Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0750

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

/* KUMM/2011/0750 finali - 2011/0365 (COD) */

52011PC0750

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża /* KUMM/2011/0750 finali - 2011/0365 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-politiki relatati maż-Żona tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja ilhom jiżdiedu fl-importanza natul dawn l-aħħar snin. Dawn il-politiki huma fil-qalba tal-proġett Ewropew biex tinħoloq żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċittadini tal-UE u ċittadini minn pajjiżi terzi jistgħu jidħlu, jiċċirkolaw, jgħixu u jaħdmu, iġibu ideat ġodda, kapital, għarfien u innovazzjoni jew jimlew il-lakuni fis-swieq tax-xogħol nazzjonali, kunfidenti li d-drittijiet tagħhom ikunu rispettati bis-sħiħ u s-sigurtà tagħhom assigurata. L-importanza dejjem tikber tal-politiki dwar l-affarijiet interni ġiet ikkonfermata mill-Programm ta’ Stokkolma tal-2009,[1] u huwa wkoll wieħed mill-oqsma li raw bidliet importanti bit-Trattat ta’ Lisbona.

Fil-qasam tas-Sigurtà Interna, dokumenti importanti bħall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna[2] pprovdew gwida ċara dwar id-direzzjoni ta’ attivitajiet fis-snin li ġejjin. Għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viża, il-Komunikazzjoni dwar il-Migrazzjoni[3] iddeskriviet f'aktar dettall l-isfidi tal-ġejjieni fir-rigward tas-sigurtà tal-fruntieri u l-iżvilupp ta’ żona mingħajr fruntieri interni. Il-Komunikazzjoni dwar il-governanza ta’ Schengen[4] ippreżentat proposti biex jissaħħaħ l-acquis ta' Schengen permezz ta’ sistema ta’ governanza li kapaċi tirrispondi b’mod effettiv, u b’mod f’waqtu u koordinat madwar l-Unjoni, għal ċirkostanzi eċċezzjonali u sfidi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament ġenerali ta’ Schengen. Il-Komunikazzjoni dwar il-fruntieri intelliġenti tispjega[5] kif sistemi ġodda tal-IT bħal sistema ta’ Dħul/ħruġ u Programm għall-Vjaġġaturi Reġistrati jistgħu jikkontribwixxu għal ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji fl-UE.

Komponent ewlieni fis-sistema komuni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri kien l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ solidarjetà tal-UE, li jappoġġjaw l-applikazzjoni uniformi u ta’ kwalità għolja tal-istandards tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika komuni dwar il-viża. It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva mill-Istati Membri dwar il-kontroll tal-fruntieri permezz tal-Aġenzija Frontex jikkostitwixxi pass importanti lejn l-iżvilupp tas-sistema. Barra minn hekk, permezz tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, l-Unjoni tesprimi s-solidarjetà permezz ta’ assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni u l-viża.

Il-Programm ta’ Stokkolma b’mod espliċitu sejjaħ għall-ħolqien ta’ Fond li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna u approċċ koerenti u komprensiv għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, inkluż il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

F’dan l-isfond, fil-proposta tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għall-perjodu 2014-2020[6], il-Kummissjoni ssuġġeriet li jitwaqqaf Fond għas-Sigurtà Interna, bħala parti minn struttura simplifikata ta’ żewġ fondi għall-infiq futur fil-qasam tal-affarijiet interni li tinkludi wkoll il-ħolqien ta’ Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Fond għas-Sigurtà Interna se jkollu baġit globali ta’ EUR 4,648 (f'prezzijiet attwali) miljun biex jappoġġja l-implimentazzjoni tal-ħames objettivi strateġiċi stabbiliti mill-Istrateġija tas-Sigurtà Interna: l-isfaxxar ta’ netwerks tal-kriminalità internazzjonali; il-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ; iż-żieda fil-livelli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini u n-negozji fiċ-ċiberspazju; it-tisħiħ tas-sigurtà permezz tal-ġestjoni tal-fruntieri; u ż-żieda fir-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri.

Minħabba l-bażijiet differenti tat-Trattat għall-firxa wiesgħa tal-objettivi strateġiċi li għandhom jiġu koperti, mhuwiex legalment possibbli li jiġi stabbilit Fond għas-Sigurtà Interna bħala strument finanzjarju wieħed. Għalhekk huwa propost li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas finanzjarju komprensiv li jinkludi żewġ proposti speċifiċi għas-settur – li minnhom dan huwa wieħed - ikkumplimentat minn strument orizzontali li jistabilixxi dispożizzjonijiet komuni.

L-arkitettura legali hija spjegata f’aktar dettal fit-taqsima 3.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

F’konformità mal-enfasi akbar imqiegħda fuq l-evalwazzjoni bħala għodda biex ikun infurmat it-tfassil tal-politika, din il-proposta tkun infurmata bir-riżultati tal-evalwazzjoni, il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt.

Ix-xogħol fuq it-tħejjija tal-istrumenti finanzjarji futuri għall-affarijiet interni beda fl-2010 u kompla fl-2011. Bħala parti minn dan ix-xogħol preparatorju, f'Diċembru 2010 tnieda studju ta’ evalwazzjoni/valutazzjoni tal-impatt bl-għajnuna ta’ kuntrattur estern. Dan l-istudju tlesta f'Lulju 2011 u ġabar flimkien ir-riżultati tal-evalwazzjoni disponibbli għall-istrumenti finanzjarji eżistenti u informa dwar il-problemi, l-objettivi u l-għażliet tal-politika, inkluż l-impatt probabbli tagħhom, eżaminati fil-valutazzjoni tal-impatt. B’żieda fuq dan l-istudju, il-Kummissjoni ħejjiet rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li fuqu l-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt wassal l-opinjoni tiegħu fid-9 ta’ Settembru 2011.

F’konformità mal-enfasi akbar imqiegħed fuq l-evalwazzjoni bħala għodda biex ikun infurmat it-tfassil tal-politika, din il-proposta leġiżlattiva kkunsidrat bis-sħiħ ukoll l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fond għall-Fruntieri Esterni. Fir-rapport tagħha ta’ [... Novembru 2011], il-Kummissjoni vvalutat l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi tal-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2007-2009. Ir-rapport jippreżenta ħarsa ġenerali tal-attivitajiet konkreti mwettqa fl-Istati Membri taħt il-Fond biex itejbu l-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u l-ġestjoni tal-viżi fil-livell nazzjonali. Dan jenfasizza partikolarment miżuri mill-Istati Membri fir-rigward ta’ sigurtà tad-dokumenti, l-investimenti konsiderevoli li saru biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri għall-approċċi tal-Mediterran u l-Atlantiku u proġetti pilota dwar il-kontroll awtomatizzat tal-fruntieri u programmi għall-vjaġġaturi rreġistrati.

Meta saret din il-proposta, ir-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika onlajn iddedikata dwar il-futur tal-finanzjament tal-affarijiet interni[7], li damet mill-5 ta’ Jannar sal-20 ta’ Marzu 2011 u li kienet miftuħa għall-partijiet interessati minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi, ġew ikkunsidrati kollha. Ġew irċevuti total ta’ 115-il tweġiba minn individwi u għan-nom ta’ organizzazzjonijiet, inklużi 8 dokumenti ta’ pożizzjoni. Dawk li wieġbu mill-Istati Membri kollha kkontribwew għall-konsultazzjoni kif ukoll dawk li wieġbu minn xi pajjiżi terzi.

F'April 2011, il-konferenza "Il-futur tal-finanzjament tal-UE għall-Affarijiet Interni: Ħarsa mill-ġdid" ġabret flimkien partijiet interessati ewlenin (L-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ) u tathom l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-futur tal-finanzjament mill-UE għall-affarijiet interni. Il-konferenza kienet ukoll okkażjoni biex ikun ivvalidat ir-riżultat tal-evalwazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika.

Il-futur tal-finanzjament tal-UE għall-affarijiet interni ġie għall-attenzjoni u diskuss mal-partijiet interessati istituzzjonali f’diversi okkażjonijiet, inkluż f’diskussjoni informali waqt ikla waqt il-Kunsill ĠAI fil-21 ta’ Jannar 2011, f’kolazzjon informali mal-koordinaturi politiċi tal-Parlament Ewropew fis-26 ta’ Jannar 2011, fis-seduta tal-Kummissarju Malmström quddiem il-Kumitat SURE tal-Parlament fl-10 ta’ Marzu 2011 u matul skambju ta’ fehmiet bejn id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Affarijiet Interni u l-Kumitat LIBE tal-Parlament fis-17 ta’ Marzu 2011.

Ġew ipprovduti pariri esperti speċifiċi dwar l-istrumenti finanzjarji futuri fil-qasam tas-Sigurtà Interna permezz ta’ diskussjonijiet li seħħew matul il-Konferenza EOS dwar l-Industrija u s-Sigurtà fid-9 ta’ Frar 2011 u fil-Kumitat dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tat-22 ta’ Frar 2011. Barra minn hekk, l-aspetti tekniċi marbuta mal-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju futur fil-qasam tas-Sigurtà Interna ġew diskussi wkoll fuq il-bażi tal-konsultazzjoni bil-miktub f'April 2011 mal-esperti tal-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat komuni għall-Programm Ġenerali dwar il-Ġestjoni tal-Flussi tal-Migrazzjoni ("Kumitat SOLID").

Il-konsultazzjonijiet, konferenzi u diskussjonijiet esperti t’hawn fuq ikkonfermaw li hemm qbil ġenerali fost il-partijiet interessati ewlenin dwar il-bżonn li jwessgħu l-ambitu ta’ azzjoni għall-finanzjament tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni esterna tiegħu, u l-bżonn biex jaħdmu lejn aktar simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ twassil u flessibilità akbar, b’mod partikolari biex jirrispondu għall-emerġenzi. Sabiex jiżdied il-valur, l-infiq tal-UE għandu jirrifletti aħjar il-prijoritajiet u l-impenji strateġiċi fil-livell tal-UE u għandu jappoġġja l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-affarijiet interni. Fil-qasam tas-sigurtà interna, il-partijiet interessati qiesu li l-prijoritajiet tematiċi wiesgħa diġà ġew stabbiliti mill-Programm ta’ Stokkolma tal-2009 u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-2010. Mekkaniżmu ta’ finanzjament għall-futur għandu għalhekk jiġi definit b’mod komprensiv, li jinkludi l-infurzar tal-liġi, il-gwardji tal-fruntieri u l-komunitajiet doganali. Il-ħtieġa li jsir użu akbar mill-aġenziji relevanti tal-Unjoni, bħall-Europol u l-Frontex ġiet meqjusa bħala importanti wkoll. Kien hemm appoġġ wiesgħa biex jitnaqqas in-numru ta’ strumenti finanzjarji għal struttura ta’ żewġ Fondi bil-kundizzjoni li dan iwassal għas-simplifikazzjoni. Il-partijiet interessati qablu wkoll dwar il-ħtieġa għal mekkaniżmu flessibbli ta’ rispons waqt emerġenza. Il-ġestjoni maqsuma li tersaq lejn programmazzjoni multiannwali kienet ġeneralment meqjusa bħala l-metodu xieraq tal-ġestjoni għall-infiq għall-affarijiet interni. Organizzazzjonijiet mhux governattivi, madankollu, kienu tal-fehma li l-ġestjoni diretta għandha titkompla wkoll.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Id-dritt għall-azzjoni huwa kkostitwit mill-Artikolu 3 (2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara li "l-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha".

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata fuq il-bażi tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE), li jistabbilixxi l-mezzi li jikkostitwixxu spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Qed tinġibed l-attenzjoni wkoll għall-Artikolu 80 tat-TFUE li jenfasizza li dawn il-politiki tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu bejn l-Istati Membri.

Il-ħolqien tal-Fond għas-Sigurtà Interna jeħtieġ l-adozzjoni ta’ tliet strumenti leġiżlattivi li flimkien jikkostitwixxu l-Fond. Din l-istruttura globali ntgħażlet fid-dawl tal-obbligi tat-Trattat. Minħabba l-arranġamenti differenti tal-votazzjoni fil-Kunsill skont il-Protokolli 19 (dwar l-acquis ta’ Schengen), 21 (il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja) u 22 (il-pożizzjoni tad-Danimarka, inkluż fir-rigward tat-Titolu V, parti tlieta tat-Trattat) mhuwiex legalment possibbli li titfassal proposta waħda leġiżlattiva komprensiva għall-Fond għas-Sigurtà Interna, minkejja l-koerenza tal-objettivi tal-politika li għandhom jiġu indirizzati.

Għaldaqstant il-Fond għas-Sigurtà Interna nħoloq bħala qafas finanzjarju komprensiv li huwa magħmul minn żewġ atti separati, li jistabbilixxi l-komponenti differenti tal-Fond u li jistabbilixxi l-għanijiet, l-azzjonijiet eliġibbli u l-pakketti għal kull komponent:

– Regolament li jistabilixxi, bħala parti mill-Fond, il-komponent għall-kooperazzjoni tal-pulizija, għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi;

– Regolament li jwaqqaf, bħala parti mill-Fond, il-komponent tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika komuni dwar il-viża;

Fi ħdan il-qafas komprensiv tal-Fond għas-Sigurtà Interna, dan ir-Regolament jiddefinixxi kif xieraq l-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika komuni dwar il-viża.

Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 77 tat-Trattat.

B’mod ġenerali, dan huwa qasam fejn hemm valur miżjud evidenti fl-interventi tal-UE meta mqabbla mal-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. L-Unjoni Ewropea tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas għall-espressjoni ta’ solidarjetà tal-UE fil-kontroll tal-fruntieri, il-politika dwar il-viża u l-ġestjoni tal-flussi migratorji, u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT komuni li jsostnu dawn il-politiki. L-appoġġ finanzjarju provdut taħt dan ir-Regolament għalhekk jikkontribwixxi b'mod partikolari biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej f’dawk l-oqsma. Għal dak il-għan, ir-Regolament, inter alia jimmira li jappoġġja b’mod aktar sistematiku s-servizzi pprovduti mill-Istati Membri individwali fl-assigurazzjoni taż-żona ħielsa tal-fruntiera ("mekkaniżmu ta’ appoġġ operattiv"), biex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn awtoritajiet tal-fruntieri u oħrajn tal-infurzar tal-liġi u biex jiżdied it-tagħmir speċjalizzat disponibbli fl-Istati Membri li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Frontex għall-operazzjonijiet konġunti fl-interess tal-protezzjoni taż-żona ħielsa tal-fruntiera. Madankollu, huwa rikonoxxut bis-sħiħ li l-interventi għandhom isiru fil-livell xieraq u l-irwol tal-UE m’għandux imur lil hinn minn dak li hu meħtieġ. Kif ir-Reviżjoni tal-Baġit enfasizzat, il-"baġit tal-UE għandu jintuża sabiex jiffinanzja ġid pubbliku tal-UE, l-azzjonijiet li l-Istati Membri u r-reġjuni ma jistgħux jiffinanzjawhom huma stess, jew fejn jista’ jikseb riżultati aħjar"[8].

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta tal-Kummissjoni fuq il-qafas multiannwali li jmiss tinkludi proposta ta’ EUR 4,648 miljun (fi prezzijiet attwali) għall-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020. Fi ħdan dan il-pakkett globali, ir-riżorsi disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ din il-proposta speċifika għas-settur jammontaw għal EUR 3,520 miljun. B'mod indikattiv, madwar 61% ta' dan l-ammont (EUR 2,150 miljun) għandhom jintużaw għal programmi nazzjonali tal-Istati Membri u l-appoġġ għall-Iskema ta' Tranżitu Speċjali implimentata mill-Litwanja, 31% (EUR 1,100 miljun) għandhom ikunu ddedikati għall-iżvilupp tal-pakkett fruntieri intelliġenti u l-bqija għandhom ikunu disponibbli għall-finanzjament ta' azzjonijiet mill-Unjoni, azzjonijiet ta' emerġenza u għajnuna teknika, filwaqt li jittieħdu in kunsiderazzjoni wkoll il-kontribuzzjonijiet mistennija mill-pajjiżi assoċjati ma' Schengen, li jiżdiedu mal-pakkett totali.

            EUR miljun

Fond għas-Sigurtà Interna inklużi sistemi tal-IT ġodda || 4,648

- Strument ta’ kooperazzjoni tal-Pulizija || 1,128

- Strument tal-fruntiera || 3,520

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta' Ġunju tal-2011, il-Kummissjoni pproponiet li twarrab pakkett separat ta' EUR 822 miljun (skont prezzijiet attwali) għall-ġestjoni ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira li jinsabu fis-seħħ (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Eurodac). Il-ġestjoni ta' dawn is-sistemi se tkun gradwalment trasferita mill-Kummissjoni għall-Aġenzija futura għall-Ġestjoni Operazzjonali ta' Sistemi ta' IT fuq Skala Kbira fiż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Aġenzija tal-IT) wara li tibda taħdem lejn l-aħħar tal-2012.

5.           L-ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-PROPOSTA

5.1.        Iffokar fuq prijoritajiet strateġiċi

Billi tistabbilixxi strument għall-appoġġ finanzjarju tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viża għall-perjodu 2014-2020, l-Unjoni se tkun tista’

· tappoġġja u ssaħħaħ il-kapaċitajiet nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viża u b’hekk tesprimi s-solidarjetà finanzjarja mal-inkarigi fdati lill-Istati Membri individwali fil-fruntieri esterni u fil-konsulati fl-interess taż-żona ħielsa tal-fruntiera bħala servizz pubbliku mogħti lill-Unjoni (programmi nazzjonali, inkluż "appoġġ operattiv");

· tiffinanzja l-iżvilupp tal-pakkett tal-fruntieri intelliġenti, jiġifieri t-twaqqif ta’ Sistema ta’ Dħul Ħruġ tal-UE (EES) u ta’ Programm għall-Vjaġġaturi Reġistrati tal-UE (RTP);

· tiffinanzja l-introduzzjoni u t-tħaddim tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri, EUROSUR, b'mod partikolari permezz tax-xiri ta’ tagħmir, infrastruttura u sistemi fl-Istati Membri;

· issaħħaħ il-governanza Schengen u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-verifika tal-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen minn (a) il-finanzjament tal-operazzjoni ta' dak il-mekkaniżmu taħt ġestjoni diretta; (b) l-introduzzjoni ta' kundizzjonalitajiet ibbażati skont l-acquis ta' Schengen għad-diżborsament tal-appoġġ operattiv għall-Istati Membri u (c) li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jallokaw (mill-ġdid) riżorsi li jkunu rċevew għal programmi taħt dan l-istrument bi prijorità biex jiġu rimedjat nuqqasijiet jekk dawn ikunu ġew identifikati fil-mekkaniżmu;

· jittejjeb il-potenzjal operattiv tal-Aġenzija Frontex billi l-Istati Membri jkunu mistiedna jallokaw riżorsi addizzjonali taħt il-programmi tagħhom għal tagħmir speċjalizzat li jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-operazzjonijiet konġunti tagħha;

· tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti tal-Unjoni fl-UE, fi u ma’ pajjiżi terzi taħt "azzjonijiet tal-Unjoni", biex b'hekk tittejjeb il-ġestjoni globali tal-flussi migratorji lejn l-Unjoni (proġetti ġestiti jew direttament, bħal studji jew proġetti pilota biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, jew indirettament, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju[9];

· ikollha riżorsi adegwati faċilment disponibbli biex tipprovdi assistenza ta’ emerġenza f'każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ pressjoni migratorja urġenti jew eċċezzjonali;

· tkompli tappoġġja l-funzjonament tal-Iskema ta’ Transitu Speċifika għal-Litwanja, skont l-obbligi tal-UE[10], tipprovdi appoġġ sabiex tikkumpensa għal miżati mitlufa minn viżi ta’ transitu u spejjeż addizzjonali mġarrba mil-Litwanja fl-implimentazzjoni tal-iskema tad-Dokument ta’ Transitu Faċilitat (FTD) u d-Dokument ta’ Transitu Ferrovjarju Faċilitat (FRTD), bħas-sostituzzjoni u t-titjib ta’ tagħmir, sistemi tal-IT, spejjeż tat-taħriġ u operattivi.

L-istrument se jippermetti appoġġ komprensiv tal-mudell ta’ kontroll tal-aċċess ta’ erba' livelli li jissottolinja l-kunċett ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri (il-miżuri f’pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien, il-kontroll tal-fruntieri u l-miżuri fiż-żona ta’ moviment liberu).

5.2. Riżorsi għas-sistemi tal-IT u l-pakkatt tal-fruntieri intelliġenti

Taħt il-programmi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-allokazzjonijiet tagħhom sabiex jappoġġjaw il-ġestjoni u fejn xieraq, it-titjib ta’ komponenti nazzjonali tas-sistemi eżistenti tal-IT fuq skala kbira.

L-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT futuri f'dan il-qasam se jkunu koperti minn dan l-istrument. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar il-fruntieri intelliġenti, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta proposti għal Sistema ta’ Dħul Ħruġ tal-Unjoni (EES) u Programm għall-Vjaġġaturi Reġistrati tal-Unjoni (RTP) fl-ewwel nofs tal-2012. Konsegwentement, taħt dan l-istrument huwa previst li jiġi stabbilit programm tal-infiq speċifiku biss għall-iżvilupp ta’ SEAE u RTP.

L-ispiża tkun tinkludi mhux biss il-komponenti ċentrali (livell tal-UE) iżda wkoll il-komponenti nazzjonali (Stati Membri) ta’ dawn is-sistemi tal-IT, fi ħdan ir-riżorsi disponibbli.

L-ispiża tal-iżvilupp ta’ sistemi ċentrali u nazzjonali għall-EES u l-RTP ġiet stmata bejn madwar 1 u 1.3 biljun EUR, skont l-għażliet. Iffrankar tal-ispejjeż sinifikanti jista' jintlaħaq jekk l-għażla preferuta tal-EES tkun mibnija flimkien (jiġifieri fuq l-istess pjattaforma teknika) bl-għażla preferuta tal-RTP[11]. Fuq il-bażi ta’ dawn is-suppożizzjonijiet u fid-dawl tal-fatt li l-iżvilupp se jibda biss mill-2015, huwa propost li jiġu mwarrba 1.1 biljun EUR għal dawn iż-żewġ sistemi taħt din il-proposta, mingħajr preġudizzju għall-proposti futuri mill-Kummissjoni dwar il-pakkett tal-fruntieri intelliġenti u d-deċiżjoni sussegwenti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tagħti x-xogħol ta' implimentazzjoni ta' dan il-programm lill-Aġenzija għal Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill[12]. Dan ir-Regolament f'dan il-każ jiġi emendata fi żmien xieraq biex jinkludi x-xogħol speċifikament fil-missjoni tal-Aġenzija u l-ammonti relevanti tas-sussidju tal-Aġenzija jingħataw mill-approprjazzjonijiet operattivi tal-programm.

5.3.        Rizorsi għall-programmi nazzjonali

Il-prattika attwali taħt il-Fondi tal-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji tal-iffissar tal-kriterji għall-allokazzjonijiet li l-Istati Membri se jirċievu għall-perjodu kollu ta’ 7 snin fil-bidu tal-perjodu tiżgura kontinwità u ċertu grad ta’ prevedibbiltà. Madankollu, huwa essenzjalment approċċ statiku li ma jinċentivax l-Istati Membri biex jimplimentaw l-azzjonijiet li jirrispondu għall-prijoritajiet tal-Unjoni u ma jippermettix li l-UE tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet li qed jinbidlu u prijoritajiet permezz ta’ riallokazzjonijiet sinifikanti u konċentrati tar-riżorsi. Il-mekkaniżmu magħżul għad-distribuzzjoni u l-implimentazzjoni tar-riżorsi taħt il-Fondi futuri għandu għalhekk jirrikonċilja l-bżonn għall-kontinwità u l-istabbiltà, bħala kundizzjoni preliminari għal programmazzjoni multiannwali soda, minn naħa waħda, u l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà u adattament għall-bidla fuq in-naħa l-oħra.

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, l-allokazzjoni tal-finanzjament taħt ġestjoni kondiviża hija bbażata fuq taħlita ta':

– Ammont bażiku allokat lill-Istati Membri fil-bidu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) li jmiss;

– Ammont flessibbli li għandu jiżdied mal-ammont bażiku, allokat f'żewġ fażijiet.

L-ammont bażiku huwa allokat lill-Istati Membri fil-bidu tal-MFF li jmiss u kkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u l-ħtiġijiet. Huwa 60% tal-pakkett totali għall-programmi u l-allokazzjonijiet huma stabbiliti għal kull Stat Membru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Huma bbażati fuq il-kalkoli 2010-2012 taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni, filwaqt li jinkorporaw ammont minimu għal kull Stat Membru. Dan se jiżgura xi kontinwità mal-MFF attwali u l-Istati Membri jingħataw l-istabbiltà finanzjarja biex jippjanaw il-programmi multiannwali nazzjonali.

· L-ammont flessibbli se jkun miżjud mal-ammont bażiku skont ir-rieda ta’ kull Stat Membru li jiffinanzja taħt il-programm nazzjonali tiegħu azzjonijiet li jirrispondu għal prijoritajiet speċifiċi tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi huma definiti fl-Anness II u jistgħu jiġu emendati. Fil-prinċipju, ikun allokat f'żewġ fażijiet: fil-bidu tal-MFF, bħala parti mid-djalogu tal-politika u n-negozjati dwar il-programmi nazzjonali tal-Istati Membri rilevanti, u waqt reviżjoni ta’ nofs it-terminu fl-2017.

Din ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tkun l-okkażjoni li ssir eżaminazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u biex jiġu allokati riżorsi ġodda għas-snin li jifdal tal-MFF (2018-2020). Għal dan ir-Regolament, ir-reviżjoni f'nofs it-terminu se tkun ibbażata fuq taħlita ta' valutazzjonijiet ta' riskju li jħarsu 'l quddiem u prijoritajiet tal-Unjoni, kif definiti mill-ġdid mill-Unjoni. Minħabba li l-ammonti bażiċi għall-Istati Membri ġew determinati abbażi tad-dejta storika fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, aġġornament ikun xieraq. Dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju/ħtiġijiet jistgħu jsiru bl-għajnuna tal-Aġenzija Frontex. L-Istati Membri li, fuq il-bażi ta’dawn il-valutazzjonijiet, għandhom aktar ħtiġijiet jew jiffaċċjaw aktar riskji ser jirċievu ammont addizzjonali, b'hekk jingħata espressjoni tanġibbli għall-prinċipju ta' solidarjetà u kondiviżjoni tar-responsabbiltà.

5.4.      Azzjonijiet f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom

Fir-rigward tad-dimensjoni esterna f’dan il-qasam, ikun hemm appoġġ immirat sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jissaħħu ċerti aspetti ewlenin tas-sorveljanza fil-fruntieri u l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tagħhom fl-oqsma ta’ interess għall-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi ta’ sigurtà interna tal-Unjoni. Pereżempju, fil-qafas tal-EUROSUR, jista' jkun hemm id-disponibbiltà ta' fondi biex tinħoloq konnessjoni bejn is-sistemi u l-infrastrutturi ta' pajjiżi terzi ma' dawk tal-UE sabiex ikun jista' jsir skambju regolari ta' informazzjoni. Dawn l-azzjonijiet m'għandhomx ikunu orjentati direttament lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, kif xieraq, l-assistenza finanzjara provduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna tal-Unjoni, li jibqgħu is-sors ewlieni tal-finanzjament li jgħin lill-pajjiżi terzi sabiex jibnu l-kapaċitajiet rilevanti tagħhom. Fl-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ, se titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Se tiġi żgurata l-kumplimentarjetà permezz ta’ koordinazzjoni mtejba mas-SEAE u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni.

Dawn l-azzjonijiet se jiġu ġestiti direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet jew persuni oħra għajr l-Istati Membri f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

5.5.      Aġenziji tal-Unjoni

Sabiex tuża b’mod aktar effettiv il-kompetenza u l-għarfien espert ta' aġenziji rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet interni, il-Kummissjoni tipprevedi wkoll li tagħmel użu mill-possibbiltà offruta mir-Regolament Finanzjarju li tafda, fi ħdan ir-riżorsi disponibbli taħt dan ir-Regolament, l-implimentazzjoni ta’ kompiti speċifiċi lil dawn l-aġenziji, fil-qafas tal-missjonijiet tagħhom u b’mod komplementari mal-programmi tax-xogħol tagħhom. Għall-kompiti koperti minn dan ir-Regolament dan jikkonċerna b’mod partikolari:

– l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Aġenzija Frontex), għal attivitajiet fl-Unjoni u barra minnha li jirrikjedu għarfien espert operattiv dwar il-kontroll fil-fruntieri;

– l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil (EASO), għal attivitajiet bħat-taħriġ dwar l-ażil indirizzati lill-għassiesa tal-fruntieri;

– l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) fid-dawl tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma' għassiesa tal-fruntieri;

– l-Aġenzija għall-Ġestjoni Operattiva ta' sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Aġenzija tal-IT) safejn huwa kkonċernat l-iżvilupp ta’ sistemi ġodda tal-IT.

2011/0365 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) L-objettiv tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (l-Artikolu 67 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni) għandu jinkiseb, inter alia, permezz ta’ miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema b’bosta saffi li għandha l-għan li tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u l-ittrattar tal-immigrazzjoni illegali.

(2) L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE, adottata mill-Kunsill fi Frar 2010[15], tikkostitwixxi aġenda kondiviża biex jiġu ttrattati dawn l-isfidi komuni għas-sigurtà. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Novembru 2010 "L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni"[16] tittraduċi l-prinċipji tal-istrateġija u l-linji gwida f'azzjonijiet konkreti billi jiġu identifikati ħames objettivi strateġiċi: l-isfaxxar tan-netwerks tal-kriminalità internazzjonali, sabiex issir prevenzjoni tat-terroriżmu u jkunu indirizzati r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, biex jogħlew il-livelli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini u n-negozji fiċ-ċiberspazju, biex tissaħħaħ is-sigurtà permezz tal-ġestjoni tal-fruntieri u biex tiżdied ir-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri.

(3) Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar id-diviżjoni tal-inkarigi, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt kif ukoll enfasi qawwija fuq il-perspettiva globali u r-rabta inseparabbli mas-sigurtà esterna huma prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

(4) Sabiex issir promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna u biex jiġi żgurat li din issir realtà operattiva, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu pprovduti b’appoġġ finanzjarju tal-UE adegwat bit-twaqqif ta’ Fond għas-Sigurtà Interna.;

(5) Minħabba l-partikolarijiet legali applikabbli għat-Titolu V tat-Trattat, mhuwiex legalment possibbli li l-Fond għas-Sigurtà Interna jiġi stabbilit bħala strument finanzjarju wieħed.

(6) Il-Fond għandu għalhekk jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna li jinkludi l-istrument stabbilit minn dan ir-Regolament kif ukoll l-istrumenti stabbiliti mir-Regolament ... / 2012/UE li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi. Dan il-qafas komprensiv għandu jiġi kkumplimentat mir-Regolament ... / 2012/UE li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi[17] li dan ir-Regolament għandu jirreferi għalih fir-rigward tar-regoli dwar il-programmazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni u l-kontroll, is-saldu tal-kontijiet, l-għeluq ta’ programmi u r-rappurtar u l-evalwazzjoni.

(7) Is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa wieħed mill-ħames komponenti tal-politika komuni għall-ġestjoni għall-fruntieri esterni.

(8) Il-Fond għas-Sigurtà Interna għandu jesprimi solidarjetà permezz ta’ assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni kif ukoll lil dawk li qed jippreparaw għall-parteċipazzjoni sħiħa.

(9) Il-parteċipazzjoni minn Stat Membru m’għandiex tikkoinċidi mal-parteċipazzjoni tiegħu fi strument finanzjarju temporanju tal-Unjoni li jappoġġja lill-Istati Membri benefiċjarji fl-iffinanzjar inter alia ta’ azzjonijiet fi fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen dwar il-kontroll tal-fruntieri u tal-viża u tal-fruntieri esterni.

(10) Il-parti tal-Fond relatata mal-fruntieri esterni u l-viża (minn hawn iżjed ‘il quddiem "l-istrument") għandha tibni fuq il-proċess ta’ bini tal-kapaċità żviluppat bl-għajnuna tal-Fond għall-Fruntieri Esterni stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 574/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18] u testendih sabiex iqis żviluppi ġodda.

(11) Fl-eżekuzzjoni ta’ inkarigi fil-fruntieri esterni u l-konsulati skont l-acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri u l-viża, l-Istati Membri jwettqu attivitajiet fl-interess ta' u f'isem l-Istati Membri l-oħra kollha fiż-żona Schengen u għalhekk jagħmlu servizz pubbliku għall-Unjoni. Biex jesprimi solidarjetà, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-kontroll tal-fruntieri u l-poltika dwar il-viża u jippermetti li l-Istati Membri sistematikament iżommu kapaċitajiet kruċjali għal dak is-servizz għal kulħadd. . Tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż relatati mal-objettivi taħt dan l-istrument u se jifforma parti integrali mill-programmi nazzjonali.

(12) Dan l-istrument għandu jikkomplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa biex tiġi żviluppata l-kooperazzjoni operattiva taħt il-patroċinju tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 (minn hawn iżjed 'il quddiem "l-Aġenzija Frontex")[19], inklużi l-attivitajiet ġodda li jirriżultaw mir-Regolament [...][20] emendat, u b'hekk ikompli jsaħħaħ is-solidarjetà bejn dawk l-Istati Membri li jikkontrollaw il-fruntieri esterni fl-interess u f'isem iż-żona Schengen kollha.

(13) Dan l-istrument għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(14) Biex jiġi żgurat kontroll tal-fruntieri esterni uniformi u ta’ kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu fost il-fruntieri esterni fil-qafas tal-istrateġija tas-sigurtà interna tal-UE, għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sistema komuni Ewropea ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri, li tinkludi l-miżuri kollha dwar il-politika, il-leġiżlazzjoni, il-kooperazzjoni sistematika, id-distribuzzjoni tal-piż, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħudin f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jaġixxu f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Frontex, ma' terzi pajjiżi u, fejn meħtieġ, ma’ atturi oħra, bl-użu, inter alia, tal-mudell ta’ sigurtà tal-fruntieri tal-erba' livelli u l-analiżi tar-riskju integrat tal-Unjoni Ewropea.

(15) Skont il-Protokoll Nru 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003[21] dwar it-transitu ta' persuni bl-art bejn ir-reġjun ta’ Kaliningrad u partijiet oħra tal-Federazzjoni Russa, l-Istrument għandu jagħmel tajjeb għal kull spiża addizzjonali li ssir fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-acquis tal-Unjoni li tkpori t-tali transit, jiġifieri ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal-14 ta’ April 2003 li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta' Transitu Faċilitat (FTD), Dokument ta' Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni[22] u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2003 dwar il-format uniformi tad-Dokumenti dwar it-Transitu Faċilitat (FTD) u tad-Dokumenti dwar it-Transitu Faċilitat bil-Ferrovija (FRTD) previsti fir-Regolament (KE) Nru 693/2003[23]. Il-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju kontinwu għal ħlasijiet mitlufa, madankollu, għandha tkun dipendenti fuq ir-reġim tal-viża tal-UE fis-seħħ mal-Federazzjoni Russa.

(16)             Għandu jinkludi l-appoġġ għall-miżuri nazzjonali u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-politika dwar il-viża u attivitajiet oħra ta’ qabel il-fruntieri li jsiru qabel il-kontrolli tal-fruntieri esterni. Il-ġestjoni effiċjenti ta’ attivitajiet organizzati mis-servizzi tal-Istati Membri f'pajjiżi terzi hija fl-interess tal-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema b’bosta livelli li għandha l-għan li tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u tittratta l-immigrazzjoni irregolari fl-Unjoni Ewropea, u tikkostitwixxi parti integrali mis-sistema komuni Ewropea ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri.

(17) Barra dan, għandha tappoġġja miżuri fit-territorju bħala parti mill-iżvilupp ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri li ssaħħaħ il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen.

(18) Dan l-istrument għandu jappoġġja wkoll l-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea ta’ sistemi tal-IT li jarmaw l-Istati Membri bl-għodod biex jiġġestixxu l-moviment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn il-fruntieri b’mod aktar effiċjenti u biex jiżguraw identifikazzjoni u verifika aħjar tal-vjaġġaturi ("fruntieri intelliġenti"). B'dan il-għan, għandu jiġi stabbilit programm li l-għan tiegħu huwa li jkopri l-ispejjeż għall-iżvilupp kemm tal-komponenti ċentrali kif ukoll dawk nazzjonali ta' dan it-tip ta' sistemi, li jiżgura konsistenza teknika, iffrankar u implimentazzjoni bla xkiel fl-Istati Membri.

(19) Sabiex tiġi indirizzata pressjoni migratorja mhux prevista u theddid għas-sigurtà tal-fruntieri għandu jkun possibbli li tiġi provduta assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-qafas stabbilit fir-Regolament … 2012/UE li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi.

(20) Barra minn hekk, fl-interess tas-solidarjetà msaħħa fiż-żona Schengen b'mod sħiħ, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew theddid possibbli, b’mod partikolari wara evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwihom b’mod adegwat bl-użu tar-riżorsi taħt il-programmi tiegħu skont il-prijorità, fejn applikabbli, fejn jikkomplimenta l-azzjonijiet ta’ emerġenza.

(21) Biex tissaħħaħ is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, għandhom ikunu mħeġġa li jużaw parti mir-riżorsi disponibbli taħt il-programmi għall-prijoritajiet speċifiċi definiti mill-UE, bħax-xiri ta’ tagħmir tekniku meħtieġ mill-Aġenzija Frontex u l- iżvilupp tal-kooperazzjoni konsulari għall-Unjoni.

(22) Sabiex tiġi salvagwardjata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fiż-żona Schengen kollha, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex tkun ivverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen[24] għandha tkun appoġġata wkoll taħt dan ir-Regolament, bħala għodda essenzjali li takkumpanja l-politiki li jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq persuni;

(23) Fid-dawl tal-esperjenzi miksuba mill-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-iżvilupp tas-SIS u l-VIS, huwa meqjus xieraq li tkun permessa l-flessibbiltà rigward it-trasferimenti possibbli ta’ riżorsi bejn il-mezzi differenti ta’ implimentazzjoni tal-objettivi segwiti taħt dan l-istrument, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li tiġi żgurata mill-bidu massa kritika u stabbiltà finanzjarja għall-programmi u l-appoġġ operattiv għall-Istati Membri.

(24) Bl-istess mod, l-ambitu tal-azzjonijiet u l-limitu għar-riżorsi li jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-UE ("azzjonijiet tal-Unjoni") għandhom jiżdiedu biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li twettaq f'sena baġitarja partikolari bosta attivitajiet fuq il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tal-politika komuni dwar il-viża fl-interess tal-Unjoni kollha, meta u sakemm jinħolqu l-ħtiġijiet. Azzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn jinkludu studji u proġetti pilota biex titkompla l-politika u l-applikazzjoni tagħha, miżuri jew arranġamenti fil-pajjiżi terzi li jindirizzaw il-pressjonijiet migratorji minn dawk il-pajjiżi fl-interess tal-ġestjoni ottimali tal-flussi migratorji fl-UE u organizzazzjoni effiċjenti tal-inkarigi relatati fil- fruntieri esterni u l-konsulati.

(25) Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġjati permezz ta’ dan l-Istrument għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-UE appoġġjati permezz ta' strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi u tematiċi. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. M’għandhomx ikunu intiżi sabiex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta' strumenti tal-għajnuna esterna. Se tiġi żgurata wkoll il-koerenza mal-politika umanitarja tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza.

(26) Il-finanzjament mill-baġit tal-UE għandu jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel ma’ azzjoni tal-Istati Membri biss. Peress li l-Unjoni Ewropea tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas għall-espressjoni ta’ solidarjetà tal-UE fil-kontroll tal-fruntieri, il-politika dwar il-viża u l-ġestjoni tal-flussi migratorji, u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT komuni li jsostnu dawn il-politiki, l-appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxi b'mod partikolari biex isaħħaħ il-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej f'dawk l-oqsma.

(27) Sabiex jiġu supplimentati jew emendati dispożizzjonijiet f'dan l-istrument fir-rigward tad-definizzajoni ta' azzjonijiet speċifiċi taħt il-programmi nazzjonali, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(28) Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(29) Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi, effiċjenti u f'waqtha tad-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ operattiv stabbilit f'dan ir-Regolament u sabiex jiġi stabbilit il-qafas għall-programm dwar is-sistemi ġodda tal-IT, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[25].

(30) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprovdi għal emendi għar-regoli eżistenti tal-Unjoni dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera, ma jistax jintlaħaq tajjeb mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(31) Id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013[26] għandha tiġi mħassra.

(32) Rigward l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqa' fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[27].

(33) Rigward l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim[28].

(34) Rigward Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/KE dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll[29].

(35) Taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ "miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini għandhom ikunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, jew miżuri relatati ma’ format uniformi għall-viżi". Din il-proposta tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, u skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq proposta jew inizjattiva li tibni fuq l-acquis ta’ Schengen skont id-Dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk tkunx se timplimenta dan ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħha.

(36) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE sussegwenti tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dħul b’effett ta’ partijiet tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. Ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(37)             Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. Għalhekk l-Irlanda mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTOW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istrument għall-appoġġ finanzjajru għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viża (minn issa iżjed ‘il quddiem imsejjaħ l-"Istrument") bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (minn hawn iżjed ‘il quddiem "il-Fond").

Flimkien mar-Regolament ... / 2012/UE li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi, dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 Diċembru 2020 il-Fond għas-Sigurtà Interna.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi

(a) l-objettivi tal-appoġġ finanzjarju u l-azzjonijiet eliġibbli;

(b) il-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli;

(c) ir-riżorsi disponibbli taħt dan l-istrument mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d) l-ambitu u l-għan tal-mezzi speċifiċi differenti li permezz tagħhom l-infiq għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tal-politika komuni dwar il-viża jkun iffinanzjat.

3. Dan ir-Regolament jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru ..2012/UE [ir-Regolament Orizzontali].

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘fruntieri esterni’ tfisser il-fruntieri tal-art tal-Istati Membri, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, il-fruntieri tal-baħar u l-ajruporti tagħhom, il-portijiet tax-xmajjar, il-portijiet tal-baħar u l-portijiet tal-lagi li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar il-qsim tal-fruntieri esterni, kemm jekk dawn il-fruntieri jkunux temporanji jew le;

(b) ‘fruntieri esterni temporanji’ tfisser

– il-fruntiera komuni bejn Stat Membru li jkun qed jimplimenta b’mod sħiħ l-acquis ta' Schengen u Stat Membru marbut li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, f'konformità mal-Att tal-Adeżjoni tiegħu, iżda fejn id-Deċiżjoni relevanti tal-Kunsill li tawtorizzah japplika b’mod sħiħ dak l-acquis ma tkunx daħlet fis-seħħ;

– il-fruntiera komuni bejn żewġ Stati Membri marbuta li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, f'konformità mal-Atti tal-Adeżjoni rispettivi tagħom, iżda fejn id-Deċiżjoni relevanti tal-Kunsill li tawtorizzahom biex japplikaw b’mod sħiħ dak l-acquis tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ;

(c) ‘punt tal-qsim tal-fruntiera’ tfisser kwalunkwe punt tal-qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti għall-qsim tal-fruntieri esterni kif notifikat skont l-Artikolu 34 (2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006;

(d) ‘mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen" tfisser il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-acquis ta’ Schengen kif stabbilit fir-Regolament No … /2012/UE[30] [X];

(e) ‘sitwazzjoni ta’ emerġenza’ tfisser sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali fejn numru kbir ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi jaqsmu jew ikunu mistennija li jaqsmu l-fruntiera esterna ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

Artikolu 3

Objettivi

1. L-objettiv ġenerali tal-Istrument għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni Ewropea.

2. Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fl-ewwel paragrafu, l-Istrument għandu jikkontribwixxi - skont il-prijoritajiet definiti fl-Istrateġiji, programmi valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju relevanti tal-UE - għal dawn l-objettivi speċifiċi:

(a) l-appoġġ għal politika komuni dwar il-viża għall-iffaċilitar tal-ivjaġġar leġittimu, l-iżgurar tat-trattament ugwali ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, in-numru ta' postijiet konsulari mgħammra, sikuri u/jew imtejjba biex jiżguraw l-ipproċessar effiċjenti ta' applikazzjonijiet dwar il-viżi u jipprovdu kwalità ta' servizz għall-applikanti għall-viżi.

(b) l-appoġġ ta' ġestjoni għall-fruntieri, biex jiġi żgurat, minn naħa waħda, livell għoli ta' protezzjoni tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta' Schengen

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-iżvilupp ta' tagħmir għall-kontrol tal-fruntieri u l-qbid ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna.

3. Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, l-istrument għandu jikkontribbwixxi għall-objettivi operattivi li ġejjin:

(a) il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki li jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni, it-twettaq ta’ kontrolli fuq il-persuni u l-monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

(b) l-istabbiliment b’mod gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni, inkluż ir-rinfurzar ta’ kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn awtoritajiet tal-migrazzjoni u tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u l-miżuri fit-territorju u l-miżuri neċessarji ta’ akkumpanjament relatati mas-sigurtà tad-dokumenti u l-ġestjoni tal-identità;

(c) il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi u permessi oħra ta’ residenza għal permanenza qasira, inkluża l-kooperazzjoni konsulari;

(d) it-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistemi tal-IT, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom u tagħmir li jappoġġja l-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni;

(e) l-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-acquis tal-UE dwar il-fruntieri u l-viża, inkluż il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ Schengen;

(f) it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li joperaw f'pajjiżi terzi fir-rigward tal-flussi ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi f'dan ir-rigward.

4. Dan l-istrument għandu jikkontribwixxi wkoll għall-iffinanzjar ta’ assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Artikolu 4

Azzjonijiet eliġibbli

1. Fi ħdan l-objettivi definiti fl-Artikolu 3, u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu politiku kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [Ir-Regolament Orizzontali], l-Istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fi jew mill-Istati Membri u b’mod partikolari dan li ġej:

(a) l-infrastrutturi, il-bini u s-sistemi tal-qsim tal-fruntieri meħtieġa f'punti tal-qsim tal-fruntieri u għas-sorveljanza bejn punti tal-qsim tal-fruntieri u l-indirizzar effettiv ta' qsim illegali tal-fruntieri esterni;

(b) it-tagħmir operattiv, il-mezzi tat-trasport u s-sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-kontroll effettiv tal-fruntieri u t-tisjib ta’ persuni, bħal terminali fissi għall-VIS, SIS u s-Sistema Ewropea ta’ Arkivjar ta’ Immaġni (FADO), inkluż teknoloġija avvanzata;

(c) sistemi tal-IT għall-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri;

(d) l-infrastrutturi, il-bini u t-tagħmir operattiv meħtieġ għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viżi u l-kooperazzjoni konsulari;

(e) studji, proġetti pilota u azzjonijiet li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-istandards operattivi u l-aħjar prattiċi li jirriżultaw mill-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE.

2. Fi ħdan l-objettivi definiti fl-Artikolu 3, dan l-istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fir-rigward ta’ u fil-pajjiżi terzi u b'mod partikolari dan li ġej:

(a) sistemi tal-informazzjoni, għodod jew tagħmir għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn Stati Membri u pajjiżi terzi;

(b) azzjonijiet li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni operattiva bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, inklużi operazzjonijiet konġunti;

(c) studji, avvenimenti, taħriġ, tagħmir u proġetti pilota li jipprovdu kompetenza teknika u operattiva lill-pajjiżi terzi;

(d) studji, avvenimenti, taħriġ, tagħmir u proġetti pilota li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards operattivi u l-aħjar prattiċi, li jirriżultaw mill-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE f'pajjiżi terzi.

3. L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (a) mhumiex eliġibbli fil-fruntieri esterni temporanji.

4. L-azzjonijiet marbuta mal-introduzzjoni mill-ġdid temporanja u eċċezzjonali ta’ kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni kif imsemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen mhumiex eliġibbli.

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 5

Riżorsi globali u implimentazzjoni

1. Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu EUR 3,520 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju.

3. Ir-riżorsi globali għandhom jiġu implimentati bil-mezzi li ġejjin:

(a) programmi nazzjonali, skont l-Artikoli 9 u 12;

(b) appoġġ operattiv, fil-qafas tal-programmi nazzjonali u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10;

(c) il-funzjonament tal-Iskema ta’ Transitu Speċjali, skont l-Artikolu 11;

(d) azzjonijiet tal-Unjoni, skont l-Artikolu 13;

(e) assistenza ta’ emerġenza, skont l-Artikolu 14;

(f) L-implimentazzjoni ta’ programm għat-twaqqif ta' sistemi tal-IT ġodda li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15;

(g) assistenza teknika skont l-Artikolu 16.

4. Il-baġit allokat taħt dan l-istrument għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 55 (1) (b) tar-Regolament (UE) Nru ... ./2012 [Ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13, l-azzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 16 (1).

Il-metodu(i) ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda għandhom jiġu stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 15(2).

5. Ir-riżorsi globali għandhom jintużaw kif ġej:

(a) EUR 2,000 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

(b) EUR 1,100 miljun għat-twaqqif ta’ sistemi tal-IT ġodda li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 15(2);

(c) EUR 150 miljun għall-Iskema ta’ Transitu Speċjali;

(d) EUR 270 miljun għall-azzjonijiet tal-Unjoni, l-assistenza ta’ emerġenza u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

6. Flimkien mar-riżorsi globali stabbiliti għar-Regolament Nru ... / 2012/UE li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi, ir-riżorsi globali disponibbli għal dan ir-Regolament kif stabbiliti fil-paragrafu 1, jikkostitwixxu l-pakkett finanzjarju għall-Fond għas-Sigurtà Interna u jservu bħala r-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali fis-sens tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda[31].

7. Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-istrument skont dan ir-Regolament.

8. Għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn il-pajjiżi għal dan l-istrument u r-regoli supplimentari meħtieġa għat-tali parteċipazzjoni, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u s-setgħa tal-verifika tal-Qorti tal-Awdituri.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn il-pajjiżi għandhom jiżdiedu mar-riżorsi globali disponibbli mill-baġit tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Riżorsi għall-azzjonijiet eliġibbli fl-Istati Membri

1. EUR 2,000 miljun għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kif ġej:

(a) EUR 1,200 miljun, kif indikat fl-Anness I;

(b) EUR 450 miljun, ibbażati fuq ir-riżultati tal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 7;

(c) Fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u għall-perjodu mis-sena baġitarja 2018, EUR 350 miljun, il-bqija tal-approprjazzjonijiet disponibbli taħt dan l-Artikolu jew ammont ieħor, kif determinat skont il-paragrafu 2, ibbażati fuq ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 8.

2. Biex tindirizza b’mod xieraq l-objettivi taħt dan ir-Regolament fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda u/jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament disponibbli taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex taġġusta l-ammont stabbilit fil-paragrafu 1(c).

3. L-Istati Membri li jidħlu fl-Unjoni fil-perjodu 2012-2020 m'għandhomx jibbenefikaw mill-allokazzjonijiet għall-programmi nazzjonali taħt dan l-istrument sakemm dawn jibbenefikaw minn strument temporanju tal-Unjoni li jappoġġja lill-Istati Membri benefiċjarji biex jiffinanzjaw azzjonijiet fi fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri u l-viża u l-kontroll tal-fruntieri esterni.

Artikolu 7

Riżorsi għall-azzjonijiet speċifiċi

1. L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-paragrafu 6(1)(b), jirċievu ammont addizzjonali, sakemm ikun allokat bħala tali fil-programm u għandu jintuża biex jinkisbu azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 17 għar-reviżjoni tal-Anness II, jekk jitqies xieraq. Fuq il-bażi tal-azzjonijiet speċifiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jirċievu ammont addizzjonali kif stipulat fil-paragrafu 1, bla ħsara għar-riżorsi disponibbli.

3. L-ammonti addizzjonali taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kkonċernati fid-deċiżjoni ta’ finanzjament individwali li tapprova jew tirrevedi l-programm nazzjonali tagħhom skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru ... ./2012 [Ir-Regolament Orizzontali].

Artikolu 8

Riżorsi fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu

1. Sabiex jiġi allokat l-ammont indikat fl-Artikolu 6(1)(c), sal-1 ta’ Ġunju 2017 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-input u f'konsultazzjoni mal-Aġenzija Frontex, rapport li, skont l-analiżi tar-riskju tal-Frontex, għandu jistabbilixxi l-livelli ta’ theddid fil-fruntieri esterni għall-perjodu 2017-2020. Il-livelli ta’ theddid se jkunu bbażati fuq il-piż fil-ġestjoni tal-fruntieri u fuq it-theddid li effettwa s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri fl-2014-2016 u dawn ser iqisu fost oħrajn it-tendenzi futuri possibbli dwar flussi migratorji u attivitajiet illegali fil-fruntieri esterni filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi probabbli politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati, b’mod partikolari fil-pajjiżi ġirien.

Ir-rapport għandu jiddetermina l-livell ta’ theddid għal kull sezzjoni tal-fruntiera esterna billi jiġi mmultiplikat it-tul tas-sezzjoni tal-fruntiera kkonċernata mal-piż mogħti lilha kif ġej:

(a)     fruntiera esterna tal-art:

(i)      fattur 1 għal theddid normali

(ii)      fattur 3 għal theddid medju

(iii)     fattur 5 għal theddid għoli;

(b)     fruntiera esterna marittima:

(i)      fattur 1 għal theddid normali

(ii)      fattur 3 għal theddid medju

(iii)     fattur 5 għal theddid għoli.

Fuq il-bażi tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tiddetermina liema Stati Membri se jirċievu l-ammont addizzjonali. Dawk l-Istati Membri li għandhom livell ta’ theddid akbar meta mqabbel mal-livell ta’ theddid stabbilit għall-kalkolu magħmula għas-sena tal-baġit 2013 taħt id-Deċiżjoni 574/2007/KE ser jirċievu riżorsi addizzjonali pro rata.

2. Għall-fini tad-distribuzzjoni tar-riżorsi taħt il-paragrafu 1

(a)     il-linja bejn iż-żoni msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004 tad-29 ta' April 2004 rigward regime taħt l-Artikolu 2 tal-Protokoll No 10 tal-Att ta' Adeżjoni, għalkemm ma tikkostitwix fruntiera esterna fuq l-art, sakemm jibqgħu applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 10 dwar Ċipru fl-Att ta' Adeżjoni 2003, iżda l'ebda kont ma jiġi meħud tat-tul tal-fruntiera marittima fit-Tramuntana ta' dik il-linja;

(b)     il-fruntieri marittimi esterni għandhom ifissru l-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, f'każijiet fejn ikunu meħtieġa operazzjonijiet ta’ medda twila fuq bażi regolari sabiex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari/dħul illegali, dan għandu jkun il-limitu estern ta' żoni ta’ theddid għoli. Dan għandu jkun determinat billi titqies id-dejta relevanti dwar dawn l-operazzjonijiet fl-2014-2016 kif ipprovdut mill-Istati Membri inkwistjoni.

3. Barra minn hekk, wara stedina mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2017, l-Istati Membri jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali, sakemm tkun allokata bħala tali fil-programm u għandha tintuża biex jinkisbu l-azzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu stabbiliti fid-dawl tal-prijoritajiet tal-Unjoni f'dak iż-żmien.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 għar-reviżjoni tal-prijoritajiet speċifiċi tal-UE.

4. L-ammonti addizzjonali taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kkonċernati fid-deċiżjoni ta’ finanzjament individwali li tapprova jew tirrevedi l-programm nazzjonali tagħhom skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru ... ./2012 [Ir-Regolament Orizzontali].

Artikolu 9

Il-Programmi nazzjonali

1. Il-programm nazzjonali li għandu jiġi ppreparat taħt dan l-Istrument u dawk li għandhom jiġu ppreparati taħt ir-Regolament Nru …/2012/UE li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi għandhom isiru b'mod konġunt mill-Istati Membri u proposti lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali wieħed għall-Fond u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru …./2012/UE [ir-Regolament Orizzontali].

2. Taħt il-programmi nazzjonali, li għandhom jiġu eżaminati u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru ... ./2012 [Ir-Regolament Orizzontali], l-Istati Membri għandhom isegwu b'mod partikolari l-objettivi li ġejjin:

(a) l-iżvilupp ta’ Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) skont il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida tal-Unjoni;

(b) l-appoġġ u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti fil-livell nazzjonali fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, filwaqt li jitqiesu inter alia teknoloġija ġdida, żviluppi u/jew standards fir-rigward tal-ġestjoni tal-flussi migratorji;

(c) l-appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġestjoni tal-flussi migratorji minn servizzi konsulari u oħrajn tal-Istat Membru f'pajjiżi terzi, bil-ħsieb li jkun iffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lejn u ssir prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari fl-Unjoni;

(d) it-tisħiħ tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri bl-ittestjar u l-introduzzjoni ta’ għodod ġodda, sistemi interoperabbli u metodi ta’ ħidma li jimmiraw li jsaħħu l-iskambju ta’ informazzjoni fl-Istat Membru jew li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji;

(e) l-iżgurar tal-applikazzjoni korretta u uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-fruntieri u l-viża b’reazzjoni għan-nuqqasijiet identifikati fil-livell Ewropew, kif muri biċ-ċar fir-riżultati stabbiliti fil-qafas tal-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni ta’ Schengen;

(f) iż-żieda tal-kapaċità biex ikunu ffaċċjati l-isfidi li ġejjin inkluż theddid preżenti u futur u l-pressjonijiet fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, filwaqt li b'mod partikolari jitqies l-analiżi tar-riskju tal-Frontex.

Artikolu 10

Appoġġ operattiv taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Membri

1. Stat Membru jista’ juża sa 50% tal-ammont allokat taħt dan l-istrument għall-programm nazzjonali tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twettiq tal-inkarigi u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. Dawn jirrelataw ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2) (a), (c) u (d).

2. L-appoġġ operattiv għandu jiġi pprovdut biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti mill-Istat Membru kkonċernat:

(a) konformità mal-acquis tal-Unjoni dwar il-fruntieri u l-viża;

(b) konformità ma’ standards u linji gwida tal-UE għall-governanza tajba fuq il-fruntieri u l-viża, b'mod partikolari l-katalogu ta’ Schengen għall-kontroll tal-fruntieri esterni, il-Manwal Prattiku għall-gwardji tal-fruntieri u l-Manwal dwar il-viża.

3. Għal dak il-għan, qabel l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu appoġġ operattiv.

Is-sejbiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu s-suġġett ta’ skambju ta’ fehmiet mal-Istat Membru kkonċernat.

Wara dan l-iskambju ta’ fehmiet, l-aċċettazzjoni ta’ appoġġ baġitarju fil-programm nazzjonali ta’ Stat Membru tista’ ssir kondizzjonali fuq l-ipprogrammar u t-tlestija ta’ numru ta’ azzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jintlaħqu bis-sħiħ saż-żmien meta l-appoġġ baġitarju jiġi pprovdut.

4. L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq karigi speċifiċi u/jew servizzi u għandu jkun iffokat fuq l-għanijiet stabbiliti fl-Anness III. Dan għandu jinkludi rimbors sħiħ tal-infiq li jirriżulta mit-twettiq tad-dmirijiet u/jew servizzi definiti fil-programm nazzjonali, fi ħdan il-limiti finanzjarji stabbilit mill-programm u l-limitu stabbilit fil-paragrafu 1.

5. L-appoġġ operattiv għandu jkun is-suġġett ta’ monitoraġġ u skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istat Membru, l-objettivi u l-miri li għandhom jintlaħqu u l-indikaturi li jkejlu l-progress.

6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, proċeduri ta’ rappurtar dwar l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u kwalunkwe arranġamenti prattiċi oħra, li għandhom isiru bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 11

Appoġġ operattiv għall-Iskema ta’ Transitu Speċjali

1. Dan l-istrument għandu jipprovdi appoġġ biex jikkompensa għall-ħlasijiet mitlufa mill-viżi maħruġa għall-fini tal-ispejjeż tat-transitu u addizzjonali li jkunu saru fl-implimentazzjoni tal-iskema tad-Dokument ta’ Transitu Faċilitat (FTD) u d-Dokument ta’ Transitu Ferrovjarju Faċilitat (FRTD) skont ir-Regolament (KE) Nru 693/2003 u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2003.

2. Ir-riżorsi allokati lil-Litwanja għal dan l-iskop m'għandhomx jaqbżu EUR 150 miljun għall-perjodu 2014-2020 u għandhom isiru disponibbli bħala appoġġ operattiv speċifiku addizzjonali għal-Litwanja.

3. Għall-fini tal-paragrafu 1, spejjeż addizzjonali tfisser spejjeż li jirriżultaw direttament mir-rekwiżiti speċifiċi tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-iskema ta’ transitu speċjali u li ma jkunux iġġenerati minħabba l-ħruġ ta’ viżi għall-fini ta’ transitu jew skopijiet oħra.

It-tipi li ġejjin ta’ spejjeż addizzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a)     investiment f’infrastrutturi;

(b)     taħriġ ta’ persunal li jimplimenta l-iskema ta’ transitu speċjali;

(c)     spejjeż operattivi addizzjonali, inklużi s-salarji tal-persunal li speċifikament jimplimenta l-iskema ta’ transitu speċjali.

4. Il-ħlasijiet mitlufa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-livell tal-ħlasijiet tal-viża u r-rinunzji tal-ħlas tal-viża stabbiliti bil-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, fil-qafas finanzjarju stabbilit fil-paragrafu 2.

5. Il-Kummissjoni u l-Litwanja għandhom jirrevedu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fil-każ ta’ bidliet li jkollhom impatt fuq l-eżistenza u/jew il-funzjonament tal-Iskema ta’ Transitu Speċjali.

6. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, proċeduri ta’ rappurtar dwar l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u kwalunkwe arranġament prattiku finanzjarju u oħrajn li jsiru bejn il-Litwanja u l-Kummissjoni biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

7. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-Iskema ta’ Transitu speċjali l-Kummissjoni tista’ tagħmel arranġamenti speċifiċi ta’ ħlas interim li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru ... ./2012 [Ir-Regolament Orizzontali].

Artikolu 12

Programmazzjoni konformi mar-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen

Wara rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, kif adottat skont ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Frontex, fejn xieraq, kif jiġu indirizzati s-sejbiet u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet fil-qafas tal-programm nazzjonali tiegħu.

Fejn meħtieġ, Stat Membru għandu jirrevedi l-programm nazzjonali tiegħu biex iqis is-sejbiet u rakkomandazzjonijiet.

Fi djalogu mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Frontex, fejn xieraq, hu għandu jalloka mill-ġdid ir-riżorsi taħt il-programm tiegħu, inkluż, fejn meħtieġ, dawk programmati għall-appoġġ operattiv, u/jew jintroduċi jew jemenda azzjonijiet li għandhom l-għan li jirrimedjaw għan-nuqqasijiet skont is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 13

Azzjonijiet tal-Unjoni

1. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, dan l-istrument jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (‘azzjonijiet tal-Unjoni’) rigward l-objettivi ġenerali u operazzjonali speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3 u l-operat ta’ dan l-istrument.

2. Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet Unjoni għandhom b'mod partikolari jsegwu l-objettivi li ġejjin:

(a) jappoġġjaw il-miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ appoġġ amministrattiv u tekniku, ta’ evalwazzjoni, ta’ verifika u ta’ kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politiki appoġġjati mill-Istrument, inkluż għall-implimentazzjoni tal-governanza ta’ Schengen kif determinat mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru ... dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen biex tkun ivverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

(b) itejbu l-għarfien u fehim tas-sitwazzjoni prevalenti fl-Istati Membri permezz ta’ analiżi, evalwazzjoni u monitoraġġ mill-qrib tal-politiki;

(c) jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi u indikaturi komuni;

(d) jappoġġjaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fl-Istati Membri, u jevalwaw l-effikaċja u l-impatt tagħhom;

(e) jippromwovu n-networking, it-tagħlim reċiproku, l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajba u approċċi innovattivi fil-livell Ewropew;

(f) iżidu l-għarfien dwar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fost il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali, inkluż komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(g) iqawwu l-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromwovu, jappoġġjaw u jiżviluppaw aktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni;

(h) jappoġġjaw proġetti partikolarment innovattivi li jiżviluppaw metodi u/jew teknoloġiji ġodda b’potenzjal ta’ trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, speċjalment proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw proġetti ta’ riċerka;

(i) jappoġġjaw azzjonijiet fir-rigward ta’ u fil-pajjiżi terzi kif imsemmija fl-Artikolu 4(2).

3. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru. …../2012 [ir-Regolament Orizzontali].

Artikolu 14

Assistenza ta’ emerġenza

1. L-Istrument għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex ikunu indirizzati ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 2.

2. L-assistenza ta’ emerġenza għandha tiġi implimentata skont il-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru …./2012 [ir-Regolament Orizzontali].

Artikolu 15

L-istabbiliment ta’ programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda

1. L-ammont allokat għall-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda li jiġġestixxi l-moviment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn il-fruntieri huwa stabbilit għal EUR 1,100 miljun. Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni li tiddefinixxi s-sistemi tal-IT ġodda u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom bil-għan, b'mod partikolari, li tittejjeb il-ġestjoni u l-kontroll ta' flussi ta' ivvjaġġar fil-fruntieri esterni billi jissaħħu l-kontrolli filwaqt li jsir aktar mgħaġġel il-qsim tal-fruntieri għal vjaġġaturi regolari.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm. Għandha tadotta qafas strateġiku multiannwali li għandu jinkludi

(a) l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jitwettqu;

(b) analiżi tal-ammonti tal-baġit bis-snin baġitarji;

(c) l-iskedarju taż-żmien għall-implimentazzjoni;

(d) il-metodi ta’ ġestjoni li għandhom jintużaw mill-azzjonijiet ewlenin imwettqa. L-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati - direttament mill-Kummissjoni jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi - indirettament minn entitajiet u persuni oħra għajr l-Istati Membri skont l-Artikolu [57] tar-Regolament (UE) Nru ... ./2012 [Ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid]

L-azzjonijiet ewlenin li jridu jitwettqu għandhom ikopru b’mod partikolari, l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponent ċentrali u tal-applikazzjonijiet komuni għall-komponenti nazzjonali tas-sistemi, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn komponenti ċentrali u nazzjonali, il-koordinazzjoni sabiex jitqiegħdu f’operazzjoni, u l-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistemi.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-qafas strateġiku u kwalunkwe reviżjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 16

Assistenza teknika

1. Fuq inizjattiva u/jew f’isem il-Kummissjoni, l-istrument jista’ annwalment jikkontribwixxi sa EUR 1.7 miljun għall-assistenza teknika għall-Fond għas-Sigurtà Interna skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru …./2012 [Ir-Regolament Orizzontali].

2. Fuq inizjattiva ta’ Stat Membru, l-istrument jista' jikkontribwixxi sa 5% tal-ammont totali allokat lill-Istat Membru għall-assistenza teknika taħt il-programm nazzjonali skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …./2012 [Ir-Regolament Orizzontali].

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija f'dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Malli hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Il-proċedura taIl-kumitat tal-Istrumenti tal-Kejl

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat komuni ‘Ażil, Migrazzjoni u Sigurtà’ stabbilit mill-Artikolu 55(1) tar-Regolament UE Nru …./2012 [Ir-Regolament Orizzontali].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 19

L-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru ..../2012 [Ir-Regolament Orizzontali]

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2012/UE [ir-Regolament Orizzontali] għandhom japplikaw għal dan l-Istrument.

Artikolu 20

Revoka

Id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għandha tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, inkluż il-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-proġetti u l-programmi annwali sal-għeluq tagħhom jew l-assistenza finanzjarja approvata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 574/2007 KE jew kwalunkwe leġiżlazzjoni li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2013.

2. Meta jiġu adottati deċiżjonijiet dwar il-kofinanzjament taħt dan l-Istrument, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri adottati fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 574/2007//KE qabel [id-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali] li jkollhom riperkussjonijiet finanzjarji matul il-perjodu kopert minn dak il-kofinanzjament.

3. Is-somom iddedikati għall-kofinanzjament approvati mill-Kummissjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2013 li għalihom id-dokumenti meħtieġa għall-għeluq tal-azzjonijiet ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali għandhom jiġu diżimpenjati awtomatikament mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017, filwaqt li jagħtu lok għall-ħlas lura ta' ammonti mħallsin indebitament.

4. L-ammonti relatati mal-azzjonijiet li jkunu ġew sospiżi minħabba l-proċedimenti legali jew l-appelli amministrattivi b’effett ta' sospensjoni m'għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-ammont tad-diżimpenn awtomatiku.

Artikolu 21

Reviżjoni

Fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I Ammonti li jikkostitwixxu l-bażi għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri

Stat Membru || Ammont minimu || Medja tal-persentaġġ 2010-2012 || Distribuzzjoni fuq il-bażi tal-persentaġġ || Ammont Totali

Awstrija || 5.000.000 || 0,82% || 8.699.674 || 13.699.674

Belġju || 5.000.000 || 1,13% || 11.886.638 || 16.886.638

Bulgarija || 5.000.000 || 3,18% || 33.578.849 || 38.578.849

Ċipru || 5.000.000 || 1,76% || 18.521.213 || 23.521.213

Repubblika Ċeka || 5.000.000 || 0,84% || 8.907.377 || 13.907.377

Id-Danimarka || 5.000.000 || 0,48% || 5.053.171 || 10.053.171

Estonja || 5.000.000 || 1,51% || 15.933.661 || 20.933.661

Finlandja || 5.000.000 || 2,87% || 30.320.668 || 35.320.668

Franza || 5.000.000 || 7,20% || 75.956.454 || 80.956.454

Ġermanja || 5.000.000 || 4,21% || 44.390.681 || 49.390.681

Greċja || 5.000.000 || 14,56% || 153.636.854 || 158.636.854

Ungerija || 5.000.000 || 3,22% || 34.018.515 || 39.018.515

Islanda || 5.000.000 || 0,03% || 310.455 || 5.310.455

L-Italja || 5.000.000 || 13,62% || 143.660.373 || 148.660.373

Latvja || 5.000.000 || 0,95% || 9.989.974 || 14.989.974

Litwanja* || 5.000.000 || 1,77% || 18.709.058 || 23.709.058

Lussemburgu || 5.000.000 || 0,04% || 379.909 || 5.379.909

Malta || 5.000.000 || 3,43% || 36.173.227 || 41.173.227

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 5.000.000 || 2,30% || 24.315.326 || 29.315.326

Norveġja || 5.000.000 || 0,84% || 8.846.929 || 13.846.929

Polonja || 5.000.000 || 3,97% || 41.883.809 || 46.883.809

Portugall || 5.000.000 || 1,25% || 13.197.565 || 18.197.565

Rumanija || 5.000.000 || 5,05% || 53.313.864 || 58.313.864

Slovakkja || 5.000.000 || 0,46% || 4.835.168 || 9.835.168

Slovenja || 5.000.000 || 2,31% || 24.371.875 || 29.371.875

Spanja || 5.000.000 || 17,13% || 180.746.396 || 185.746.396

Svezja || 5.000.000 || 0,59% || 6.189.272 || 11.189.272

Svizzera || 5.000.000 || 1,25% || 13.216.801 || 18.216.801

Kroazja || 5.000.000 || 3,22% || 33.956.244 || 38.956.244

Total || 145.000.000 || 100% || 1.055.000.000 || 1.200.000.000

Anness II Lista ta’ azzjonijiet speċifiċi

1. It-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni konsulari bejn tal-inqas żewġ Stati Membri li jirriżultaw f'ekonomiji ta’ skala fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-ħruġ ta’ viżi fil-konsulati skont il-prinċipji dwar il-kooperazzjoni stabbiliti fil-Kodiċi dwar il-Viżi, inkluż iċ-ċentri ta' applikazzjoni għall-viża komuni.

2. Ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport u tagħmir operattiv li huma meqjusa neċessarji għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet konġunti mill-Aġenzija Frontex, skont l-linji gwida maħruġa minn din l-Aġenzija

ANNESS III Objettivi għall-appoġġ operattiv fi ħdan il-programmi nazzjonali

Objettiv 1: il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni, it-twettiq ta’ kontrolli fuq il-persuni u l-monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri externi

- operazzjonijiet

- spiża tal-personal

- spejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija

- titjib / tibdil tat-tagħmir

- proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament)

Objettiv 2: il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika komuni dwar il-viżi u permessi oħra ta’ residenza b’permanenza qasira, inkluż kooperazzjoni konsulari

- operazzjonijiet

- spiża tal-personal

- spejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija

- titjib / tibdil tat-tagħmir

- proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament)

Objettiv 3: it-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistemi tal-IT, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom u tagħmir ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni

- ġestjoni operattiva ta’ SIS, VIS u sistema ġodda mwaqqfa fil-perjodu

- spiża tal-personal

- spejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija

- infrastruttura ta’ komunikazzjoni u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà

- titjib / tibdil tat-tagħmir

- kiri ta’ bini sikur u/jew rinnovament

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma politiċi konċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previsti

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit tal-infiq affettwati

              3.2.    Stima tal-impatt fuq l-infiq

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-infiq

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Komunikazzjoni "Il-Bini ta’ Ewropa miftuħa u sikura: il-baġit tal-affarijiet interni għall-2014-2020";

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi;

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi;

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża.

1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB[32]

Attwalment Intestatura 3, Titolu 18 - L-Affarijiet Interni

Perspettivi Finanzjarji Multiannwali Futuri: Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) - "Sigurtà Interna"

Natura tal-proposta/inizjattiva

þ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida (finanzjament tal-affarijiet interni għall-perjodu 2014-2020)

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[33]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.3. Objettivi 1.3.1. L-objettiv(i) strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirati mill-proposta/inizjattiva

Dawn il-politiki huma fil-qalba tal-proġett Ewropew biex tinħoloq żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċittadini tal-UE u ċittadini minn pajjiżi terzi jistgħu jidħlu, jiċċirkolaw, jgħixu u jaħdmu, iġibu ideat ġodda, kapital, għarfien u innovazzjoni jew jimlew il-lakuni fis-swieq tax-xogħol nazzjonali, kunfidenti li d-drittijiet tagħhom ikunu rispettati bis-sħiħ u s-sigurtà tagħhom assigurata. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhumiex parti mill-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali hija kruċjali biex jinskibu dawn l-għanijiet.

L-importanza dejjem tikber ta' politiki dwar affarijiet interni ġiet ikkonfermata mill-Programm ta' Stokkolma u l-Pjan ta' Azzjoni tiegħu, li l-implimentazzjoni tiegħu hija prijorità strateġika għall-Unjoni u jkopri oqsma bħall-migrazzjoni (il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni; l-ażil; il-migrazzjoni irregolari u r-ritorn), is-sigurtà (il-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; il-kooperazzjoni tal-pulizija) u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni (inkluż il-politika dwar il-visa), kif ukoll id-dimensjoni esterna ta' dawn il-politiki. It-Trattat ta’ Lisbona jippermetti wkoll li l-Unjoni turi ambizzjoni akbar fir-rispons għat-tħassib ta’ kuljum taċ-ċittadini fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Prijoritajiet ta’ politiki tal-affarijiet interni, b’mod partikolari l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandhom jidhru ukoll fil-kuntest tas-seba’ inizjattivi ewlenin ippreżentati fl-Istrateġija Ewropa 2020 li jimmiraw sabiex jgħinu lill-UE sabiex tegħleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Il-Fond għas-Sigurtà Interna se jipprovdu l-assistenza finanzjarja meħtieġa sabiex jaqilbu l-objettivi tal-affarijiet interni tal-Unjoni f’riżultati tanġibbli.

1.3.2. Objettiv(i) speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

IL-FOND GĦAS-SIGURTÀ INTERNA

L-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalià, u l-ġestjoni tal-kriżi

Skont il-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, il-programmi, ul-valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju relevanti tal-Unjoni, l-Istrument se jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċ li ġejjin

(a)        il-prevenzjoni u l-ġlieda transkonfinali kontra l-kriminalità serja u organizzata inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mal-awtoritajiet relevanti ta' pajjiżi terzi;

(b)        it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri u l-Unjoni għall-ġestjoni effettiva ta' riskji u kriżi relatati mas-sigurtà, u t-tħejjija għal u l-ħarsien ta' persuni u infrastrutturi kritiċi kontra attakki terroristi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà.

Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati: 18.05

Strument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża

Skont il-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, il-programmi, ul-valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju relevanti tal-UE, l-Istrument se jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċ li ġejjin

(a)        l-appoġġ għal politika komuni dwar il-viża għall-iffaċilitar tal-ivjaġġar leġittimu, l-iżgurar tat-trattament ugwali ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari

(b)        l-appoġġ ta' ġestjoni għall-fruntieri, biex jiġi żgurat, minn naħa waħda, livell għoli ta' protezzjoni tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta' Schengen.

Attività tal-ABM/ABB konċernata: 18.02 (safejn huwa kkonċernat il-Fond għall-Fruntieri Esterni)

1.3.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandha jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi ta’ mira.

L-effetti tal-proposta fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira jiġu deskritti f'aktar dettall fit-Taqsima 4.1.2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

B’mod ġenerali, is-simplifikazzjoni introdotta fil-livelli kollha tal-proċess ta’ finanzjament u f’kull metodi ta’ ġestjoni se jkollha benefiċċju ċar fuq il-proċessi li taħthom l-appoġġ finanzjarju se jiġi ġestit.

Il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi

Il-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ finanzjarju se jkunu l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom kif ukoll kwalunkwe awtorità oħra speċjalizzata fil-protezzjoni ta' infrastruttura kritika u l-ġestjoni tal-kriżi, iżda anke Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Mhux Governattivi rilevanti, fejn xieraq (eż. fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, politiki kontra r-radikalizzazzjoni u kontra t-traffikar).

Il-grupp fil-mira li jibbenefika mit-tibdil ikun il-popolazzjoni kollha.         Il-kisbiet ewlenin ikunu 1) kapaċità amministrattiva u operattiva mtejba ta’ Stati Membri sabiex jiskopru u jħarrku b’suċċess il-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu sabiex jitnaqqas it-theddid relatat mas-sigurtà li jirriżulta minn din il-kriminalità, u 2) reżistenza Ewropea aktar qawwija għall-kriżi u d-diżastru minħabba politika tal-UE aktar koerenti dwar il-ġestjoni tar-riskju li torbot il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskju mat-tfassil tal-politika min-naħa l-waħda u rispons tal-UE aktar effettiv u koordinat għall-kriżi li jorbot kapaċitajiet eżistenti u għarfien espert min-naħa l-oħra. Kisba importanti se tkun ukoll kapaċitajiet imtejba ta' Stati Membri sabiex jipprevjenu, iħejju u jipproteġu persuni u infrastruttura kritika kontra attakki terroristiċi u theddid ieħor serju relatat mas-sigurtà.

Fruntieri esterni u l-viża       Il-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri u l-viża se jkunu s-servizzi li jimplimentaw l-acquis tal-UE, il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u l-Kodiċi dwar il-Viża fl-Istati Membri: l-għassiesa tal-fruntieri, il-pulizija u servizzi konsulari. Il-grupp fil-mira li jibbenefika mit-tibdil ikun il-vjaġġaturi - il-persuni kollha li qed jaqsmu l-fruntieri esterni fl-UE. Ir-riżultati se jinkludu l-kapaċitajiet imtejba ta’ dawn is-servizzi (1) sabiex titwettaq sorveljanza fil-fruntieri u ssir komunikazzjoni ma’ servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi, fi ħdan il-qafas tas-sistema Ewropea ta' Sorveljanza (EUROSUR); (2) sabiex jiġu ġestiti flussi migratorji f'uffiċċji konsulari (applikazzjonijiet tal-viża) u (3) sabiex tiġi mtejba l-ġestjoni ta’ flussi ta' passiġġieri fil-punti tal-qsim tal-fruntieri, li jiżgura min-naħa l-waħda, livell għoli u uniformi ta' protezzjoni, f'kooperazzjoni ma' servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi, u min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel f'konformità mal-acquis u l-prinċipji ta’ trattament b’rispett u dinjità. Riżultat speċifiku importanti jkun l-istabbiliment ta’ żewġ sistema ġodda tal-IT tal-UE dwar il-moviment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (sistema ta’ dħul ħruġ fl-UE u programm ta’ vjaġġaturi rreġistrati tal-UE).

1.3.4. Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Minħabba fil-ħtieġa li jitwettaq djalogu dwar il-politika qabel ma jiġu definiti l-programmi nazzjonali, mhuwiex possibbli li f'dan l-istadju jiġi stabbilit is-sett definittiv ta' indikaturi li se jintużaw sabiex titkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi imsemmija hawn fuq. Madankollu

- fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, indikaturi għandhom jinkludu numru ta' operazzjonijiet transkonfinali konġunti u n-numru ta' dokumenti u avvenimenti għall-aħjar prattiki organizzati. Indikaturi għall-ġestjoni tal-kriżi u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika għandha tinkludi n-numru ta' għododd implimentati u/jew aġġornati u mtejjba għall-iffaċilitar tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika minn Stati Membri fis-setturi kollha tal-ekonomija u n-numru ta' valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

- fl-oqsma tal-fruntieri u viżi indikaturi jistgħu jinkludu numru ta' postijiet konulari mgħammra, siguri u/jew imsaħħa biex jiżguraw l-ipproċessar effiċjenti ta' applikazzjonijiet għall-viżi u biex jipprovdu kwalità ta' servizz għall-applikanti tal-viżi, u l-iżvilupp ta' tgħamir għall-kontroll tal-fruntieri u l-qbid ta' ċittadini irregolari minn pajjiżi terzi fil-funtiera esterna f'korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna. . Indikaturi tal-impatt se jkejlu ż-żieda fis-sigurtà tal-fruntieri, il-kapaċità tal-ħruġ tal-viża u l-kapaċità li jiġi ġestit b’mod sikur u bla xkiel it-traffiku ta’ vjaġġaturi min-naħa għall-oħra tal-fruntieri.

1.4. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.4.1. Rekwiżit(i) li jridu jintlaħqu fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil

L-UE se tkompli tiffaċċja sfidi importanti fil-qasam tal-affarijiet interni fil-perjodu 2014-2020.

L-iżgurar ta' ambjent protett u sigur huma meħtieġ u ta' benefiċċju għat-tkabbir ekonomiku, kulturali u soċjali tal-UE. L-UE għandha rwol deċiżiv, kemm jekk huwa dak li tindirizza t-theddid ta' kriminalità serja u organizzata, taċ-ċiberkriminalità u t-terroriżmu, u kemm jekk dak li tiżgura l-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE jew billi tirreaġixxi malajr għal kriżijiet emerġenti kkawżati minn diżastri naturali jew li jġib b'idejh il-bniedem. Fl-era tal-globalizzazzjoni, fejn it-theddid qiegħed jiżdied u fejn aktar ma jmur aktar qiegħed ikollu dimensjoni tranżnazzjonali, l-ebda Stat Membru ma jista' jirreaġixxi b’mod effettiv għal rasu. Hemm bżonn ta’ tweġiba Ewropea koerenti u komprensiva sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv transkonfinalment u bejn il-ġurisdizzjonijiet.

Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali hija kruċjali biex jinskibu dawn l-għanijiet. L-avvenimenti li seħħew dan l-aħħar fl-Afrika ta' Fuq urew kemm huwa importanti li l-UE jkollha approċċ komprensiv u koordinat fir-rigward tal-migrazzjoni, il-fruntieri u s-sigurtà. Għaldaqstant, id-dimensjoni esterna tal-poltiki tal-UE dwar l-affarijiet interni, li kull ma jmur aktar qegħdin isiru importanti, għandha tissaħħaħ b'koerenza sħiħa mal-politika barranija tal-Unjoni.

1.4.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-ġestjoni tal-flussi migratorji u tat-theddid fuq is-sigurtà tippreżenta sfidi li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri għal rashom. Dawn huma oqsma fejn il-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE tagħti valur miżjud ovvju.

Ċerti Stati Membri qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' pressjoni partikolarment kbira, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom u t-tul tal-fruntieri esterni tal-Unjoni li hija fir-responsabbiltà tagħhom li jamministrawhom. L-abolizzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandha tkun akkumpanjata minn miżuri għall-kontroll u s-sorveljanza effettivi tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kodiviżjoni ekwa tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri jinsab fil-qalba tal-politiki komuni dwar l-ażil, l-immigrazzjoni u l-fruntieri esterni. Il-baġit tal-UE jipprovdi l-mezzi għall-indirizzar tal-implikazzjonijiet finanzjarji ta' dan il-prinċipju. Fil-qasam tas-sigurtà, aktar ma jmur, il-kriminalità serja u organizzata, it-terroriżmu u theddid ieħor relatat mas-sigurtà aktar qegħdin isiru ta' natura transkonfinali. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tranżnazzjonali bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma essenzjali biex din il-kriminalità tiġà miġġielda u ostakolata b'suċċess, pereżempju permezz tal-iskambju ta' informazzjoni, investigazzjonijiet konġunti, teknoloġiji interoperabbli u valutazzjonijiet komuni tat-theddid u r-riskji.

L-indirizzar tal-flussi migratorji, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u s-sigurtà tal-UE jirrekjedu riżorsi u kapaċitajiet essenzjali min-naħa tal-Istati Membri. It-titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni operazzjonali li jinvolvu l-kondiviżjoni ta' riżorsi f'oqsma bħat-taħriġ u t-tagħmir joħloq ekonomiji tal-kobor u sinerġiji li jiżguraw użu aktar effiċjenti ta' fondi pubbliċi u t-tisħiħ tas-solidarjetà, il-fiduċja reċiproka u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għall-politiki komuni tal-UE fost l-Istati Membri. Dan huwa rilevanti b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà, fejn l-appoġġ finanzjarju għas-suriet kollha ta' operazzjonijiet transkonfinali konġunti huma essenzjali għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija, id-dwana, il-gwardjani tal-fruntiera u l-awtoritajiet ġudizzjarji.

B'rabta mad-dimensjoni esterna tal-affarijiet interni, l-adozzjoni ta' miżuri u l-kondiviżjoni ta' riżorsi fil-livell tal-UE ser iżid b'mod sinifikanti l-possibbiltà li l-UE tkun tista' tinfluwenza lil pajjiżi terzi biex tikkonvinċihom jimpenjaw ruħhom mal-UE fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet ta' migrazzjoni u sigurtà li, l-ewwel u qabel kollox, huma fl-interess tal-UE u tal-Istati Membri.

Id-dritt tal-UE li taġixxi fil-qasam tal-affarijiet interni jirriżulta mit-Titolu V "Spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja" tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 77(2), 78(2) 79(2) u (4), 82(1), 84 u 87(2) TFUE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali hija koperta mill-Artikolu 212(3) TFUE. Il-proposti jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà minħabba li l-maġġoranza tal-finanzjament se tiġi implimentata skont il-prinċipju ta' ġestjoni kondiviża u r-rispett tal-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri.

1.4.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Għalkemm l-istrumenti finanzjarji attwali tal-affarijiet interni huma ġeneralment ikkunsidrati li jiksbu l-objettivi u l-funzjoni tagħhom b’mod effettiv, it-tagħlimiet mir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u l-konsultazzjoni tal-parti interessata huma li hemm ħtieġa li:

– Jiġu ssimplifikati l-istrumenti tal-affarijiet interni futuri billi jitnaqqas in-numru ta’ programmi finanzjarji għal tnejn permezz tal-ħolqien ta’ Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u Fond għas-Sigurtà Interna. Dan jippermetti lill-UE sabiex tagħmel użu aktar strateġiku tal-istrumenti tagħha sabiex jirreaġixxu aktar għall-prijoritajiet u l-ħtiġijiet politiċi tal-UE;

– Jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala parteċipant globali, billi jiġi inkluż komponent ta' dimensjoni esterna fil-Fondi futuri sabiex tiġi rinfurzata s-saħħa tal-UE fir-rigward tad-dimensjoni tal-politika esterna tal-politiki tal-affarijiet interni;

– Tingħata preferenza għal ġestjoni diretta fejn ikun possibbli ser ineħħi l-piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa;

– Jiġi stabbilit approċċ ta' ġestjoni kondiviża iffukat fuq ir-riżultati, lejn programmar multiannwali bi djalogu dwar il-politika f'livell għoli ser tiżgura li l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri jkunu allinjati bis-sħiħ tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-UE u tiffoka fuq il-ksib ta' riżultati u impatti.

– Tittejjeb il-ġestjoni ċentralizzata sabiex tipprovdi firxa ta' għodod għal attivitajiet immexxija mill-politika, inkluż appoġġ għal azzjonijiet transnazzjonali, b'mod partikolari azzjonijiet innovattivi u azzjonijiet f’pajjiżi terzi u relatati magħhom (id-dimensjoni esterna), kif ukoll azzjonijiet, studji u avvenimenti ta’ emerġenza;

– Jiġi stabbilit qafas regolatorju komuni b’sett kondiviż ta’ regoli dwar il-programmazzjoni, ir-rappurtar, il-ġestjoni finanzjarja u kontrolli li huwa simili kemm jista' jkun għal dak tal-Fondi l-oħra tal-UE ġestjoni bl-istess mod ta' ġestjoni konġunta sabiex jiġi ġġenerat fehim aħjar tar-regoli mill-partijiet interessati kollha u sabiex jiġi żgurat grad għoli ta' koerenza u konsistenza;

– Jiġi pprovdut rispons mgħaġġel u effettiv fil-każ ta’ emerġenzi, li jfassal il-Fondi sabiex l-UE tkun tista' tirreaġixxi b'mod xieraq f'sitwazzjonijiet li qed jevolvu b'rata mgħaġġla;

– Jittejjeb ir-rwol tal-aġenziji tal-affarijiet interni sabiex titrawwem kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri u billi jiġu fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi, fil-waqt li jiġi żgurat il-kontroll politiku xieraq fuq l-attivitajiet tal-aġenziji.

Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt u l-memoranda ta' spjegazzjoni ta' kull Regolament.

1.4.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra rilevanti

Numru ta’ strumenti oħra tal-UE se jipprovdu appoġġ għal attiviatjiet li huma kumplimentari għall-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna:

Il-linja diviżorja bejn il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili se tibqa’ kif deskritt fl-Artikolu 3 tal-Programm attwali tas-CIPS: diżastri naturali kif ukoll diżastri mhux intenzjonali ġejjin mill-bniedem huma għall protezzjoni ċivili (inċidenti), filwaqt li diżastri intenzjonali, li ġejjin mill-bniedem huma rilevanti għas-sigurtà u għalhekk jiġu koperti mill-Fond għas-Sigurtà Interna.

Atti terroristiċi jew inċidenti oħra relatati mas-sigurtà se jibqgħu barra mill-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE. L-ambitu preċiż u l-punt safejn l-Artikolu 222 TFUE (il-klawsola tas-solidarjetà) jista’ jappoġġja lill-Istati Membri li huma l-oġġett ta’ attakk terroristiku jew il-vittma ta’ diżastru naturali jew li ġej mill-bniedem, lanqas ma huwa ċar minħabba li dan jeħtieġ l-adozzjoni formali ta’ arranġamenti implimentattivi li għadhom lanqas biss ġew proposti. Possibbiltajiet ta’ finanzjament ta’ emerġenza fil-każ ta’ attakk terroristiku kbir jew inċidenti oħra relevanti għas-sigurtà se jiġu għalhekk appoġġjati mill-Fond għas-Sigurtà Interna.

Il-lakuna bejn ir-riċerka tas-sigurtà taħt il-Programm Horizon 2020 u l-applikazzjoni prattika tar-riżultati ta’ din ir-riċerka se tingħalaq minħabba li l-Fond għas-Sigurtà Interna jipprevedi objettivi speċifiċi u azzjonijiet eliġibbli sabiex jiġi permess il-finanzjament tal-ittestjar u l-validazzjoni ta’ riżultati ta’ riċerka xjentifika ('prototipi') bil-ħsieb tal-applikazzjoni progressiva tagħhom fil-prattika ('akkwist prekummerċjali).

Il-Programm dwar il-Ġustizzja futur se jkun marbut mill-viċin u jkun kumplimentari għall-Fond għas-Sigurtà Interna, speċjalment il-komponent tal-ġustizzja kriminali tiegħu iżda huwa aktar iffokat fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja, l-armonizzazzjoni proċedurali u r-rikonoxximent reċiproku li fil-prattika jipprevjeni duplikazzjonijiet sostanzjali.

Il-komponenti tad-dimensjoni esterna tal-Fond għas-Sigurtà Interna se jappoġġjaw azzjonijiet f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom li huma adattati primarjament għal interessi u objettivi tal-UE, għandhom impatt dirett fl-UE u l-Istati Membri tagħha u jiżguraw kontinwità ma' attivitajiet implimentati fit-territorju tal-UE. Dan il-finanzjament se jitfassal u jiġi implimentat f’koerenza mal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-UE. Mhuwiex intenzjonat sabiex jappoġġja azzjonijiet li huma orjentati lejn l-iżvilupp u se jikkumplimenta, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta' strumenti ta' għajnuna esterna. F’dan il-kuntest, is-suċċessur għall-Programm Tematiku għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Istrument għall-Istabilità se jkun ta’ interess partikolari għall-qasam tal-affarijiet interni. Filwaqt li strumenti ta’ għajnuna esterna jew jappoġġjaw ħtiġijiet tal-iżvilupp ta’ pajjiżi benefiċjarji jew jappoġġjaw interessi politiċi ġenerali tal-UE ma’ imsieħba strateġiċi, fondi tal-affarijiet interni se jappoġġja azzjonijiet speċifiċi f’pajjiżi terzi fl-interess tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE u l-objettivi tas-sigurtà interna tal-UE. Għalhekk se jimlew lakuna speċifika u se jikkontribwixxu għat-tlestija tas-sett ta’ għodod għad-dispożizzjoni tal-UE.

1.5. Tul u impatt finanzjarju

þ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’ żmien limitat

– þ    Proposta/inizjattiva b’effett mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

– þ    Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2023

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’ żmien bla limitu

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-YYYY sal-YYYY,

– Segwita minn operat sħiħ.

1.6. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[34]

þĠestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

þ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– þ    aġenziji eżekuttivi

– þ    korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[35]

– þ    korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

þ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

þĠestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

þ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

Jekk hemm indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti:

Il-proposti se jiġu implimentati prinċipalment permezz tal-ġestjoni kondiviża, ma' programmi nazzjonali multiannwali.

L-objettivi li jridu jinkisbu taħt il-programmi nazzjonali se jiġu kkumplimentati minn "azzjonijiet tal-Unjoni" u mekkaniżmu ta’ rispons rapidu sabiex jittratta sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Dawn se jieħdu prinċipalment il-forma ta’ għotjiet u akkwist taħt ġestjoni ċentralizzata diretta u se jinkludu azzjonijiet f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom.

Se jintużaw il-mezzi kollha possibbli sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni billi jiġu kkonċentrati riżorsi fuq il-ksib ta' numru limitat ta' objettivi tal-UE u permezz tal-għarfien espert ta' partijiet interessati ewlenin, fejn xieraq, fuq il-bażi ta' ftehimiet ta’ sħubiji u ftehimiet qafas.

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni se tiġi implimentata minn ġestjoni ċentralizzata diretta.

Il-pajjiżi assoċjati mal-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen se jipparteċipaw ukoll fiż-żewġ strumenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna li jikkostitwixxu żvilupp tal-acquis ta' Schengen (l-istrumenti dwar il-fruntieri u l-viża u l-kooperazzjoni tal-pulizija) bħallikieku huma l-Istati Membri, fid-dwal tal-Ftehimijiet ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen. Se jipparteċipaw fl-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, filwaqt illi jimplimentaw il-programmi nazzjonali multiannwali tagħhom stess u għandhom il-possibbiltà li japplikaw għal finanzjament taħt l-azzjonijiet tal-Unjoni eċċ. L-istess bħal taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni, se jiġu konklużi arranġamenti speċifiċi sabiex jispeċifikaw ir-regoli supplimentari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom (regoli li jirriżultaw mir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli Implimentattivi tiegħu u t-Trattati, inkluż is-setgħa tal-verifika tal-Qorti tal-Awdituri). Ladarba dawn l-Istati se jikkontribwixxu għall-baġit tal-UE għaż-żewġ strumenti bi proporzjon mal-PDG tagħhom, l-arranġamenti se jiddeterminaw ukoll il-kontribuzzjonijiet li jridu jiġu rċevuti minn dawn l-Istati bħala parti mill-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fuq il-governanza ta’ Schengen, u dan irrispettivament mid-daqs tal-allokazzjonijiet tagħhom taħt l-istrumenti. Sal-lum, l-Istati assoċjati huma n-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein.

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Għal ġestjoni kondiviża, qafas ta’ rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni koerenti u effiċjenti huwa propost. Għal kull programm nazzjonali, l-Istati Membri se jintalbu li jwaqqfu Kumitat ta’ Monitoraġġ li fih tista’ tipparteċipa l-Kummissjoni,

Fuq bażi annwali l-Istati Membri se jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-programm multiannwali. Dawn ir-rapporti huma kundizzjoni minn qabel għal pagamenti annwali. Sabiex idaħħlu informazzjoni fil-proċess ta’ reviżjoni ta’ nofs it-terminu, se jintalbu fl-2017 li jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-progress li sar fil-kisba tal-objettivi. Eżerċizzju simili se jitwettaq fl-2019, sabiex jippermetti, fejn xieraq, aġġustamenti matul l-aħħar sena finanzjarja (2020).

Filwaqt illi jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kultura bbażata fuq l-evalwazzjoni fil-qasam tal-affarijiet interni, il-Fondi se jkollhom qafas komuni ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ b’indikaturi wiesgħa relatati mal-politika li jissottolinjaw l-approċċ orjentat lejn ir-riżultati tal-Fondi u r-rwol essenzjali li jista' jkollhom fit-taħlita tal-politika sabiex jiksbu l-objettiv tal-ħolqien ta’ spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Dawn l-indikaturi jirrelataw mal-impatt li l-Fondi jista' jkollhom: l-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sigurtà fil-fruntieri, kooperazzjoni tal-pulizija u ġestjoni tal-kriżi; ġestjoni effettiva ta' flussi migratorji fl-UE; trattament ġust u ugwali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi; solidarjetà u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar tal-migrazzjoni u kwistjonijiet ta’ sigurtà interna u approċċ komuni tal-UE dwar kemm il-migrazzjoni kif ukoll is-sigurtà lejn pajjiżi terzi.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni adegwata tal-prinċipji dwar l-evalwazzjoni, u filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-esperjenza prattika mal-evalwazzjoni fl-Istati Membri taħt il-finanzjament attwali tal-UE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw il-qafas komuni ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, fost oħrajn billi jiddefinixxu mudelli u indikaturi komuni ta' riżultati.

Il-miżuri kollha se jiġu stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu s-sistemi tagħhom ta’ rappurtar u evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ prinċipji u rekwiżiti maqbula.

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu żgurati sinerġiji bejn ir-rappurtar u l-evalwazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għal rapporti ta' evalwazzjoni se tibni fuq u tlesti l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri fir-rapporti annwali ta' implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

Fl-2018, il-Kummissjoni se tissottometti wkoll rapport dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu mwettqa tal-programmi nazzjonali.

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni se tissottometti rapport intermedjarju dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi sal-31.06.2018 u rapport ta' evalwazzjoni ex-post sat-30.06.2024, li jkopri l-implimentazzjoni sħiħa (jiġifieri mhux biss programmi nazzjonali taħt ġestjoni kondiviża).

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikati

DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat min-nuqqas rikorrenti ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll min-nuqqas ta’ rata ta’ żbalji residwali 'l fuq minn 2% fis-snin li għaddew f’rapporti annwali ta’ attività tad-DĠ HOME (u DĠ JLS preċedenti).

F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi attwali jaqgħu prinċipalment fi tliet kategoriji:

– Ir-riskju ta’ użu immirat ineffiċjenti jew insuffiċjenti ta’ fondi;

– Żbalji li jirriżultaw mill-kumplessità ta’ regoli u dgħufijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll;

– Użu ineffiċjenti ta’ riżorsi amministrattivi (proporzjonalità limitata ta’ rekwiżiti);

Ta’ min isemmi wkoll elementi speċifiċi li jikkonċernaw is-sistema tal-erba’ Fondi taħt il-Programm Ġenerali "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji".

– Is-sistema ta’ programmi annwali tiżgura li l-pagamenti finali jsiru b’mod regolari abbażi ta’ nefqa ċertifikata u verifikata. Madanollu, il-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-programmi annwali ma jibqax konness mas-sena finanzjarja tal-UE u l-katina tal-assigurazzjoni hija għalhekk mhux sodisfaċenti għal kollox, minkejja sistema qawwija ħafna.

– Jiġu stabbiliti regoli dettaljati ta’ eliġibbiltà mill-Kummissjoni. Dan jiżgura fi prinċipju l-omoġeneita tan-nefqa ffinanzjata. Madankollu joħloq ukoll ammont ta’ xogħol mhux meħtieġ għal awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni u jżid ir-riskju ta’ żbalji minn benefiċjarji u/jew Stati Membri minħabba fil-miżinterpretazzjonijiet tar-regoli tal-UE.

– Is-sistemi attwali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma qrib ħafna għal dawk taħt il-Fondi Strutturali. Madankollu, jippreżentaw differenzi żgħar, notevolment fil-katina ta’ responsabbiltajiet bejn awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni u Awtoritajiet ta’ Verifika. Dan joħloq konfużjkoni fl-Istati Membri, b’mod partikolari meta l-awtoritajiet ikunu qed jaġixxu fiż-żewġ tipi ta’ Fondi. Dan iżid ukoll ir-riskju ta’ żbalji u jeħtieġ monitoraġġ aktar intensiv.

Dawn l-elementi se jinbidlu b'mod sinifikanti f'din il-proposta:

– Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll se jsegwu r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Fondi tas-CSF u se jikkonformaw bi sħiħ mar-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament Finanzjarju l-Ġdid: it-tliet awtoritajiet se jiġu sostitwiti minn żewġ awtoritajiet (l-Awtorità Responsabbli u l-Awtorità ta’ Verifika) li r-rwoli tagħhom huma ċċarati bil-ħsieb li tiġi provduta assigurazzjoni aħjar.

– Programmazzjoni multiannwali kkombinata ma' saldu annwali bbażata fuq il-pagamenti li jsiru mill-Awtorità Responsabbli se tallinja l-perjodi ta’ eliġibbiltà mal-kontijiet annwali tal-Kummnissjoni, mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv meta mqabbel mas-sistema attwali.

– Se jitwettqu kontrolli fuq il-post bħala parti mill-kontrolli tal-ewwel livell, jiġifieri mill-Awtorità Responsabbli u se jappoġġjaw id-dikjarazzjoni annwali ta' ġestjoni ta’ assigurazzjoni.

– Il-kjarifika u s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-eliġibbiltà kif ukoll l-armonizzazzjoni tagħhom ma' strumenti finanzjarji oħra ta' appoġġ tal-UE se jnaqqsu l-iżbalji magħmula minn benefiċjarji li jużaw l-assistenza minn sorsi differenti. Dawn ir-regoli tal-eliġibbiltà se jiġu stabbiliti f’livell nazzjonali, ħlief għal xi prinċipji bażiċi, simili għal dawk użati għall-Fondi tas-CSF.

– L-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati huwa inkoraġġit, speċjalment għal għotjiet żgħar.

F’ġestjoni ċentralizzata, ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:

– Riskju ta’ korrispondenza dgħajfa bejn il-proġetti rċevuti u l-prijoritajiet politiċi tad-DĠ HOME;

– Ir-riskju ta’ kwalità dgħajfa tal-proġetti magħżula u implimentazzjoni teknika dgħajfa tal-proġett, li jnaqqas l-impatt tal-programmi; minħabba proċeduri tal-għażla mhux xierqa, nuqqas ta’ kompetenzi jew monitoraġġ insuffiċjenti;

– Ir-riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (il-kumplessità tar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli attwali flimkien mal-possibbiltajiet limitati biex jiġu kontrollati l-ispejjeż eliġibbli mill-uffiċċju) kif ukoll għall-akkwist (kultant numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jinvolvi possibbiltajiet insuffiċjenti għall-ipparagunar tal-offerti tal-prezzijiet);

– Ir-riskju prinċipali ser ikun relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar sabiex jikkontrollaw b’mod effettiv in-nefqa kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet imwettqa.

– Ir-riskju reputazzjonali għall-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti attivitajiet ta’ frodi jew kriminali; tista’ tittieħed biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi minħabba n-numru pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kull wieħed jopera s-sistema ta’ kontroll proprja, ħafna drabi pjuttost żgħar fid-daqs.

Il-maġġoranza ta' dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu bis-saħħa ta' mmirar aħjar ta' proposti u l-użu ta' elementi simplifikati inklużi fir-reviżjoni l-ġdida tar-Regolament Finanzjarju.

2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previsti

Ġestjoni maqsuma:

Fil-livell tal-Istat Membru, l-arkitettura proposta tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tirrappreżenta evoluzzjoni tal-pjan fis-seħħ bejn l-2007 u l-2013 u tippriserva ħafna mill-funzjonijiet li saru fil-perjodu attwali inklużi verifiki amministrattivi u fuq il-post, awditjar tas-sistemi ta' kontroll u ta' ġestjoni u awditjar tal-operazzjonijiet. Is-sekwenza ta’ dawn il-funzjonijiet hija madankollu mibdula sabiex tirrendi l-kontrolli fuq il-post responsabbiltà ċara tal-Awtorità Responsabbli bħala riżultat tal-preparazzjoni għall-eżerċizzju tas-saldu annwali tal-kontijiet.

Sabiex tirrinforza l-kontabilità, l-Awtoritajiet Responsabbli se jiġu akkreditati minn korp nazzjonali tal-akkredizzjoni li hu responsabbli mis-superviżjoni kontinwa tagħhom. It-tnaqqis fin-numru ta' awtoritajiet - mhux aktar Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni u t-tnaqqis fin-numru tal-Fondi - huwa mistenni li jnaqqas il-piż amministrattiv u jsaħħaħ il-possibbiltà għall-bini ta’ kapaċità amministrattiva aktar qawwija, iżda jippermetti wkoll diviżjoni aktar ċara tar-responsabilitajiet.

Sal-lum ma hija disponibbli l-ebda stima affidabbli fir-rigward tal-ispiża tal-kontrolli tal-Fondi tal-ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-Affarijiet Interni. L-unika stima disponibbli hija relatata mal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni fejn l-ispejjeż tal-kompiti relatati ma’ kontrolli (fuq livell nazzjonali u esklużi l-ispejjeż tal-Kummissjoni) huma stmati madwar 2% tat-total ta’ finanzjament amministrat fil-perjodu 2007-2013. Dawn l-ispejjeż huma marbuta mal-oqsma ta' kontroll li ġejjin: 1% ġejjin minn koordinazzjoni nazzjonali u tħejjija tal-programm, 82% huma marbuta mal-ġestjoni tal-programm, 4% maċ-ċertifikazzjoni u 13% mal-awditjar.

Il-proposti li ġejjin se jżidu l-ispejjeż ta' kontroll:

– il-ħolqien u l-funzjonament ta' korp ta' akkreditazzjoni u b’mod ġenerali l-bidla fis-sistema;

– is-sottomissjoni ta' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li takkompanja l-kontijiet annwali;

– l-kontrolli fuq il-post li jridu jsiru mill-Awtorità Responsabbli;

– il-ħtieġa għal attività addizzjonali ta' verifika mill-Awtoritajiet tal-Verifika biex jivverifikaw id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni.

Madankollu hemm ukoll proposti li se jnaqqsu l-ispejjeż ta' kontroll:

– L-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni mhijiex se tibqa' teżisti. Għalkemm il-funzjonijiet tagħhom se jiġu trasferiti parzjalment lill-Awtorità Responsabbli, dan se jippermetti li l-Istat Membru jiffranka parti sostanzjali tal-ispejjeż relatati maċ-ċertifikazzjoni minħabba f'effiċjenza amminstrattiva aħjar, ħtieġa mnaqqsa għal koordinazzjoni u tnaqqis tal-ambitu tal-verifiki;

– Il-kontrolli li jridu jitwettqu mill-Awtorità ta' Verifika se jiġu orjentati aktar lejn it-twettiq mill-ġdid (kampjun ta’) ta’ kontrolli amministrattivi u fuq il-post tal-ewwel livell imwettqa mill-Awtorità Responsabbli. Dan se jħaffef il-proċedura kontradittorja u jiżgura li l-kontrolli kollha meħtieġa jitwettqu qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet annwali;

– L-użu tal-ispejjeż simplifikati li jnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fil-livelli kollha, kemm għall-amministrazzjonijiet kif ukoll għall-benefiċjarji;

– Għeluq annwali, u l-limitazzjoni tal-perjodu għas-saldu ta’ konformità sa 36 xahar se jnaqqas il-perjodu ta’ żamma tad-dokumenti għal finijiet ta’ kontroll għal amministrazzjonijiet u benefiċjarji pubbliċi;

– It-twaqqif ta’ flussi ta’ komunikazzjoni elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jkun obbligarorju.

Ma’ dawn għandhom jiżdiedu l-elementi ta' simplifikazzjoni elenkati taħt §2.2.1 hawn fuq li se jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis ta’ piż amministrattiv għal benefiċjarji u għaldaqstant jirrappreżentaw tnaqqis simultanju ta’ riskji ta’ żball u ta’ piż amministrattiv.

Għalhekk, b’mod ġenerali huwa mistenni li dawn il-proposti se jwasslu għal distribuzzjoni mill-ġdid ta' spejjeż ta' kontroll aktar milli żieda jew tnaqqis. Madankollu huwa antiċipat li din id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż (bejn il-funzjonijiet u minħabba l-arranġamenti proporzjonati ta' kontroll, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-programmi) se tippermetti mitigazzjoni aktar effettiva tar-riskji u għaldaqstant se twassal aktar malajr għall-katina ta' assigurazzjoni.

Fil-livell tal-Kummissjoni, l-ispiża ta’ ġestjoni u kontrolli għal ġestjoni kondiviża mhijiex mistennija li tonqos fl-ewwel nofs tal-perjodu ta’ programmazzjoni. Dan huwa l-ewwelnett il-każ minħabba li l-ammont u l-oqsma tal-politika kkonċernati minn ġestjoni kondiviża se jespandu meta mqabbel mal-perjodu attwali. Għalhekk iż-żamma tal-istess riżorsi diġà se jeħtieġu kisbiet fl-effiċjenza. Barra minn hekk, l-ewwel snin se jiġu kkaratterizzati mill-għaqda ta' ħafna kompiti importanti li jridu jitwettqu: għeluq ta' programmi 2007-2013 (l-aħħar rapporti tal-għeluq dovuti sal-31 ta’ Marzju 2016), djalogi dwar il-politika u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali multiannwali 2014-2020, it-twaqqif ta’ sistema ġdida ta’ saldu tal-kontijiet. Fit-tieni nofs tal-perjodu, ir-riżorsi potenzjali disponibbli se jintużaw sabiex itejbu l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.           

Il-Ġestjoni Ċentralizzata

Fir-rigward ta’ ġestjoni ċentralizzata, il-Kummissjoni se tkompli tapplika s-sistema ta’ kontroll attwali tagħha li hija magħmula mill-komponenti li ġejjin: is-sorveljanza ta’ operazzjonijiet mid-direttorati operattivi, il-kontroll ex-ante mill-Unit tal-Baġit u l-Kontroll, il-Kumitat tal-Akkwist Intern (JPS/HPC), il-kontrolli ex-post għal għotjiet jew il-verifiki mill-Kapaċità tal-Verifika Interna u/jew is-Servizz tal-Verifika Interna. Is-settur ta’ kontroll ex-post japplika "strateġija ta’ skoperta" immirata lejn l-iskoperta ta’ massimu ta’ anomaliji bil-ħsieb li jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti. Abbażi ta’ din l-istrateġija, il-verifiki jitwettqu fuq kampjun ta’ proġetti magħżula kważi għal kollox fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

Permezz tal-kombinazzjoni ta’ għotjiet u akkwist, kontroll ex-ante u ex-post kif ukoll verifiki mill-uffiċċju u verifiki fuq il-post, fl-aħħar tliet snin il-medja tar-rata ta’ żball residwu kwantifikabbli kienet aktar baxxa minn 2 %. Għalhekk, is-sistema ta' kontroll intern kif ukoll l-ispiża tagħha titqies adegwata f’DĠ HOME sabiex jinkiseb l-objettiv ta' rata baxxa tal-iżbalji.

F’dan il-qafas, DG HOME jkompli jesplora l-possibbiltajiet li jtejjeb il-ġestjoni u jżid is-simplifikazzjoni. B’mod partikolari, l-opzjonijiet kollha ssimplifikati li jsiru disponibbli fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid se jintużaw kemm jista’ jkun minħabba li huwa mistenni li se jikkontribbwixxu għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal benefiċjarji u għaldaqstant jirrappreżenta tnaqqis simultanju ta’ riskji tal-iżbalji u tal-piż amministrattiv għall-Kummissjoni.

Linji ta’ żvilupp ġodda

Il-proposti jipprevedu linji ta' żvilupp ġodda għall-finanzjament tal-UE fil-qasam tal-affarijiet interni, eż. użu aħjar tal-għarfien espert li jeżisti fl-aġenziji tal-UE, l-iżvilupp tad-dimensjoni esterna u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ emerġenza.          Dawn se jeħtieġu metodi ġodda ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għad-DĠ Home.        L-ammonti li se jiġu ddedikati għal dawn il-linji ta’ żvilupp ġodda għadhom ma ġewx iffissati, iżda mhux probabbli li jkunu sinifikanti meta mqabbla mal-baġit globali tal-affarijiet interni. Madankollu, ikun importanti ħafna li jitwaqqfu l-mezzi interni u l-arranġamenti tax-xogħol sabiex jiġu implimentati dawn il-kompiti l-ġodda kmieni kemm jista’ jkun fi ħdan il-perjodu, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

L-analiżi hawn fuq turi biċ-ċar li, minkejja s-simplifikazzjonijiet kollha introdotti, il-livell ta’ riżorsi umani meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-baġit miżjud ta’ DĠ HOME se jkollu jiġi rinfurzat.            Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie allokat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Flimkien mal-applikazzjoni tal-mekkaniżmi regolatorji kollha ta’ kontroll, DĠ HOME se jfassal strateġija kontra l-frodi f’konformità mal-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta’ Ġunju 2011 sabiex jiġi żgurat inter alia li l-kontrolli relatati interni kontra l-frodi huma allinjati għal kollox mal-CAFS u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tal-frodi huwa adattat sabiex jidentifika oqsma tar-riskju tal-frodi u tweġibiet adegwati. Fejn meħtieġ, se jitwaqqfu gruppi ta’ netwerking u għodod adegwati tal-IT iddedikati għall-analiżi ta’ każijiet tal-frodi relatati mal-Fondi.

Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, il-CAFS tidentifika biċ-ċar il-ħtieġa li l-proposti tal-Kummissjoni għar-regolamenti tal-2014-2020 jitolbu lill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ miżuri tal-prevenzjoni tal-frodi li huma effettivi u proporzjonati għar-riskji tal-frodi identifikati. Il-proposta attwali tinkludi f’Artikolu 5 ħtieġa ċara mill-Istati Membri sabiex jiġu preklużi, skoperti u kkoreġuti irregolaritajiet u sabiex jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni. Aktar dettalji fir-rigward ta’ dawn l-obbligi se jkunu parti mir-regoli dettaljati dwar il-funzjonijiet tal-Awtorità Responsabbli kif previst fl-Artikolu 24(5)(c).

Barra minn hekk, l-użu mill-ġdid ta' fondi li jiġu minn korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq kummissjoni jew sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri ġiet indikata b’mod ċar fl-Artikolu 41.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit tal-infiq affettwati

· Intestatura tal-baġit tal-ispiża eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ Tip ta’ nfiq || Kontribuzzjoni

Għadd || Diff.([36]) || mill-pajjiżi tal- EFTA[37] || minn pajjiżi kandidati[38] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

3 ||   || Differenzjata || LE || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitlubin

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ Tip ta’ nfiq || Kontribuzzjoni

Għadd Intestatura 3 || Diff./Mhux diff. || mill-pajjiżi tal- EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

3 || 18 01 04 bb - Il-Fond ta' Sigurtà Interna – Pulizija u Kriminalità - Għajnuna teknika || Mhux Diff. || LE || LE || IVA || LE

3 || 18 02 bb - Il-Fond ta' Sigurtà Interna - Pulizija u Kriminalità || Differenzjata || LE || LE || IVA || LE

3 || 18 01 04 cc - Il-Fond ta' Sigurtà Interna – Fruntieri u Viżi - Għajnuna teknika || Mhux Diff. || LE || LE || IVA || LE

3 || 18 02 cc - Il-Fond ta' Sigurtà Interna - Fruntieri u Viżi || Differenzjata || LE || LE || IVA || LE

|| || || || || ||

|| || || || || ||

|| || || || || ||

|| || || || || ||

Kontribuzzjonijiet minn Pajjiżi terzi jikkonċernaw iż-żewġ komponenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna.

Il-kriterji u l-metodu sabiex jiġu kkalkolati dawn il-kontribuzzjonijiet iridu jiġu nnegozjati bejn l-UE u l-Istati Assoċjati fuq il-bażi ta’ proċedura separata.

Filwaqt li jitqiesu persentaġġi simili għal dawk attwalment użati taħt l-EBF, l-Istati Assoċjati se jintalbu li jikkontribbwixxu b’madwar EUR 210 miljun għall-komponenet tal-Fruntieri u l-Viża u b’madwar EUR 50 miljun għall-komponent tal-kooperazzjoni tal-Pulizija.

3.2. Stima tal-impatt fuq l-infiq 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-infiq

Miljuni f’EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru 3 || Sigurtà u Ċittadinanza

DĠ HOME || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Wara l-2020 || IT-TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi (prezzijiet attwali) || || || || || || || || ||

18 02 bb Fond ta' Sigurtà Interna – Pulizija u Kriminalità || Impenji || (1a) || 135.076 || 143.047 || 151.283 || 159.791 || 168.578 || 177.653 || 187.022 || || 1,122.450

Pagamenti || (2a) || 15.714 || 43.881 || 71.419 || 111.709 || 147.854 || 156.248 || 164.918 || 410.707 || 1,122.450

18 02 cc  Fond ta' Sigurtà Interna - Fruntieri u Viżi || Impenji || (1a) || 422.310 || 447.186 || 472.886 || 499.435 || 526.856 || 555.173 || 584.412 || - || 3,508.258

Pagamenti || (2a) || 59.999 || 120.794 || 223.204 || 350.813 || 461.098 || 487.256 || 514.275 || 1,290.818 || 3,508.258

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[39] || || || || || || || || ||

18 01 04 bb            Fond ta' Sigurtà Interna – Pulizija u Kriminalità || || || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || 0.800 || || 5.600

18 01 04 cc             Fond ta' Sigurtà Interna - Fruntieri u Viżi || || || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || 1.700 || || 11.900

Approprjazzjonijiet TOTALI għal DĠ HOME || Impenji || =1+1a +3 || 559,886 || 592,733 || 626,669 || 661,726 || 697,934 || 735,326 || 773,934 || || 4.648,208

Pagamenti || =2+2a +3 || 78,213 || 167,174 || 297,123 || 465,023 || 611,452 || 646,004 || 681,693 || 1.701,525 || 4.648,208

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Infiq amministrattiv "

Miljuni f’EUR (sa tliet punti deċimali)

Billi hemm elementi komuni fl-implimentazzjoni tal-Fond ta' Ażil u Migrazzjoni u l-Fond ta' Sigurtà Interna bħad-djalogu ta' politika ma' kull Stat Membru u minħabba li l-organizzazzjoni interna tad-DG HOME għall-iżgurar tal-ġestjoni tal-Fondi l-ġodda (kif ukoll l-egħluq tal-programmi li bħalissa qed jieħu ħsieb) tista' tevolvi, mhuwiex possibbli li l-infiq Amministrattiv jinqasam bejn il-Fond ta' Ażil u Migrazzjoni u l-Fond ta' Sigutà Interna.

Għalhekk iċ-ċifri relatati mal-Intestatura 5 t'hawn taħt jikkorrispondu għan-nefqa amministrattiva totali meqjusa neċessarja għall-iżgurar ta' ġestjoni taż-żewġ Fondi mid-DĠ u m'hemmx total ta' approprjazzjonijiet.

Miljuni f’EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Wara l-2020 || IT-TOTAL

DĠ: HOME ||

Ÿ Riżorsi umani || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || || 145.887

Ÿ Spiża amministrattiva oħra || 0,156 || 0,159 || 0,162 || 0,165 || 0,168 || 0,172 || 0,175 || || 1,157

TOTAL DG HOME || Approprjazzjonijiet || 20.997 || 21.000 || 21.003 || 21.006 || 21.009 || 21.013 || 21.016 || || 147.044

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Pagamenti totali) || 20.997 || 21.000 || 21.003 || 21.006 || 21.009 || 21.013 || 21.016 || || 147.044

Miljuni f’EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || IT-TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

Pagamenti || || || || || || || || ||

3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– þ  Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn isfel: Il-politika tal-Affarijiet Interni hija implimentata prinċipalment minn ġestjoni kondiviża. Filwaqt li l-prijoritajiet strateġiċi huma mfassla fuq il-livell tal-UE, il-ġestjoni attwali ta’ kuljum hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Indikaturi u miri ta’ riżultati komuni se jiġu deċiżi flimkien mill-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Responsabbli bħala parti mill-programmi nazzjonali tagħhom, u approvati mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa diffiċli li jiġu indikati l-miri għar-riżultati sakemm il-programmi jiġu abbozzati, negozjati u jsir qbil dwarhom fl-2013/14.    Fir-rigward tal-ġestjoni ċentralizzata, lanqas ma huwa possibbli għad-DĠ HOME li jipprovdi lista eżawrjenti tar-riżultati kollha li jridu jitwasslu permezz tal-intervent finanzjarju taħt il-Fondi, l-ispejjeż medji u n-numri tagħhom, kif mitlub minn din it-taqsima. Fil-mument ma hemm l-ebda għodda statistika li tippermetti l-kalkolu ta’ spejjeż medji sinifikanti fuq il-bażi tal-programmi attwali, u din id-definizzjoni preċiża tkun kontra l-prinċipju li l-programm futur għandu jipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex ikun adattat għal prijoritajiet politiċi bejn l-2014-2020. Dan huwa partikolarment veru għal assistenza ta’ emerġenza u azzjonijiet f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom.

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal is-snin kollha kif ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || IT-TOTAL

OUTPUTS

Tip ta’ output[40] || Kost medju tal-output || Għadd ta’ output || Spiża || Għadd ta’ output || Spiża || Għadd ta’ output || Spiża || Għadd ta’ output || Spiża || Għadd ta’ output || Spiża || Għadd ta’ output || Spiża || Għadd ta’ output || Spiża || Numru totali ta’ riżultati || Total spiża

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[41] || || || || || || || || || || || || || || || ||

Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

NEFQA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommmarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– þ Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn isfel:

Billi hemm elementi komuni fl-implimentazzjoni tal-Fond ta' Ażil u Migrazzjoni u l-Fond ta' Sigurtà Interna bħad-djalogu ta' politika ma' kull Stat Membru u minħabba li l-organizzazzjoni interna tad-DG HOME għall-iżgurar tal-ġestjoni tal-Fondi l-ġodda (kif ukoll l-egħluq tal-programmi li bħalissa qed jieħu ħsieb) tista' tevolvi, mhuwiex possibbli li l-infiq Amministrattiv jinqasam bejn il-Fond ta' Ażil u Migrazzjoni u l-Fond ta' Sigutà Interna.

Għalhekk iċ-ċifri relatati mal-Intestatura 5 t'hawn taħt jikkorrispondu għan-nefqa amministrattiva totali meqjusa neċessarja għall-iżgurar ta' ġestjoni taż-żewġ Fondi mid-DĠ u m'hemmx total ta' approprjazzjonijiet.

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) HOME

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali[42] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || IT-TOTAL

Riżorsi umani HOME || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 20.841 || 145,887

Spiża amministrattiva oħra || 0,156 || 0,159 || 0,162 || 0,165 || 0,168 || 0,172 || 0,175 || 1,157

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 20.997 || 21.000 || 21.003 || 21.006 || 21.009 || 21.013 || 21.016 || 147.044

Barra mill-INTESTATURA 5[43] tal-qafas finanzjarju multiannwali[44] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || IT-TOTAL

Riżorsi umani HOME || 0.640 || 0.640 || 0.640 || 0.640 || 0.640 || 0.640 || 0.640 || 4.480

Riżorsi umani Infiq amministrattiv ieħor || 1.860 || 1.860 || 1.860 || 1.860 || 1.860 || 1.860 || 1.860 || 13.020

Subtotal tar-riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 2.500 || 17.500

IT-TOTAL || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

3.2.3.2.  Stima tal-ħtiġijiet ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– þ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: Iċ-ċifri użati għas-sena n huma dawk għall-2011.

Billi hemm elementi komuni fl-implimentazzjoni tal-Fond ta' Ażil u Migrazzjoni u l-Fond ta' Sigurtà Interna bħad-djalogu ta' politika ma' kull Stat Membru u minħabba li l-organizzazzjoni interna tad-DG HOME għall-iżgurar tal-ġestjoni tal-Fondi l-ġodda (kif ukoll l-egħluq tal-programmi li bħalissa qed jieħu ħsieb) tista' tevolvi, mhuwiex possibbli li l-infiq Amministrattiv jinqasam bejn il-Fond ta' Ażil u Migrazzjoni u l-Fond ta' Sigutà Interna.

Għalhekk iċ-ċifri relatati mal-Intestatura 5 t'hawn taħt jikkorrispondu għan-nefqa amministrattiva totali meqjusa neċessarja għall-iżgurar ta' ġestjoni taż-żewġ Fondi mid-DĠ u m'hemmx total ta' approprjazzjonijiet.

Il-valutazzjoni għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6

Ÿ Stabbiliment ta’ postijiet tal-ippjanar (uffiċjali u aġenti temporanji) HOME ||

|| 18 01 01 01 (Kwartieri u Uffiċċji tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) || 136 || 136 || 136 || 136 || 136 || 136 || 136

|| XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15

|| 18 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (għar-riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[45] ||

|| 18 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 16 || 16 || 16 || 16 || 16 || 16 || 16

|| XX 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10

|| 18 01 04 bb[46] || - fil-Kwartieri ġenerali[47] || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4

|| -f’delegazzjoniji || * || * || * || * || * || * || *

|| 18 01 04 cc[48] || - fil-Kwartieri ġenerali[49] || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

|| -f’delegazzjonijiet || * || * || * || * || * || * || *

|| XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| 13 01 04 02 oħra) || || || || || || ||

|| IT-TOTAL || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie allokat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti. Ammonti u imputazzjonijiet jiġu aġġustati fl-eventwalità ta' kwalunkwe proċess ta' esternalizzazzjoni f'Aġenzija Eżekuttiva.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji fil-kwartieri ġenerali || Il-kompiti li jridu jitwettqu jinkludu l-kompiti kollha meħtieġa għall-ġestjoni ta’ programm finanzjarju, bħal: - il-provista ta’ input għall-proċedura tal-baġit;              it-twettiq tad-djalogu dwar il-baġit ma’ Stati Membri;   - it-tħejjija ta’ programmi annwali ta' xogħol/deċiżjonijiet ta' finanzjament, l-istabbilizzazzjoni ta' prijoritajiet annwali, l-approvazzjoni ta' programmi nazzjonali;  - il-ġestjoni ta’ programmi nazzjonali, sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ selezzjoni sussegwenti;               - il-komunikazzjoni ma’ partijiet interessati (benefiċjarji potenzjali/attwali, l-Istati Membri,eċċ); - l-abbozzar ta’ linji gwida lill-Istati Membri     - il-ġestjoni ta’ proġetti, b’mod operattiv u finanzjarju; - it-twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (verifika ex ante, kumitat ta’ akkwist, verifiki ex post, verifika interna, saldu ta’ kontijiet);       - kontabilità;          - l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ għodod tal-IT tal-ġestjoni tal-għotja u l-programm nazzjonali;                - il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar kisbiet tal-objettivi, inkluż fir-Rapport Annwali ta' Attività u fir-rapport tal-Uffiċjal Awtorizzanti b'Sottodelega

Personal estern || Il-kompiti huma simili għal dawk ta' uffiċjali u aġenti temporanji, ħlief għal kompiti li ma jistgħux jitwettqu minn persunal estern

Persunal f’delegazzjonijiet || Biex jakkumpanja l-iżvilupp ta' implimentazzjoni ta' politika fil-qasam tal-affarijiet interni, u b'mod partikolari fid-dimensjonijiet esterni tiegħu, id-delegazzjonijiet tal-UE se jeħtieġu jkunu mgħammra b'esperjenza suffiċjenti fl-affarijiet interni. Dan jista' jkun persunal mill-Kummissjoni Ewropea u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

– þ  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali li jmiss.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’tip ta’ pprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[50].

Spjega x’inhu meħtieġ u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– þ Il-proposta tistipula li l-iffinanzjar Ewropew irid jiġi kofinanzjat. L-ammont eżatt ma jistax jiġi kwantifikat. Ir-regolament jistabbilixxi rati massimi ta’ kofinanzjament differenzjati f’konformità mat-tipi ta’ azzjonijiet:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament || SM || SM || SM || SM || SM || SM || SM ||

TOTAL approprjazzjonijiet kofinanzjati || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd ||

3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul

– þ  Proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

Miljuni f’EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena tal-baġit li għaddejja || Impatt tal-proposta/inizjattiva[51]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-intestatura(i) tan-nefqa tal-baġit affettwata(i).

Speċifika l-metodu kif qed jiġi kkalkulat l-impatt fuq id-dħul.

[1]               ĠU C 115, 4.5.2010, p.1.

[2]               COM(2010) 673 finali.

[3]               COM(2011) 248 finali.

[4]               COM(2011) 561 finali.

[5]               COM(2011) 680 finali.

[6]               COM(2011) 500 finali.

[7]               Id-dokumenti ta’ konsultazzjoni u r-rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tad-DĠ għall-Affarijiet Interni: http://ec.europa.eu/home-affairs/news/consulting_public/consulting_0020_mt.htm

[8]               "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE", COM (2010) 700, 19.10.2010.

[9]               Il-proposta tal-Kummissjoni – Ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)815 finali tal-22.12.2010). Din il-proposta hija rtirar formali mill-Kummissjoni ta' proposti leġiżlativi preċedenti (COM(2010)71 finali u COM(2010)260 finali.

[10]             Skont il-Protokoll 5 għat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Litwanja, għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar id-Dokument ta' Tranżitu Ffaċilitat (FTD) u d-Dokument ta' Tranżitu Ferrovjarju Ffaċilitat (FRTD) (ĠU L 99, 17.4.2003, p.8; ĠU L 99, 17.4.2003, p.15), l-UE hija responsabbli għall-ispejjeż addizzjonali tal-Iskema u tikkumpensa lil-Litwanja li ma timponix miżati meta toħroġ id-dokumenti kkonċernati għaċ-ċittadini Russi fi tranżitu mill-UE għal u mir-reġjun ta' Kaliningrad.

[11]             Anness dwar spejjeż stmati tas-sistemi - COM(2011)680 finali

[12]             ĠU L 286, 1.11.2011, p.1

[13]             ĠU C , , p. .

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             Dok. tal-Kunsill 7120/10.

[16]             COM(2010)673 finali.

[17]             [ĠU L … għandu jimtela]

[18]             ĠU L144, 6.6.2007, p.22

[19]             ĠU L 349, 25.11.2004, p.1

[20]             ĠU għandu jimtela

[21]             ĠU L 236, 23.9.2003, p. 946.

[22]             ĠU L 99, 17.4.2003, p. 8

[23]             ĠU L 99, 17.4.2003, p. 15

[24]             COM(2011) 559 finali.

[25]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[26]             ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22

[27]             ĠU L 176 of 10.7.1999, p. 31.

[28]             ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

[29]             ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19

[30]             COM(2011) 559 finali.

[31]             COM(2011) 403 finali.

[32]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività)– ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività).

[33]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[34]             Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-Baġit: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[35]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[36]             Diff:- Approprjazzjonijiet differenzjati/Non-Diff:- Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[37]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles .

[38]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[39]             Għajnuna u nfiq tekniku u/jew amministrattiv għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" ta’ qabel), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[40]             L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż: in-numru ta' skambji għal studenti ffinanzjati, in-numri ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).

[41]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/ċi…”

[42]             Pakkett globali, ibbażat fuq l-Allokazzjoni Finali għal Riżorsi Umani tal-2011, inkluż uffiċjali u persunal estern

[43]             Għajnuna u nfiq tekniku u/jew amministrattiv għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" ta’ qabel), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[44]             Persunal estern iffinanzjat mill-eks linji BA, abbażi tal-Allokazzjoni Finali tar-Riżorsi Umani tal-2011, inkluż il-persunal estern fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet.

[45]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;

[46]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu linji "BA").

[47]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[48]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu linji "BA").

[49]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[50]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[51]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (imposti tad-dwana, dazji taz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, i.e. ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25% għal spejjeż tal-ġbir.

Top