EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0480

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet mill-Italja)

/* KUMM/2011/0480 finali */

52011PC0480

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet mill-Italja) /* KUMM/2011/0480 finali */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibilità, sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun, u dan apparti mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2].

Fis-7 ta' Frar 2011, l-Italja ressqet l-applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li diversi persuni ngħataw is-sensja fi 323 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 ("Kostruzzjoni ta' binjiet")[3] fir-reġjun NUTS II tat-Trentino-AltoAdige/Südtirol (ITD1 u ITD2[4]) fl-Italja.

Wara analiżi fil-fond ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni, b'mod konformi mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament huma ssodisfati.

TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI

Dejta prinċipali: ||

Nru ta' Referenza tal-FEG || FEG/2011/002

Stat Membru || L-Italja

Artikolu 2 || (b)

Intrapriżi kkonċernati || 323

Reġjun NUTS II || Trentino-Alto Adige/Südtirol (ITD1 u ITD2)

Diviżjoni NACE Reviżjoni 2 || 41 ("Kostruzzjoni ta' binjiet")

Perjodu ta’ referenza || 1.3.2010 – 1.12.2010

Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 1.5.2011

Data tal-applikazzjoni || 7.2.2011

Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 643

Ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma identifikati għall-għajnuna || 528

Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 5 744 000

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[5] (EUR) || 285 000

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 4,7

Baġit totali (EUR) || 6 029 000

Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 3 918 850

1. L-applikazzjoni ġiet ippreżentata quddiem il-Kummissjoni fis-7 ta’ Frar 2011 u kienet sostnuta b'tagħrif addizzjonali sas-6 ta’ Lulju 2011.

2. L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet biex jintuża l-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali

3. Sabiex tistabbilixxi r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, l-Italja tisħaq li s-settur tal-kostruzzjoni kien wieħed milqut tassew ħażin mill-kriżi. Is-self lis-settur tal-kostruzzjoni jew lil individwi tnaqqas drastikament u d-domanda għal djar ġodda naqset minħabba tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumatur u n-nuqqas ta' flus kontanti.

4. Fil-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku[6] tagħha, il-Kummissjoni għarfet li bħala riżultat tal-kriżi l-industrija tal-kostruzzjoni fl-UE rat tisbita fid-domanda. Id-dejta disponibbli tikkonferma t-tnaqqis sinifikanti fir-ritmu ekonomiku fis-settur tal-kostruzzjoni, li naqas fis-27 pajjiż tal-UE għal seba' kwarti konsekuttivi (Q1/2009 sa Q3/2010) meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti, l-aktar minħabba t-tnaqqis fl-investiment privat fis-settur residenzjali. L-eżitu tal-kostruzzjoni fl-Italja segwa l-istess xejra:

|| || 2009 || || || 2010 ||

|| Q1 || Q2 || Q3 || Q4 || Q1 || Q2 || Q3

UE27 || -12,8 || -11,3 || -12,0 || -8,7 || -8,6 || -1,1 || -2,3

L-Italja || -12,6 || -11,2 || -13,6 || -8,1 || -8,0 || -4,8 || 1,3

            Sors: l-EUROSTAT

5. Fl-evalwazzjoni tal-applikazzjoni FEG/2009/017 LT/Kostruzzjoni ta' binjiet[7], il-Kummissjoni diġa' ddikjarat l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq l-intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 ("Kostruzzjoni ta' binjiet").

Turija tal-għadd ta’ sensji u konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b)

6. L-Italja ressqet din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm minn tal-inqas 500 sensja fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru.

7. L-applikazzjoni tindika 643 sensja f’323 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 (“Kostruzzjoni ta' binjiet")[8] fir-reġjun NUTS II ta’ Trentino-Alto Adige/Südtirol (ITD1 u ITD2) matul il-perjodu ta' referenza ta' disa’ xhur mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2010. Dawn is-sensji kollha ġew ikkalkulati skont it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta' dawk is-sensji

8. L-awtoritajiet Taljani jisħqu li l-kriżi finanzjarja u ekonomika wasslet għall-kollass f’daqqa waħda tal-ekonomija dinjija b’impatt enormi fuq ħafna setturi. In-natura tar-riċessjoni safejn jikkonċerna lis-settur tal-kostruzzjoni, flimkien mal-issikkar f'daqqa tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għal kreditu finanzjarju u tnaqqis drammatiku fl-ordnijiet il-ġodda kienet waħda mingħajr preċedent fi żminijiet riċenti. Barra dan, is-sitwazzjoni ekonomika mill-2008 ’l hawn ma baqgħetx issegwi x-xejriet tas-snin ta’ qabel. Is-sensji fl-industrija tal-kostruzzjoni ma setgħux, għalhekk, jiġu previsti jew evitati b'mod faċli.

Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji

9. L-applikazzjoni tikkonċerna 643 ħaddiem li ngħataw is-sensja (li minnhom 528 se jingħataw l-għajnuna) fit-323 intrapriża li ġejjin:

Intrapriżi u għadd ta' sensji

A.S. TRENTO DI ANDREATTA SRL || 1 || POGORZELSKI ANDRZEJ || 1

A.T.B. TUNNEL BRENNERO || 3 || PRIMA COSTRUZIONI S.R.L. || 1

ABL COSTRUZIONI SRL || 4 || PRINCIPE SRL || 1

ADIGE BITUMI IMPRESA || 7 || PRO.GE.CI SAS || 1

ADLER COSTRUZIONI SAS DI BRUCCOLERI VIN. & C. || 1 || R. & G. SNC DI DIENER RENZO E SUKTHI AGIM || 2

ANDREATTI FRANCESCO || 1 || R.C. S.N.C. DI ROSSI CRISTIAN E DANIELE || 3

AQUAFORME SRL || 1 || RAVANELLI EDJ SRL || 2

AQUATEAM DI ZANDONAI SERGIO & C. SNC || 1 || RAVANELLI SERGIO || 2

ART DECOR DI PELLEGRINO ALEANDRO || 2 || RISSER CLAUDIO || 3

ART PITTURE SNC DI MASULLI MATTEO & C. || 2 || ROVIZZI ALESSIO || 1

ASCOM SRL || 2 || S. CHIARA SOCIETA' CONSORTILE || 1

AURORA COSTRUZIONI S.R.L. || 1 || SABBIA GHIAIA CALCESTRUZZI SNC || 1

B.L. ELETTROTECNICA S.R.L. || 1 || SACISS S.R.L. || 5

BALDO COSTRUZIONI SRL || 2 || SAFAB SPA || 1

BALDON NICOLA || 1 || SANTONI COSTRUZIONI SPA || 1

BAMPI LUCIANO || 1 || SARBA DI RIGO MICHELE || 1

BATTISTI RENATO || 1 || SCALIGERA GROUP S.R.L. || 1

BENASSAI GUIDO || 2 || SCRINZI DAMIANO || 1

BENEDETTI SRL || 1 || SHABA ARBEN || 7

BERTONI GILBERTO || 1 || STONE AGE PORFIDI SAS DI MANUARDI S. & C || 2

BIANCO PIETRO || 1 || STYLTHERM SRL || 1

BONETTI CLAUDIO || 1 || T.S.G. S.R.L. || 3

BONIATTI FABRIZIO || 1 || TECNOBASE SRL || 1

BONINSEGNA MARIO || 2 || TECNOSTILE SRL || 5

BUTTERINI ROBERTO & OLIMPIO SNC || 1 || TECO SERVICE SRL || 1

C.E.F. DI GALVAN ENRICO & C. SAS. || 1 || TEKNOEDILE SRL || 1

C.T. COSTRUZIONI SRL || 1 || TERMOIDRAULICA SAS DI CORELLI RAFFAELE LUCIANO || 1

CAGOL MARCO || 1 || THERMAE & POOL SRL || 1

CANNELLA SRL || 1 || TOFFANETTI RAUL || 1

CARNERI & HUELLER SRL || 4 || TOMELIN PAOLO || 1

CARTONGESSI VALSUGANA S.R.L || 4 || TORRE DEL GARDA SRL || 1

CARUSO MAC KAY ALDO EUGENIO || 2 || TREDIL SRL || 5

CAVAGNIS COSTRUZIONI S.R.L. || 1 || TRENTINI COSTRUZIONI SNC || 2

CENTRO POSA SRL || 1 || TRENTINI S.N.C. DI TRENTINI GILBERTO E C. || 1

CERADINI F.LLI SNC DI CERADINI G. & || 1 || TURRA EZIO & C. SNC || 1

CERRIKU VASJAR || 1 || TUTTINTONACI SRL DI FORTE PIETRO & C. || 3

CESI SRL || 1 || UEZ MICHELE || 4

CIGI COSTRUZIONI DI CUCCURULLO GIUSEPPINA || 2 || VERONESI FABRIZIO || 1

CIOLA ELIO SRL || 1 || VETTORI ROBERTO || 1

CITRONI CARLO || 2 || VINANTE COSTRUZIONI S.P.A. || 4

CIUFFI GUIDO || 1 || VISCOLOR SRL || 1

CLAUS CARLO,CLAUS ANDREA SNC || 4 || VO & MA SRL || 1

CO.EDIL.TIDONA S.R.L. || 2 || ZAMBIASI COSTRUZIONI SRL || 3

CONSORZIO LEONARDO || 1 || ZAMPICCOLI ROBERTO || 1

COPERTURE SNC DI GOTTARDI MATTEO & C. || 1 || ZENI ETTORE || 1

COSBAU SPA IN LIQUIDAZIONE || 22 || ZH GENERAL CONSTRUCTION COMPANY SPA || 1

COSTRUZIONI EDILI ANDRIGHETTONI SRL || 1 || ZUCAL COSTRUZIONI SRL || 1

COSTRUZIONI EDILI BOLZANO || 1 || ACQUAVIVA GIUSEPPE || 4

COSTRUZIONI EDILI FOCHER DI FOCHER PIETRO || 1 || ADLER BAU OHG DES ALIJA ENVER || 1

COSTRUZIONI ELETTRICHE GIOVANELLA SRL || 2 || ALBERTI TERMOSANITARI DI ALBERTI UGO || 1

COSTRUZIONI PAISOLI NICOLA SRL || 9 || ALOIS OBERHOFER GMBH || 1

COSTRUZIONI POJER SRL || 1 || ALPENBAU GMBH || 5

COSTRUZIONI VALENTINI & C. SAS || 1 || ASTER HOLZBAU GMBH || 3

COSTRUZIONI Z.R. SRL || 3 || ATB - TUNNEL BRENNERO || 20

D.F. COSTRUZIONI SRL || 3 || AUER KONRAD & CO. OHG || 1

DEGA DI GASPERINI MIRIAM E C. SAS || 2 || AUSSERHOFER GUENTHER || 1

DEMATTE' ROBERTO || 1 || BERBENNI G. & CO. KG || 1

DF SRL || 1 || BERTAGNOLL ANTON || 2

DHIMA THANAS || 1 || BETONSCHNEIDEN OHG || 1

DOBROZI GENTJAN || 2 || BOLZANO COSTRUZIONI GMBH || 1

DOMI S.R.L. || 1 || BONEDIL G.M.B.H. || 4

DOMOFENSTER SRL || 1 || BRUMAR GMBH || 12

EDIL O.R. DI ORSINGHER RUGGERO & C. SNC || 1 || C.& G. IMPIANTI S.R.L. || 1

EDIL 2 SNC DI LO CASCIO F. E DI PIE || 2 || C.A.E. DI CREPALDI CLAUDIO || 1

EDIL 3 SRL || 1 || CICERO EMANUELE || 1

EDIL ANTEMA SNC DI A E P. DI SARNO || 1 || COSBAU S.P.A. || 1

EDIL C.R. TRENTINE DI VALENTE ANDREA || 4 || COSTRUZIONI EDILI DI CAPPELLO NICODEMO & OLIVO SALVATORE SNC || 2

EDIL D.F. S.R.L. || 1 || COSTRUZIONI EDILI ZANELLA GMBH || 1

EDILBATTISTI SNC DI BATTISTI RENATO || 4 || D.F. COSTRUZIONI SOCIETA' A RESPONSABILITA' LIMITATA || 1

EDILBERTOLDI SRL || 1 || D.S.G.M. KG DES DE SARRO MICHELE & C. || 1

EDILBRESCIA S.R.L. DI COTTI COMETTI FABIO || 1 || PEDROLLI F.LLI DI ROBERTO & VALENTINO SNC || 1

EDILBUSOLLI SNC || 3 || DAITEC G.M.B.H. || 1

EDILCASA 2000 S.R.L. || 1 || DELTA GMBH TECNOLOGIE IMPERMEABILI || 1

EDILCASA DI GRAIFENBERG SNC || 2 || DZ GMBH || 1

EDILE ZORTEA SRL || 4 || D.F. SRL || 1

EDILGIOVANNI SNC || 1 || E.T.S. G.M.B.H. || 5

EDILKOS DI BULLIQI HAMIT || 2 || E.T.S. S.P.A. IN LINGUA TEDESCA E.T.S. A.G. || 2

EDILPIAZZA SNC DI PIAZZA LINO & C. || 1 || EDIL COSTRUZIONI DI TORCASIO ANTONIO || 1

EDILSERVICE SRL || 1 || EDIL ECO MERANO DES PORTOGALLO MAURO & CO. KG || 1

EDILSIMI SNC DI SHEHAJ ISUF E MUNTEAN IURIE || 1 || EDILIZIA 2M SOCIETA' A RESPONSABILITA' LIMITATA || 1

EDILVALORZI S.R.L. || 2 || EISENKEIL MARTIN DES BUBOLA MIRCO || 2

EDIPENASA SNC || 2 || ELEKTROTEL DES MORGANTI GIANCARLO || 1

EL QABLY ABDENNBI || 1 || ELO-TEC DES IVAN MUFFATO || 1

EL.IM Srl || 1 || EUROSYSTEMBAU DES GJEPALI GENC UND CO. KG || 1

ELETTRIC DOMO SRL || 1 || FEDERBAU DER GIAIER F. & CO. KG || 1

ELETTRO TECNICA DI FRANZOI ROBERTO || 1 || FEUERSTEIN S.R.L. || 1

EMLAND S.R.L. || 1 || FLIESENLAND HITTER KG DES HITTER J. & C. || 1

EMME - VI DI VALENTINI MASSIMO || 1 || FRANCESCHINI GEOM. MARCO || 1

ESPOSITO MARIO || 1 || GABRIELI LUCIANO KG DES GABRIELI R. & CO. || 1

ETN S.R.L. || 1 || GASSER AUGUSTIN & CO. K.G.-S.A.S. || 1

EUROEDIL COSTRUZIONI SRL || 1 || GERHARD ARTUR & HELLRIGL OTHMAR - O.H.G. || 2

EUROPA COSTRUZIONI S.N.C. DI CASTROVILLI BRUNO E FRATELLI || 1 || GERVASI S.P.A. || 1

F.LLI GIOVANELLA SNC || 1 || GRAF & SOEHNE OHG DES GRAF ROLAND & CO. || 1

F.P. RISTRUTTURAZIONI S.N.C. DI PIFFER PAOLO || 4 || GRANDE ANNUNZIATO || 1

FERRUZZI IMMOBILIARE S.A.S. DI ANTONELLA FERRUZZI & C. IN SIGLA FERRUZZI IMMOBILIARE S.A.S. || 3 || HALITI BESIM || 1

FIEMME PORFIDI SNC DI DELLAGIACOMA E GILMOZZI || 1 || HEROKAL GMBH || 1

FIETTA GIANNI || 1 || HM TSCHIGG DES TSCHIGG MIRCO || 1

GENTILINI COSTRUZIONI SRL || 2 || I.T. GMBH || 1

GHARSALLIA SAADIA || 1 || IMPRESA COSTRUZIONI LAZZAROTTO SRL - GMBH || 1

GI.ZETA DI ZOMER GIUSEPPE || 1 || TERMOIDRAULICA SAS DI CORELLI RAFFAELE LUCIANO || 1

GIOVANNINI DONATO || 1 || KOFLER FRANZ || 1

GLOBAL CONTRACTOR S.R.L. || 1 || KRAUS GMBH || 1

GYPSO EVOLUTION S.R.L. || 1 || L.E.A. COSTRUZIONI S.R.L. || 1

HI.TECO S.R.L. || 1 || LECHNER FRANZ GMBH || 1

HYDRONEW SAS DI ZENI JURI E C. || 1 || LINARD BAU GMBH || 1

IDROSERVICE ITALIA SRL || 1 || M.M.-MALER-MAURER DI MULAJ MUHARREM || 1

IDROSERVICE S.N.C. DI ARNOLDI LUCIANO E MENEGHINI RENZO || 1 || MALLOTH JOSEF. || 2

IMPRESA COSTRUZIONE STRADE E SCAVI MARZADRO GIOVANNI E GIORGIO SNC || 3 || MALTECH GMBH || 1

IMPRESA COSTRUZIONI F.LLI CASTELLAN SNC DI CASTELLAN MARCO & C || 1 || MARMI DECOR SAS DI SCOLA MARIO & C. || 1

IMPRESA EDILE LORENZONI CESARE & C. S.N.C. || 1 || MAX BOEGL BAU COSTRUZIONE GMBH || 1

INES COSTRUZIONI DI GIARRACA FRANCO E C. S.A.S. || 1 || MAYRGUENDTER BODENBELAEGE G.M.B.H. || 1

INTOEDIL SRL || 1 || MULTISERVIZI EDILI DI NICOLA GEOM. ALBERTO || 1

IOB LUCA || 1 || MUTO ADRIANO || 1

IPSA COSTRUZIONI SRL || 8 || NEU ALBA LIFT DER PETALLI MIRELA || 2

IUCULANO ANTONINO || 4 || NEXITEC S.P.A. IN LIQUIDAZIONE || 2

JALILI IDRISSI LAHBIB || 2 || NOVA KG DES ANTON OCHSENREITER & C. || 1

LA SOTTOFONDI S.N.C. DI FEDELE ROBERTO & C. || 1 || OBEROSLER S.F. DES OBEROSLER GEOM. WILLI || 1

LACOS SPA || 1 || OBERSCHMIED HOCH- UND TIEFBAU GMBH || 1

LADURNER ACQUE SRL || 1 || PALMABAU DES PALMA JOSEF-BAUUNTERNEHMEN UND GERUESTBAU || 1

LANER RENZO & C. SNC || 1 || PARROTTINO FRANCO || 1

LAZZARA EMANUELE || 2 || PICHLER ARNOLD || 1

LEGNO COSTRUZIONI SNC DI LUCIANER || 4 || PLATTNER KARL OHG DES PLATTNER KARL || 1

LEVICO SCAVI DI BEBER ERWIN & C. SNC || 2 || PLATTNER PUTZ OHG DES PLATTNER PATRICK UND DAGOBERT || 1

LIPOVAC SRL || 2 || PORFIDCOOP SOCIETA' COOPERATIVA || 1

LIVELMAS SNC DI FAVAZZO ANTONIO & SALVATORE || 1 || PROGETTO EDILE DI GAETANO GUARNACCIA || 1

LONGHI GIANLUCA || 3 || PSENNER & KOFLER DES KOFLER KURT & CO. K.G || 1

LOPEZ MARIO FACUNDO || 1 || RAMMLMAIR JAKOB SRL || 12

LORENZI GIORGIO || 1 || RAMOSER RICHARD U.CO. KG || 6

M.S.C. EDILIZIA SRL || 1 || RELLA ENRICO & CO. EINFACHE KOMMANDITGESELLSCHAFT DES RELLA ENRICO & CO. || 2

MAK COSTRUZIONI S.R.L. || 1 || ROBERT OHG DES LEITNER ROBERT & CO. || 1

MANDREJA NIKOLIN || 1 || SACISS S.R.L. || 13

MARIAN SERGIU DAVID || 1 || SCHENK ALOIS || 12

MATAJ SKENDER || 4 || SCHILLACI PAOLO || 3

MAUTEC SNC DI CAINELLI M. & C. || 2 || SCUMACI FRANCESCO || 1

MAZZONELLI ALESSANDRO || 1 || SEELAUS KURT || 1

MENAPACE CARLO || 1 || SEESTE BAU AG || 1

MERLER STEFANO || 1 || STAGIS S.N.C. DI GIOCONDO ACHILLE & C. || 1

MOCELLINI S.R.L || 2 || STEINER BAU GMBH || 1

MODICA CLAUDIO COSTRUZIONI EDILI || 3 || STILE CASA GMBH || 1

MOGGIMPIANTI SAS DI MOGGIO P.I.IVAN || 1 || STUDIO LIGNO ART S.R.L. || 2

MONTICOSTRUZIONI SRL UNIPERSOANLE || 4 || STYLE GIPS G.M.B.H. || 1

MOSCA COSTRUZIONI SNC DI MOSCA DANIELE || 1 || TECNOARREDO DI BRUNO POVOLI || 1

MOSNA E FERRARI SNC DI MOSNA MICHEL || 6 || TECNOSPORT SYSTEM KG DES BAMPI LUIGI & CO. || 1

MUCAJ ENKELJAN || 1 || TEKNOMAG GMBH || 4

N.D. S.N.C. DI SALIHI E IDRIZI || 1 || TERMOSAN SAS DI SARTORI EZIO E PAOLO || 1

NARDELLI SRL || 7 || THALER CHRISTIAN || 1

NARDON ADRIANO || 1 || THALER WERNER & C. KG || 1

NEROBUTTO TIZIANO & FRANCESCO SNC || 1 || THERMO ASSISTENZA S.N.C. DI GANZ SILVANO E GIGLIOTTI BERNARDINA || 1

NEW OBI SRL || 1 || TRENTINI KARL || 1

NEXITEC S.P.A. IN LIQUIDAZIONE || 27 || UNTERKOFLER JOSEF & CO. OHG || 1

NICOLODI COSTRUZIONI S.R.L. IN FORMA ABBREVIATA NICOLODI S.R.L. || 1 || VERMATEC DES UNGERICHT ERWIN || 2

OBEROSLER CAV. PIETRO SPA || 3 || VERONESE ANDREA || 1

OEM S.R.L. || 1 || VI.GI. COSTRUZIONI GMBH || 18

OSSITAGLIO S.R.L. UNIPERSONALE || 2 || VIMAHAUS DI VINCENZO MATERA || 1

OSTI STEFANO E MASSIMO S.N.C. || 1 || VITA GMBH || 1

PALLANCH EMANUELE || 1 || WOLF SYSTEM GMBH - SRL || 1

PANADA FABRIZIO || 2 || ZA.FA. SNC DI ZANCARLI FRANCA & CO || 1

PANTALEO GIROLAMO || 1 || ZH - GENERAL CONSTRUCTION COMPANY A.G. || 4

PASTORESSA LUCA || 1 || ZIMMEREI GRUNSER OHG DES GRUNSER JOSEF & CO. || 1

PEDROLLI F.LLI DI ROBERTO & VALENTINO SNC || 1 || ZOEGGELER BAU GMBH || 1

PEDRON COSTRUZIONI S.R.L. || 1 || ZORZI S.R.L. || 1

PERINI MARCO || 1 || ||

Total tal-Intrapriżi: 323 || Total tas-sensji: 643 ||

10. It-tqassim tal-ħaddiema identifikati huwa kif ġej:

Kategorija || Għadd || Perċentwal

Irġiel || 483 || 91,48

Nisa || 45 || 8,52

Ċittadini tal-UE || 401 || 75,95

Ċittadini minn barra l-UE || 127 || 24,05

Ta' età bejn il-15 u l-24 sena || 41 || 7,77

Ta' età bejn il-25 u l-54 sena || 434 || 82,20

Ta' età bejn il-55 u l-64 sena || 52 || 9,85

Ta' aktar minn 64 sena || 1 || 0,19

11. Fir-rigward ta' kategoriji ta' xogħol, it-tqassim huwa kif ġej:

Kategorija || Għadd || Perċentwali

Formen speċjalizzat || 25 || 4,0

Formen || 10 || 1,6

Ħaddiema super speċjalizzati fl-artiġjanat || 43 || 6,7

Ħaddiema speċjalizzati fl-artiġjanat || 170 || 26,4

Ħaddiema fl-artiġjanat || 163 || 25,3

Xogħlijiet elementari || 179 || 27,8

Apprentisti || 53 || 8,2

12. Fir-rigward ta' kategoriji edukattivi, it-tqassim huwa kif ġej:

Kategorija || Għadd || Perċentwal

Edukazzjoni primarja || 38 || 7,22

Edukazzjoni sekondarja jew it-tieni stadju tal-edukazzjoni bażika || 316 || 59,85

Edukazzjoni sekondarja ogħla || 161 || 30,49

L-ewwel stadju tal-edukazzjoni terzjarja || 13 || 2,46

13. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-Italja kkonfermat li ġiet applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta' nondiskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-aċċess għalih.

Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u tal-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu

14. It-territorju kkonċernat mis-sensji huwa r-reġjun ta' Trentino-Alto Adige/Südtirol. Fil-livell ta' NUTS II dan jikkonsisti f''żewġ provinċji awtonomi. Trento u Bolzano/Bozen. Ir-reġjun imiss mal-Awstrija fin-naħa tat-tramuntana, mal-Isvizzera fin-naħa tal-majjistral u mar-reġjuni Taljani tal-Lombardija u ta' Veneto fin-naħa tal-punent u tan-nofsinhar rispettivament. Dan ir-reġjun ikopri 13 607 km² u huwa estremament muntanjuż; ikopri wkoll parti kbira mid-Dolomiti u l-Alpi tan-naħa t'isfel. It-Trentino-Alto Adige/Südtirol għandu popolazzjoni ta' madwar 1 017 000 persuna (498 000 fil-Provinċja ta' Bolzano/Bozen u 519 000 fil-Provinċja ta' Trento). Id-densità tal-popolazzjoni fir-reġjun (74,7 abitant għal kull km²) hija baxxa meta mqabbla kemm mal-Italja jew mal-medja tal-UE (198,8 u 112 rispettivament għal kull km²). L-istitut nazzjonali Taljan tal-istatistika, l-ISTAT, ikkalkula li 70 834 immigranti li twieldu barra mill-pajjż jgħixu fit-Trentino-Alto Adige/Südtirol, li jammonta għal 6,9 % tal-popolazzjoni totali tar-reġjun. Is-settur tas-servizzi jirrappreżenta 69 % tal-impjiegi totali filwaqt li l-industrija tirrappreżenta 25 % tal-impjiegi u s-settur primarju jirrappreżenta 5 %.

15. L-awtoritajiet ewlenin ikkonċernati huma l-Agenzia del Lavoro della Provincia Autonoma di Trento (l-Aġenzija għax-Xogħol tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento), il-Provincia Autonoma di Bolzano/Bozen - Ufficio Politiche del Lavoro a Finanziamento Europeo (il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano-Bozen), ir-Rete dei Centri per l'impiego della Provincia Autonoma di Trento e della Provincia di Bolzano/Bozen (netwerk ta' ċentri ta' impjiegi fiż-żewġ provinċji), it-trejdjunjins: Confederazione Generale Italiana del Lavoro –CGIL– del Trentino; Confederazione Generale Italiana del Lavoro –CISL– del Trentino; Unione Italiana del Lavoro –UIL– del Trentino, Südtiroler Gewerkschaftsbundes, CISL dell'Alto Adige and UIL dell'Alto Adige; l-organizzazzjonijiet tal-impjegatur: Associazione Artigiani e Piccole Imprese (CONFARTIGIANATO); Associazione degli Industriali della Provincia di Trento (CONFINDUSTRIA); Unione Commercio e Turismo e Attivitá di Servizio del Trentino, Associazione per l'Artigianato –APA– di Bolzano, Associazione degli Industriali della Provincia di Bolzano (CONFINDUSTRIA) u Südtiroler Bauerbund.

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali

16. Is-sitwazzjoni ekonomika taż-żewġ provinċji ddeterjorat fl-2009 u t-tkabbir ekonomiku tagħhom kien negattiv (-3,0 % fit-Trento u-2,6 % f'Bolzano/Bozen) meta mqabbel mas-sena preċedenti. Il-qgħad fi Trento żdied b'117 % fl-2010 meta mqabbel mal-2009. F'Bolzano/Bozen ir-rata tal-qgħad fi Q3/2010 kienet 43 % ogħla milli kienet fl-istess perjodu tas-sena preċedenti. Barra dan, 9,3 % tas-sensji li ngħataw fil-provinċja ta' Trento minn Marzu għal Diċembru 2010 ngħataw lil ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni. Fil-provinċja ta' Bolzano/Bozen is-sensji fis-settur tal-kostruzzjoni matul l-istess perjodu jirrappreżentaw 11 % tas-sensji totali. Fiż-żewġ provinċji, is-settur tal-kostruzzjoni huwa impjegatur importanti peress li jirrappreżenta 8,6 % tal-impjiegi fit-Trentino u 8 % f'Bolzano/Bozen. Jikkontribwixxi wkoll 15 % għall-PDG reġjonali. Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, l-Italja qed tistenna li l-impatt tas-sensji jkun sinifikanti lokalment.

Pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u analiżi tal-ispejjeż stmati, inkluża l-komplimentarjetà tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali

17. Qed jiġu proposti t-tipi ta’ miżuri li ġejjin, li kollha jikkontribwixxu biex jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu l-għan li jintegra mill-ġdid lill-ħaddiema fis-suq tax-xogħol.

– Sessjoni ta' merħba, teħid ta' informazzjoni u reġistrazzjoni: L-ewwel miżura pprovduta lill-parteċipanti kollha tinkludi tagħrif dwar is-servizzi disponibbli u programmi ta' taħriġ u tagħrif dwar ir-rekwiżiti ta' ħiliet u taħriġ. Din hija wkoll l-opportunità għall-ħaddiema li huma lesti li jipparteċipaw fil-miżuri biex jifformalizzaw ftehim dwar il-parteċipazzjoni u l-interess.

– Għoti ta' pariri fuq bażi individwali u gwida: Il-ħaddiema se jiġu offruti servizzi ta' għoti ta' pariri fil-bidu tar-rotta individwali tagħhom biex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol. Madankollu, f'kull waqt u kull meta jitolbu, huma jistgħu jkollhom aċċess għas-servizzi tal-għoti ta' pariri (jiġifieri meta jsibuha bi tqila biex jagħżlu, meta jibdew iħossu li l-motivazzjoni tagħhom qed tonqos jew meta sempliċiment ikollhom bżonn l-appoġġ). Il-persuni li jagħtu l-pariri se jipprovdu gwida vokazzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u se jorjentawhom lejn offerti speċifiċi ta' xogħol.

– Valutazzjoni tal-ħiliet u rikollokament: Dan hu maħsub biex jgħin lill-ħaddiema biex jidentifikaw il-ħiliet tagħhom u l-opportunitajiet relatati mal-interessi tagħhom u biex jistabbilixxu pjan realistiku għall-karriera tagħhom. Il-miżura, li tinvolvi għoti ta' pariri intensivi u personalizzati, hija strutturata bħala rotta li tikkonsisti f'sitt stadji li fihom il-ħaddiem u l-persuna li tagħti l-pariri jaħdmu flimkien fuq xi kwistjoni partikolari (eż. opportunitajiet, interessi, analiżi tal-motivazzjonijiet u tal-istennijiet, eċċ.). Wara li jsiru dawn il-valutazzjonijiet, titfassal karta sommarju li telenka fil-qosor il-ħiliet tal-ħaddiem, il-proġetti individwali tiegħu/tagħha u pjan ta' azzjoni.

– Taħriġ ġenerali u taħriġ mill-ġdid: Din il-miżura għandha l-għan li tħarreġ lill-ħaddiema f'erba' kompetenzi ddefiniti bħala l-kompetenzi ewlenin fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja[9]: 1) Il-komunikazzjoni bl-ilsien nattiv; 2) Il-komunikazzjoni b’ilsna barranin; 3) Il-kompetenza fil-matematika u kompetenzi bażiċi fix-xjenza u t-teknoloġija; u 4) Il-kompetenza diġitali. Dawn il-korsijiet jinkludu attendenza fil-klassi u tagħlim mill-bogħod sabiex jevitaw is-sindromu ta' "ritorn għall-bank tal-iskola". Il-parteċipazzjoni f'minn tal-inqas wieħed mill-korsijiet li huma parti minn din il-miżura hija mandatarja għall-parteċipanti kollha fil-programm tal-miżuri tal-FEG għal suq tax-xogħol attiv.

– Taħriġ/tagħlim (Coaching): Dan għandu l-għan li jħarreġ lill-ħaddiema fl-erba' kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja li mhumiex inklużi fit-taħriġ ġenerali u fil-miżura ta' taħriġ mill-ġdid: 1) Il-kapaċità għat-tagħlim; 2) Il-kompetenzi soċjali u ċiviċi; 3) Is-sens ta' inizjattiva u intraprenditorija; u 4) L-għarfien u l-espressjoni kulturali. Dan it-taħriġ huwa strutturat f'żewġ sessjonijiet individwali u f'erba' sessjonijiet fi gruppi (taħriġ/tagħlim f'tim) u jikkonsisti f'kombinazzjoni ta' kompetenzi ewlenin: "il-kapaċità għat-tagħlim" flimkien ma' kompetenza oħra mit-tlieta li jifdal.

– Taħriġ vokazzjonali individwali: Dan ikopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' taħriġ mill-ġdid ta' ħaddiema li ngħataw is-sensji u li jixtiequ jaħdmu f'settur differenti jew ikollhom irwol differenti. It-tul tat-taħriġ propost ivarja minn 40 għal 200 siegħa.

– Mentoraġġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg: Se jkun hemm mentors li jiggwidaw lill-ħaddiema biex jintegraw mill-ġdid fl-impjieg u dan biex jiġu evitati problemi li jistgħu jinqalgħu f'impjiegi ġodda u biex il-ħaddiema jsaħħu l-impjiegi tagħhom.

– Kumpens għall-parteċipazzjoni: Il-ħaddiema se jirċievu somma ta' mhux aktar minn EUR 400 fix-xahar biex ikopru l-ispejjeż li jkunu għamlu huma u jipparteċipaw fil-miżuri. L-ammont se jiġi kkalkulat jew fuq bażi ta' kuljum (EUR 20 kuljum) jew jitħallas bħala somma f'daqqa.

– Kumpens għas-sussistenza: Il-ħaddiema se jirċievu kumpens għas-sussistenza għal kull ġurnata li jipparteċipaw fil-miżuri tal-FEG li tkun ekwivalenti għal ġurnata tal-kumpens għas-sussistenza Taljana 'indemnità di mobilità. .

18. In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll kif ukoll tagħrif u pubbliċità.

19. Is-servizzi personalizzati ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli ddefiniti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Taljani jikkalkulaw li l-kosti totali ta’ dawn is-servizzi huma ta’ EUR 5 744 000 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG hija ta' EUR 285 000 (4,7 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 3 918 850 (65 % tal-kosti totali).

Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema identifikati || Kost stmat għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Kosti totali (l-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR)

Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Sessjoni ta' merħba, teħid ta' informazzjoni u reġistrazzjoni: (Sensibilizzazione orientativa) || 528 || 95 || 50 200

Għoti ta' pariri fuq bażi individwali u gwida (Counselling) || 528 || 909 || 480 000

Valutazzjoni tal-ħiliet u rikollokament (Bilancio delle competenze) || 230 || 1 500 || 345 000

Taħriġ ġenerali u taħriġ mill-ġdid (Formazione di base) || 528 || 4 924 || 2 600 000

Taħriġ/Tagħlim (Coaching) || 110 || 1 000 || 110 000

Taħriġ vokazzjonali individwali (Formazione specialistica) || 120 || 3 067 || 368 000

Mentoraġġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg (Accompagnamento all'inserimento) || 420 || 238 || 100 000

Kumpens għall-parteċipazzjoni (Indemnità di partecipazione) || 528 || 380 || 200 800

Kumpens għas-sussistenza (Indemnità di mobilità) || 528 || 2 822 || 1 490 000

Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 5 744 000

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Ġestjoni || || 104 000

Informazzjoni u reklamar || || 77 000

Attivitajiet ta’ kontroll || || 104 000

Subtotal tan-nefqa totali għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 285 000

Total tal-kosti stmati || || 6 029 000

Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-kosti totali) || || 3 918 850

* It-totali ma jaqblux minħabba li ċ-ċifri tqarrbu lejn l-eqreb numru

20. L-Italja tikkonferma li l-miżuri deskritti hawn fuq jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-iffinanzjar doppju mhux se jitħalla jsir.

Data(i) li fiha/fihom bdew jew kienu ppjanati li jibdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati

21. Fl-1 ta’ Mejju 2011, l-Italja bdiet is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati li huma inklużi fil-pakkett ikkoordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament. Din id-data għalhekk tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibilità għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-FEG.

Proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

22. Il-miżuri ġew diskussi fil-bord tal-'Agenzia di Lavoro della Provincia Autonoma di Trento' (L-Aġenzija għall-Impjiegi tal-provinċja awtonoma ta' Trento) li tinkludi l-imsieħba soċjali peress li terz tal-membri tal-bord huma nominati minn trejdjunjins u terz ieħor mill-impjegaturi. Fil-provinċja awtonoma ta' Bolzano-Bozen, il-miżuri ġew diskussi fil-'Commissione Provinciale per il Fondo Sociale Europeo' (Il-Kumitat Provinċjali għall-FSE). Dan il-kumitat jinkludi wkoll l-imsieħba soċjali.

23. L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f'dik tal-UE dwar is-sensji kollettivi.

Tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi

24. Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Taljani fl-applikazzjoni tagħhom:

· ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

· urew bil-provi li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għall-ħaddiema individwali u ma għandhomx jintużaw għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;

· ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji tal-UE oħrajn.

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

25. L-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw l-FSE. L-Agenzia di Lavoro della Provincia Autonoma di Trento (l-Aġenzija għall-Impjiegi tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento) u l-Provincia Autonoma di Bolzano/Bozen - Ufficio Politique del Lavoro a Finanziamento Europeo (il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano-Bozen) se jkunu l-entitajiet intermedjarji għall-awtorità li tiġġestixxi.

Il-finanzjament

26. Abbażi tal-applikazzjoni mill-Italja, il-kontribuzzjoni proposta mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) hija ta' EUR 3 918 850, li tirrappreżenta 65 % tal-kost totali. L-allokazzjoni proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq it-tagħrif li ngħatat mill-Italja.

27. B'kunsiderazzjoni tal-ammont massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-ambitu tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

28. L-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

29. Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssimplifikata ta' trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex f'livell politiku xieraq, tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ partijiet tal-awtorità baġitarja, se tissejjeħ laqgħa formali ta' trijalogu.

30. B’mod separat il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex iddaħħal fil-baġit għall-2011 approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas speċifiċi, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Sors tal-approprjazzjonijiet għall-ħlas

31. Il-baġit ta' emenda 3/2011 żied il-linja baġitarja 04.0501 tal-FEG b'EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Approprjazzjonijiet minn din il-linja baġitarja se tintuża biex tkopri l-ammont ta' EUR 3 918 850 meħtieġ għall-applikazzjoni preżenti.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet mill-Italja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[10], u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[12],

Billi:

(1)       Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)       L-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi l-appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)       Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)       L-Italja bagħtet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji f'323 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 ("Kostruzzjoni ta' binjiet") fir-reġjun NUTS II ta' Trentino-Alto Adige/Südtirol (ITD1 u ITD2), fis-7 ta' Frar 2011 u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sas-6 ta' Lulju 2011. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 3 918 850.

(5)       Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Italja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 3 918 850 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi [Brussell/Strasburgu],

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2]               ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[4]               Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 tal-1 ta' Frar 2007 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1-37) jagħti lit-Trentino/Alto Adige kodiċi doppju tar-reġjun NUTS II u jipprovdi r-raġuni li ġejja biex jispjega dan: "il-Provinċja Awtonoma Bolzano/Bozen u l-Provinċja Awtonoma Trento jiffurmaw ir-reġjun Trentino-Alto Adige/Südtirol".

[5]               Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

[6]               COM(2008) 800. Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku

[7]               SEC(2010) 021 Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni FEG/2009/017 LT/Kostruzzjoni ta' binjiet li waslet mil-Litwanja għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

[8]               Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[9]               ĠU L 394/10, 30.12.2006.

[10]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[11]             ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[12]             ĠU C […], […], p. […].

Top