill-Awtorità Responsabbli iżjed minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membri bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

    (b)     nefqa dwar azzjonijiet multiannwali taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi nazzjonali, fejn l-obbligu finali fuq il-benefiċjarju jseħħ iżjed minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bis-sejbiet tagħha;

    (c)     nefqa dwar l-azzjonijiet fi programmi nazzjonali, minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, li għalihom il-pagament jew, skont il-każ, il-pagament finali, mill-Awtorità Responsabbli, isir iżjed minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.

    6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-limiti tal-iskadenza li għandhom jiġu rispettati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 55 (3).

    Artikolu 43 Obbligazzjonijiet tal-Istati Membri

    Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni m’għandiex tippreġudika l-obbligu tal-Istat Membru li jsegwi l-irkupri taħt l-Artikolu 21 (h) ta’ dan ir-Regolament u li jirkupra l-għajnuna tal-Istat skont it-tifsir tal-Artikolu 107 (1) tat-Trattat u taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999[13].

    Artikolu 44 Ħlas mill-ġdid

    1.           Kwalunkwe ħlas lura li għandu jsir għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data dovuta indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont l-Artikolu [77] tar-Regolament Finanzjarju. Id-data dovuta għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.

    2.           Kwalunkwe dewmien fit-twettiq tal-ħlas lura għandu jagħti lok għal interessi minħabba pagament tard, li jibda mid-data dovuta u jintemm fid-data tal-pagament attwali. Ir-rata ta’ dan l-interess għandu jkun punt perċentwali u nofs ’il fuq mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu fl-ewwel jum ta’ ħidma tax-xahar li fih taqa’ d-data dovuta.

    Taqsima 5 Diżimpenji

    Artikolu 45 Prinċipji

    1. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenji stabbiliti fuq il-bażi li l-ammonti konnessi ma’ impenn li mhumiex koperti mill-prefinanzjament inizjali msemmi fl-Artikolu 33 jew talba għall-ħlas skont l-Artikolu 39 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara l-impenn tal-baġit għandhom jiġu diżimpenjati.          

    2. L-impenn marbut mal-aħħar sena tal-perjodu jiġi diżimpenjat skont ir-regoli segwiti għall-għeluq tal-programmi.

    3. Kwalunkwe impenn li jkun għadu miftuħ fl-aħħar data għan-nefqa sabiex tkun eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 17 (3) li għalih talba għall-ħlas ma tkunx saret mill-Awtorità Responsabbli fi żmien sitt xhur wara dik id-data għandu jiġi awtomatikament diżimpenjat.

    Artikolu 46 Eċċezzjonijiet għad-diżimpenn

    1. L-ammont ikkonċernat b’diżimpenn għandu jitnaqqas mill-ammonti li l-Awtorità Responsabbli ma kinitx kapaċi tiddikjara lill-Kummissjoni minħabba:

    (a)     azzjonijiet sospiżi bi proċediment legali jew b’appell amministrattiv li għandhom effett ta’ sospensjoni; jew

    (b)     raġunijiet ta’ force majeure li serjament jaffetwaw l-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali sħiħ jew parti minnu. L-Awtoritajiet Responsabbli li jallegaw force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti tal-force majeure fuq l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali kollu jew parti minnu.

    It-tnaqqis jista’ jintalab darba jekk is-sospensjoni jew force majeure damet sa sena, jew diversi drabi korrispondenti għat-tul taż-żmien tal-force majeure jew in-numru ta' snin bejn id-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva li tissospendi l-implimentazzjoni tal-azzjoni u d-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva finali.

    2. L-Istat Membru għandu jibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Jannar għall-ammont li għandu jiġi ddikjarat sal-aħħar tas-sena preċedenti.

    3. Il-parti tal-impenji tal-baġit li għalihom tkun saret talba għal pagament li iżda l-pagament tagħhom ikun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 2 għandha tiġi injorata fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku.

    Artikolu 47 Proċedura

    1.           Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien tajjeb kull meta jkun hemm riskju ta’ applikazzjoni ta’ diżimpenn taħt l-Artikolu 42.

    2.           Abbażi tal-informazzjoni li jkollha fil-31 ta’ Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità Responsabbli bl-ammont ta’ diżimpenn li jirriżulta mill-informazzjoni fil-pussess tagħha.

    3.           L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel dwar l-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

    4.           Il-Kummissjoni għandha twettaq id-diżimpenn awtomatiku mhux iżjed tard minn disa' xhur wara l-aħħar limitu taż-żmien li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3.

    5.           F’każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat għandha titnaqqas, għas-sena inkwistjoni, bl-ammont awtomatikament diżimpenjat. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-pjan ta’ finanzjament se titnaqqas prorata, sakemm l-Istat Membru ma jipproduċix pjan ta’ finanzjament rivedut.

    KAPITOLU V

    INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U RAPPURTAR

    Artikolu 48 Informazzjoni u pubbliċità

    1. L-Istati Membri u l-Awtoritajiet Responsabbli għandhom ikunu responsabbli sabiex:

    (a) jiżguraw l-istabbiliment ta’ websajt jew portal ta’ websajt li jipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi nazzjonali f’dak l-Istat Membru;

    (b) jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programmi nazzjonali;

    (c) jippubblikaw liċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tar-Regolamenti Speċifiċi permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-programmi nazzjonali.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw trasparenza dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali u jżommu lista ta’ azzjonijiet appoġġjati għal kull programm nazzjonali li għandha tkun aċċessibbli permezz tal-websajt jew il-portal tal-websajt.

    3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 li tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku u miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji.

    4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefenixxi l-karatteristiċi tekniċi ta’ miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 55 (3).

    Artikolu 49 Rapporti ta' implimentazzjoni

    1. Sal-31 ta’ Marzu 2016 u sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2022, l-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ kull programm nazzjonali fis-sena finanzjarja preċedenti.

    Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2014 u 2015.

    L-Istat Membru għandu jissottometti rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023.

    2. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar:

    (a) l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali permezz ta’ referenza għad-dejta finanzjarja u l-indikaturi;

    (b) kwalunkwe kwistjonijiet li jaffetwaw il-prestazzjoni tal-programm nazzjonali.

    3. Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu, ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali sottomess fl-2017 għandu jistabbilixxi u jevalwa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 flimkien ma:

    (a) progress lejn il-kisba tal-għanijiet segwiti bil-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali;

    (b) l-involviment tal-imsieħba fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali.

    4. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali sottomess fl-2019 u rapport ta’ implimentazzjoni finali għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-evalwazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 jinkludu informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programm nazzjonali u jevalwawh.

    5. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu ammissibbli meta jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa f’dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tal-irċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali li mhuwiex ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.

    6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali fi żmien xahrejn mill-irċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dawn id-dati ta’ skadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.

    7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali fi żmien xahrejn mill-irċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dawn id-dati ta’ skadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.

    8. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom jitħejjew skont il-mudelli aċċettati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55 (2).

    Artikolu 50 Il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

    2. L-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bi sħubija mal-Istati Membri.

    3. Qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jiġu stabbilit bl-għan li jkejjel ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, il-valur miżjud, is-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, fid-dawl tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi u l-prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi bħala strumenti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

    4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 sabiex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

    5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    6. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolamenti Speċifiċi u dawk segwiti taħt politiki, strumenti u inizjattivi oħra rilevanti tal-Unjoni.

    Artikolu 51 Evalwazzjoni ta’ programmi nazzjonali mill-Istati Membri

    1. L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet sabiex itejbu l-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali b'mod konformi mal-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għal evalwazzjonijiet, inkluża dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u speċifiċi għal programmi.

    3. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu minn esperti ta’ evalwazzjoni li huma funzjonalment indipendenti mill-Awtoritajiet Responsabbli, l-Awtoritajiet ta’ Verifika u l-Awtoritajiet Delegati. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kif jitwettqu l-evalwazzjonijiet.

    4. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom.

    Artikolu 52 Evaluation reports by the Member States and the Commission

    1. Skont il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:

    (a)     rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali sat-31 ta’ Diċembru 2017;

    (b)     rapport ta’ evalwazzjoni ex post dwar l-effetti ta’ azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023.

    2. Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni:

    (a) rapport intermedju dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi fuq il-livell tal-Unjoni sat-30 ta’ Ġunju 2018;

    (b) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, wara l-għeluq tal-programmi nazzjonali, sat-30 ta’ Ġunju 2024.

    3. L-evalwazzjoni ex-post tal-Kummissjoni għandha teżamina wkoll l-impatt tar-Regolamenti Speċifiċi fuq l-iżvilupp tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja f’termini tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-għanijiet li ġejjin:

    (a) l-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sigurtà fil-fruntieri, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u ġestjoni ta’ kriżi;

    (b) ġestjoni effettiva ta' flussi migratorji fl-UE;

    (c) l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;

    (d) trattament ġust u ugwali ta' ċittadini ta' partijiet terzi;

    (e) solidarjetà u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u s-sigurtà interna;

    (f) approċċ komuni tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà lejn partijiet terzi..

    Artikolu 53 Rapport dwar ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu

    Fl-2018, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu mwettaq skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

    KAPITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu 54

    Eżerċizzju tad-delega

    1. Is-setgħa sabiex jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2. Id-delega ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodu ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux iżjed tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

    3. Id-delega ta’ setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti delegati diġà fis-seħħ.

    4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

    Artikolu 55

    Proċedura ta’ Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat komuni ‘Asil, Migrazzjoni u Sigurtà’ stabbilit b’dan ir-Regolament. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsir tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 182/2011.

    3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 182/2011.

    Artikolu 56

    Reviżjoni

    Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Ġunju 2020.

    Artikolu 57

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    ANNESS

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB

                  1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    Objettiv/i

                  1.5.    Bażi għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

                  1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst/i

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

                  2.1.    Regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

                  2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

                  2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta' irregolaritajiet

    3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

                  3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

                  3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

                  3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

                  3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ parti terza fil-finanzjament

                  3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

    Komunikazzjoni "Il-Bini ta’ Ewropa miftuħa u sikura: il-baġit tal-affarijiet interni għall-2014-2020";

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi;

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil;

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi;

    roposta għal Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża.

    1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB[14]

    Attwalment Intestatura 3, Titolu 18 - L-Affarijiet Interni

    Perspettivi Finanzjarji Multiannwali Futuri: Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) - "Il-Fond għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni" u "għas-Sigurtà Interna"

    Natura tal-proposta/inizjattiva

    þ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida (finanzjament tal-affarijiet interni għall-perjodu 2014-2020)

    ¨ ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[15]

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

    ¨ ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.3. Objettivi 1.3.1. L-objettiv/i strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Il-mira finali tal-politiki tal-affarijiet interni hija sabiex tinħoloq żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini ta’ partijiet terzi jistgħu jidħlu, jiċċirkolaw, jgħixu u jaħdmu, fil-waqt illi jġibu ideat ġodda, kapital, għarfien u innovazzjoni jew jimlew l-ispazji vojta fis-swieq tax-xogħol nazzjonali, kunfidenti li d-drittijiet tagħhom ikunu rispettati bis-sħiħ u s-sigurtà tagħhom assigurata. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali hija kruċjali sabiex jinkiseb dan l-għan.

    L-importanza dejjem tikber tal-politiki tal-affarijiet interni ġiet ikkonfermata bil-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu, li l-implimentazzjoni tiegħu hija prijorità strateġika għall-Unjoni u jkopri oqsma bħall-migrazzjoni (il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni; l-ażil; il-migrazzjoni irregolari u r-ritorn), is-sigurtà (il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; il-kooperazzjoni tal-pulizija) u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni (inkluża l-politika dwar il-viża), kif ukoll id-dimensjoni esterna ta’ dawn il-politiki. It-Trattat ta’ Liżbona jippermetti wkoll li l-Unjoni turi ambizzjoni akbar fir-rispons għat-tħassib ta’ kuljum taċ-ċittadini fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Prijoritajiet ta’ politiki tal-affarijiet interni, b’mod partikolari l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ partijiet terzi, għandhom jidhru wkoll fil-kuntest tas-seba’ inizjattivi ewlenin ippreżentati fl-Istrateġija Ewropa 2020 li jimmiraw sabiex jgħinu lill-UE tegħleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

    Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna se jipprovdu l-assistenza finanzjarja meħtieġa sabiex jaqilbu l-objettivi tal-affarijiet interni tal-Unjoni f’riżultati tanġibbli.

    1.3.2. Objettiv/i speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

    IL-FOND GĦALL-MIGRAZZJONI U L-AŻIL

    (a)        isaħħaħ u jiżviluppa s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha;

    (b)        jappoġġja migrazzjoni legali lejn l-Unjoni f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u jippromwovi l-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ partijiet terzi, inkluż ta’ dawk li jfittxu l-ażil u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali;

    (c)        itejjeb l-strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi tal-Istati Membri, b’enfasi fuq is-sostenibbiltà ta’ ritorn u riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini;

    (d)        itejjeb is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil.

    Attivitajiet ABB attwali kkonċernati: 18.03 (il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-miżuri ta’ emerġenza u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ Partijiet terzi) u 18.02 (safejn huwa kkonċernat il-Fond Ewropew għar-Ritorn).

    IL-FOND GĦAS-SIGURTÀ INTERNA

    Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalià, u l-ġestjoni tal-kriżi

    F'konformità mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, programmi, valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju rilevanti tal-Unjoni, l-istrument se jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi li ġejjin

    (a)        il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata transkonfinali inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiġ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.;

    (b)        tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri u l-Unjoni għall-ġestjoni effettiva tar-riskji u l-kriżijiet relatati mas-sigurtà, u tipprepara lill-pubbliku u l-infrastruttura kritika u tipproteġihom kontra l-attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà.

    Attivitajiet ABB attwali kkonċernati: 18.05

    Strument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża

    F'konformità mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, programmi, valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju rilevanti tal-UE, l-istrument se jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi li ġejjin

    (a)        l-appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu, l-iżgurar ta' trattament ugwali ta’ċittadini ta’pajjiżi terzi u l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari

    (b)        l-appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri, l-iżgurar, fuq naħa, ta' livell għoli ta’ protezzjoni tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, qsim bla problemi tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta' Schengen.

    Attività ABB attwali kkonċernata: 18.02 (safejn huwa kkonċernat il-Fond għall-Fruntieri Esterni).

    1.3.3. Riżultat/i mistenni/ija u impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi destinatarji.

    L-effetti tal-proposta fuq il-benefiċjarji/gruppi destinatarji jiġu deskritti f'aktar dettall fit-Taqsima 4.1.2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

    B’mod ġenerali, is-simplifikazzjoni introdotta fil-livelli kollha tal-proċess ta’ finanzjament u f’kull metodi ta’ ġestjoni se jkollha benefiċċju ċar fuq il-proċessi li taħthom l-appoġġ finanzjarju se jiġi ġestit.

    Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil:

    Il-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ finanzjarju għall-ażil u l-migrazzjoni se jkunu d-dipartimenti tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ acquis jew politiki rilevanti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali jew NGOs li qed jaħdmu fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni (proċeduri ta’ ammissjoni, miżuri ta’ integrazzjoni u operazzjonijiet ta’ ritorn).

    Il-gruppi destinatarji li jibbenefikaw mit-tibdil huma dawk l-jfittxu l-ażil, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, refuġjati risistemati u ċittadini ta' partijiet terzi oħra li qed jaslu fl-UE għal diversi raġunijiet u li għandhom ħtiġijiet differenti (e.ż. ekonomiċi, riunifikazzjoni tal-familja, minorenni mhux akkumpanjati, eċċ). Ikun aktar faċli li jintlaħqu dawn il-gruppi destinatarji minħabba li l-għaqda ta’ azzjonijiet differenti li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ migrazzjoni f’Fond wieħed tirrendi l-aċċess għall-finanzjament aktar faċli (awtorità responsabbli waħda, viżibbiltà aħjar u kamp ta' applikazzjoni aktar ċar ta’ intervent) u tippermetti appoġġ aktar flessibbli (e.ż. l-istess tip ta' azzjoni li timmira lejn diversi gruppi destinatarji). Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent se jitwessa' wkoll, u jkun ikopri l-katina sħiħa ta' migrazzjoni bi gruppi destinatarji differenti, inklużi gruppi destinatarji estiżi, jiġifieri ċittadini ta' partijiet terzi tat-tieni ġenerazzjoni (li għandhom omm jew missier li hija/huwa ċittadin ta' pajjiż terz).

    Il-Fond għas-Sigurtà Interna:

    Il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi

    Il-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ finanzjarju se jkunu l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom kif ukoll kwalunkwe awtorità oħra speċjalizzata fil-protezzjoni ta' infrastruttura kritika u l-ġestjoni tal-kriżi, iżda anke Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Mhux Governattivi rilevanti, fejn xieraq (e.ż. fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, politiki kontra r-radikalizzazzjoni u kontra t-traffikar).

    Il-grupp fil-mira li jibbenefika mit-tibdil ikun il-popolazzjoni kollha.         Il-kisbiet ewlenin ikunu 1) kapaċità amministrattiva u operattiva mtejba ta’ Stati Membri sabiex jiskopru u jħarrku b’suċċess il-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu sabiex jitnaqqas it-theddid relatat mas-sigurtà li jirriżulta minn din il-kriminalità, u 2) reżistenza Ewropea aktar qawwija għall-kriżi u d-diżastru minħabba politika tal-UE aktar koerenti dwar il-ġestjoni tar-riskju li torbot il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskju mat-tfassil tal-politika min-naħa l-waħda u rispons tal-UE aktar effettiv u koordinat għall-kriżi li jorbot kapaċitajiet eżistenti u għarfien espert min-naħa l-oħra. Kisba importanti se tkun ukoll kapaċitajiet imtejba ta' Stati Membri sabiex jipprevjenu, iħejju u jipproteġu persuni u infrastruttura kritika kontra attakki terroristiċi u theddidiet oħra serji relatati mas-sigurtà.

    Fruntieri esterni u l-viża      

    Il-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri u l-viża se jkunu s-servizzi li jimplimentaw l-acquis tal-UE, il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u l-Kodiċi dwar il-Viża fl-Istati Membri: l-għassiesa tal-fruntieri, il-pulizija u servizzi konsulari. Il-grupp fil-mira li jibbenefika mit-tibdil ikun il-vjaġġaturi - il-persuni kollha li qed jaqsmu l-fruntieri esterni fl-UE. Ir-riżultati se jinkludu l-kapaċitajiet imtejba ta’ dawn is-servizzi (1) sabiex titwettaq sorveljanza fil-fruntieri u ssir komunikazzjoni ma’ servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi, fi ħdan il-qafas tas-sistema tas-sorveljanza Ewropea (EUROSUR); (2) sabiex jiġu ġestiti flussi migratorji f'uffiċċji konsulari (applikazzjonijiet tal-viża) u (3) sabiex tiġi mtejba l-ġestjoni ta’ flussi ta' passiġġieri fil-punti tal-qsim tal-fruntieri, li tiżgura min-naħa l-waħda, livell għoli u uniformi ta' protezzjoni, f'kooperazzjoni ma' servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi, u min-naħa l-oħra, il-kondiviżjoni bla xkiel f'konformità mal-acquis u l-prinċipji ta’ trattament b’rispett u dinjità. Riżultat speċifiku importanti jkun l-istabbiliment ta’ żewġ sistemi ġodda tal-IT tal-UE dwar il-moviment ta’ ċittadini ta’ partijiet terzi min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (sistema ta’ dħul ħruġ fl-UE u programm ta’ vjaġġaturi rreġistrati tal-UE).

    1.3.4. Indikaturi ta’ riżultati u impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Minħabba l-ħtieġa li jitwettaq djalogu dwar il-politika qabel ma jiġu definiti l-programmi nazzjonali, mhuwiex possibbli li f'dan l-istadju jiġi stabbilit is-sett definittiv ta' indikaturi li se jintużaw sabiex titkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija hawn fuq.

    Madankollu, fir-rigward taż-żona tal-ażil u l-migrazzjoni l-indikaturi jinkludu, fost l-oħrajn, il-livell ta' titjib f'kondizzjonijiet ta' akkoljenza fil-qasam tal-ażil, fil-kwalità ta' proċeduri tal-ażil, fil-konverġenza tar-rati ta’ rikonoxximent madwar l-Istati Membri, u l-isforzi tal-Istati Membri ta' risistemazzjoni, il-livell ta' parteċipazzjoni akbar taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fil-proċessi demokratiċi, l-għadd tal-persuni li jirritornaw u l-livell akbar ta' assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri inkluż permezz ta' kooperazzjoni prattika u rilokazzjoni.

    Fir-rigward ta' kooperazzjoni tal-pulizija u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, l-indikaturi jinkludu n-numru ta operazzjonijiet konġunti transkonfinali u n-numru ta' dokumenti dwar l-aħjar prattika u avvenimenti organizzati. L-indikaturi għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-ħarsien tal-infrastruttura kritika jinkludu n-numru ta’ għodod li hemm fis-seħħ u/jew li ġew aġġornati aktar biex jiffaċilitaw il-protezzjoni ta' infrastruttura kritika mill-Istati Membri fis-setturi kollha tal-ekonomija u n-numru ta' valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju prodotti fil-livell tal-Unjoni.

    Fil-qasam tal-fruntieri u l-viżi l-indikaturi għandhom jinkludu n-numru ta' postijiet konsulari, assigurati u/jew msaħħa biex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tal-applikazzjonijiet għall-viża u l-provvediment ta' servizz ta' kwalità għall-applikanti tal-viża, u l-iżvilupp ta' tagħmir għall-kontroll tal-fruntieri u l-qbid ta' ċittadini irregolari ta' pajjiżi terzi fuq il-fruntiera esterna li jikkorrispondi mar-riskju rilevanti sezzjoni tal-fruntiera esterna. Indikaturi tal-impatt se jkejlu ż-żieda fis-sigurtà tal-fruntieri, il-kapaċità tal-ħruġ tal-viża u l-kapaċità li jiġi ġestit b’mod sikur u bla xkiel it-traffiku ta’ vjaġġaturi min-naħa għall-oħra tal-fruntieri.

    1.4. Bażi għall-proposta/inizjattiva 1.4.1. Rekwiżit/i li jridu jiġu sodisfatti fil-perjodu ta’ żmien qasir jew twil

    L-UE se tkompli tiffaċċja sfidi importanti fil-qasam tal-affarijiet interni fil-perjodu 2014-2020. Minħabba fit-tibdil demografiku, tibdil strutturali fis-suq tax-xogħol u mudelli ta’ kompetizzjoni għal ħiliet, politika ta’ immigrazzjoni legali u integrazzjoni li tħares 'il quddiem se tkun kruċjali sabiex tittejjeb il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-UE, u ssaħħaħ is-soċjetajiet tagħna u toħloq opportunitajiet għal kulħadd. L-UE teħtieġ ukoll li tindirizza kif suppost il-migrazzjoni irregolari u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Fl-istess ħin, irridu nkomplu nuru solidarjetà ma’ dawk li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali. It-tlestija ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil aktar protettiva u effiċjenti li tirrifletti l-valuri tagħna tibqa’ prijorità.

    L-iżgurar ta’ ambjent sikur huwa neċessarju u ta’ benefiċċju għat-tkabbir ekonomiku, kulturali u soċjali tal-UE. L-UE għandha rwol deċiżiv, sewwa jekk huwa billi tindirizza t-theddid ta' kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità u t-terroriżmu, u billi tiżgura l-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE kif ukoll jekk huwa billi twieġeb malajr għal kriżijiet emerġenti kkawżati minn diżastri li ġejjin mill-bniedem jew dawk naturali. Fl-era tal-globalizzazzjoni, fejn it-theddidiet qed jiżdiedu u għandhom dejjem aktar dimensjoni transnazzjonali, l-ebda Stat Membru ma jista’ jwieġeb b’mod effettiv waħdu. Hija meħtieġa tweġiba Ewropea koerenti u komprensiva sabiex jiġi żgurat li awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jaħdmu b'mod effettiv min-naħa għall-oħra tal-fruntieri u ġurisdizzjonijiet.

    Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali hija kruċjali sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Avvenimenti riċenti fl-Afrika ta’ Fuq urew kemm hija importanti għall-UE li jkollha approċċ komprensiv u koordinat għall-migrazzjoni, fruntieri u sigurtà. Id-dimensjoni esterna dejjem aktar importanti tal-politiki tal-affarijiet interni tal-UE trid għalhekk tiġi rinfurzata, f’koerenza sħiħa mal-politika barranija tal-Unjoni.

    1.4.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Il-ġestjoni ta’ flussi migratorji u theddidiet ta’ sigurtà tippreżenta sfidi li ma jistgħux jiġu ttrattati mill-Istati Membri waħidhom. Dawn huma oqsma fejn hemm valur miżjud ovvju fil-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE.

    Xi Stati Membri jġorru piż tqil minħabba s-sitwazzjoni ġeografika speċifika tagħhom u t-tul tal-fruntieri esterni tal-Unjoni li jridu jamministraw. It-tneħħija ta’ kontrolli fil-fruntiera interna trid tiġi akkompanjata minn miżuri komuni għall-kontroll u s-sorveljanza effettiva tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Il-prinċipju ta’ solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltajiet bejn Stati Membri huma għalhekk fil-qalba tal-politiki komuni dwar l-ażil, l-immigrazzjoni u l-fruntieri esterni. Il-baġit tal-UE jipprovdi l-mezzi sabiex jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ dan il-prinċipju. Fil-qasam tas-sigurtà, il-kriminalità serja u organizzata, it-terroriżmu u theddidiet oħra relatati mas-sigurtà qed isiru dejjem aktar ta’ natura transkonfinali. Kooperazzjoni u koordinazzjoni transnazzjonali bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi hija essenzjali fil-prevenzjoni u l-ġlieda b’suċċess kontra din il-kriminalità, pereżempju permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, investigazzjonijiet konġunti, teknoloġiji interoperabbli u valutazzjonijiet ta’ theddid u ta’ riskju komuni.

    It-trattament ta’ flussi migratorji, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u s-sigurtà tal-UE jeħtieġu riżorsi u kapaċitajiet sostanzjali mill-Istati Membri. Kooperazzjoni u koordinazzjoni operattivi mtejba li jinvolvu l-ġbir flimkien ta’ riżorsi f’oqsma bħat-taħriġ u t-tagħmir toħloq ekonomiji tal-iskala u sinerġiji u b’hekk tiżgura użu aktar effiċjenti ta’ fondi pubbliċi u r-rinfurzar tas-solidarjetà, il-fiduċja reċiproka u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal politiki komuni tal-UE fost l-Istati Membri. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-qasam tas-sigurtà, fejn l-appoġġ finanzjarju għall-forom kollha ta’ operazzjoni konġunta transkonfinali huwa essenzjali sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-pulizija, id-dwana, l-għassiesa tal-fruntieri u awtoritajiet ġudizzjarji.

    Fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-affarijiet interni, huwa ċar li l-adozzjoni ta’ miżuri u l-ġbir flimkien ta’ riżorsi fil-livell tal-UE se jżidu b'mod sinifikanti l-ingranaġġ tal-UE meħtieġ sabiex tikkonvinċi partijiet terzi sabiex jimpenjaw ruħhom mal-UE dwar dawk il-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u s-sigurtà li huma primarjament fl-interess tal-UE u l-Istati Membri.

    Id-dritt tal-UE li taġixxi fil-qasam tal-affarijiet interni jirriżulta mit-Titolu V "Spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja" tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 77(2), 78(2), 79(2) u (4), 82(1), 84 u 87(2) TFUE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali hija koperta mill-Artikolu 212(3) TFUE. Il-proposti jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà minħabba li l-maġġoranza tal-finanzjament se tiġi implimentata skont il-prinċipju ta' ġestjoni kondiviża u r-rispett tal-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri.

    1.4.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

    Għalkemm l-istrumenti finanzjarji attwali tal-affarijiet interni huma ġeneralment ikkunsidrati li jiksbu l-objettivi u l-funzjoni tagħhom b’mod effettiv, it-tagħlimiet mir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu u l-konsultazzjoni tal-parti interessata huma li hemm ħtieġa li:

    – Jiġu ssimplifikati l-istrumenti tal-affarijiet interni futuri billi jitnaqqas in-numru ta’ programmi finanzjarji għal tnejn permezz tal-ħolqien ta’ Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u Fond għas-Sigurtà Interna. Dan jippermetti lill-UE sabiex tagħmel użu aktar strateġiku tal-istrumenti tagħha sabiex jirreaġixxu aktar għall-prijoritajiet u l-ħtiġijiet politiċi tal-UE;

    – Jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala parteċipant globali, billi jiġi inkluż komponent ta' dimensjoni esterna fil-Fondi futuri sabiex tiġi rinfurzata s-saħħa tal-UE fir-rigward tad-dimensjoni tal-politika esterna tal-politiki tal-affarijiet interni;

    – Tingħata preferenza għall-ġestjoni kondiviża aktar milli ġestjoni ċentralizzata fejn possibbli sabiex jitneħħew piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa;

    – Jiġi stabbilit approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati għall-ġestjoni kondiviża billi wieħed jersaq lejn programmazzjoni multiannwali bi djalogu dwar il-politika f’livell għoli se jiżgura li l-programmi nazzjonali tal-Istati Membru huma allinjati għal kollox mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika tal-UE u jiffokaw fuq il-kisba ta' riżultati;

    – Tittejjeb il-ġestjoni ċentralizzata sabiex tipprovdi firxa ta' għodod għal attivitajiet immexxija mill-politika, inkluż appoġġ għal azzjonijiet transnazzjonali, b'mod partikolari azzjonijiet innovattivi u azzjonijiet f’partijiet terzi u relatati magħhom (id-dimensjoni esterna), kif ukoll azzjonijiet, studji u avvenimenti ta’ emerġenza;

    – Jiġi stabbilit qafas regolatorju komuni b’sett kondiviż ta’ regoli dwar il-programmazzjoni, ir-rappurtar, il-ġestjoni finanzjarja u kontrolli li huwa simili kemm jista' jkun għal dak tal-Fondi l-oħra tal-UE ġestit permezz ta’ ġestjoni kondiviża sabiex jiġi ġġenerat fehim aħjar tar-regoli mill-partijiet interessati kollha u sabiex jiġi żgurat grad għoli ta' koerenza u konsistenza;

    – Jiġi provdut rispons mgħaġġel u effettiv fil-każ ta’ emerġenzi, li jfassal il-Fondi sabiex l-UE tkun tista' tirreaġixxi b'mod xieraq f'sitwazzjonijiet li qed jevolvu b'rata mgħaġġla;

    – Jittejjeb ir-rwol tal-aġenziji tal-affarijiet interni sabiex titrawwem kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri u billi jiġu fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi, fil-waqt li jiġi żgurat il-kontroll politiku xieraq fuq l-attivitajiet tal-aġenziji.

    Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt u l-memoranda ta' spjegazzjoni ta' kull Regolament.

    1.4.4. Il-koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

    Numru ta’ strumenti oħra tal-UE se jipprovdu appoġġ għal attiviatjiet li huma kumplimentari għall-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna:

    Il-Fond Soċjali Ewropew attwalment jappoġġja miżuri ta’ integrazzjoni dwar aċċess għas-suq tax-xogħol filwaqt li l-Fond għall-Integrazzjoni jiffinanzja miżuri bħal korsijiet ta’ orjentazzjoni ċivika, parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u ċivika, aċċess ugwali għal servizzi, eċċ. Miżuri ta’ integrazzjoni se jkomplu jiġu appoġġjati fuq l-istess linji taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond Soċjali Ewropea tal-futur.

    Il-linja diviżorja bejn il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili se tibqa’ kif deskritt fl-Artikolu 3 tal-Programm attwali tas-CIPS: diżastri naturali kif ukoll diżastri mhux intenzjonali ġejjin mill-bniedem huma għall protezzjoni ċivili (inċidenti), filwaqt li diżastri intenzjonali, li ġejjin mill-bniedem huma rilevanti għas-sigurtà u għalhekk jiġu koperti mill-Fond għas-Sigurtà Interna.

    Atti terroristiċi jew inċidenti oħra relatati mas-sigurtà se jibqgħu barra milil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE. Il-kamp ta' applikazzjoni preċiż u l-punt safejn l-Artikolu 222 TFUE (il-klawsola tas-solidarjetà) jista’ jappoġġja lill-Istati Membri li huma l-oġġett ta’ attakk terroristiku jew il-vittma ta’ diżastru naturali jew li ġej mill-bniedem, lanqas mhuwa ċar minħabba li dan jeħtieġ l-adozzjoni formali ta’ arranġamenti implimentattivi li għadhom lanqas biss ġew proposti. Possibbiltajiet ta’ finanzjament ta’ emerġenza fil-każ ta’ attakk terroristiku kbir jew inċidenti oħra relevanti għas-sigurtà se jiġu għalhekk appoġġjati mill-Fond għas-Sigurtà Interna.

    Id-disparità bejn ir-riċerka tas-sigurtà taħt il-Programm Orizzont 2020 u l-applikazzjoni prattika tar-riżultati ta’ din ir-riċerka se tispiċċa minħabba li l-Fond għas-Sigurtà Interna se jipprevedi objettivi speċifiċi u azzjonijiet eliġibbli sabiex jiġi permess il-finanzjament tal-ittestjar u l-validazzjoni ta’ riżultati ta’ riċerka xjentifika ('prototipi') bil-ħsieb tal-applikazzjoni progressiva tagħhom fil-prattika ('akkwist prekummerċjali).

    Il-Programm dwar il-Ġustizzja se jkun marbut mill-viċin u jkun kumplimentari għall-Fond għas-Sigurtà Interna, speċjalment il-komponent tal-ġustizzja kriminali tiegħu iżda huwa aktar iffokat fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja, l-armonizzazzjoni proċedurali u r-rikonoxximent reċiproku li fil-prattika jipprevjeni duplikazzjonijiet sostanzjali.

    Il-komponenti tad-dimensjoni esterna tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna se jappoġġjaw azzjonijiet f’partijiet terzi u fir-rigward tagħhom li huma adattati primarjament għal interessi u objettivi tal-UE, għandhom impatt dirett fl-UE u l-Istati Membri tagħha u jiżguraw kontinwità ma' attivitajiet implimentati fit-territorju tal-UE. Dan il-finanzjament se jitfassal u jiġi implimentat f’koerenza mal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-UE. Mhuwiex intenzjonat li jappoġġja azzjonijiet li huma orjentati lejn l-iżvilupp u se jikkumplimenta, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta' strumenti ta' għajnuna esterna. F’dan il-kuntest, is-suċċessur għall-Programm Tematiku għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Istrument għall-Istabilità se jkun ta’ interess partikolari għall-qasam tal-affarijiet interni. Filwaqt li strumenti ta’ għajnuna esterna jew jappoġġjaw ħtiġijiet tal-iżvilupp ta’ pajjiżi benefiċjarji jew jappoġġjaw interessi politiċi ġenerali tal-UE ma’ msieħba strateġiċi, fondi tal-affarijiet interni se jappoġġjaw azzjonijiet speċifiċi f’partijiet terzi fl-interess tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE u l-objettivi tas-sigurtà interna tal-UE. Għalhekk se jneħħu disparità speċifika u se jikkontribwixxu għat-tlestija tas-sett ta’ għodod għad-dispożizzjoni tal-UE.

    1.5. It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

    þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien limitat

    – þ    Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

    – þ    Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2023

    ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

    – Implimentazzjoni b'perjodu għall-introduzzjoni minn YYYY sa YYYY,

    – segwita bi skala sħiħa tal-operat.

    1.6. Metodu/i ta’ ġestjoni previst/i[16]

    þĠestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    þ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

    – þ    aġenziji eżekuttivi

    – þ    korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[17]

    – þ    korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    – ¨    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    þ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    þĠestjoni deċentralizzata ma’ partijiet terzi

    þ Ġestjoni kondiviża ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

    Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

    Kummenti:

    Il-proposti se jiġu implimentati prinċipalment permezz tal-ġestjoni kondiviża, ma' programmi nazzjonali multiannwali.

    L-objettivi li jridu jinkisbu taħt il-programmi nazzjonali se jiġu kkumplimentati minn "azzjonijiet tal-Unjoni" u mekkaniżmu ta’ rispons rapidu sabiex jittratta sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Dawn se jieħdu prinċipalment il-forma ta’ għotjiet u akkwist taħt ġestjoni ċentralizzata diretta u se jinkludu azzjonijiet f’partijiet terzi u fir-rigward tagħhom.

    Se jintużaw il-mezzi kollha possibbli sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni billi jiġu kkonċentrati riżorsi fuq il-ksib ta' numru limitat ta' objettivi tal-UE u permezz tal-kompetenzi ta' partijiet interessati ewlenin, fejn xieraq, fuq il-bażi ta' ftehimiet ta’ sħubiji u ftehimiet qafas.

    Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni se tiġi implimentata minn ġestjoni ċentralizzata diretta.

    Il-pajjiżi assoċjati mal-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen se jipparteċipaw ukoll fiż-żewġ strumenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna li jikkostitwixxu żvilupp tal-acquis ta' Schengen (l-istrumenti dwar il-fruntieri u l-viża u l-kooperazzjoni tal-pulizija) bħallikieku huma l-Istati Membri, fid-dwal tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen. Se jipparteċipaw fl-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, filwaqt illi jimplimentaw il-programmi nazzjonali multiannwali tagħhom stess u għandhom il-possibbiltà li japplikaw għal finanzjament taħt l-azzjonijiet tal-Unjoni eċċ. L-istess bħal taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni, se jiġu konklużi arranġamenti speċifiċi sabiex jispeċifikaw ir-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom (regoli li jirriżultaw mir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli Implimentattivi tiegħu u t-Trattati, inkluża s-setgħa tal-verifika tal-Qorti tal-Awdituri. Ladarba dawn l-Istati se jikkontribwixxu għall-baġit tal-UE għaż-żewġ strumenti bi proporzjon mal-PDG tagħhom, l-arranġamenti se jiddeterminaw ukoll il-kontribuzzjonijiet li jridu jiġu rċevuti minn dawn l-Istati bħala parti mill-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fuq il-governanza ta’ Schengen, u dan irrispettivament mid-daqs tal-allokazzjonijiet tagħhom taħt l-istrumenti. Sal-lum, l-Istati assoċjati huma n-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein.

    2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Għal ġestjoni kondiviża, qafas ta’ rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni koerenti u effiċjenti huwa propost. Għal kull programm nazzjonali, l-Istati Membri se jintalbu li jwaqqfu Kumitat ta’ Monitoraġġ li fih tista’ tipparteċipa l-Kummissjoni.

    Fuq bażi annwali l-Istati Membri se jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-programm multiannwali. Dawn ir-rapporti huma prekundizzjoni għal pagamenti annwali. Sabiex idaħħlu informazzjoni fil-proċess ta’ reviżjoni ta’ nofs il-perjodu, se jintalbu fl-2017 li jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-progress li sar fil-kisba tal-objettivi. Eżerċizzju simili se jitwettaq fl-2019, sabiex jippermetti, fejn xieraq, aġġustamenti matul l-aħħar sena finanzjarja (2020).

    Filwaqt illi jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kultura bbażata fuq l-evalwazzjoni fil-qasam tal-affarijiet interni, il-Fondi se jkollhom qafas komuni ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ b’indikaturi wiesgħa relatati mal-politika li jissottolinjaw l-approċċ orjentat lejn ir-riżultati tal-Fondi u r-rwol essenzjali li jista' jkollhom fit-taħlita tal-politika sabiex jiksbu l-objettiv tal-ħolqien ta’ spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Dawn l-indikaturi jirrelataw mal-impatt li l-Fondi jista' jkollhom: l-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sigurtà fil-fruntieri, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u ġestjoni ta’ kriżi; ġestjoni effettiva ta' flussi migratorji fl-UE; rattament ġust u ugwali ta' ċittadini ta' partijiet terzi; is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn Stati Membri fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni u s-sigurtà interna u approċċ komuni tal-UE kemm dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà lejn partijiet terzi.

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni adegwata tal-prinċipji dwar l-evalwazzjoni, u filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-esperjenza prattika mal-evalwazzjoni fl-Istati Membri taħt il-finanzjament attwali tal-UE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw qafas komuni ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, inter alia billi jiddefinixxu mudelli u indikaturi komuni ta' riżultati.

    Il-miżuri kollha se jiġu stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu s-sistemi tagħhom ta’ rappurtar u evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ prinċipji u rekwiżiti maqbula.

    Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu żgurati sinerġiji bejn ir-rappurtar u l-evalwazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għal rapporti ta' evalwazzjoni se tibni fuq u tikkompleta l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri fir-rapporti annwali ta' implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

    Fl-2018, il-Kummissjoni se tissottometti wkoll rapport dwar ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu mwettqa tal-programmi nazzjonali.

    B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni se tissottometti rapport intermedju dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi sat-30.06.2018 u rapport ta' evalwazzjoni ex-post sat-30.06.2024, li jkopri l-implimentazzjoni sħiħa (jiġifieri mhux biss programmi nazzjonali taħt ġestjoni kondiviża).

    2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i

    DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta' żbalji fil-programmi tal-infiq tiegħhu. Dan huwa kkonfermat min-nuqqas rikorrenti ta’ riżultati sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll min-nuqqas tar-rata residwa tal-iżbalji 'il fuq minn 2% fis-snin imgħoddija fir-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ HOME (u l-ex DĠ JLS).

    F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi attwali jaqgħu prinċipalment fi tliet kategoriji:

    – Ir-riskju ta’ użu immirat ineffiċjenti jew insuffiċjenti ta’ fondi;

    – Żbalji li jirriżultaw mill-kumplessità ta’ regoli u dgħufijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll;

    – Użu ineffiċjenti ta’ riżorsi amministrattivi (proporzjonalità limitata ta’ rekwiżiti);

    Ta’ min isemmi wkoll elementi speċifiċi li jikkonċernaw is-sistema tal-erba’ (4) Fondi taħt il-Programm Ġenerali "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji".

    – Is-sistema ta’ programmi annwali tiżgura li l-pagamenti finali jsiru b’mod regolari abbażi ta’ nefqa ċertifikata u verifikata. Madankollu, il-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-programmi annwali ma jibqax konness mas-sena finanzjarja tal-UE u l-katina tal-assigurazzjoni għalhekk ma hix sodisfaċenti għal kollox, minkejja sistema qawwija ħafna.

    – Jiġu stabbiliti regoli dettaljati ta’ eliġibbiltà mill-Kummissjoni. Dan jiżgura fil-prinċipju l-omoġeneità tan-nefqa ffinanzjata. Madankollu joħloq ukoll ammont ta’ xogħol mhux meħtieġ għal awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni u jżid ir-riskju ta’ żbalji minn benefiċjarji u/jew Stati Membri minħabba fil-miżinterpretazzjonijiet tar-regoli tal-UE.

    – Is-sistemi attwali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma qrib ħafna għal dawk taħt il-Fondi Strutturali. Madankollu, jippreżentaw differenzi żgħar, notevolment fil-katina ta’ responsabbiltajiet bejn awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni u Awtoritajiet ta’ Verifika. Dan joħloq konfużjoni fl-Istati Membri, b’mod partikolari meta l-awtoritajiet ikunu qed jaġixxu fiż-żewġ (2) tipi ta’ Fondi. Dan iżid ukoll ir-riskju ta’ żbalji u jeħtieġ monitoraġġ aktar intensiv.

    Dawn l-elementi se jinbidlu b'mod sinifikanti f'din il-proposta:

    – Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll se jsegwu r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Fondi tas-CSF u se jikkonformaw għal kollox mar-rekwiżiti ġodda Regolament Finanzjarju l-Ġdid: it-tliet (3) awtoritajiet se jiġu sostitwiti minn żewġ (2) awtoritajiet (l-Awtorità Responsabbli u l-Awtorità ta’ Verifika) li r-rwoli tagħhom huma ċċarati bil-ħsieb li tiġi provduta assigurazzjoni aħjar.

    – Programmazzjoni multiannwali kkombinata ma' saldu annwali bbażat fuq il-pagamenti li jsiru mill-Awtorità Responsabbli se tallinja l-perjodi ta’ eliġibbiltà mal-kontijiet annwali tal-Kummnissjoni, mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv meta mqabbel mas-sistema attwali.

    – Se jitwettqu kontrolli fuq il-post bħala parti mill-kontrolli tal-ewwel (1) livell, jiġifieri mill-Awtorità Responsabbli u se jappoġġjaw id-dikjarazzjoni annwali ta' ġestjoni ta’ assigurazzjoni.

    – Il-kjarifika u s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-eliġibbiltà kif ukoll l-armonizzazzjoni tagħhom ma' strumenti finanzjarji oħra ta' appoġġ tal-UE se jnaqqsu l-iżbalji magħmula minn benefiċjarji li jużaw l-assistenza minn sorsi differenti. Dawn ir-regoli tal-eliġibbiltà se jiġu stabbiliti f’livell nazzjonali, ħlief għal xi prinċipji bażiċi, simili għal dawk użati għall-Fondi tas-CSF.

    – L-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati huwa inkoraġġit, speċjalment għal għotjiet żgħar.

    F’ġestjoni ċentralizzata, ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:

    – Riskju ta’ korrispondenza dgħajfa bejn il-proġetti rċevuti u l-prijoritajiet politiċi tad-DĠ HOME:

    – Riskju ta’ kwalità fqira ta’ proġetti magħżula u implimentazzjoni teknika fqira tal-proġett, li jnaqqsu l-impatt tal-programmi;

    – Riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku ta' fondi mogħtija, kemm għal għotjiet (kumplessità tar-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli attwali kkombinata ma' possibbiltajiet limitati sabiex jiġu kkontrollati spejjeż eliġibbli fl-uffiċċju u għall-akkwist (xi kultant numru llimitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jinvolvi possibbiltajiet mhux suffiċjenti sabiex jiġu mqabbla prezzijiet offruti);

    – Riskju relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar sabiex jikkontrollaw b’mod effettiv in-nefqa kif ukoll sabiex jiżguraw it-trasparenza ta' operazzjonijiet imwettqa.

    – Ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni li, jekk frodi jew attivitajiet kriminali huma skoperti; assigurazzjoni parzjali biss tista’ titfassal mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi minħabba n-numru kemxejn kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġeni, kull wieħed jopera s-sistema ta’ kontroll tiegħu stess, ħafna drabi kemxejn żgħar fid-daqs.

    Il-maġġoranza ta' dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu bis-saħħa ta' mmirar aħjar ta' proposti u l-użu ta' elementi simplifikati inklużi fir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid.

    2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst/i

    Ġestjoni kondiviża:

    Fil-livell tal-Istati Membru, l-arkitettura proposta tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tirrappreżenta evoluzzjoni tal-pjan fis-seħħ fl-2007-2013 u tippriserva ħafna mill-funzjonijiet imwettqa fil-perjodu attwali inklużi verifiki amministrattivi u fuq il-post, verifiki tas-sistemi ta' kontroll u ta' ġestjoni u verifiki tal-proġetti. Is-sekwenza ta’ dawn il-funzjonijiet hija madankollu mibdula sabiex tirrendi l-kontrolli fuq il-post responsabbiltà ċara tal-Awtorità Responsabbli bħala parti integrali tal-preparazzjoni għall-eżerċizzju tas-saldu annwali tal-kontijiet.

    Sabiex jirrinfurzaw il-kontabilità, l-Awtoritajiet Responsabbli se jiġu akkreditati minn korp nazzjonali tal-akkredizzjoni li hu responsabbli mis-superviżjoni kontinwa tagħhom. It-tnaqqis fin-numru ta' awtoritajiet - mhux aktar Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni u t-tnaqqis fin-numru tal-Fondi - huwa mistenni li jnaqqas il-piż amministrattiv u jsaħħaħ il-possibbiltà għall-bini ta’ kapaċità amministrattiva aktar saħħitha, iżda jippermetti wkoll diviżjoni aktar ċara tar-responsabilitajiet.

    Sal-lum mhija disponibbli l-ebda stima affidabbli fir-rigward tal-ispiża tal-kontrolli tal-Fondi tal-ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-Affarijiet Interni. L-unika stima disponibbli hija relatata mal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni fejn l-ispejjeż tal-kompiti relatati ma’ kontrolli (fuq livell nazzjonali u esklużi l-ispejjeż tal-Kummissjoni) huma stmati madwar 2% tat-total ta’ finanzjament amministrat fil-perjodu 2007-2013. Dawn l-ispejjeż huma relatati mal-oqsma ta’ kontroll li ġejjin: 1 % ġej minn koordinazzjoni nazzjonali u tħejjija tal-programm, 82 % huma relatati mal-ġestjoni tal-programm, 4 % maċ-ċertifikazzjoni u 13 % mal-verifika.

    Il-proposti li ġejjin se jżidu l-ispejjeż ta’ kontroll:

    – il-ħolqien u l-funzjonament ta' korp ta' akkreditazzjoni u b’mod ġenerali l-bidla fis-sistema;

    – is-sottomissjoni ta' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li takkompanja l-kontijiet annwali;

    – il-kontrolli fuq il-post li jridu jsiru mill-Awtorità Responsabbli;

    – il-ħtieġa għal attività addizzjonali ta' verifika mill-Awtoritajiet tal-Verifika biex jivverifikaw id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni.

    Madankollu hemm ukoll proposti li se jnaqqsu l-ispejjeż ta' kontroll:

    – L-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni mhijiex se tibqa' teżisti. Għalkemm il-funzjonijiet tagħhom se jiġu trasferiti parzjalment lill-Awtorità Responsabbli, dan se jippermetti li l-Istat Membru jiffranka parti sostanzjali tal-ispejjeż relatati maċ-ċertifikazzjoni minħabba f'effiċjenza amminstrattiva aħjar, ħtieġa mnaqqsa għal koordinazzjoni u tnaqqis tail-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki;

    – Il-kontrolli li jridu jitwettqu mill-Awtorità ta' Verifika se jiġu orjentati aktar lejn it-twettiq mill-ġdid (kampjun ta’) ta’ kontrolli amministrattivi u fuq il-post tal-ewwel (1) livell imwettqa mill-Awtorità Responsabbli. Dan se jħaffef il-proċedura kontradittorja u jiżgura li l-kontrolli kollha meħtieġa jitwettqu qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet annwali;

    – L-użu tal-ispejjeż simplifikati li jnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fil-livell kollha, kemm għall-amministrazzjonijiet kif ukoll għall-benefiċjarji;

    – Għeluq annwali, u l-limitazzjoni tal-perjodu għas-saldu ta’ konformità sa 36 xahar se jnaqqas il-perjodu ta’ żamma tad-dokumenti għal finijiet ta’ kontroll għal amministrazzjonijiet u benefiċjarji pubbliċi;

    – It-twaqqif ta’ flussi ta’ komunikazzjoni elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jkun obbligatorju.

    Ma’ dawn għandhom jiżdiedu l-elementi ta' simplifikazzjoni elenkati taħt §2.2.1 hawn fuq li se jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis ta’ piż amministrattiv għal benefiċjarji u għaldaqstant jirrappreżentaw tnaqqis simultanju ta’ riskji ta’ żball u ta’ piż amministrattiv.

    Għalhekk, b’mod ġenerali huwa mistenni li dawn il-proposti se jwasslu għal distribuzzjoni mill-ġdid ta' spejjeż ta' kontroll aktar milli żieda jew tnaqqis. Huwa madankollu antiċipat li din id-distribuzzjoni mill-ġdid ta’ spejjeż (matul funzjonijiet u minħabba l-arranġamenti proporzjonati ta' kontroll, anke fl-Istati Membri u programmi kollha) se tippermetti mitigazzjoni aktar effettiva ta' riskji u katina aħjar u aktar mgħaġġla ta' assigurazzjoni.

    Fil-livell tal-Kummissjoni, l-ispiża ta’ ġestjoni u kontrolli għal ġestjoni kondiviża mhijiex mistennija li tonqos fl-ewwel nofs tal-perjodu ta’ programmazzjoni. Dan huwa l-ewwel nett il-każ minħabba li l-ammont u l-oqsma tal-politika kkonċernati minn ġestjoni kondiviża se jespandu meta mqabbel mal-perjodu attwali. Għalhekk iż-żamma tal-istess riżorsi diġà se jeħtieġu kisbiet fl-effiċjenza. Barra minn hekk, l-ewwel snin se jiġu kkaratterizzati mill-għaqda ta' ħafna kompiti importanti li jridu jitwettqu: għeluq ta' programmi 2007-2013 (l-aħħar rapporti tal-għeluq dovuti sal-31 ta’ Marzju 2016), djalogi ta' politika u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali multiannwali 2014-2020, it-twaqqif ta’ sistema ġdida ta’ saldu tal-kontijiet. Fit-tieni nofs tal-perjodu, ir-riżorsi potenzjali disponibbli se jintużaw sabiex itejbu l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ. 

    Ġestjoni ċentralizzata

    Fir-rigward ta’ ġestjoni ċentralizzata, il-Kummissjoni se tkompli tapplika s-sistema ta’ kontroll attwali tagħha li hija magħmula mill-komponenti li ġejjin: is-sorveljanza ta’ operazzjonijiet mid-direttorati operattivi, il-kontroll ex-ante mill-Unità tal-Baġit u l-Kontroll, il-Kumitat tal-Akkwist Intern il-kontrolli ex-post għal għotjiet jew il-verifiki mill-Kapaċità tal-Verifika Interna u/jew is-Servizz tal-Verifika Interna. Is-settur ta’ kontroll ex-post japplika "strateġija ta’ skoperta" immirata lejn l-iskoperta ta’ massimu ta’ anomaliji bil-ħsieb li jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti. Abbażi ta’ din l-istrateġija, il-verifiki jitwettqu fuq kampjun ta’ proġetti magħżula kważi għal kollox fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

    Bis-saħħa ta’ din il-kombinazzjoni ta’ kontrolli ex-ante u ex-post kif ukoll kontrolli f’uffiċċju u verifiki fuq il-post, f'dawn l-aħħar snin ir-rata medja kwantifikabbli tal-iżbalji residwali kienet aktar baxxa minn 2 %. Għalhekk, is-sistema ta' kontroll interna kif ukoll l-ispiża tagħha titqies adegwata f’DĠ HOME sabiex jinkiseb l-objettiv ta' rata baxxa tal-iżbalji.

    Madankollu, fi ħdan dan il-qafas, DĠ HOME se jkompli jesplora possibbiltajiet sabiex tittejjeb il-ġestjoni u tiżdied is-simplifikazzjoni. B’mod partikolari, l-opzjonijiet kollha ssimplifikati li jsiru disponibbli fir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid se jintużaw kemm jista’ jkun minħabba li huwa mistenni li se jikkontribbwixxu għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal benefiċjarji u għaldaqstant jirrappreżenta tnaqqis simultanju ta’ riskji tal-iżbalji u tal-piż amministrattiv għall-Kummissjoni.

    Linji ta’ żvilupp ġodda

    Il-proposti jipprevedu linji ta' żvilupp ġodda għall-finanzjament tal-UE fil-qasam tal-affarijiet interni, e.ż. użu aħjar tal-konpetenzi li jeżistu fl-aġenziji tal-UE, l-iżvilupp tad-dimensjoni esterna u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ emerġenza.  Dawn se jeħtieġu metodi ġodda ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għad-DĠ Home.        L-ammonti li se jiġu ddedikati għal dawk il-linji ta’ żvilupp ġodda għadhom ma ġewx iffissati, iżda mhux probabbli li jkunu sinifikanti meta mqabbla mal-baġit globali tal-affarijiet interni. Madankollu, ikun importanti ħafna li jitwaqqfu l-mezzi interni u l-arranġamenti tax-xogħol sabiex jiġu implimentati dawn il-kompiti l-ġodda kmieni kemm jista’ jkun fi ħdan il-perjodu, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

    L-analiżi hawn fuq turi biċ-ċar li, minkejja s-simplifikazzjonijiet kollha introdotti, il-livell ta’ riżorsi umani meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-baġit miżjud ta’ DĠ HOME se jkollu jiġi rinfurzat.            Ir-riżosi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt l-allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji

    2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta' irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

    Flimkien mal-applikazzjoni tal-mekkaniżmi regolatorji kollha ta’ kontroll, DĠ HOME se jfassal strateġija kontra l-frodi f’konformità mal-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta’ Ġunju 2011 sabiex jiġi żgurat inter alia li l-kontrolli relatati interni kontra l-frodi huma allinjati għal kollox mal-CAFS u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tal-frodi huwa adattat sabiex jidentifika oqsma tar-riskju tal-frodi u tweġibiet adegwati. Fejn meħtieġ, se jitwaqqfu gruppi ta’ netwerking u għodod adegwati tal-IT iddedikati għall-analiżi ta’ każijiet tal-frodi relatati mal-Fondi.

    Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, il-CAFS tidentifika biċ-ċar il-ħtieġa li l-proposti tal-Kummissjoni għar-regolamenti tal-2014-2020 li jitolbu lill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ miżuri tal-prevenzjoni tal-frodi li huma effettivi u proporzjonati għar-riskji tal-frodi identifikati. Il-proposta attwali tinkludi f’Artikolu 5 ħtieġa ċara mill-Istati Membri sabiex jiġu preklużi, skoperti u kkoreġuti irregolaritajiet u sabiex jiġi rrappurtati lill-Kummissjoni. Aktar dettalji fir-rigward ta’ dawn l-obbligi se jkunu parti mir-regoli dettaljati dwar il-funzjonijiet tal-Awtorità Responsabbli kif previst fl-Artikolu 24 (5) (c).

    Barra minn hekk, l-użu mill-ġdid ta' fondi li jiġu minn korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq kummissjoni jew sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri ġiet indikata b’mod ċar fl-Artikolu 41.

    3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

    · Intestaturi tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru || Diff[18]. || minn pajjiżi tal- EFTA[19] || minn pajjiżi kandidati[20] || minn partijiet terzi || fis-sens tal-Artikolu 18 (1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju

    3 ||   || Diff || LE || LE || LE || LE

    ·  Intestaturi tal-baġit ġodda mitlubin

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numri Intestatura 3 || Diff./mhux-diff. || minn pajjiżi tal- EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn partijiet terzi || fis-sens tal-Artikolu 18 (1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju

    3 || 18 01 04 aa – il-Fond tal-Ażil u l-Migrazzjoni – Assistenza teknika || Mhux Diff || LE || LE || LE || LE

    3 || 18 02 aa - il-Fond tal-Ażil u l-Migrazzjoni || Diff || LE || LE || LE || LE

    3 || 18 01 04 bb – il-Fond għas-Sigurtà Interna – tal-Pulizija u l-Kriminalità - Assistenza teknika || Mhux Diff || LE || LE || IVA || LE

    3 || 18 02 bb - Fond għas-Sigurtà Interna - tal-Pulizija u l-Kriminalità || Diff || LE || LE || IVA || LE

    3 || 18 01 04 cc – il-Fond għas-Sigurtà Interna – Fruntieri u Viżi - Assistenza teknika || Mhux Diff || LE || LE || IVA || LE

    3 || 18 02 cc - Fond għas-Sigurtà Interna - il-Fruntieri u l-Viżi || Diff || LE || LE || IVA || LE

    Kontribuzzjonijiet minn Partijiet terzi jikkonċernaw iż-żewġ komponenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna.

    Il-kriterji u l-metodu sabiex jiġu kkalkolati dawn il-kontribuzzjonijiet iridu jiġu nnegozjati bejn l-UE u l-Istati Assoċjati fuq il-bażi ta’ proċedura separata.

    Filwaqt li jitqiesu persentaġġi simili għal dawk attwalment użati taħt l-EBF, l-Istati Assoċjati se jintalbu li jikkontribbwixxu b’madwar EUR 210 miljun għall-komponent tal-Fruntieri u l-Viża u b’madwar EUR 50 miljun għall-komponent tal-kooperazzjoni tal-Pulizija.

    3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Numru 3 || Sigurtà u Ċittadinanza

    DĠ HOME || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi (prezzijiet attwali) || || || || || || || || ||

    18 02 aa  Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil || Impenji || (1) || 517.492 || 527.892 || 538.500 || 549.320 || 560.356 || 571.613 || 586.266 || - || 3,851.439

    Pagamenti || (2) || 90.085 || 102.823 || 270.844 || 420.790 || 532.681 || 543.385 || 554.303 || 1,336.528 || 3,851.439

    18 02 bb Fond għas-sigurtà interna – tal-pulizija u l-kriminalità || Impenji || (1a) || 135.076 || 143.047 || 151.283 || 159.791 || 168.578 || 177.653 || 187.022 || || 1,122.450

    Pagamenti || (2a) || 15.714 || 43.881 || 71.419 || 111.709 || 147.854 || 156.248 || 164.918 || 410.707 || 1,122.450

    18 02 cc  Fond għas-sigurtà interna - il-Fruntieri u l-Viżi || Impenji || (1a) || 422.310 || 447.186 || 472.886 || 499.435 || 526.856 || 555.173 || 584.412 || - || 3,508.258

    Pagamenti || (2a) || 59.999 || 120.794 || 223.204 || 350.813 || 461.098 || 487.256 || 514.275 || 1,290.818 || 3,508.258

    Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[21] || || || || || || || || ||

    18 01 04 aa             Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil || || (3) || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || || 18.500

    18 01 04 bb            Fond għas-sigurtà interna – tal-pulizija u l-kriminalità || || || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || || 5.600

    18 01 04 cc             Fond għas-sigurtà interna - il-Fruntieri u l-Viżi || || || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || || 11.900

    Approprjazzjonijiet TOTALI għal DĠ HOME || Impenji || =1+1a +3 || 1.079,878 || 1.123,125 || 1.167,669 || 1.213,546 || 1.260,790 || 1.309,439 || 1.362,700 || || 8.517,147

    Pagamenti || =2+2a +3 || 170.799 || 272.497 || 570.467 || 888.313 || 1,146.634 || 1,191.889 || 1,238.496 || 3,038.053 || 8.517,147

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || " Nefqa amministrattiva "

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

    DĠ: HOME ||

    Ÿ Riżirsi Umani || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || || 145.887

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,156 || 0,159 || 0,162 || 0,165 || 0,168 || 0,172 || 0,175 || || 1,157

    TOTAL DĠ HOME || Approprjazzjonijiet || 20.997 || 21.000 || 21.003 || 21.006 || 21.009 || 21.013 || 21.016 || || 147.044

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 20.997 || 21.000 || 21.003 || 21.006 || 21.009 || 21.013 || 21.016 || || 147.044

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURA minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 1,100.875 || 1,144.125 || 1,188.672 || 1,234.552 || 1,281.799 || 1,330.452 || 1,383.716 || || 8,664.191

    Pagamenti || 191.796 || 293.497 || 591.470 || 909.319 || 1,167.643 || 1,212.902 || 1,259.512 || 3,038.053 || 8,664.191

    3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi

    – þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:           Il-politika tal-Affarijiet Interni hija implimentata prinċipalment minn ġestjoni kondiviża. Filwaqt li prijoritajiet ta’ nfiq huma stabbiliti fil-livell tal-UE, ġestjoni kwotidjana attwali hija vestita fl-Awtoritajiet Responsabbli f’livell nazzjonali. Indikaturi u miri ta’ riżultati komuni se jiġu deċiżi flimkien mill-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Responsabbli bħala parti mill-programmi nazzjonali tagħhom, u approvati mill-Kummissjoni. Huwa għalhekk diffiċli li jiġu indikati miri għal riżultati sakemm il-programmi jiġu abbozzati, innegozjati u approvati fl-2013/14.     Fir-rigward tal-ġestjoni ċentralizzata, lanqas mhuwa possibbli għad-DĠ HOME li jipprovdi lista eżawrjenti tar-riżultati kollha li jridu jitwasslu permezz tal-intervent finanzjarju taħt il-Fondi, l-ispejjeż medji u n-numri tagħhom, kif mitlub minn din it-taqsima. Fil-mument ma hemm l-ebda għodda statistika li tippermetti l-kalkolu ta’ spejjeż medji sinifikanti fuq il-bażi tal-programmi attwali, u din id-definizzjoni preċiża tkun kontra l-prinċipju li l-programm futur għandu jipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex ikun adattat għal prijoritajiet politiċi bejn l-2014-2020. Dan huwa partikolarment veru għal għajnuna ta’ emerġenza u azzjonijiet f’partijiet terzi u fir-rigward tagħhom.

    Approprjazzjonijiet tal-impenji f’miljuni ta’ euro (sa 3 punti deċimali)

    Indika objettivi u riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġa sabiex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara punt 1.6) || TOTAL

    RIŻULTATI

    Tip ta’ output[22] || Spiża medja tal-output || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru totali ta' riżultati || Spiża totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[23]… || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotali għal objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotali għal objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

    3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi

    – þ Il-proposta teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali) HOME

    INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali[24] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    Riżorsi umani HOME || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 145.887

    Nefqa amministrattiva oħra || 0,156 || 0,159 || 0,162 || 0,165 || 0,168 || 0,172 || 0,175 || 1,157

    Sottototal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 20.997 || 21.000 || 21.003 || 21.006 || 21.009 || 21.013 || 21.016 || 147.044

    Barra mill-INTESTATURA 5[25] tal-qafas finanzjarju multiannwali[26] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    Riżorsi umani HOME || 1.280 || 1.280 || 1.280 || 1.280 || 1.280 || 1.280 || 1.280 || 8.960

    Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 3.720 || 3.720 || 3.720 || 3.720 || 3.720 || 3.720 || 3.720 || 26.040

    Sottototal a' barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5.000 || 5.000 || 5.000 || 5.000 || 5.000 || 5.000 || 5.000 || 35.000

    TOTAL || 25.997 || 26.000 || 26.003 || 26.006 || 26.009 || 26.013 || 26.016 || 182.044

    3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani

    – þ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: Ċifri użati għas-sena n huma dawk għall-2011.

    L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-iktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

    Ÿ Il-karigi tal-pjan tal-istabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) HOME ||

    || 18 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 136 || 136 || 136 || 136 || 136 || 136 || 136

    || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15

    || 18 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

    || Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time:) FTE)[27] ||

    || 18 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 16 || 16 || 16 || 16 || 16 || 16 || 16

    || XX 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10

    || 18 01 04 aa[28] || - fil-Kwartieri ġenerali[29] || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10

    || - f’delegazzjonijiet || * || * || * || * || * || * || *

    || 18 01 04 bb[30] || - fil-Kwartieri ġenerali[31] || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4

    || - f’delegazzjonijiet || * || * || * || * || * || * || *

    || 18 01 04 cc[32] || - fil-Kwartieri ġenerali[33] || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

    || - f’delegazzjonijiet || * || * || * || * || * || * || *

    || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

    || Oħrajn 13 01 04 02) || || || || || || ||

    || TOTAL || 197 || 197 || 197 || 197 || 197 || 197 || 197

    XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżosi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt l-allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji. L-ammonti u l-imputazzjonijiet se jkunu aġġustati f'każ li jkun hemm xi proċess ta' esternalizzazzjoni lil Aġenzija Eżekuttiva.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji fil-kwartieri ġenerali || Il-kompiti li jridu jitwettqu jinkludu l-kompiti kollha meħtieġa għall-ġestjoni ta’ programm finanzjarju, bħal: - il-provista ta’ input għall-proċedura tal-baġit;              - it-twettiq tad-djalogu dwar il-baġit ma’ Stati Membri; - it-tħejjija ta’ programmi annwali ta' xogħol/deċiżjonijiet ta' finanzjament, l-istabbiliment ta' prijoritajiet annwali, l-approvazzjoni ta' programmi nazzjonali;                - il-ġestjoni ta’ programmi nazzjonali, sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ selezzjoni sussegwenti;               - il-komunikazzjoni ma’ partijiet interessati (benefiċjarji potenzjali/attwali, l-Istati Membri,eċċ); - l-abbozzar ta’ linji gwida lill-Istati Membri     - il-ġestjoni ta’ proġetti, b’mod operattiv u finanzjarju; - it-twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (verifika ex ante, kumitat ta’ akkwist, verifiki ex post, verifika interna, saldu ta’ kontijiet);       - il-kontabilità;      - l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ għodod tal-IT tal-ġestjoni tal-għotja u l-programm nazzjonali;                - il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-ilħiq tal-għanijiet, inklużi fir-rapporti annwali ta' Attività u r-rapporti tal-Uffiċjal Awtorizzanti b’sottodelega

    Persunal estern || Il-kompiti huma simili għal dawk ta' uffiċjali u aġenti temporanji, ħlief għal kompiti li ma jistgħux jitwettqu minn persunal estern

    Persunal f’delegazzjonijiet || Sabiex jakkompanjaw l-iżvilupp tal-implentazzjoni tal-politika tal-qasam tal-affarijiet interni, u b’mod partikolari d-dimensjoni esterna tiegħu, delegazzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jiġu mgħammra b’kompetenzi suffiċjenti b’rabta mal-affarijiet interni. Dan jista' jkun persunal mill-Kummissjoni Ewropea u/jew is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

    Sabiex jakkompanjaw l-iżvilupp tal-implentazzjoni tal-politika tal-qasam tal-affarijiet interni, u b’mod partikolari d-dimensjoni esterna tiegħu, delegazzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jiġu mgħammra b’kompetenzi suffiċjenti b’rabta mal-affarijiet interni. Dan jista' jkun persunal mill-Kummissjoni Ewropea u/jew is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

    3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    – þ  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

    Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[34].

    Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    – Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi

    – þ Il-proposta tipprovdi li l-finanzjament Ewropew jeħtieġ li jiġi kofinanzjat. L-ammont eżatt ma jistax jiġi kwantifikat. Ir-regolament jistabbilixxi rati massimi ta’ kofinanzjament differenzjati f’konformità mat-tipi ta’ azzjonijiet:

    Approprjazzjonijiet f’ EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || SM || SM || SM || SM || SM || SM || SM ||

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd ||

    3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

    – þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju li ġej:

    – ¨         fuq ir-riżorsi proprji

    – ¨         fuq id-dħul mixxellanju

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Intestatura tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena tal-baġit kontinwa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[35]

    Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal kolonni kemm meħtieġa sabiex tirrifletti t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara punt 1.6)

    Artikolu …………. || || || || || || || ||

    Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-intestatura/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

    [1]               COM (2011) 500 Final.

    [2]               COM (2010) 700 final.

    [3]               COM (2010) 543 final.

    [4]               "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE", COM (2010) 700, 19.10.2010.

    [5]               Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM (2011) 615 final)

    [6]               Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM (2011) 628/3)

    [7]               Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1

    [8]               ĠU C , , p. .

    [9]               ĠU C , , p. .

    [10]             Reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju – Proposta tal-Kummissjoni COM (2010) 0260

    [11]             Reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju – Proposta tal-Kummissjoni COM (2010) 0260

    [12]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    [13]             ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

    [14]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività - ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività.

    [15]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49 (6) (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [16]             Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-Baġit: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [17]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [18]             Diff. = Approprjazzjonijet differenzjati / Non-Diff. = Approprjazzjonijet nondifferenzjati

    [19]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [20]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Punent tal-Balkani.

    [21]             L-assistenza u/jew in-nefqa tekniċi u/jew amministrattivi bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [22]             Outputa huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż. Numru ta' skambji ffinanzjati ta' studenti, numru ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).

    [23]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Objettiv(i) speċifiċi ..."

    [24]             Pakkett globali, ibbażat fuq l-Allokazzjoni Finali għal Riżorsi Umani tal-2011, inkluż uffiċjali u persunal estern

    [25]             L-assistenza u/jew in-nefqa tekniċi u/jew amministrattivi bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [26]             Persunal estern iffinanzjat minn intestaturi BA preċedenti, ibbażati fuq l-Allokazzjoni Finali għal Riżorsi Umani tal-2011, inkluż persunal estern fil-Kwartieri ġenerali u f’Delegazzjonijiet

    [27]             CA= Aġent bil-Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent bil-Kuntratt; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;

    [28]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (intestaturi "BA" preċedenti).

    [29]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [30]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (intestaturi "BA" preċedenti).

    [31]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [32]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (intestaturi "BA" preċedenti).

    [33]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [34]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [35]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.

    Top