Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0610

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi

    /* KUMM/2011/0610 finali - 2011/0272 (COD) */

    52011PC0610

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi /* KUMM/2011/0610 finali - 2011/0272 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-proposta hija t-tieni parti tal-issodisfar, min-naħa Kummissjoni, tal-obbligu impost bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006. Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni bagħtet Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament[1]. Ir-rapport identifika oqsma li jistgħu jitjiebu u dan l-abbozz ta' Regolament emendatorju jinkorpora l-bidliet speċifiċi li għandhom jaffettwaw dan it-titjib.

    Il-filosofija wara l-bidliet jistgħu jiġu espressi fi tliet kelmiet ewlenin: Kontinwità; Ċarezza; Flessibbiltà.

    – Kontinwità: minħabba li n-natura bażika ta' REKT ma tinbidilx, u l-ebda REKT eżistenti m'għandu jibdel l-istatuti jew il-mod ta' kif jopera;

    – Ċarezza: għaliex ir-Regolament għandu jiġi mmodifikat (a) biex jieħu kont tat-Trattat ta' Lisbona, (b) biex jissimplifika u jiċċara ċerti aspetti li ġew murija li jikkawżaw konfużjoni u (ċ) biex jiżgura akar viżibbiltà u komunikazzjoni dwar il-formzzjoni u l-operat tar-REKT.

    – Flessibiltà: bil-ftuħ tar-REKT għal kwalunkwe aspett ta' kooperazzjoni territorjali (u mhux 'primarjament' il-ġestjoni ta' programmi u proġetti ffinanzjati mill-FEŻR) u billi jipprovdi bażijiet legali għall-parteċipazzjoni ta' awtoritajiet u reġjuni minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw bħala membri.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

    Dan ir-Regolament jiġbed fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati, inklużi l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-membri tar-REKT eżistenti u ppjanati. Il-Kumitat tar-Reġjuni, li jopera 'pjattaforma' għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-REKT[2], kien partikolarment imsieħeb utli. Fost avvenimenti speċifiċi li kkontribwew għas-sejbiet tar-Rapport u l-kontenut tal-proposti preżenti hawn: konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha interessati mwettqa b' kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-operat u l-valur miżjud tal-istrument tar-REKT[3], il-Konferenza Ewropea dwar ir-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) fis-27 u t-28 ta’ Jannar 2011, il-Konferenza dwar ir-REKT u Governanza f'Diversi Livelli organizzata mill-Presidenza Ungeriża fil-21-23 ta' Marzu 2011, u għadd ta' laqgħat ma' kumitati u gruppi tal-Parlament Ewropew, l-aktar reċenti fit-22 ta' Ġunju 2011.

    Il-messaġġ mingħand il-gruppi kollha, u speċjalment ir-REKT attivi u dawk li qed jippreparaw, kien ċar: l-istrument huwa utli u għandu l-potenzjal li jmur lil hinn mill-funzjonijiet antiċipati tiegħu, però l-proċeduri tal-operat u speċjalment l-ħolqien tar-REKT huma iktar kumplessi u inċerti milli għandhom ikunu.

    Filwaqt li l-Kumitat tar-Reġjuni fl-opinjoni li adotta f’Jannar 2011[4] ssuġġerixxa li inċentivi finanzjarji u oħrajn jistgħu jintużaw biex jippromwovu l-użu tar-REKT, u xi gruppi attivi approvaw dan, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-rikors għal REKT għandu jkun għażla ħielsa u imparzjali tal-partijiet ikkonċernati, mingħajr inċentivi speċifiċi lil hinn mill-utilità inerenti tal-istrument.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    L-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistieden lill-Kunsill jadotta tali azzjonijiet speċifiċi kif jista' jkun meħtieġ biex jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

    L-Artikoli 209 u 212 jippermettu lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jadottaw miżuri li jippermettu l-kooperazzjoni, kemm jekk għal skopijiet ta’ żvilupp jew le, ma' pajjiżi terzi.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Ir-Regolament dwar ir-REKT ma huwiex regolament finanzjarju u ma jġorr l-ebda implikazzjonijiet baġitarji għall-Unjoni jew għall-Istati Membri. Ir-REKT jistgħu jiġu ffinanzjati minn fondi, lokali, reġjonali jew nazzjonali u jistgħu jwettqu azzjonijiet li huma kkofinanzjati minn fondi Ewropej.

    5.           SOMMARJU TAL-KONTENUT TAR-REGOLAMENT

    Dan ir-Regolament emendatorju jagħmel bidliet, biex minn banda tiġi rrispettata t-terminoloġija introdotta mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mill-banda l-oħra bħala tweġiba għan-nuqqasijiet u l-oqsma b'potenzjal ta' titjib identifikati fir-Rapport imsemmi hawn fuq.

    Dawn it-tibdiliet jikkonċernaw is-Sħubija, il-kontenut tal-Konvenzjoni u l-Istatuti ta' REKT, l-iskop tiegħu, il-proċess tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, il-liġi applikabbli għall-impjiegi u għall-akkwisti, approċċ għal REKT fejn il-membri tiegħu jkollhom responsabbiltajiet differenti għall-azzjonijiet tagħhom u proċeduri aktar trasparenti għall-komunikazzjoni.

    Fuq is-Sħubija, bażi legali ġdida hija mħaddma biex tippermetti reġjuni u korpi li mhumiex fl-Istati Membri sabiex ikunu membri tar-REKT, kemm jekk il-membri l-oħra huma minn wieħed jew bosta Stati Membri. L-eliġibbiltà ta' sħubija ta' korpi taħt il-liġi privata hija wkoll ċċarata.

    Il-konvenzjoni u l-istatuti tar-REKT huma definiti mill-ġdid u d-distinzjoni fil-proċedura ta' approvazzjoni hija enfasizzata.

    L-kriterji għall-approvazzjoni jew ir-rifjut mill-awtoritajiet nazzjonali huma speċifikati, kif ukoll żmien limitat għall-analiżi proposta (dan huwa l-iktar ilment spiss mismugħ minn REKT eżistenti u ppjanat).

    Soluzzjonijiet skont l-acquis tal-Unjoni, huma proposti għar-reġimi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali għall-impjegati tar-REKT, li jistgħu jiġu impjegati f'kull wieħed mill-Istati Membri li t-territorji tagħhom jinkludu REKT. Approċċ simili qed jiġi propost għar-regoli tal-akkwist.

    U dwar ir-responsabbiltà, fejn xi korpi lokali jew reġjonali huma meħtieġa mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà limitata, u oħrajn, fi Stati Membri differenti, fejn huma rikjesti li jkollhom responsabbiltà mingħajr limitu, hija proposta soluzzjoni bbażata fuq l-assikurazzjoni mmudellata fuq dik użata għal Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (ERIC)[5].

    Fl-aħħarnett, l-Istati Membri se jintalbu jinfurmaw lill-Kummissjoni b 'xi disposizzjonijiet adottati biex jimplimentaw r-Regolament dwar ir-REKT, kif emendat, u kull REKT stabbilit ġdid għandu jinfurma lill-Kummissjoni dwar l-iskop tiegħu u s-sħubija, għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali (Serje C).

    2011/0272 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b 'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 175 flimkien mal-Artikoli 209(1) u 212 (1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

    Billi:

    (1) Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT)[8] (minn hawn 'il quddiem 'ir-Regolament dwar ir-REKT'), fid-29 ta’ Lulju 2011 il-Kummissjoni adottat "Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)"[9].

    (2) F'dan ir-Rapport, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni li tipproponi numru limitat ta' modifiki għar-Regolament dwar ir-REKT sabiex tiffaċilita t-twaqqif u t-tħaddim tar-REKT, kif ukoll tiċċara ċerti dispożizzjonijiet eżistenti. L-ostakoli għat-twaqqif ta' REKT ġodda għandhom jitneħħew filwaqt li tinżamm il-kontinwità u tkun iffaċilitata l-ħidma ta’dawk eżistenti, biex b’hekk ikun permess użu aktar estensiv ta’ REKT sabiex jikkontribwixxu għal kooperazzjoni aħjar u koerenza fil-politika fost l-entitajiet pubbliċi mingħajr piż addizzjonali fuq l-amministrazzjonijiet fil-livell nazzjonali jew f'dak Ewropew.

    (3) It-twaqqif ta' REKT huwa kwistjoni li għandha tiġi deċiża mill-membri tiegħu u l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom, u mhux awtomatikament assoċjat ma' kwalunkwe vantaġġi legali jew finanzjarji fuq livell ta' Unjoni.

    (4) It-Trattat ta' Lisbona żied id-dimensjoni territorjali għall-Politika ta' Koeżjoni u bidel "Komunità" b' "Unjoni". It-Terminoloġija ġdida għandha għalhekk tiġi introdotta fi ħdan ir-Regolament dwar ir-REKT.

    (5) L-esperjenza fit-twaqqif tar-REKT s'issa turi li l-istrument legali l-ġdid qed jintuża wkoll fil-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni ta' politiki oħra Ewropej. L-effiċjenza u l-effettività tar-REKT għandhom ikun imtejbin bit-twessigħ fin-natura tar-REKT.

    (6) Ir-REKT joperaw min-natura tagħhom f'aktar minn Stat Membru wieħed. Konsegwentement, filwaqt li l-Artikolu 2(1) tar-Regolament dwar ir-REKT minn qabel mal-emenda tippermetti li l-konvenzjoni u l-istatuti jistgħu jiddikjaraw il-liġi applikabbli fuq ċerti kwistjonijiet u filwaqt li tali dikjarazzjonijiet jipprivileġġjaw - fi ħdan il-ġerarkija tal-liġi applikabbli stipulata f'dan l-Artikolu - il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn ir-REKT għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, dan għandu jiġi ċċarat. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għandhom ikun estiżi għall-atti u l-attivitajiet tar-REKT.

    (7) Differenzi fl-istatus tal-korpi lokali u reġjonali fl-Istati Membri differenti jirriżultaw fil-fatt li l-kompetenzi jistgħu jkunu reġjonali fuq naħa tal-fruntiera, iżda nazzjonali fuq in-naħa l-oħra, speċjalment fi Stati Membri iżgħar jew ċentralizzati. Konsegwentement, għandu jiġi ċċarat li awtoritajiet nazzjonali jistgħu jsiru membri ta' REKT flimkien l-Istat Membru.

    (8) Filwaqt li punt (d) tal-Artikolu 3(1) tar-Reġolament dwar REKT jippermetti li korpi stabbiliti taħt il-liġi privata jistgħu jsiru membri ta’ REKT sakemm dawn huma kkunsidrati bħala "korpi tal-liġi pubblika" skont l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[10], ir-REKT jistgħu jintużaw fil-futur biex jimmaniġġjaw flimkien is-servizzi pubbliċi ta' interess ekonomiku ġenerali jew l-infrastrutturi. Atturi oħra tal-liġi privata jew pubblika jistgħu għalhekk ukoll isiru membri ta’ REKT. Konsegwentement, 'l-impriżi pubbliċi' skont l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u servizzi postali[11] għandhom ikunu koperti ukoll.

    (9) It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat ma jipprevedix l-inklużjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi fil-leġislazzjoni bbażata fuq din id-dispożizzjoni. Ir-Regolament dwar ir-REKT ma eskludiex espliċitament il-possibbiltà ta' entitajiet minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw f'REKT ffurmat skont dan ir-Regolament fejn il-leġislazzjoni ta’ pajjiż terz jew ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jippermettu dan.

    (10) L-esperjenza turi li l-involviment tal-awtoritajiet jew korpi oħra minn pajjiżi terzi ekwivalenti għal dawk eliġibbli mill-Istati Membri tat lok għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni. Madankollu, involviment f’REKT li ġew imwaqqfa minn Membri minn żewġ jew aktar Stati Membri tikkostitwixxi biss element anċillari għall-kooperazzjoni ġewwa l-Unjoni u bejn l-Istati Membri. Konsegwentement, dan l-involviment għandu jiġi ċċarat mingħajr rikors għal bażi legali differenti fit-Trattat.

    (11) Mill-1990, kooperazzjoni territorjali Ewropea ġiet appoġġata minn strumenti finanzjarji taħt il-Politika ta' Koeżjoni u f 'dan il-kuntest il-kooperazzjoni kienet dejjem possibbli f’numru limitat ta’ każijiet bejn Stat Membru wieħed biss u pajjiż terz. Konsegwentement, l-istrument legali tar-REKT għandu wkoll ikun miftuħ għal dan il-kuntest ta' kooperazzjoni.

    (12) Għandu jiġi kkunsidrat li għall-perjodu 2014 sa l-2020, se jkun hemm allokazzjoni addizzjonali speċjali għall-kooperazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, fejn awtoritajiet u korpi minn pajjiżi terzi, awtoritajiet u korpi minn pajjiżi u territorji barranin kif elenkati fl-Anness II mat-Trattat ('territorji barra mill-pajjiż') għandhom ikunu involuti wkoll. Tali kooperazzjoni hija permessa mill-Artikolu 203 tat-Trattat.

    (13) Ir-Regolament tar-REKT iddistingwa bejn il-konvenzjoni li tistabbilixxi l-elementi li jikkostitwixxu l-ġejjieni tar-REKT, u l-Istatuti li jistabbilixxu l-elementi tal-implimentazzjoni. Madankollu, l-istatuti xorta kellhom ikollhom id-dispożizzjonijiet kollha tal-konvenzjoni. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-konvenzjoni u l-istatuti huma dokumenti distinti u - għalkemm it-tnejn għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri - il-proċedura ta' approvazzjoni għandha tkun limitata għall-konvenzjoni. Barra minn hekk, xi elementi attwalment koperti mill-istatuti għandhom ikunu minflok koperti mill-konvenzjoni.

    (14) L-esperjenza mit-twaqqif tar-REKT turi li l-perjodu ta' tliet xhur għall-approvazzjoni minn Stat Membru, rarament ġie rrispettat. Il-perjodu għandu għalhekk ikun estiż għal sitt xhur. Min-naħa l-oħra, biex tinħoloq ċertezza legali wara dan il-perjodu, il-konvenzjoni għandha titqies li tkun approvata permezz ta' ftehim taċitu. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali dwar il-proċedura għal tali approvazzjoni jew jistgħu joħolqu regoli speċifiċi fil-qafas tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw r-Regolament dwar ir-REKT, derogi għal dispożizzjoni dwar ftehim taċitu wara l-perjodu ta' sitt xhur għandhom jiġu esklużi.

    (15) Għandu jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom japprovaw il-konvenzjoni sakemm ma jiġix kkunsidrat li l-parteċipazzjoni ta' membru prospettiv ma tkunx konformi mar-Regolament dwar ir-REKT, ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni dwar l-attivitajiet tar-REKT kif stipulati fl-abbozz tal-konvenzjoni jew mal-liġi nazzjonali sostantiva dwar il-kompetenzi ta' Membri prospettivi, sakemm din il-parteċipazzjoni ma tkunx iġġustifikata għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew politika pubblika ta’ dak l-Istat Membru, filwaqt li teskludi mill-ambitu tal-skrutinju kull liġi nazzjonali li teħtieġ regoli u proċeduri oħra jew aktar stretti u minn dawk previsti mir-Regolament dwar ir-REKT.

    (16) Għax ir-Regolament dwar ir-REKT ma jistax japplika f'pajjiżi jew territorji barra mill-pajjiż, għandu jkun speċifikat li l-Istat Membru jiżgura li jipproponi l-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-REKT, meta tiġi approvata l-parteċipazzjoni ta' membri prospettivi stabbiliti taħt il-liġi tagħhom, li l-pajjiżi jew territorji barra mill-pajjiż applikaw kundizzjonijiet u proċeduri ekwivalenti għal dawk fir-Regolament REKT jew skont ftehimiet internazzjonali, speċjalment taħt l-acquis tal-Kunsill tal-Ewropa. Għandu wkoll ikun speċifikat li fil-każ tal-involviment ta' bosta Stati Membri, u wieħed jew aktar pajjiżi jew territorji barra mill-pajjiż, għandu jkun biżżejjed li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż bejn il-pajjiż terz jew it-territorju barra mill-pajjiż rispettiv, u Stat Membru parteċipant wieħed.

    (17) Sabiex tinkoraġġixxi l-adeżjoni ta' membri addizzjonali ma' REKT eżistenti, il-proċedura li temenda konvenzjonijiet f'każijiet bħal dawn għandha tiġi ssimplifikata. Konsegwentement, dawn l-emendi ma għandhomx jiġu nnotifikati lill-Istati Membri parteċipanti kollha, iżda biss lill-Istat Membru li taħt il-liġi nazzjonali tiegħu huwa stabbilit il-Membru prospettiv ġdid. Madankollu, din is-simplifikazzjoni m'għandhiex tapplika fil-każ ta' Membru prospettiv ġdid minn pajjiż terz jew territorju barra mill-pajjiż, sabiex tippermetti lill-Istati Membri parteċipanti kollha biex jivverifikaw jekk din l-adeżjoni hijiex konformi mal-interess pubbliku jew politika pubblika tiegħu.

    (18) Għax l-istatuti mhux se jkollhom id-dispożizzjonijiet kollha tal-konvenzjoni, kemm il-konvenzjoni kif ukoll l-Istatuti għandhom jiġu rreġistrati u/jew ippubblikati. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza, avviż dwar id-deċiżjoni li tistabbilixxi t-twaqqif ta' REKT, għandu jiġi ppubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għal raġunijiet ta' koerenza, dan l-avviż għandu jkun stabbilit skont galvu komuni.

    (19) L-iskop ta' REKT għandu jkun estiż biex ikopri l-iffaċilitar u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali inġenerali, inkluż l-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tat-tħassib reġjonali u lokali, skont politiki ta' Koeżjoni u oħrajn tal-Unjoni, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 jew għall-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li kompetenza partikolari meħtieġa għall-implimentazzjoni effiċjenti ta' REKT, għandha tkun irrappreżentata minn mill-anqas membru, f' kull wieħed mill-Istati Membri rrappreżentati.

    (20) F’dan il-kuntest għandu jiġi kkonfermat li dan l-istrument la huwa maħsub biex jevita l-qafas ipprovdut mill-acquis tal-Kunsill tal-Ewropa li joffri opportunitajiet differenti u oqfsa li fihom ikunu jistgħu jikkooperaw l-awtoritajiet reġjonali u lokali madwar il-fruntieri inklużi l-Gruppi ta' Kooperazzjoni Ewroreġjonali reċenti[12], u lanqas biex jipprovdi sett ta' regoli komuni speċifiċi li jirregolaw b'mod uniformi l-arranġamenti kollha madwar l-Unjoni.

    (21) Kemm il-kompiti speċifiċi ta’ REKT u l-possibbiltà ta' Stati Membri li jillimitaw l-azzjonijiet li REKT jistgħu jwettqu mingħajr l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, għandhom jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Fondi Strutturali matul il-perjodu 2014-2020.

    (22) Filwaqt li huwa stabbilit li l-kompiti ma jikkonċernawx, fost l-oħrajn, 'poteri regolatorji', li jista' jkollhom konsegwenzi legali differenti fi Stati Membri differenti, għandu jkun madankollu speċifikat li l-Assemblea tar-REKT tista' tiddefinixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu ta' oġġett ta' infrastruttura li r-REKT qed jamministra, inklużi t-tariffi u miżati li jitħallsu mill-utenti.

    (23) Bħala konsegwenza tal-ftuħ tar-REKT għal membri minn pajjiżi terzi jew territorji barra mill-pajjiż, għandu jkun speċifikat li l-konvenzjoni għandu jkollha arranġamenti għall-involviment tagħhom.

    (24) Għandu jkun speċifikat li l-Konvenzjoni għandha mhux biss tirrepeti referenza għal-liġi applikabbli b 'mod ġenerali kif diġà stabbiliti fl-Artikolu 2, iżda għandha tniżżel ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali speċifiċi applikabbli għal REKT bħala korp legali, jew għall-attivitajiet tiegħu. Barra minn hekk, għandu jkun speċifikat li tali leġislazzjoni jew regoli nazzjonali jistgħu jkunu dawk tal-Istat Membru fejn l-organi statutorji jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, speċjalment fejn l-istaff li jaħdem taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur jinsab fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn l-uffiċċju tiegħu huwa rreġistrat, jew fejn ir-REKT iwettaq l-attivitajiet tiegħu inkluż fejn qiegħed jamministra s-servizzi pubbliċi ta' interess ekonomiku ġenerali jew l-infrastrutturi.

    (25) Dan ir-Regolament m’għandux ikopri problemi marbuta mal-akkwist transkonfinali li jiltaqgħu magħhom ir-REKT.

    (26) Għandu jiġi ċċarat li l-konvenzjoni - u minħabba l-importanza ta' din il-kwistjoni, mhux l-istatuti - għandha tindika r-regoli applikabbli għall-persunal tar-REKT kif ukoll il-prinċipji li jirregolaw l-arranġamenti dwar ġestjoni tal-persunal u l-proċeduri ta’ reklutaġġ. Diversi għażliet għandhom ikunu disponibbli għar-REKT. Madankollu, l-arranġamenti speċifiċi rigward il-ġestjoni tal-ħaddiema u l-proċeduri ta' reklutaġġ għandhom jiġi indirizzati fl-istatuti.

    (27) L-Istati Membri għandhom jisfruttaw aktar possibiltajiet previsti taħt l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali[13] biex jipprovdu bi ftehim komuni għall-eċċezzjonijiet tal-Artikoli 11 sa 15 (Determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli) ta' dan ir-Regolament fl-interess ta' ċerti persuni jew kategoriji ta’persuni u sabiex jikkunsidraw l-istaff tar-REKT bħala tali kategorija ta’persuni.

    (28) Għandu jiġi ċċarat li l-konvenzjoni - u minħabba l-importanza ta' din il-kwistjoni, mhux l-istatuti - għandha tkopri l-arranġamenti għar-responsabbiltà tal-membri f' każ ta' REKT b' responsabbiltà limitata.

    (29) L-arranġamenti differenti li jirreferu għall-kontroll tal-ġestjoni tal-fondi pubbliċi fuq naħa waħda, u tal-verifika tal-kontijiet tar-REKT fuq in-naħa l-oħra, għandhom jiġu ċċarati.

    (30) Għandu jkun speċifikat li fejn ir-REKT għandu bħala l-għan esklussiv tiegħu l-ġestjoni ta' programm ta' kooperazzjoni jew parti minnu appoġġjata mill-FEŻR, jew fejn ir-REKT jirrigwarda l-kooperazzjoni interreġjonali jew netwerks, informazzjoni dwar it-territorju fejn ir-REKT jista’ jwettaq il-kompitu tiegħu mhux meħtieġa. Fl-ewwel każ, it-territorju għandu jiġi definit (u emendat) fil-programm ta' kooperazzjoni relevanti. Fil-każ tal-aħħar, waqt il-ħafna każijiet li jikkonċernaw attivitajiet immaterjali, ir-rekwiżit għal informazzjoni bħal din, ifixklu l-adeżjoni ta' membri ġodda għall-kooperazzjoni jew netwerks interreġjonali.

    (31) Ir-REKT li l-membri tiegħu għandhom responsabbiltà limitata għandhom ikunu aktar distinti b' mod ċar, minn dawk il-membri li għandhom responsabbiltà mhux limitata. Barra minn hekk, sabiex jippermettu REKT li l-membri tagħhom għandhom responsabbiltà limitata sabiex jimplimentaw attivitajiet li jistgħu jiġġeneraw djun, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jkollhom assigurazzjoni xierqa għal dawn ir-REKT biex ikopru r-riskji speċifiċi tal-attivitajiet tagħhom.

    (32) Għandu jiġi ċċarat li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe dispożizzjonijiet adottati biex jiġi implimentat ir-Regolament dwar ir-REKT, u biex jissottomettu dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll kull emenda tiegħu. Sabiex jitjiebu l-informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiġi speċifikat li l-Kummissjoni se titrażmetti dawn id-dispożizzjonijiet lill-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Dan il-Kumitat waqqaf pjattaforma tar-REKT li tippermetti lill-partijiet interessati kollha biex jaqsmu l-esperjenzi u l-prattiki tajba tagħhom u biex itejbu l-komunikazzjoni dwar il-possibbiltajiet u l-isfidi tar-REKT, sabiex jitħaffef l-iskambju tal-esperjenzi dwar il-ħolqien tar-REKT fuq livell territorjali kif ukoll biex jinqasam l-għarfien dwar l-aħjar prattiki fuq il-kooperazzjoni territorjali.

    (33) Skadenza ġdida għar-rapport li jmiss għandha tkun iffissata. F'konformità mal-pass tal-Kummissjoni lejn it-tfassil ta' politika bbażata aktar fuq l-evidenza, dan ir-rapport għandu jindirizza l-mistoqsijiet ewlenin tal-evalwazzjoni, inklużi l-effettività, l-effiċjenza, il-valur miżjud Ewropew, ir-rilevanza u s-sostenibbltà. Għandu wkoll jiġi speċifikat, li skont is-subparagrafu tal-Artikolu 307 tat-Trattat, dan ir-rapport għandu ukoll jintbagħat lill-Kumitat tar-Reġjuni.

    (34) Għandu jiġi ċċarat li REKT eżistenti mhumiex obbligati li jadattaw il-konvenzjoni u l-istatuti tagħhom għall-emendi tar-Regolament dwar ir-REKT.

    (35) Għandu wkoll jiġi speċifikat taħt liema sett ta' regoli għandhom jiġu approvati dawk ir-REKT li għalihom proċedura ta' approvazzjoni kienet diġà nbdiet qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (36) Sabiex jiġu adattati r-regoli nazzjonali eżistenti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, qabel, il-programmi taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, id-data tal-bidu tal-applikazzjoni tagħhom għandha tkun 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

    (37) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib tal-istrument legali tar-REKT, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ però jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv billi mhuwiex obbligatorju r-rikors għal REKT, skont is-sistema kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1) L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)      Il-Paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

    “1. Raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "REKT", jista' jiġi stabbilit fuq territorju tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet u suġġett għall-arranġamenti previsti minn dan ir-Regolament.

    “2. L-għan ta' REKT għandu jkun li jiffaċilita u jippromwovi kooperazzjoni territorjali, inkluża kooperazzjoni jew aktar transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali, bejn il-membri tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 3(1), bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. ”

    (b)     Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

    “5. L-uffiċċju reġistrat ta' REKT għandu jkun fi Stat Membru li taħt il-liġi tiegħu mill-inqas wieħed mill-membri huwa stabbilit.”

    (2)          Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

    "1.      REKT u l-atti u l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu regolati b'dan li ġej:

    (a) dan ir-Regolament u, fejn applikabbli, liġi tal-Unjoni oħra dwar l-attivitajiet ta' REKT;

    (b) fejn espressament awtorizzat minn dan ir-Regolament, id-disposizzjonijiet tal-konvenzjoni msemmija fl-Artikolu 8;

    (c) fil-każ ta' kwistjonijiet li mhumiex, jew huma biss parzjalment, irregolati minn dan ir-Regolament, il-liġi tal-Istat Membru fejn ir-REKT għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, meta permess minn dan ir-Regolament, il-liġi tal-Istat Membru fejn l-organi statutorji jeżerċitaw il-poteri tagħhom jew fejn ir-REKT iwettaq l-attivitajiet tiegħu.

    REKT għandu jiġi kkunsidrat bħala entità tal-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli.”

    (3)          Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “1.     L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta’ REKT:

    (a) L-Istati Membri jew l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali;

    (b) awtoritajiet reġjonali;

    (c) awtoritajiet lokali;

    (d) l-impriżi pubbliċi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] jew korpi rregolati mil-liġi pubblika skont l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15];

    (e) awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korpi jew impriżi pubbliċi ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punt (d) minn pajjiżi jew territorji barra mill-pajjiż, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a (1)."

    (b)     Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2. REKT għandu jkun magħmul minn Membri li ġejjin minn territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri, ħlief kif previst fl-Artikolu 3a(2)."

    (4)          Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

    “Artikolu 3a L-adeżjoni ta' membri minn pajjiżi terzi jew territorji barra mill-pajjiż

    1.       Skont Artikolu 4(3a), REKT jista' jkunu magħmul minn membri li ġejjin mit-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri u pajjiż terz wieħed jew aktar jew territorju barra mill-pajjiż, fejn dawk l-Istati Membri u pajjiżi terzi jew territorji barra mill-pajjiż, flimkien iwettqu azzjonijiet ta’ kooperazzjoni territorjali jew jimplimentaw programmi appoġġati mill-Unjoni."

    2.       REKT jista' jkunu magħmul minn membri li ġejjin minn territorju ta' Stat Membru wieħed biss u ta' pajjiż terz jew territorju barra mill-pajjiż, fejn dak l-Istat Membru jikkonsidra tali REKT konsistenti mal-ambitu ta’ kooperazzjoni territorjali tiegħu jew mar-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiż terz jew territorju barra mill-pajjiż.”

    (5)          L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)      Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.     Wara notifika taħt il-paragrafu 2 minn membru prospettiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu, waqt li jieħu kont tal-istruttura kostituzzjonali tiegħu, japprova l-konvenzjoni u l-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv fir-REKT, sakemm huwa ma jqisx li tali parteċipazzjoni mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, ma' liġijiet oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw l-attivitajiet tar-REKT jew mal-liġi nazzjonali li tirrigwarda l-kompentenzi tal-membru prospettiv jew li tali parteċipazzjoni mhijiex ġustifikata għal raġunijiet ta' interess pubbliku jew ta' politika pubblika ta' dak l-Istat Membru. F’każ bħal dan, l-Istat Membru għandu jagħti dikjarazzjoni bir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil jew għandu jissuġġerixxu l-emendi meħtieġa għall-konvenzjoni li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv.

    L-Istat Membru għandu jilħaq id-deċiżjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta tkun waslet it-talba għall-applikazzjoni skont il-paragrafu 2. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jirrispondix fil-limitu ta' żmien stabbilit, il-konvenzjoni għandha tiġi meqjusa approvata.

    Fid-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni fir-REKT tal-membru prospettiv, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.

    (b)     Għandu jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

    “3a.    Fil-każ ta’ REKT ma' membri prospettivi minn pajjiżi terzi jew territorji barra mill-pajjiż, l-Istat Membru fejn se jkollu l-uffiċċju reġistrat propost tar-REKT, għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a huma sodisfatti u li l-pajjiż terz jew l-Istat Membru li skont il-liġijiet tiegħu territorju barra mill-pajjiż huwa stabbilit, approvaw il-parteċipazzjoni ta' membru prospettiv skont kundizzjonijiet u proċeduri ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont ftehim konkluż bejn mill-inqas Stat Membru wieħed li taħt il-liġi tiegħu huwa stabbilit membru prospettiv u tali pajjiż terz jew territorju barra mill-pajjiż. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika."

    (c)      Il-Paragrafi 5 u 6 jinbidlu b’dan li ġej:

    “5.     Il-membri għandhom jaqblu fuq il-konvenzjoni msemmija fl-Artikolu 8 u jiżguraw konsistenza mal-approvazzjoni jew l-emendi proposti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

    6.       Kwalunkwe emenda għall-konvenzjoni jew għall-istatuti għandhom jiġu nnotifikati mir-REKT lill-Istati Membri li taħt il-liġi tagħhom l-membri tagħha huma stabbiliti.

    Kwalunkwe emenda għall-konvenzjoni għandha tiġi approvata mill-Istati Membri skont il-proċedura stipulata f' dan l-Artikolu.

    Madankollu, f'każ ta' adeżjoni għal REKT eżistenti ta' membru ġdid minn Stat Membru li diġà approva l-konvenzjoni, din l-adeżjoni għandha tiġi approvata biss mill-Istat Membru li taħt il-liġijiet tiegħu huwa stabbilit il-membri l-ġdid. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika.

    Fil-każ ta' adeżjoni ta' membru ġdid minn pajjiż terz jew territorju barra mill-pajjiż għal REKT eżistenti, tali adeżjoni għandha tiġi approvata mill-Istati Membri kollha li diġà approvaw il-konvenzjoni. Il-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu għandu japplika."

    (6)          L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 5 Il-ksib ta' personalità ġuridika u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali

    1.       Il-konvenzjoni u l-istatuti u xi emendi sussegwenti għalihom għandhom ikunu reġistrati jew ippubblikati, jew it-tnejn, skont il-liġi nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru fejn ir-REKT ikkonċernat għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu. Ir-REKT għandu jikseb personalità ġuridika fil-jum tar-reġistrazzjoni jew tal-pubblikazzjoni tiegħu, skont liema sseħħ l-ewwel. Il-membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-reġistrazzjoni jew il-pubblikazzjoni tal-konvenzjoni.

    2.       Ir-REKT għandu jizgura li, fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mir-reġistrazzjoni jew mill-pubblikazzjoni tal-konvenzjoni, tintbagħat talba lill-Kummissjoni fuq galvu kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha mbagħad titrasferixxi din it-talba lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiettal-Unjoni Ewropea, għall-pubblikazzjoni ta' avviż fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar it-twaqqif ta' REKT, bid-dettalji mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.”

    (7)          Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’li ġej:

    “4.     Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, fejn il-kompiti ta' REKT msemmija taħt l-Artikolu 7(3) jkopru azzjonijiet li huma kkofinanzjati mill-Unjoni, il-leġiżlazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-kontroll ta' dawn il-fondi għandha tapplika.”

    (8)          L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)      Il-Paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

    “2.     REKT għandu jaġixxi fil-limiti tal-kompiti mogħtija lilu, li għandhom ikunu l-iffaċilitar u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni territorjali għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u għandu jiġi stabbilit mill-Membri tiegħu fuq liema bażi għandhom jaqgħu fil-kompetenza tal-liġi nazzjonali ta' mill-inqas membru wieħed minn kull Stat Membru rrappreżentat f'dak ir-REKT.

    3.       REKT jista' jwettaq azzjonijiet speċifiċi oħrajn ta' kooperazzjoni territorjali bejn il-membri tiegħu sabiex jilħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), kemm jekk ikollhom kontribut finanzjarju mill-Komunità u kemm jekk le.

    Speċifikament, il-kompiti ta’ REKT jistgħu jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni jew partijiet minnhom jew tal-ħidmiet appoġġjati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond Soċjali Ewropew u/jew tal-Fond ta 'Koeżjoni.

    L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-azzjonijiet li jistgħu jwettqu REKT mingħajr l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx jeskludu dawk l-azzjonijiet koperti minn prijoritajiet għall-investiment taħt il-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni kif adottata għall-perjodu 2014-2020.”

    (b)     Fil-paragrafu 4 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Madankollu, l-assemblea msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ta' REKT tista' tiddefinixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu ta' oġġett ta' infrastruttura li r-REKT qed jamministra, inklużi t-tariffi u miżati li jitħallsu mill-utenti.”

    (9)          Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

    “2.     Il-konvenzjoni għandha tispeċifika:

    (a) l-isem ta’ REKT u l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

    (b) il-medda tat-territorju li fih REKT jista' jesegwixxi l-kompiti tiegħu;

    (c) l-għan u l-kompiti ta' REKT;

    (d) id-dewmien tiegħu u l-kundizzjonijiet għax-xoljiment tiegħu;

    (e) il-lista tal-membri;

    (f) il-liġi speċifika tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli għall-interpretazzjoni u l-infurzar tal-konvenzjoni;

    (g) l-arranġament għall-involviment tal-membri minn pajjiżi terzi jew territorji barra mill-pajjiż, jekk f'postu;

    (h) il-liġi speċifika tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, filwaqt li tal-aħħar tista' tkun il-liġi tal-Istat Membru fejn organi statutorji jeżerċitaw il-poteri tagħhom jew fejn ir-REKT iwettaq l-attivitajiet tiegħu;

    (i) ir-regoli applikabbli għall-persunal ta' REKT kif ukoll il-prinċipji li jirregolaw l-arranġamenti dwar ġestjoni tal-persunal u l-proċeduri għar-reklutaġġ;

    (j) fil-każ ta’ REKT b’responsabbiltà limitata, l-arranġamenti għar-responsabbiltà tal-membri skont l-Artikolu 12(3);

    (k) l-arranġamenti xierqa għar-rikonoxximent reċiproku, inkluż għall-kontroll finanzjarju fil-ġestjoni tal-fondi pubbliċi; u

    (l) il-proċeduri għall-emendament tal-konvenzjoni, inkluża l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

    Madankollu, fejn REKT ikun qed imexxi biss programm ta’ kooperazzjoni jew parti minnu taħt il-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, jew fejn REKT jirrigwarda l-kooperazzjoni interreġjonali jew netwerks, l-informazzjoni taħt il-punt (b) mhix meħtieġa.

    Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-persunal ta' REKT kif imsemmi fil-punt (i),

    (a) dawk tal-Istati Membri fejn REKT għandu l-uffiċju rreġistrat tiegħu;

    (b) dawk tal-Istati Membri fejn il-persunal ta' REKT attwalment jinsab; jew

    (c) dawk tal-Istat Membru li tiegħu l-membru tal-persunal huwa ċittadin.

    Biex jippermettu trattament ugwali mal-impjegati kollha tal-istess post, il-liġijiet nazzjonali u r-regoli, kemm tal-liġi pubblika jew privata, jistgħu jkunu soġġetti għal regoli ad hoc addizzjonali ffissati minn REKT.”

    (10)        Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

    “2.     L-Istatuti għandhom jinkludu, bħala minimu, is-segwenti:

    (a) id-dispożizzjonijiet operattivi tal-organi tar-REKT u l-kompetenzi tagħhom, kif ukoll in-numru ta' rappreżentanti tal-membri fl-organi relevanti;

    (b) il-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' REKT;

    (c) il-lingwa jew lingwi operattivi;

    (d) l-arranġamenti għall-iffunzjonar tiegħu;

    (e) l-arranġamenti speċifiċi rigward il-ġestjoni tal-ħaddiema u l-proċeduri għar-reklutaġġ;

    (f) l-arranġamenti għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri;

    (g) ir-regoli ta' kontabbiltà u ta' baġit applikabbli ta' kull wieħed mill-membri ta' REKT li għandhom x'jaqsmu miegħu;

    (h) il-ħatra ta’ awditur estern indipendenti għall-kontijiet tar-REKT;

    (i) l-arranġamenti għar-responsabbiltà tal-membri skont l-Artikolu 12(2); u

    (j) il-proċeduri għall-emendament tal-istatuti, inkluża l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5."

    (11)        Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

    “2.     Il-preparazzjoni tal-kontijiet tiegħu, inklużi fejn meħtieġa r-rapport annwali li jakkumpanjahom u l-verifika kif ukoll il-pubblikazzjoni ta' dawn il-kontijiet, għandhom jiġu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru fejn ir-REKT għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.”

    (12)        L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

    (a)      Fil-paragrafu 1 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "REKT għandu jkun responsabbli għad-dejn kollu tiegħu."

    (b)     Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "2. Minkejja l-paragrafu 3, sal-punt li l-assi ta' REKT huma insuffiċenti biex jilħqu l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-Membri tiegħu għandhom jkunu responsabbli għad-djun ta' kwalunkwe natura ta' REKT, is-sehem ta' kull Membru jkun iffissat proporzjonalment skont il-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu. L-arranġamenti għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ffissati fl-istatuti.

    Il-membri jistgħu jipprovdu fl-istatuti, li huma se jkunu responsabbli, wara li jkunu waqfu milli jkunu membri ta' REKT, għall-obbligi li jirriżultaw minn attivitajiet tar-REKT matul is-sħubija tagħhom.

    2a.     Jekk ir-responsabbiltà ta' mill-inqas membru wieħed ta' REKT tkun limitata jew eskuża bħala riżultat tal-liġi nazzjonali li taħtha jkun iffurmat, il-membri l-oħra jistgħu wkoll jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom fil-konvenzjoni.

    L-isem ta' REKT li l-membri tiegħu jkollhom responsabbiltà limitata għandu jinkludi l-kelma "limitat".

    Ir-rekwiżit għall-pubbliċità tal-konvenzjoni, l-istatuti u l-kontijiet ta’ REKT li l-membri tiegħu għandhom responsabbiltà limitata għandhom ikunu mill-anqas ugwali għal dawk meħtieġa għal entitajiet legali oħra b'responsabbiltà limitata tal-membri tagħhom, stabbiliti taħt il-liġijiet tal-Istat Membru fejn dak ir-REKT għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

    Fil-każ ta' REKT li l-membri tiegħu għandhom responsabbiltà limitata, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li REKT għandu jagħmel assigurazzjoni adatta biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tar-REKT.”

    (13)        Fl-Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “2.     Ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġurisdizzjoni għandha tapplika għal kwistjonijiet li jinvolvu REKT. Fi kwalunkwe każ li ma jkunx previst f'tali leġislazzjoni tal-Unjoni, il-qrati kompetenti għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet għandhom ikunu l-qrati tal-Istat Membru fejn ir-REKT ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

    (14)        Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

    “1.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk id-dispożizzjonijiet li jkunu adegwati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

    Fejn ikun meħtieġ taħt it-termini tal-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' jistabbilixxi lista komprensiva tal-kompiti stabbiliti taħt il-liġijiet tiegħu, li l-membri ta' REKT diġà għandhom, sa fejn għandha x'taqsam il-kooperazzjoni territorjali f'dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 3(1).

    L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b 'xi disposizzjonijiet adottati taħt dan l-Artikolu, u għandu jissottometti dawn id-dispożizzjonijiet jew l-emendi tiegħu. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat tar-Reġjuni billi tibgħat id-dispożizzjonijiet.”

    (15)        L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "Sa nofs l-2018 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud Ewropew u l-ambitu għas-simplifikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Ir-rapporti ta' evalwazzjponi għandhom ikunu bbażati fuq indikaturi li l-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 18."

    (16)        L-Artikolu 18 li ġej għandu jiġi miżjud:

    “Artikolu 18 Eżerċizzju tad-delegazzjoni

    1.       Is-setgħat sabiex ikunu adottati atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.       Id-delega ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3.       Id-delega ta’ setgħa li jirreferi għaliha l-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att ddelegat diġà fis-seħħ.

    4.       Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.       L-atti ddelegati għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Eropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, it-tnejn li huma jinfurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

    Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.

    L-att delegat għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

    Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att ddelegat, l-att m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għall-att ddelegat għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tagħha."

    Artikolu 2 Dispożizzjoni transizzjonali

    1. REKT stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mhumiex obbligati li l-konvenzjoni u l-istatuti jġibuhom jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kif emendat.

    2. REKT għal liema kienet inbdiet proċedura skont l-Artikolu 4 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li għad hemm pendenti biss ir-reġistrazzjoni u/jew il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 5, għandhom jiġu rreġistrati u/jew ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 qabel l-emenda tiegħu.

    3. REKT għal liema proċedura taħt l-Artikolu 4 kienet nbdiet aktar minn sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu approvati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 qabel l-emenda tiegħu.

    4. REKT oħra apparti dawk taħt paragrafi 2 u 3 għal liema proċedura taħt l-Artikolu 4 kienet inbdiet qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu approvati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 kif emendat minn dan ir-Regolament.

    Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill- [Jekk jogħġbok Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet, daħħal id-data b'sitt xhur wara mid-data tad-dħul fis-seħħ].

    L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-emendi meħtieġa għad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 mhux aktar tard minn […] [Jekk jogħġbok Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet, daħħal id-data b'sitt xhur wara mid-data tad-dħul fis-seħħ.].

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    ANNESS

    Galvu tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont l-Artikolu 5(2)

    IT-TWAQQIF TA' RAGGRUPPAMENT EWROPEW TA' KOOPERAZZJONI TERRITORJALI (REKT)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006

    (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 219)

    L-isem ta' REKT li l-membri tiegħu jkollhom responsabbiltà limitata għandu jinkludi l-kelma 'limitat'(L-Artikolu 12(2))

    L-asterisk * tindika l-oqsma obbligatorji.

    I.1) Isem, indirizz u punt(i) ta' kuntatt

    Isem reġistrat*:

    Uffiċċju reġistrat*:

    Belt*: || Kodiċi postali: || Pajjiż*:

    Punt(i) ta’ kuntatt: Għall-attenzjoni ta’: || Telefown:

    Email: || Nru tal-fax:

    Indirizz(i) tal-internet (jekk applikabbli)

    I.2) IT-TUL TAŻ-ŻMIEN TAL-GRUPP*:

    It-tul taż-żmien tal-Grupp:  perjodu indefinit  sa: // (jj/xx/ssss)

    Data tar-reġistrazzjoni/pubblikazzjoni : // (jj/xx/ssss)

    II. objettivi*

    ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ Il-kodiċi NUTS  Il-kodiċi NUTS  Il-kodiċi NUTS  Il-kodiċi NUTS 

    III. dettaliji addizzjonali dwra isem il-grupp (jekk applikabbli)

    L-isem (jekk jogħġbok, indika l-pajjiż bil-verżjoni xierqa) BE          BG      CZ     DK    DE    EE     IE      EL      ES    FR      IT       CY       LV      LT                                                            LU           HU     MT    NL     AT    PL      PT    RO     SI     SK     FI              SE           UK          Oħra: _____                                                                    Isem sħiħ (jekk applikabbli):__________________________________________________________________ Isem imqassar (jekk applikabbli):__________________________________________________________________

    ------------------------------------Taqsima III għandha tintuża kemm-il darba huwa meħtieġ------------------------------

    IV. Membri*

    IV. 1) Numru totali ta' membri fil-Grupp*:

    IV.2) Informazzjoni dwar il-membru*

    Isem uffiċjali*:

    Indirizz postali:

    Belt: || Kodiċi postali: || Pajjiż*:

    Punt(i) ta’ kuntatt: Għall-attenzjoni ta’: || Telefown:

    Email: || Nru tal-fax:

    Indirizz(i) tal-internet (jekk applikabbli)

    Tip ta' membru  Stat Membru  Awtorità nazzjonali  Awtorità reġjonali  Awtorità lokali  Korp regolat mil-liġi pubblika  Impriża pubblika Assoċjazzjoni ta ': · Stat/i Membru/i Total:* · Awtorità(jiet) Nazzjonali:           Total:* · Awtorità reġjonali          Total:* · Awtorità lokali  Total:* · Korp(i) regolat(i) mil-liġi pubblika      Total:* · Impriża(i) pubblika(ċi)   Total:*  Pajjiż terz jew territorju barra mill-pajjiż

    -------------------------------- Taqsima IV.2 għandha tintuża kemm-il darba huwa meħtieġ------------------------------

    V. Tagħrif addizzjonali (jekk jgħodd)

    ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________________

    VI. Data meta ntbagħat dan l-avviż: // (jj/xx/ssss)

    [1]               Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT),COM(2011) 462 finali, 29.7.2011.

    [2]               http://portal.cor.europa.eu/egtc/en-US/Pages/welcome.aspx

    [3]               Ir-riżultati ġew ippubblikati f' Il-Konklużjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-konsultazzjoni konġunta – Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) 1082/2006 dwar ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali, Kumitat tar-Reġjuni, 2010       , http://www.cor.europa.eu/COR_cms/ui/ViewDocument.aspx?contentid=366960dd-3c03-4efa-9230-665455fa6bb5

    [4]               Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Perspettivi Ġodda għar-Reviżjoni tar-Regolament REKT (CdR 100/2010fin), Relatur: Alberto Núnez Feijóo.

    [5]               L-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, p 1): "F’każ li r-responsabbiltà finanzjarja tal-membri tiegħu ma tkunx bla limitu, l-ERIC għandu joħroġ assigurazzjoni adatta biex ikopri r-riskji kollha speċifikament relatati mal-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura."

    [6]               ĠU C , , p. .

    [7]               ĠU C , , p. .

    [8]               ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.

    [9]               COM(2011) 462 finali.

    [10]             ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

    [11]             ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

    [12]             Il-Protokoll Nru 3 għall-Abbozz tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Fruntieri bejn Komunitajiet jew Awtoritajiet Territorjali rigward Gruppi ta' Kooperazzjoni Ewroreġjonali (ECGs), miftuħa għall-iffirmar nhar is-16 ta’ Novembru 2009.

    [13]             ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.

    [14]             ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

    [15]             ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114

    Top