This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0664
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive from Portugal)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive mill-Portugall)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive mill-Portugall)
/* KUMM/2011/0664 finali */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive mill-Portugall) /* KUMM/2011/0664 finali */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni
tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, sal-limitu massimu annwali ta'
EUR 500 miljun, u dan apparti mill-intestaturi rilevanti tal-qafas
finanzjarju. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2]. Fis-6 ta' Ġunju 2011,
il-Portugall ressaq l-applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive
għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara s-sensji li ngħataw fi
tliet intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 29 tan-NACE
Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u
semitrejlers")[3]
fir-reġjun NUTS II ta' Norte (PT11) u Centro (PT16) fil-Portugall. Wara analiżi fil-fond ta' din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni, b'mod konformi mal-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet
għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament huma ssodisfati. SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta ewlenija: || Nru ta' Referenza tal-FEG || EGF/2011/005 Stat Membru || Il-Portugall Artikolu 2 || (b) Intrapriżi kkonċernati || 3 Reġjuni NUTS II || Norte (PT11) Centro (PT16) Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 || 29 ("Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers") Perjodu ta’ referenza || 1.7.2010 – 1.4.2011 Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 1.7.2010 Data tal-applikazzjoni || 6.6.2011 Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 726 Ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma identifikati għall-għajnuna || 726 Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 2 241 100 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[4] (EUR) || 95 000 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 4,07 Baġit totali (EUR) || 2 336 100 Il-kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 1 518 465 1.
L-applikazzjoni kienet ippreżentata quddiem
il-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2011 u kienet supplimentata
b'tagħrif addizzjonali sat-18 ta’ Lulju 2011. 2.
L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet biex
jintuża l-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta'
10 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali 3.
Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji
u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, il-Portugall jisħaq li din
il-kriżi poġġiet pressjoni partikolari fuq is-settur tal-vetturi
bil-mutur madwar id-dinja. Il-Kummissjoni diġà għarfet li, billi xi
60-80 % (dan jiddependi fuq l-Istat Membru) tal-karozzi l-ġodda
fl-Ewropa jinxtraw bl-għajnuna ta' kreditu, fil-bidu tat-tnaqqis fir-ritmu
ekonomiku l-kriżi finanzjarja laqtet l-industrija tal-vetturi bil-mutur
b'mod partikolarment sever. Skont l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi
tal-Karozzi (ACEA), id-domanda għal vetturi bil-mutur ġodda fl-Unjoni
Ewropea fl-2009 naqset b'5,6 % meta mqabbla mal-2008 u bi 13,3 % meta
mqabbla mal-2007 is-sena ta' qabel il-kriżi. L-UE għalhekk segwiet
ix-xejra nnotata fil-livell dinji fejn id-domanda għal vetturi ġodda
bil-mutur naqas b'5,6 % fl-2009 meta mqabbel mal-2008. Minħabba dan
it-tnaqqis fid-domanda, il-manifatturi tal-vetturi bil-mutur naqqsu l-produzzjoni
tagħhom b'mod aktar drastiku. Fl-2009 il-produzzjoni tal-vetturi bil-mutur
fl-UE naqset bi 17 % meta mqabbla mal-2008 u bi 23 % meta mqabbla
mal-2007. Din ix-xejra ’l isfel kompliet fl-2010. Fl-ewwel disa' xhur tal-2010,
il-produzzjoni ta' vetturi bil-mutur fl-UE kienet 14 % inqas minn dik
tal-istess perjodu fl-2008. 4.
Il-waqgħa fid-domanda għal tagħmir
elettroniku għall-karozzi, li ġiet wara t-tnaqqis fil-manifattura
tal-karozzi, ikkombinata mal-impossibbiltà li jitnaqqsu aktar l-ispejjeż
tal-produzzjoni u/jew l-aċċess għall-kreditu, irriżultat
fl-għeluq ta' Krombert & Schubert Portugal, Lda u tal-impjant
tal-produzzjoni ta' Lear fi Guarda. L-għeluq ta' Leoni Wiring Systems
Viana, Lda kien riżultat tal-kombinazzjoni ta' sitwazzjoni ekonomika
diffiċli minħabba fil-kriżi kif ukoll ir-rilokazzjoni tal-impjant
tal-produzzjoni lejn il-Marokk. 5.
L-argumenti ppreżentati fil-każijiet
preċedenti[5]
dwar l-industrija tal-vetturi bil-mutur u li fihom is-sensji kienu
riżultat dirett tal-kriżi jibqgħu validi. Turija tal-għadd ta’ sensji u
l-konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b) 6.
Il-Portugall ressaq din l-applikazzjoni skont
il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm minn tal-inqas 500 sensja fuq
perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni
tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ
reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru. 7.
L-applikazzjoni ssemmi 726 sensja fi tliet
intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 29 tan-NACE
Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u
semitrejlers")[6]
fir-reġjuni NUTS II ta' Norte (PT11) u Centro (PT16) matul il-perjodu ta'
referenza ta' disa' xhur mill-1 ta' Lulju 2010
sal-1 ta' April 2011. Dawn is-sensji kollha ġew ikkalkulati
skont it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta' dawk is-sensji 8.
L-awtoritajiet Portugiżi jisħqu li
l-manifatturi tal-vetturi bil-mutur ilhom ipoġġu pressjoni fuq
il-fornituri għal dan l-aħħar żmien sabiex dawn inaqqsu
l-marġini tagħhom. Il-kriżi drastika u għal għarrieda
marbuta mat-tnaqqis fid-domanda għal vetturi bil-mutur fl-2009, li
setgħet tiġi prevista, irriżultat fi tnaqqis sinifikanti
fl-utilizazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni Il-manifatturi Ewropej
tal-komponenti tal-vetturi bil-mutur, għażlu li jtejbu
l-kapaċità tal-produzzjoni ta' xi impjanti filwaqt li għalqu
oħrajn sabiex inaqqsu n-nefqa tal-produzzjoni. Identifikazzjoni tal-intrapriżi li
taw is-sensji u l-ħaddiema li huma identifikati għall-għajnuna 9.
L-applikazzjoni tirrilata ma' 726 sensja fit-tliet intrapriżi
li ġejjin: Intrapriżi u għadd ta' sensji Leoni Wiring Systems Viana, Lda || 332 Kromberg & Schubert Portugal, Lda || 120 Delphi Automotive Systems – Portugal, S.A. || 274 Għadd totali ta' Intrapriżi 3 || Għadd totali tas-Sensji: 726 10.
Is-726 sensja kollha huma fil-mira
tal-assistenza. Madankollu l-awtoritajiet Portugiżi – abbażi ta'
esperjenzi preċedenti tal-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-FEG –
jikkalkulaw li madwar 500 ħaddiem se jitolbu l-appoġġ tal-FEG. 11.
It-tqassim tal-ħaddiema identifikati huwa kif
ġej: Kategorija || Numru || Perċentwal Irġiel || 248 || 34,16 Nisa || 478 || 65,84 Ċittadini tal-UE || 726 || 100,00 Ċittadini mhux tal-UE || 0 || 0,00 Età bejn il-15 u l-24 sena || 3 || 0,41 Età bejn il-25 u l-54 sena[7] || 709 || 97,66 Età bejn il-55 sal-64 sena || 14 || 1,93 Aktar minn 64 sena || 0 || 0,00 12.
Tliet ħaddiema għandhom problema ta'
saħħa fit-tul jew diżabbiltà. 13.
Fir-rigward ta' kategoriji ta’ xogħol,
it-tqassim huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Perċentwal Maniġers || 15 || 2,07 Professjonisti || 14 || 1,93 Tekniċi u professjonisti assoċjati || 99 || 13,64 Skrivani || 57 || 7,85 Ħaddiema tas-servizz || 1 || 0,13 Ħaddiema fl-artiġjanat u snajja' relatati || 9 || 1,24 Operaturi tal-impjanti u tal-magni || 474 || 65,29 Okkupazzjonijiet elementari || 57 || 7,85 14.
F'termini ta' livell edukattiv, it-tqassim huwa kif
ġej: Livell edukattiv || Numru || Perċentwal L-edukazzjoni bażika[8] || 469 || 64,60 Edukazzjoni sekondarja || 221 || 30,44 Edukazzjoni terzjarja || 36 || 4,96 15.
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, il-Portugall ikkonferma li ġiet applikata, u se
tkompli tiġi applikata, politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u
l-irġiel, kif ukoll politika ta' nondiskriminazzjoni matul l-istadji varji
tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fl-aċċess
għall-FEG. Deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu 16.
Ir-reġjun Norte għandu l-aktar
popolazzjoni għolja fil-pajjiż, kif ukoll huwa r-reġjun bl-anqas
dħul ras għal ras u bl-ogħla rata ta' qgħad. Il-livell ta'
edukazzjoni u l-kwalifiki tal-popolazzjoni huma baxxi. Ir-reġjun
jiddependi ħafna fuq l-industrija, u huwa b'saħħtu l-aktar
fl-industriji tradizzjonali bħat-tessuti, il-ħwejjeġ,
iż-żraben u s-sufra, fejn kellu suċċess fis-swieq
tal-esportazzjoni. L-agrikoltura hija b'saħħitha fil-ħalib u
fl-inbid (partikolarment l-inbid Port) u l-forestrija huwa settur b'potenzjal
għall-futur. 17.
Ir-reġjun Centro għandu popolazzjoni
aktar skarsa, b'popolazzjoni li qed tixjiħ (indiċi tax-xjuħija
ta' 153 % fl-2009, li jisboq il-medja nazzjonali ta' 118 %).
Il-bażi industrijali tar-reġjun hija komposta minn varjetà ta'
strutturi produttivi tradizzjonali li jiddependu minn xogħol b'irħis
u nuqqas ta' kompetittività. Dan, flimkien mal-livell baxx ta' edukazzjoni u
kwalifiki tal-popolazzjoni (madwar 46 % tal-forza tax-xogħol
għandha sitt snin jew anqas ta' edukazzjoni) jista' jagħti
spjegazzjoni għall-produttività reġjonali baxxa. Il-qgħad huwa
baxx, l-aktar minħabba fil-migrazzjoni tal-popolazzjoni attiva lejn
żoni urbani jew barra 'l pajjiż. 18.
L-awtoritajiet prinċipali kkonċernati
huma l-Instituto do Emprego e Formação Profissional (IEFP, I.P.),
istituzzjoni tal-amministrazzjoni pubblika b'ċentri tal-impjiegi u
ċentri għat-taħriġ vokazzjonali; it-trejdjunjins: STIMM,
SINDEL u SIMA; u Associação de Fabricantes para a Industria Automóvel-AFIA
(l-Assoċjazzjoni Portugiża tal-Manifatturi għall-Industrija
tal-Vetturi). Partijiet oħra interessati huma ċentri
tat-taħriġ vokazzjonali konġunti (ċentri li l-ġestjoni
tagħhom hija maqsuma bejn IEPF, I.P u msieħba settorjali – organizzazzjonijiet
ta' min iħaddem u/jew trejdjunjins – bħal CINEL, CEPRA, INOVINTER u
CEFOSAP). L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 19.
Skont l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika (INE)
il-livell tal-qgħad fil-Portugall fit-tielet kwart tal-2010 kien
10,9 % li huwa 1,1 % ogħla minn dak tal-istess perjodu tal-2009.
Ir-rata tal-qgħad fir-reġjun Norte żdiedet minn 11,6 %
fit-tielet kwart tal-2009 għal 13,2 % fl-istess perjodu tal-2010 u
din hija l-ogħla rata tal-qgħad fil-pajjiż. Fir-reġjun
Centro kien hemm żieda żgħira fir-rata tal-qgħad (minn
7,2 % għal 7,4 % fl-istess perjodu bħal dak imsemmi hawn
fuq). 20.
L-impatt ta' dawn is-sensji fuq livell lokali huwa
għoli minħabba l-kombinazzjoni ta' dawn il-fatturi, li flimkien
joffru sitwazzjoni diffiċli u mhux normali fuq il-ħaddiema u
r-reġjuni kkonċernati. 21.
Iż-żewġ reġjuni fejn
seħħew dawn is-sensji diġà ġew aċċettati
għall-appoġġ mill-FEG f'każ preċedenti, EGF/2009/001
PT/Norte-Centro. Pakkett ikkoordinat ta' servizzi
personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u analiżi tal-ispejjeż
stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà tiegħu mal-azzjonijiet
iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 22.
Qed jiġu proposti t-tipi ta’ miżuri li
ġejjin, li kollha jingħaqdu biex jiffurmaw pakkett koordinat ta’
servizzi personalizzati mmirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid
tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol: –
Profil, tagħrif u gwida: L-azzjonijiet ta' profil u tagħrif jikkonsistu
fl-aġġornament tal-benefiċjarji potenzjali kollha dwar
il-miżuri disponibbli, it-tħeġġiġ tal-ħaddiema
biex jieħdu sehem attiv fihom, il-provvista ta' tagħrif dwar is-suq
tax-xogħol, kif ukoll l-istabbiliment u l-adattament tal-Pjanijiet
Personali tal-Impjiegi rispettivi tagħhom, li għandhom jiddeskrivu
l-miżuri li l-ħaddiema beħsiebhom jieħdu sehem fihom.
Il-profil u t-tagħrif se jitwettaq miċ-Ċentri tal-Impjiegi u
mhuwiex kofinanzjat mill-FEG. Il-gwida se tinkludi azzjonijiet dwar
kwistjonijiet orizzontali bħall-motivazzjoni għax-xogħol u
l-motivazzjoni għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid,
it-tagħlim matul il-ħajja; l-iżvilupp personali u l-promozzjoni
tal-istima personali; u t-taħriġ dwar it-tiftix tax-xogħol. Se
jingħataw konċessjonijiet għall-ikel u t-trasport b'limiti u
kundizzjonijiet stretti. –
Ir-rikonoxximent, il-validazzjoni u
ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi:
Bl-għajnuna ta' "Centros de Novas Oportunidades – CNO"
rikonoxxuti (Ċentri għal Opportunitajiet Ġodda),
il-ħaddiema se jidentifikaw l-għarfien u l-ħiliet akkwistati
matul ħajjithom f'kuntesti formali u informali. Matul is-sessjonijiet individwali
u fi gruppi, flimkien ma' għalliema professjonisti, huma se jħejju
portafoll li jkun fih l-evidenza tal-proċess ta' tagħlim tagħhom
li jwassal għall-validazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-iskola
u/jew iċ-ċertifikazzjoni vokazzjonali. –
Taħriġ Vokazzjonali: Il-ħaddiema se jirċievu t-taħriġ li huwa l-aktar
adattat għal-livelli tal-edukazzjoni u tal-ħiliet tagħhom, u dan
se jgħinhom sabiex jerġgħu jintegraw malajr fix-xogħol. Se
jkun hemm korsijiet ta' taħriġ għall-adulti li jwasslu għal
ċertifikazzjoni doppja (edukattiva u vokazzjonali), xi wħud se
jingħataw fuq bażi modulari (taħriġ flessibbli organizzat
f'unitajiet ta' taħriġ fuq żmien qasir, ippreżentati
fil-parametri referenzjarji tal-Katalgu Nazzjonali tal-Kwalifiki) u xi
wħud se jikkonsistu f'taħriġ speċifiku, adattat
għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq tax-xogħol.
Il-korsijiet tat-taħriġ se jingħataw miċ-Ċentri
tat-Taħriġ Vokazzjonali u entitajiet oħra ta' kompetenza
rikonoxxuta identifikati mill-IEFP, IP[9].
Se jingħataw konċessjonijiet għat-taħriġ, l-ikel,
it-trasport, l-assigurazzjoni personali kontra l-inċidenti u
l-akkomodazzjoni b'limiti u kundizzjonijiet stretti. –
Għotja għat-taħriġ fuq
inizjattiva personali: Din għandha tippermetti
lill-ħaddiema jieħdu sehem f'korsijiet xierqa tat-taħriġ,
miftiehma magħhom bħala parti mill-pjanijiet personali tal-impjieg
tagħhom, u li jingħataw minn istituzzjonijiet rikonoxxuti
tat-taħriġ. Huma se jingħataw il-possibbiltà li jattendu aktar
minn kors wieħed konsekuttivament jew simultanjament. Il-parteċipanti
ta' dan it-tip ta' taħriġ se jiġu offruti għotja sa
EUR 8 000 (li tkopri l-ispejjeż kemm tat-taħriġ kif
ukoll ta' allokazzjoni għat-taħriġ) skont kundizzjonijiet
stretti. –
Appoġġ għas-sejba ta' impjieg
mill-persuna nnifisha: Din hija għotja
mogħtija lil ħaddiema li, waqt il-perjodu tal-implimentazzjoni
tal-pakkett personalizzat ta' miżuri tal-FEG, isibu impjieg full-time huma
nnifishom. L-ammont ivarja skont it-tul tal-kuntratt offrut, u jista'
jiżdied jekk il-post tax-xogħol ikun aktar minn 100 km 'il
bogħod mill-post fejn joqgħod il-ħaddiem. –
Inċentiv għar-reklutaġġ: Sabiex jiġi stimulat il-ħolqien ta' impjiegi ġodda,
jista' jiġi allokat appoġġ finanzjarju lill-entitajiet li
jħaddmu li jiffirmaw kuntratti full-time ma' ħaddiem
benefiċjarju tal-FEG. It-tul minimu tal-kuntratt għandu jkun ta'
12-il xahar, u jingħata inċentiv akbar lil dawk li jimpjegaw
ħaddiema b'kuntratti ta' tul indefinit. –
Appoġġ imprenditorjali: Għal dawk il-ħaddiema li jixtiequ joħolqu n-negozji
tagħhom, se jiġi organizzat taħriġ fl-għarfien u
l-kompetenzi speċifiċi għall-ħolqien u l-ġestjoni ta'
negozji żgħar. L-attendenza għat-taħriġ hija
obbligatorja qabel tinħareġ id-deċiżjoni
għall-appoġġ tal-ħolqien tan-negozju, ħlief
f'każijiet fejn ikun hemm diġà taħriġ jew esperjenza
rilevanti kkonfermata. L-appoġġ tekniku lill-proġett jinkludi
attivitajiet ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-innovazzjoni
kummerċjali, it-tħejjija tal-pjan tan-negozju, it-twaqqif
tal-kumpanija u s-segwitu tal-proġett matul l-ewwel sena tat-tħaddim
tagħha. Se tingħata assigurazzjoni personali kontra l-inċidenti
kif ukoll konċessjonijiet għall-ikel u t-trasport b'limiti u
kundizzjonijiet stretti. –
Appoġġ għall-ħolqien
tan-negozji: Mat-tlestija tat-taħriġ u
t-tħejjija tal-intraprenditorija, il-ħaddiema se jiġu
megħjuna b'sussidju mhux rimborsabbli ta' EUR 20 000 għal
kull impjieg maħluq, inkluż dak tal-promotur, sa massimu ta' tlieta.
L-impjiegi maħluqa għandhom jimtlew minn benefiċjarji oħra
tal-FEG, jew minn persuni qiegħda rreġistrati fiċ-ċentri
tal-impjiegi tar-reġjun, u għandhom ikunu full-time b'tul minimu ta'
sentejn. –
Pjan ta' integrazzjoni:
Dan se jipprovdi lill-ħaddiema esperjenza tax-xogħol ta' mill-inqas
30 siegħa kull ġimgħa matul perjodu ta' minn sitta sa
tnax-il xahar. L-għan ta' din il-miżura huwa li jkun żgurat
li dawn il-ħaddiema ma jitilfux il-kuntatt mal-ħaddiema l-oħra,
ma jsofrux minn iżolament u nuqqas ta' motivazzjoni billi jingħataw
l-opportunità li jakkwistaw għarfien u ħiliet ġodda u
għalhekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom wara l-perjodu ta'
integrazzjoni. Il-ħaddiema se jitqiegħdu ma' entitajiet li
jħaddmu u li ma jagħmlux profitt għal perjodu limitat; dan
jintitolahom għal konċessjonijiet għall-ikel u t-trasport,
l-assigurazzjoni u sussidju kull xahar minflok il-paga. 23.
In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG, li
hija inkluża fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni u
kontroll kif ukoll ta' tagħrif u pubbliċità. 24.
Is-servizzi personalizzati ppreżentati
mill-awtoritajiet Portugiżi huma miżuri attivi tas-suq
tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli kif definiti
bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Portugiżi
jistmaw li l-ispejjeż totali ta’ dawn is-servizzi huma ta’
EUR 2 241 100 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG
hija ta' EUR 95 000 (4,24 % tal-ammont totali).
Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 1,518,465
(65 % tal-kosti totali). Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema identifikati || Kost stmat għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Kosti totali (l-EGF u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR) Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Tagħrif, profil u gwida [10](Orientação profissional) || 100 || 165 || 16 500 Ir-rikonoxximent, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi (RVCC) || 40 || 640 || 25 600 It-Taħriġ Vokazzjonali (Formação profissional) || 100 || 6 000 || 600 000 Għotja għat-taħriġ fuq inizjattiva personali (Subsidio à formação por iniciativa individual) || 75 || 4 000 || 300 000 Appoġġ għas-sejba ta' impjieg mill-persuna nnifisha (Apoio à auto-colocação) || 100 || 1 100 || 110 000 Inċentiv għar-reklutaġġ (Apoio à contratação) || 60 || 2 400 || 144 000 Appoġġ imprenditorjali (Apoio à criação do proprio emprego ou empresa - formação e apoio técnico ao projecto) || 50 || 2 100 || 105 000 Appoġġ għall-ħolqien tan-negozji (Apoio à criação da empresa) || 35 || 20 000 || 700 000 Pjan ta' integrazzjoni (Planos de integração) || 75 || 3 200 || 240 000 Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 2 241 100 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Attivitajiet ta' tħejjija || || 2 000 Maniġment || || 90 000 Tagħrif u pubbliċità || || 2 000 Attivitajiet ta’ kontroll || || 1 000 Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 95 000 Total tal-ispejjeż stmati || || 2 336 100 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 1 518 465 25.
Il-Portugall jikkonferma li l-miżuri deskritti
hawn fuq huma komplementarji mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi
Strutturali. Il-Portugall se jiżgura wkoll intraċċjar ċar
ta' verifika għall-attivitajiet iffinanzjati mill-FEG, u jikkonferma li
mhux se jintalab jew jintuża finanzjament ieħor tal-UE għal dawn
l-attivitajiet. Id-data/dati meta bdew jew meta huwa
maħsub li jibdew is-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati 26.
Fl-1 ta’ Lulju 2010, il-Portugall
beda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati inklużi
fil-pakkett koordinat propost għall-kofinanzjament mill-FEG . Din id-data,
għalhekk, tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibbiltà
għal kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata mill-FEG. Proċeduri għall-konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali 27.
L-applikazzjoni tal-FEG tressqet fil-laqgħa
tal-Bord tad-Diretturi tal-IEFP, I.P. Il-Bord tad-Diretturi
fil-21 ta' Ġunju 2011 l-IEFP, I.P. li huwa l-Awtorità
tal-Ġestjoni u tal-Ħlas għall-FEG fil-Portugall, huwa korp
magħmul minn tliet entitajiet (il-gvern, rappreżentanti ta' min
iħaddem u tal-ħaddiema). 28.
L-awtoritajiet Portugiżi kkonfermaw li
r-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE li
jikkonċernaw is-sensji kollettivi ġew issodisfati. Tagħrif dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi 29.
Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Portugiżi
fl-applikazzjoni tagħhom: · ikkonfermaw li l-kontribut finanzjarju mill-FEG ma jieħux post
il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi
nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi; · urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ
għall-ħaddiema individwali u ma għandhomx jintużaw
għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi; · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza
minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
30.
Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni li
l-kontribut finanzjarju se jitmexxa u jiġi kkontrollat mill-Instituto do
Emprego e Formação Profissional, I.P. (IEFP, I.P.), is-servizz
għall-impjiegi pubbliċi. Il-ġestjoni ġenerali se titmexxa
mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, waqt li l-ġestjoni operazzjonali se
titmexxa mid-Delegazzjonijiet reġjonali ta' Norte u Centro
tal-IEFP, I.P. Il-ġestjoni finanzjarja ġenerali se tkun f'idejn
id-Dipartiment tal-Kontroll Finanzjarju u Amministrattiv. L-approvazzjoni u
l-ħlas tal-għajnuna huma r-responsabbiltà tad-Delegazzjonijiet
Reġjonali tar-reġjuni Norte u Centro. Iċ-ċentri ta'
taħriġ u entitajiet imsieħba, l-aktar iċ-ċentri tat-taħriġ
vokazzjonali konġunti se jieħdu ħsieb il-parti l-kbira tal-miżuri
attivi. Il-Portugall ikkonferma li l-prinċipju tas-separazzjoni
tal-funzjonijiet fost l-entitajiet rilevanti u fi ħdanhom se jiġi
rispettat. 31.
L-Instituto de Gestão do Fundo Social Europeu
(IGFSE, I.P.), l-Istitut tal-Ġestjoni tal-Fond Soċjali Ewropew, se
jkun responsabbli għall-verifika u l-kontroll fir-rigward ta' din
l-applikazzjoni tal-FEG. Finanzjament 32.
Abbażi tal-applikazzjoni mill-Portugall,
il-kontribut propost mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi
personalizzati (inkluża n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) huwa
ta' EUR 1 518 465, li jirrappreżenta 65 % tal-kost
totali. L-allokazzjoni proposta tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija
bbażata fuq it-tagħrif li ngħatat mill-Portugall. 33.
B'kunsiderazzjoni tal-ammont massimu possibbli ta'
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament
(KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-kamp ta' applikazzkjoni tal-allokazzjoni
mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li
timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu
jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 34.
L-ammont propost ta' kontribut finanzjarju
jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat
għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar
erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. 35.
Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex
timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura
ssimplifikata ta' trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil
taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar
il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ.
Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz
tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell politiku xieraq,
tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet
tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda
miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha
tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu. 36.
B’mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta
talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2011 iddaħħal
approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji, kif mitlub
mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet
għall-ħlas 37.
Se jkun mitlub tisħiħ
tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas fuq il-linja baġitarja tal-FEG
permezz tat-Trasferiment Globali. Approprjazzjonijiet minn din il-linja
baġitarja se jintużaw biex ikopru l-ammont ta' EUR 1 518 465
meħtieġa għal din l-applikazzjoni. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro
Automotive mill-Portugall) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja soda[11],
u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[12], u b'mod partikolari
l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[13], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw
is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet
kummerċjali dinjijin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom
fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) Il-kamp ta' applikazzjoni
tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet ippreżentati
mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema
li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u
ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fi
ħdan il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) Il-Portugall ressaq
applikazzjoni biex jimmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji fi tliet (3)
intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 29 tan-NACE
Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u
semitrejlers") fir-reġjuni NUTS II ta' Norte (PT11) u Centro (PT16),
fis-6 ta' Ġunju 2011, u ssupplimentha b'tagħrif
addizzjonali sat-18 ta' Lulju 2011. Din l-applikazzjoni
tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet
finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex
timmobilizza l-ammont ta' EUR 1,518,465. (5) L-FEG għandu,
għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju
għall-applikazzjoni mressqa mill-Portugall. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 518 465 f'approprjazzjonijiet
ta' impenn u ta' ħlas. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi [Brussell/Strasburgu], Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill, Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [3] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [4] Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. [5] EGF/2010/002
Cataluña Automoción, COM(2010)453 finali,
EGF/2010/004 Wielkopolskie,
COM(2010)616 finali,
EGF/2010/031 GM Belgium, COM(2011)212
finali, u
EGF/2011/003 Arnsberg and Düsseldorf,
COM(2011)447 finali. [6] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). [7] 22,6 % (25 sa 34 sena), 55 % (35 sa
44 sena) u 20,1 % (45 sa 54 sena). [8] Fil-Portugall, l-edukazzjoni bażika/edukazzjoni
obbligatorja llum tieħu disa' snin. Madankollu, in-numru ta' snin ta'
edukazzjoni formali obbligatorja huwa determinat skont id-data tat-twelid (dawk
imwielda sal-31 ta' Diċembru 1966 – erba' snin; dawk
imwielda bejn l-1 ta' Jannar 1967 u
l-31 ta' Diċembru 1980 = sitt snin u dawk
imwielda wara l-1 ta' Jannar 1981 = disa' snin) [9] 'Instituto do Emprego e Formação
Profissional-IEFP, IP' (L-Istitut tal-Impjiegi u t-Taħriġ
Vokazzjonali) huwa s-servizz nazzjonali għall-impjiegi pubbliċi u
għandu l-għan li jippromwovi l-kreazzjoni u l-kwalità tal-impjiegi u
jsolvi l-problema tal-qgħad permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki dwar
l-impjiegi attivi u t-taħriġ. [10] Il-miżura se tkun offruta lis-726 ħaddiema
qiegħda kollha. Madankollu l-partijiet tal-profil u tat-tagħrif
tal-miżura se jitwettqu miċ-Ċentri tal-Impjiegi u mhumiex
kofinanzjati mill-FEG. Il-100 parteċipant ibbaġitjati huma dawk
li se jirċievu konċessjonijiet għall-ikel u t-trasport jew li
jipparteċipaw f'sessjonijiet ta' gwida aktar speċjalizzati. [11] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [12] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [13] ĠU C […], […], p. […].