EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52011PC0691

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fl-2012 u fl-2013, inkluża l-ewwel rata ta’ pagament għall-2012

/* KUMM/2011/0691 finali - 2011/0305 (NLE) */

52011PC0691




MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Intern u r-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ jipprovdi għal proċedura ġdida kif isiru s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiġi ffinanzjat il-FEŻ. Skont l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju, din il-proċedura ġdida applikat għall-ewwel darba għall-kontribuzzjonijiet tal-2009.

Skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, din il-proposta tkopri:

- il-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2013;

- l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2012; kif ukoll

- l-ammont tal-ewwel rata ta' pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena 2012.

Skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-BEI huma speċifikati separatament.

Skont l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jiġġestixxi.

Skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta sal-15 ta' Novembru 2011 u l-Istati Membri jridu jħallsu l-ewwel rata ta’ pagament tal-kontribuzzjoni sa mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar 2012.

L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet jużaw l-ewwel l-ammonti stabbiliti għall-FEŻ preċedenti, f'ordni kronoloġiku. Għalhekk, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jikkonċernaw l-ammonti skont id-Disa’ FEŻ fir-rigward tal-EIB u skont l-Għaxar FEŻ fir-rigward tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 60(1) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li Stat Membru li jonqos milli jħallas il-pagament parzjali tal-kontribuzzjoni dovuta sal-iskadenza jkun mitlub iħallas l-imgħax fuq l-ammont mhux imħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

2011/0305 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fl-2012 u fl-2013, inkluża l-ewwel rata ta’ pagament għall-2012

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u għat-Territorji ekstra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE[1], (“il-Ftehim Intern”) u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ")[2] kif l-aħħar emendat fil-11 ta’ April 2011[3], u b’mod partikulari l-Artikolu 57(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru 2011 fejn tispeċifika l-limiti massimi tal-ammont annwali tal-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) tal-Istati Membri għall-2013, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2012 u l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-2012.

(2) Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-ħlasijiet għall-istrumenti li jimmaniġġja.

(3) L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar EDF jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet jużaw l-ewwel l-ammonti stabbiliti tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti. Għalhekk, fir-rigward tal-BEI, għandha ssir ukoll sejħa għal fondi skont id-Disa’ FEŻ fuq il-bażi tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ.

(4) Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta sal-15 ta' Novembru 2011 u l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel rata ta’ pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena 2012 sa mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għal-2013 qed jiġi stabbilit fl-ammont ta' EUR 3 800 000 000 fir-rigward tal-Kummissjoni, u ta’ EUR 250 000 000 fir-rigward tal Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għas-sena 2012 qed jiġi stabbilit fl-ammont ta’ EUR 3,600,000,000 fir-rigward tal-Kummissjoni, u fl-ammont ta’ EUR 280,000,000 fir-rigward tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2012 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

L-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet għall-2012 (f'EUR)

STATI MEMBRI | Taqsim tad-Disa’ EDF | taqsim tal--Għaxar FEŻ | l-ewwel pagament parzjali | Total tal-ewwel pagament parzjali |

% | % | BEI Id-Disa’ FEI | Il-Kummissjoni L-Għaxar EDF |

IL-BELĠJU | 3.92 | 3.53 | 3 920.000 | 68 835 000 | 72 755 000 |

ID-DANIMARKA | 2.14 | 2.00 | 2 140.000 | 39 000 000 | 41 140 000 |

IL-ĠERMANJA | 23.36 | 20.50 | 23 360.000 | 399 750 000 | 423 110 000 |

IL-GREĊJA | 1.25 | 1.47 | 1 250 000 | 28 665 000 | 29 915 000 |

SPANJA | 5.84 | 7.85 | 5 840 000 | 153 075 000 | 158 915 000 |

FRANZA | 24.30 | 19.55 | 24 300 000 | 381 225 000 | 405 525 000 |

L-IRLANDA | 0.62 | 0.91 | 620 000 | 17 745 000 | 18 365 000 |

L-ITALJA | 12.54 | 12.86 | 12 540 000 | 250 770 000 | 263 310 000 |

IL-LUSSEMBURGU | 0.29 | 0.27 | 290 000 | 5 265 000 | 5 555 000 |

IL-PAJJIŻI L-BAXXI | 5.22 | 4.85 | 5 220 000 | 94 575 000 | 99 795 000 |

L-AWSTRIJA | 2.65 | 2.41 | 2 650 000 | 46 995 000 | 49 645 000 |

IL-PORTUGALL | 0.97 | 1.15 | 970 000 | 22 425 000 | 23 395 000 |

IL-FINLANDJA | 1.48 | 1.47 | 1 480 000 | 28 665 000 | 30 145 000 |

L-ISVEZJA | 2.73 | 2.74 | 2 730 000 | 53 430 000 | 56 160 000 |

IR-RENJU UNIT | 12.69 | 14.82 | 12 690 000 | 288 990 000 | 301 680 000 |

Total parzjali EUR-15 | 100 | 96.38 | 100 000 000 | 1 879 410 000 | 1 979 410 000 |

IR-REPUBBLIKA ĊEKA | 0.51 | 9 945 000 | 9 945 000 |

IL-BULGARIJA | 0.14 | 2 730 000 | 2 730 000 |

L-ESTONJA | 0.05 | 975 000 | 975 000 |

ĊIPRU | 0.09 | 1 755 000 | 1 755 000 |

IL-LATVJA | 0.07 | 1 365 000 | 1 365 000 |

IL-LITWANJA | 0.12 | 2 340 000 | 2 340 000 |

L-UNGERIJA | 0.55 | 10 725 000 | 10 725 000 |

MALTA | 0.03 | 585 000 | 585 000 |

IL-POLONJA | 1.30 | 25 350 000 | 25 350 000 |

IR-RUMANIJA | 0.37 | 7 215 000 | 7 215 000 |

IS-SLOVENJA | 0.18 | 3 510 000 | 3 510 000 |

IS-SLOVAKKJA | 0.21 | 4 095 000 | 4 095 000 |

Total parzjali EUR-12 | 3.62 | 70 590 000 | 70 590 000 |

TOTAL EUR-27 | 100 | 100 | 100 000 000 | 1 950 000 000 | 2 050 000 000 |

[1] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

[2] ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

[3] ĠU L 102, 16.04.2011, p. 1.

Fuq