Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0335

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità

    /* KUMM/2011/0335 finali - COD 2011/0146 */

    52011PC0335

    /* KUMM/2011/0335 finali - COD 2011/0146 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA

    - Miri u għanijiet tal-proposta

    Il-mira ta' din il-proposta hija li timplimenta stħarriġ tal-unitajiet domestiċi/individwi fl-Unjoni Ewropea, li jkopri s-sikurezza mill-kriminalità. Dan għandu jagħti informazzjoni dwar il-prevalenza ta' tipi speċifiċi ta' kriminalità (ir-rati tal-vittimizzazzjoni) u dwar aspetti oħra marbuta mas-sigurtà li jħossu ċ-ċittadini. L-istħarriġ jipprovdi addizzjoni utli għaċ-ċifri dwar il-kriminalità minn sorsi amministrattivi (bħar-rapporti tal-pulizija), li huwa magħruf kemm huma diffiċli biex jitqabblu bejn l-Istati Membri.

    - Il-kuntest ġenerali

    Il-Kunsill Ewropew enfasizza n-nuqqas ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-UE dwar il-kriminalità fil-Programm ta' Hague fl-2005. B'risposta għal dan, il-Kummissjoni fasslet Pjan ta' Azzjoni 2006-2010 biex ittejjeb il-metodi biex tkejjel il-kriminalità, li kien jinkludi l-iżvilupp ta' stħarriġ tal-UE fost l-unitajiet domestiċi dwar il-vittimizzazzjoni mill-kriminalità. Il-Programm ta' Stokkolma (2009) enfasizza l-ħtieġa li dan ix-xogħol jiġi segwit b'implimentazzjoni prattika. Għalhekk, huwa propost li fl-2013, isir stħarriġ fil-livell tal-UE bbażat fuq il-metodoloġija li ftiehmu dwarha l-partijiet interessati.

    - Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kwistjoni koperta mill-proposta

    Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti dwar il-kwistjoni koperta mill-proposta.

    - Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-UE

    Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika s-sitwazzjoni kurrenti fejn ġew żviluppati għadd ta' stħarriġiet nazzjonali, kull wieħed minnhom bil-għan li jkejjel il-kriminalità u s-sikurezza fil-livell nazzjonali. Hemm probabbiltà kbira li se jiġu żviluppati stħarriġiet oħra bħal dawn mill-Istati Membri sakemm ma jingħatawx l-opportunità li jadottaw mudell komuni. Il-mudell, żviluppat b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' dejta komparabbli u jneħħi r-riskju potenzjali li jinħlew ir-riżorsi minn Stati Membri li jwettqu l-istess xogħol ta' żvilupp. Joffri l-vantaġġ li l-istatistika Ewropea tiġi ssimplifikata, kif deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-metodu tal-produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għall-għaxar snin li ġejjin. Il-mudell iħaddan il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea marbuta mal-impenn għall-kwalità, metodoloġija tajba, effettività tal-ispejjeż, relevanza, preċiżjoni u affidabbiltà, koerenza u komparabbiltà.

    Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012[1] jipprovdi għall-iżvilupp tal-istatistika Ewropea dwar il-kriminalità u l-vittimizzazzjoni. Il-programm ta' ħidma annwali fl-istatistika għall-2011 jirreferi speċifikament għall-implimentazzjoni ta' stħarriġ tal-unitajiet domestiċi/individwi dwar il-vittimizzazzjoni tal-kriminalità.

    Sa issa, ma kienx hemm dejta minn stħarriġiet dwar il-kriminalità u s-sikurezza tal-individwi u l-unitajiet domestiċi għall-UE kollha kemm hi. Id-dejta amministrattiva dwar il-kriminalità (abbażi tar-rapporti tal-pulizija eċċ.) ilhom jinġabru fuq bażi informali u jiġu ppubblikati mill-2006. Huwa ġeneralment rikonoxxut li din id-dejta għandha komparabbiltà ristretta minħabba s-sistemi legali differenti u l-metodi tal-ġbir differenti fl-Istati Membri, u li l-potenzjal biex dawn id-diffikultajiet jingħelbu huwa limitat. Permezz ta' stħarriġ se jkun possibbli li tinġabar informazzjoni komparabbli abbażi ta' kwestjonarju u metodoloġija komuni.

    Il-valur primarju tal-informazzjoni li għandha tinġabar permezz ta' dan l-istrument ta' statistika jinsab fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern. Huwa tweġiba diretta għall-bżonnijiet politiċi li tlissnu fil-Programm ta' Hague u Stokkolma.

    Qed isir dejjem iktar rikonoxxut li l-ħelsien mill-kriminalità u minn perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà huwa aspett importanti tal-benessri taċ-ċittadini. Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni Ekonomika u l-Progress Soċjali (ir-'Rapport Stiglitz', 2009) argumenta li għandhom jiġu żviluppati indikaturi soċjali ġodda tal-benessri biex jibbilanċjaw il-kejl iktar tradizzjonali tal-progress ekonomiku, bħall-PGD. Huwa u jipproponi l-indikaturi tal-'kwalità tal-ħajja', ir-rapport indirizza kwistjonijiet bħall-perċezzjoni ta' sigurtà personali u esperjenzi ta' vittimizzazzjoni tal-kriminalità, u ddiskuta speċifikament ir-rwol tal-istħarriġiet eżistenti tal-unitajiet domestiċi fil-kejl ta' dawn il-fenomeni. Jekk ikun hemm stħarriġ tal-UE, din id-dimensjoni tkun tista' tiġi esplorata għall-Ewropa kollha kemm hi, b'mod koerenti u komparabbli.

    IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMI TAL-IMPATT

    - L-iskambji/diskussjonijiet interni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni

    Is-servizzi ewlenin ikkonċernati matul il-proċess ta' żvilupp kienu d-DĠ Ġustizzja, Ħelsien u Sigurtà (JLS) u l-Eurostat. Dan l-aħħar, id-DĠ HOME ħa fuqu r-rwol tad-DĠ JLS. Il-komunikazzjoni kienet frekwenti u regolari matul il-proċess ta' żvilupp, u kienet tinkludi diskussjonijiet bilaterali u wkoll attendenza reċiproka fil-laqgħat kollha mal-partijiet interessati elenkati hawn taħt.

    - Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati

    Twaqqaf Grupp ta' Esperti fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni 2006-2010 tal-Kummissjoni għall-kejl tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali. Dan kien fih esperti nazzjonali mill-Istati Membri kollha fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern, kif ukoll esperti internazzjonali mil-qasam akkademiku, organizzazzjonijiet internazzjonali, eċċ. F'kull laqgħa annwali tal-Grupp ta' Esperti, ġew diskussi r-rekwiżiti tal-istħarriġ u l-indikaturi li għandhom jiġu prodotti. L-informazzjoni tqassmet permezz ta' websajt CIRCA apposta. Ġew esplorati kwistjonijiet dettaljati permezz ta' konsultazzjonijiet tal-grupp bil-miktub.

    Abbażi ta' kwestjonarju ċċirkolat lill-membri tal-Grupp ta' Esperti, ġiet ikkompilata lista ta' indikaturi ewlenin, li tinkludi l-frekwenza tar-referenzi u l-importanza relattiva tagħhom. Dawn l-indikaturi inkludew għadd ta' kwistjonijiet 'tradizzjonali' (serq -minn ġod-djar eċċ, u personali-, vjolenza fiżika, eċċ) kif ukoll żviluppi iktar riċenti, bħall-kriminalità permezz tal-kompjuter u tipi varji ta' frodi. Kwistjonijiet oħra involvew il-perċezzjonijiet pubbliċi tal-kwistjonijiet ta' sigurtà u s-sensazzjoni ta' sikurezza. Dawn l-indikaturi kienu parti ċentrali mill-proċess ta' żvilupp u ġew aġġornati kif meħtieġ permezz ta' proċess regolari ta' konsultazzjoni.

    - Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Inkiseb għarfien espert minn għadd ta' esperti internazzjonali skont proċeduri għal sejħa għall-offerti. Dawn inkludew l-aġenzija tal-NU HEUNI, li fasslet il-kwestjonarju inizjali, u l-fundaturi tal-International Crime Victims Survey (ICVS), li kien l-uniku attentat li sar qabel biex jiġi stabbilit stħarriġ internazzjonali tal-kriminalità. Inżammet kollaborazzjoni mill-qrib ukoll mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drogi u l-Kriminalità (UNODOC) u l-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), li kienu mexxew proċess simili fuq livell internazzjonali.

    Il-kunċett metodoloġiku tmexxa mill-grupp ta' ħidma tal-Eurostat dwar l-istatistika tal-kriminalità u l-iżvilupp dettaljat ġie fdat f'idejn task force ta' Stati Membri. Dan għamel disponibbli l-esperjenza li diġà akkwistaw dawk il-pajjiżi (madwar għaxra) li diġà wettqu stħarriġiet nazzjonali.

    Barra minn laqgħat regolari, l-informazzjoni ġiet iċċirkolata permezz ta' websajt CIRCA apposta. Id-Diretturi Ewropej tal-Kumitat dwar l-Istatistika Soċjali u s-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġew informati regolarment bl-istat tal-progress.

    Il-metodoloġija adottata kienet ibbażata ħafna fuq dik stabbilita fil-manwal tan-Nazzjonijiet Uniti, li kkontribwew għalih il-Eurostat u għadd ta' Stati Membri tal-UE wkoll. Il-mudell propost għall-istħarriġ ġie sperimentat fl-2008-2009 f'16-il Stat Membru, b'appoġġ mill-għotjiet ta' azzjoni tal-Kummissjoni.

    Ir-riżultati tal-eżerċizzji pilota ġew evalwati mill-esperti internazzjonali u ngħataw lill-grupp ta' ħidma u lit-task force. Il-mudell propost ġie aġġustat fid-dawl ta' dawn l-esperjenzi f'serje ta' laqgħat u konsultazzjonijiet matul l-2010.

    - Analiżi tal-effetti u l-implikazzjonijiet

    L-istħarriġ propost dwar il-kriminalità u s-sikurezza għall-ewwel darba se jagħmel disponibbli informazzjoni minn kull Stat Membru dwar tema li hija ta' importanza ċentrali għall-kwistjonijiet politiċi tal-UE. L-użu ta' metodoloġiji u formati tar-rapporti komuni se jipprovdu dejta li se tkun koerenti, komparabbli u, għalhekk, relevanti għall-utenti fil-livell Ewropew u wkoll dak nazzjonali. L-Istati Membri se jkollhom rwol ewlieni f'dan l-eżerċizzju permezz tal-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandhom proċeduri li ilhom stabbiliti għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-istħarriġiet.

    L-ASPETTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    - Taqsira tal-azzjoni proposta

    L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea dwar is-sikurezza mill-kriminalità, permezz tal-ġbir, il-kumpilazzjoni, l-ipproċessar u t-trażmissjoni mill-Istati Membri ta’ dejta Ewropea armonizzata dwar il-kriminalità u s-sikurezza abbażi ta' stħarriġ tal-unitajiet domestiċi/individwali.

    - Bażi legali

    L-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula l-bażi legali għall-istatistika Ewropea. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, huma u jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jadottaw il-miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika, fejn ikun meħtieġ, għat-twettiq tal-attivitajiet tal-Unjoni. Dan jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea, u jistqarr li għandha tkun konformi mal-livelli ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività fl-infiq u kunfidenzjalità statistika. Dan ma għandux ifisser piż eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi.

    - Prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea.

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri għar-raġuni li ġejja.

    Wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin tal-kwalità tal-istatistika hija l-koerenza u l-komparabbiltà. L-Istati Membri ma jistgħux jiksbuhom sa livell suffiċenti mingħajr qafas Ewropew ċar, jiġifieri leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi kunċetti komuni tal-istatistika, formati komuni għar-rapporti u rekwiżiti komuni tal-kwalità. Għal dan il-għan, qed jiġi propost mudell għal stħarriġ dwar il-kriminalità u s-sikurezza. Dan se jinkludi lista ta' varjabbli li għandhom jiġu inklużi, u mudell ta' kwestjonarju.

    Azzjoni mill-Istati Membri waħedhom taffettwa ħażin l-interessi tal-Istati Membri għar-raġuni li ġejja.

    Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li għad ma għandhomx stħarriġiet nazzjonali dwar il-kriminalità u s-sikurezza jixtiequ jiżviluppaw dawn l-istrumenti għal skopijiet politiċi. Li kieku kellhom kollha jiżviluppaw l-istħarriġiet tagħhom, dan jirriżulta f'metodoloġiji differenti u kwestjonarji differenti. Dan ikun ifisser li r-riżultati ma jkunux jistgħu jitqabblu fil-livell tal-UE. L-Istati Membri stess huma ħerqana li jkunu f'pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jagħmlu tqabbil bejniethom u ma' pajjiżi oħra tal-UE. In-nuqqas ta' qafas Ewropew komuni bl-użu ta' kunċetti u formati tar-rapporti komuni jista' jipperikola jew jelimina kompletament il-possibbiltà li tiġi skambjata statistika komparabbli.

    L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea se tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

    L-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni Ewropea abbażi ta' att legali Ewropew billi l-Kummissjoni biss tista' tikkoordina l-armonizzazzjoni tal-istatistika fil-livell tal-UE. Madankollu, il-ġbir tad-dejta u l-kompilazzjoni ta' statistika komparabbli dwar is-sikurezza mill-kriminalità tista' tiġi organizzata mill-Istati Membri bl-użu tal-aħjar sorsi u metodi biex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa. L-UE tista' għalhekk tieħu azzjoni għal dan il-għan skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

    L-għan tal-proposta huwa li jiġu armonizzati l-kunċetti, is-suġġetti koperti u l-karatteristiċi tal-informazzjoni rikjesta, il-kopertura, il-kriterji tal-kwalità u l-iskadenzi għall-għoti tar-rapporti u r-riżulati, biex tinkiseb statistika Ewropea relevanti, f'waqtha, komparabbli u koerenti.

    L-Istati Membri se jiġbru d-dejta bl-oqfsa nazzjonali tagħhom għat-teħid tal-kampjuni, u se jagħżlu wkoll il-mod kif isiru l-intervisti (intervisti wiċċ imb'wiċċ, bit-telefown, bil-posta, bl-internet, eċċ.) konformi mal-prassi nazzjonali stabbilita.

    Il-proposta għaldaqstant tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

    - Prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta taqbel mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

    Ir-Regolament huwa limitat għall-minimu rikjest biex jikseb l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għal dak l-iskop.

    Jipproponi l-introduzzjoni ta' stħarriġ ġdid fejn ikun hemm bżonn, iżda jippermetti lill-Istati Membri li jissodisfaw ir-rekwiżiti billi jimmodifikaw stħarriġiet nazzjonali eżistenti.

    - Għażla tal-istrumenti

    L-istrument propost: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Mezzi oħra mhumiex xierqa għar-raġunijiet li ġejjin.

    L-għażla tal-istrument tiddependi fuq l-għan leġiżlattiv. Fid-dawl tal-bżonnijiet għall-informazzjoni fil-livell Ewropew, ix-xejra tal-istatistika Ewropea hija li jintużaw regolamenti minflok direttivi bħala l-atti bażiċi. Regolament huwa preferibbli billi jistipula l-istess liġi fl-Unjoni Ewropea kollha, u b'hekk ikun żgurat li l-Istati Membri japplikawha b'mod sħiħ u koerenti. Huwa applikabbli direttament, u dan ifisser li ma hemmx bżonn li jiġi traspost fil-liġi nazzjonali. Bil-maqlub ta' dan, id-direttivi, li għandhom għan li jarmonizzaw il-liġijiet nazzjonali, jorbtu l-Istati Membri fir-rigward tal-objettivi, iżda jħalluha f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jagħżlu l-mod kif jiksbu dawn l-objettivi. Jeħtieġu wkoll li jkunu trasposti fil-liġi nazzjonali. L-użu ta’ regolament huwa konformi ma' atti legali Ewropej oħra dwar l-istatistika li ġew addottati mill-1997 'l hawn.

    IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

    Il-proposta timplika nefqa ta' EUR 12-il miljun fl-2012 mill-baġit tal-UE.

    Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw stħarriġiet ġodda (jew f'xi każi, li jadattaw stħarriġiet eżistenti). L-iżvilupp metodoloġiku involut jiswa ħafna flus, u barra minn hekk, l-istħarriġiet soċjali dejjem ikunu għalja minħabba l-ħtieġa li jitħallsu s-salarji ta' dawk li jwettqu l-intervisti, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, eċċ. Il-prijorità politika mogħtija liż-żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja fil-Programm ta' Stokkolma tippermetti li sa 90 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-Istati Membri jiġu koperti mill-baġit tal-UE.

    TAGĦRIF ADDIZZJONALI

    - Tħassir tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-adozzjoni tal-proposta mhijiex sejra twassal għar-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti.

    - Żona Ekonomika Ewropea

    L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

    2011/0146 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[2],

    Huma u jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    1. Il-Kunsill Ewropew jikkonferma fil-Programm ta' Hague[3] il-prijorità li jagħti lill-iżvilupp ta' żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, b'reazzjoni għat-tħassib ċentrali tal-popli tal-Istati li ngħaqdu flimkien fl-Unjoni, u f'dak il-Programm jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-istrumenti Ewropej għall-ġbir, l-analiżi u t-tqabbil tal-informzzjoni dwar il-kriminalità u l-kwistjonijiet ta' sikurezza fl-Istati Membri. Huwa ta l-kompitu lill-Kummissjoni (Eurostat) biex tiddefinixxi u tiġbor id-dejta mill-Istati Membri.

    2. L-iżvilupp ta' strument tal-istatistika biex ikejjel it-tħassib dwar is-sikurezza huwa wieħed mill-għanijiet primarji tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni 2006-2010 dwar l-iżvilupp ta' strateġija komprensiva u koerenti tal-Unjoni biex jitkejlu l-kriminalità u l-ġustizza kriminali, propost mill-Kummissjoni biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Programm ta' Hague.

    3. Il-Programm ta' Stokkolma[4] jenfasizza l-impenn tal-Kunsill Ewropew għal Ewropa miftuħa u sikura li taqdi u tipproteġi ċ-ċittadini tagħha, u tistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa għodda tal-istatistika biex ikejlu l-kriminalità u l-attivitajiet kriminali u biex jiġu żviluppati iktar l-azzjonijiet deskritti u parzjalment implimentati fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni 2006-2010, fid-dawl tal-bżonn ikbar ta' din l-istatistika f'għadd ta' oqsma li jirrigwardaw il-ħelsien, is-sigurtà u l-ġustizzja. Barra minn hekk, skont is-Sitt Programm ta' Qafas adottat mid-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tikkonċerna s-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta' riċerka, l-iżvilupp tekonoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (mill-2002 sa l-2006)[5] u s-Seba' Programm ta' Qafas adottat mid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[6], il-Kummissjoni ffinanzjat għadd ta' proġetti tar-riċerka dwar il-perċezzjonijiet tas-sikurezza u l-fiduċja fis-sistemi tal-pulizija u tal-ġustizzja, li għandhom jitqiesu.

    4. L-isforz involut għall-Istati Membri biex jiżviluppaw l-għodod neċessarji tal-istatistika għall-kejl tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali, u n-nefqa li jirrikjedi dan il-proċess, huma tali li jixraq kontribut finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni ta' massimu ta' 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

    5. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea[7] jipprovdi qafas ta' referenza għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea, li jinkludi proċedura għall-għoti ta' għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Artikolu 5. B’mod partikolari, dan jirrikjedi konformità mal-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità tal-istatistika u nfiq effettiv.

    6. Dan ir-Regolament jiggarantixxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-ħarsien tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea[8].

    7. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[9] u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[10] għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

    8. Fil-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom iqisu l-prinċipji stipulati fil-Kodiċi tal-Prassi Ewropea tal-Istatistika adottat mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni tagħha fil-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbilità tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u Komunitarji.

    9. Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi qafas legali komuni għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-sigurtà mill-kriminalità bil-ġbir tal-informazzjoni abbażi ta' kampjun ta' persuni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisebu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dan l-għan.

    10. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat tal-implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-arranġamenti prattiċi għall-iskambju tal-mikrodejta, għall-modalitajiet u għall-istruttura dettaljata tar-rapporti tal-kwalità kif ukoll għall-iskema tal-kodifikazzjoni tad-dejta. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[11].

    11. Is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta u l-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika ġew ikkonsultati.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Suġġetti

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tqassim ta' statistika Ewropea komparabbli dwar is-sikurezza mill-kriminalità bbażata fuq stħarriġ tal-unitajiet domestiċi jew tal-individwi.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 'unità domestika' tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta' nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu għall-provvedimenti essenzjali għall-għixien; din id-definizzjoni ma tkoprix l-unitajiet domestiċi kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura jew residenzjali, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, pensjonijiet jew hostels;

    (b) "residenza abitwali" tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta' kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanzi, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġi reliġjużi; jew, jekk tali dejta ma tkunx disponibbli, il-post tar-residenza legali jew reġistrata,

    Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti abitwali taż-żona ġeografika kkonċernata:

    (i) dawk li għexu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta' referenza; jew

    (ii) dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom fit-12-il-xahar qabel id-data ta' referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm mill-inqas għal sena.

    Fejn iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (i) jew (ii) ma jistgħux jiġu stabbiliti, "ir-residenza abitwali" għandha tfisser il-post ta' residenza legali jew reġistrata;

    (c) 'sikurezza' tfisser il-perċezzjoni taċ-ċittadini ta' sigurtà mit-theddid għal persunithom, għall-unità domestika jew għal ħwejjiġhom li jirriżulta minn kawżi kriminali;

    (d) 'tweġibha bi prokura' tfisser informazzjoni dwar persuna mogħtija minn membru ieħor tal-unità domestika ta' dik il-persuna;

    (d) 'mikrodejta' tfisser rekords individwali ta' statistika;

    (f) 'metadejta dwar il-kwalità' tfisser kull informazzjoni mogħtija mill-fornituri tad-dejta li tkun meqjusa utli għall-interpretazzjoni ta' dik id-dejta.

    Artikolu 3

    Ambitu

    12. Kull Stat Membru għandu jittrażmetti lill-Kummissjoni (l-Eurostat) id-dejta stipulati fl-Anness I.

    13. Il-mistoqsijiet dwar il-vjolenza sesswali għandhom jiġu mistoqsija separatament fuq bażi volontarja.

    14. Bħala eċċezzjoni, Franza u l-Irlanda ma għandhomx ikunu rikjesti jiġbru dejta dwar il-vjolenza bejn il-membri tal-istess familja.

    Artikolu 4

    Karatteristiċi tad-dejta u referenza ta' żmien

    1. Id-dejta għandha tinġabar abbażi ta' kampjun ta' unitajiet domestiċi jew persuni kif stipulat fl-Artikolu 5.

    2. Id-dejta għandha tinġabar fl-2013.

    3. Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkopri t-12-il xahar qabel il-ġbir tad-dejta.

    Artikolu 5

    It-teħid tal-kampjuni u d-daqs tal-kampjun

    1. Id-dejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni tal-probabbiltà rappreżentattivi tan-nazzjonalità.

    2. Id-daqs tal-kampjun, ikkalkulat fuq is-suppożizzjoni ta' teħid ta' kampjuni sempliċi bl-addoċċ għandu jkun minimu ta':

    (a) 8 000 persuna fi Stati Membri b'popolazzjoni ta' persuni ta' 16-il sena jew iktar li tkun ikbar minn 10 miljuni;

    (b) 7 000 persuna fi Stati Membri b'popolazzjoni ta' persuni ta' 16-il sena jew iktar li tkun ikbar minn 5 miljuni u inqas minn 10 miljuni;

    (c) 6 000 persuna fi Stati Membri b'popolazzjoni ta' persuni ta' 16-il sena jew iktar li tkun ikbar minn 1,5 miljuni u inqas minn 5 miljuni;

    (d) 5 000 persuna fi Stati Membri b'popolazzjoni ta' persuni ta' 16-il sena jew iktar li tkun ikbar minn 0,5 miljuni u inqas minn 1,5 miljuni;

    (e) 3 000 persuna fi Stati Membri b'popolazzjoni ta' persuni ta' 16-il sena jew iktar li tkun inqas minn 0,5 miljuni,

    Artikolu 6

    L-unità tal-ġbir

    1. Il-popolazzjoni ta' referenza għandha tkun il-persuni kollha li jgħixu f'unitajiet domestiċi u li r-residenza abitwali tagħhom tkun fit-territorju tal-Istat Membru fil-waqt tal-ġbir tad-dejta.

    2. Partijiet żgħar mit-territorju nazzjonali li fih mhux iktar minn 2 % tal-popolazzjoni nazzjonali jkollha r-residenza normali tagħha, kif ukoll it-territorji nazzjonali elenkati fl-Anness II, jistgħu jiġu esklużi mill-istħarriġ.

    3. Id-dejta għandha tkun ta' persuni ta' 16-il sena jew iktar.

    4. Mhumiex permessi tweġibiet bi prokura.

    Artikolu 7

    Trażmissjoni u ġestjoni tad-dejta

    1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodejta kunfidenzjali lill-Kummissjoni (Eurostat) skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trażmissjoni tad-dejta soġġetta għall-kunfidenzjalità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta trażmessa ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet domestiċi jew tal-persuni.

    2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-mikrodejta sal-31 ta' Lulju 2014. Il-mikrodejta għandha tkun akkumpanjata minn ġabra ta' tabelli definiti li jikkonsistu f'indikaturi dwar ir-rati tal-prevalenza fl-aħħar 12-il xahar, skont it-tip ta' kriminalità u s-sensazzjoni ta' sikurezza.

    Artikolu 8

    Għoti ta' dejta u metadejta

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-mikrodejta u l-metadejta assoċjata dwar il-kwalità skont standard ta' skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-mikrodejta u l-metadejta dwar il-kwalità għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz ta' mezzi elettroniċi, bl-użu tal-punt tad-dħul wieħed.

    2. Il-Kummissjoni għandha tistipula, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, arranġamenti prattiċi għall-iskambju tal-metadejta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

    Artikolu 9

    It-tqassim tad-dejta u l-aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

    1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tqassam l-istatistika dwar is-sikurezza mill-kriminalità qabel il-31 ta' Diċembru 2014.

    2. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tagħti aċċess għad-dejta kunfidenzjali trażmessa skont dan ir-Regolament, fil-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 831/2002.

    Artikolu 10

    Il-Valutazzjoni tal-kwalità

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tal-mikrodejta trażmessa.

    2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità kif imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-dejta li trid tiġi trażmessa.

    3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-kwalità tal-mikrodejta. Ir-rapport għandu jintbagħat mhux iktar tard minn xahar wara t-trażmissjoni tad-data.

    4. Fl-applikazzjoni tal-kriterji tal-kwalità msemmija fil-paragrafuº2 tad-dejta koperta minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-modalitajiet u l-istruttura dettaljata tal-fajls ta' metadejta dwar il-kwalità kif ukoll l-iskema tal-kodifikazzjoni tad-dejta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

    5. Abbażi tar-rapporti msemmija fit-paragrafu 3, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità tad-dejta trażmessa b'attenzjoni partikolari sabiex jiġi żġurat li d-dejta bejn l-Istati Membri tkun kumparabbli.

    Artikolu 11

    Finanzjament

    1. Biex timplimenta l-istħarriġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel kontribut finanzjarju lill-Istati Membri fl-għamla ta' għotja biex tgħinhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tad-dejta, inkluż l-ispejjeż għas-salarji tal-persunal fl-amministrazzjonijiet nazzjonali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim tal-għotja. L-għotja għandha tingħata lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lill-awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

    2. L-ammont massimu tal-kofinanzjament tal-Unjoni ma jistax jisboq id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-proġett.

    3. Il-kontribut finanzjarju għandu jiddependi fuq id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni.

    4. L-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament ma għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni. Il-benefiċjarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar kwalunkwe finanzjament ieħor li jkunu rċevew u dwar applikazzjonijiet għal finanzjament li għadhom għaddejjin.

    5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'kontrolli effettivi u l-irkupru tal-ammonti mħallsa bla dritt u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b'penali effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95[12] u (Euratom, KE) Nru 2185/96[13] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

    6. Għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur eknomiku, li għandu jew jista' jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni jew il-baġits amministrati minnha, permezz ta’ element ta’ nfiq mingħajr ġustifikazzjoni.

    7. Il-kuntratti u l-ftehimiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jipprovdu, b’mod partikolari, għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha) u għall-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, jekk ikunu meħtieġa, fuq il-post.

    Artikolu 12

    Proċedura tal-Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew għas-Sistema tal-Istatistika stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ u applikabilità

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jieqaf japplika fit-30 ta' Ġunju 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS I

    DEJTA LI GĦANDHA TINBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI (EUROSTAT)

    15. Esperjenza tal-kriminalità skont it-tip ta' kriminalità:

    16. Kriminalità marbuta mal-vetturi:

    (1) serq tal-karozzi,

    (2) serq mill-karozzi,

    (3) serq tal-muturi,

    (4) serq tar-roti;

    17. Kriminalità marbuta mad-djar: serq mid-dar ewlenija;

    18. Kriminalità personali:

    (1) serq,

    (2) serq ta' proprjetà personali;

    19. Kriminalità mhux konvenzjonali:

    (1) frodi tal-konsumatur,

    (2) abbuż tal-kards/servizzi tal-banek onlajn,

    (3) tixħim (għotjiet ta' flus bil-moħbi);

    20. Dettalji tad-delitti:

    21. Għal kull tip ta' delitt elenkat fil-punti 1.1-1.4 għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin:

    22. jekk l-avveniment/i sarx/sarux fl-aħħar ħames snin (mhux obbligatorja),

    23. jekk l-avveniment/i sarx/sarux fl-aħħar 12-il xahar,

    24. kemm-il darba seħħ fl-aħħar 12-il xahar,

    25. jekk l-aħħar avveniment ġiex irrappurtat lill-pulizija (jew awtorità oħra fil-każ ta' frodi tal-konsumatur, abbuż bankarju tal-kards/onlajn u tixħim),

    26. jekk ir-rispons tal-pulizija għall-aħħar avveniment irrappurtat kienx sodisfaċenti;

    27. Barra mid-dettalji msemmija fil-punt 2.1, għandha tinġabar ukoll l-informazzjoni li ġejja dwar l-aħħar avveniment għal kull delitt:

    (1) għad-delitti kollha marbuta mal-vetturi, delitti personali, kriminalità mhux konvenzjonali:

    - fejn seħħ l-aħħar avveniment;

    (2) għal serq tal-karozzi,

    - jekk il-karozza ġietx irritornata;

    (3) għal serq mid-dar ewlenija, serq:

    - għaliex il-pulizija ma ġewx infurmati,

    - għaliex ir-rispondent ma kienx sodisfatt bir-rispons tal-pulizija,

    - jekk ir-rispondent ikkuntattjax is-servizzi ta' appoġġ tal-vittmi,

    - jekk is-servizzi tal-appoġġ tal-vittmi kinux ikunu utli;

    (4) għal serq:

    - jekk insterqitx xi ħaġa,

    - jekk minn wettaq id-delitt użax arma,

    - liema tip ta' arma uża min wettaq id-delitt,

    - jekk ir-rispondent safax midrub,

    - jekk kienx hemm bżonn ta' trattament mediku,

    - x'kien l-impatt emozjonali tal-avveniment fuq ir-rispondent;

    (5) għal serq ta' proprjetà personali:

    - jekk ir-rispondent kienx qed iżomm/iġorr l-oġġetti misruqa;

    (6) għal frodi tal-konsumatur:

    - jekk il-frodi kinux jinvolvu x-xiri ta' prodotti jew servizzi,

    - jekk il-frodi kinux jinvolvu l-internet jew l-email;

    (7) għal abbuż bankarju tal-kards/onlajn:

    - jekk kienx abbuż bankarju tal-kards jew onlajn;

    (8) għat-tixħim:

    - min kien involut;

    - L-atitudnijiet tar-rispondenti għall-infurzar tal-liġi u l-prekawzjonijiet tas-sigurtà:

    - jekk ir-rispondent kienx espost għall-probemi tad-droga,

    - jekk ir-rispondenti għandux allarm kontra s-serq fid-dar,

    - jekk ir-rispondent għandux bieb jew katnazzi speċjali,

    - jekk ir-rispondent jevitax ċerti postijiet wara li jidlam,

    - jekk ir-rispondenti għandux arma tan-nar,

    - ir-raġuni għaliex għandu arma tan-nar,

    - l-opinjoni tar-rispondent dwar kif ġabu ruħhom il-pulizija,

    - l-opinjoni tar-rispondent dwar kif ġabu ruħhom il-qrati,

    - l-opinjoni tar-rispondent dwar sentenzi xierqa għal serq mid-djar;

    - Is-sentimenti tas-sikurezza u t-tħassib dwar il-kriminalità tar-rispondent:

    - sentimenti ta' sikurezza meta jkun waħdu barra bil-lejl,

    - biża' li jiġi attakkat fiżikament,

    - biża' mit-terroriżmu,

    - probabbiltà ta' serq mid-dar;

    - Sfond soċjodemografiku tar-rispondent:

    - is-sess,

    - l-età,

    - il-pajjiż tat-twelid,

    - il-pajjiż tat-twelid tal-omm,

    - il-pajjiż tat twelid tal-missier,

    - iċ-ċittadinanza,

    - l-istat ċivili,

    - l-istat ċivili de facto

    - relazzjonijiet fil-passat,

    - l-istatus tal-impjieg,

    - xogħol full-time jew part-time,

    - l-istatus professjonali,

    - ix-xogħol,

    - attività ekonomika taċ-ċentru lokali,

    - l-ogħla livell ta' edukazzjoni jew taħriġ mitmum b'suċċess,

    - il-livell tad-dħul finanzjarju tal-unità domestika;

    - Varjabbli tekniċi:

    - il-pajjiż tar-residenza,

    - ir-reġjun tar-residenza,

    - il-livell ta' urbanizzazzjoni taż-żona fejn tgħix l-unità domestika,

    - is-sena ta' referenza tal-istħarriġ,

    - ix-xahar tal-istħarriġ,

    - l-identifikazzjoni tar-rispondent,

    - il-fattur ta' differenzjazzjoni għall-unità domestika,

    - il-fattur ta' differenzjazzjoni għall-individwi,

    - il-metodu użat għall-ġbir tad-dejta,

    - il-metodu tal-kontroll għall-effett tat-teleskopju użat waqt l-intervista,

    - il-lingwa użata għall-intervista,

    - l-għadd ta' persuni li jgħixu fl-unità domestika, inkluż ir-rispondent;

    - Delitti vjolenti (għandhom jiġu mistoqsija f'modulu separat fi tmiem l-intervista):

    (1) vjolenza fiżika mhux mis-sieħeb/sieħba:

    - jekk kienx hemm xi ħadd, pereżempju xi ħadd l-iskola jew ix-xogħol, ħabib jew ġar jew stranġier, li qatt ta daqqa ta' ħarta jew waddab xi ħaġa jew imbotta lil xi ħadd jew ġebbed ix-xagħar,

    - jekk qatt xi ħadd mill-persuni msemmija fuq tax daqqa ta' ponn jew b'xi ħaġa oħra, jew ta bis-sieq, kaxkar jew ta xebgħa,

    - jekk qatt xi ħadd mill-persuni msemmija fuq fegax jew ħaraqx lil xi ħadd, hedded jew uża arma tan-nar, sikkina jew arma oħra;

    (2) vjolenza fiżika mhux mis-sieħeb/sieħba (mhux obbligatorja):

    - jekk qatt xi ħadd, pereżempju xi ħadd l-iskola jew ix-xogħol, ħabib jew ġar jew stranġier, sforza lilu nnifsu fuq xi ħadd ieħor f'kopulazzjoni sesswali mhux mixtieqa pereżempju bit-theddid, billi żamm lill-persuna jew billi poġġieha f'sitwazzjoni fejn ma setax jiġi rifjutat,

    - jekk qatt xi ħadd mill-persuni msemmija fuq ippruvax jisforza lilu nnifsu fuq xi ħadd ieħor f'att sesswali mhux mixtieq jew kopulazzjoni sesswali mhux mixtieqa jew għamel xi ħaġa oħra sesswalment li ma kinitx mixtieqa;

    (3) vjolenza fiżika mis-sieħeb/sieħba:

    - jekk qatt is-sieħeb/sieħba preżenti jew sieħeb/sieħba fil-passat, pereżempju ex-raġel, ex-boyfriend, ex-mara jew ex-girlfriend, tawx daqqa ta' ħarta jew waddbux xi ħaġa li tista' tweġġa' jew imbuttaw jew tefgħu jew ġebbdu x-xagħar,

    - jekk qatt xi ħadd mill-persuni msemmija fuq tax daqqa ta' ponn jew b'xi ħaġa oħra, jew ta bis-sieq, kaxkar jew ta xebgħa,

    - jekk qatt xi ħadd mill-persuni msemmija fuq fegax jew ħaraqx lil xi ħadd, hedded jew uża arma tan-nar, sikkina jew arma oħra;

    (4) vjolenza fiżika mis-sieħeb/sieħba (mhux obbligatorja):

    - jekk ir-rispondent kellux attività sesswali mhux mixtieqa minħabba li kien imbeżża' minn x'seta' jagħmillu s-sieħeb li għandu bħalissa jew li kellu qabel, pereżempju ex-raġel, ex-boyfriend, ex-mara jew ex-girlfriend;

    - jekk kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fuq qatt sfurzatx lir-rispondent f'attività sesswali mhux mixtieqa;

    - Għal vjolenza fiżika mhux mis-sieħeb/sieħba u vjolenza fiżika mis-sieħeb/sieħba, għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin:

    - jekk l-avveniment/i sarx/sarux fl-aħħar ħames snin (mhux obbligatorja),

    - jekk l-avveniment/i sarx/sarux fl-aħħar 12-il xahar,

    - kemm-il darba seħħ fl-aħħar 12-il xahar,

    - fejn seħħ l-aħħar avveniment,

    - jekk intużatx arma,

    - liema tip ta' arma ntużat,

    - jekk ir-rispondent safax midrub,

    - jekk kienx hemm bżonn ta' trattament mediku,

    - x'kien l-impatt emozjonali tal-avveniment fuq ir-rispondent;

    - min wettaq id-delitt,

    - jekk l-aħħar inċident ġiex irrappurtat lill-pulizija,

    - għaliex ma ġiex irrappurtat,

    - jekk ir-rispons tal-pulizija għall-aħħar avveniment irrappurtat kienx sodisfaċenti,

    - għaliex ir-rispondent ma kienx sodisfatt bir-rispons tal-pulizija,

    - jekk ir-rispondent ikkuntattjax is-servizzi ta' appoġġ tal-vittmi,

    - jekk is-servizzi tal-appoġġ tal-vittmi kinux ikunu utli;

    - Id-dettalji elenkati fil-punt 7.1 mhumiex obbligatorji għal delitti vjolenti sesswali mis-sieħeb/sieħba jew mhux mis-sieħeb/sieħba.

    - Pajjiżi li ma jistaqsux mistoqsijiet ta' skrinjar għall-avvenimenti ta' kriminalità fl-aħħar ħames snin mid-data tal-intervista għandhom jevitaw li jirrappurtaw iż-żejjed (l-effett tat-"teleskopju") jew billi jistaqsu mistoqsijiet ta' skrinjar li jkopru minimu ta' sentejn jew billi jiċċekkjaw id-data eżatta tal-avveniment irrappurtat mir-rispondent.

    - ANNESS II

    TERRITORJI NAZZJONALI LI JISTGĦU JIĠU ESKLUŻI MILL-ISTĦARRIĠ

    Pajjiż | Territorji nazzjonali |

    Franza | Id-Dipartimenti u t-territorji Franċiżi mhux kontinentali |

    Il-Pajjiżi l-Baxxi | Il-Gżejjer tal-Karibew (Bonaire, St. Eustatius u Saba), il-Gżejjer Frisian tal-Punent ħlief Texel |

    L-Irlanda | Il-gżejjer kollha ħlief Achill, Bull, Cruit, Gorumna, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia |

    Ir-Renju Unit | L-Iskozja mit-tramuntana tal-Kanal ta' Caledonia, il-Gżejjer Scilly |

    STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

    1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1. It-titlu tal-proposta/inizjattiva

    1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura tal-ABM/ABB

    1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

    1.4. Objettiv(i)

    1.5. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.6. It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

    1.7. Il-metodu/metodi ta' ġestjoni previst(i)

    2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

    2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1. L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

    3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

    1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1. It-titlu tal-proposta/inizjattiva

    REGOLAMENT (UE) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità.

    1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura tal-ABM/ABB[15]

    3403- Produzzjoni ta’ statistika.

    1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

    x Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

    ( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja [16]

    ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal- estensjoni ta ’ azzjoni eżistenti

    ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4. Għanijiet

    1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Programm Statistiku Komunitarju 2008 sa 2012, TITOLU IV. Il-visas, il-kenn politiku, l-immigrazzjoni u politika oħra relatata mal-moviment liberu tal-persuni.

    Il-Programm ta ’ Stokkolma tal-Kunsill Ewropew ( Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini ), ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1

    Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni 2006-2010 sabiex titkejjel il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali, COM (2006) 0437

    1.4.2. L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

    Għan speċifiku Nru..

    Għan speċifiku 1 – produzzjoni tad-dejta

    Attività/ajiet ABM/ABB kkonċernata/i

    3403- Produzzjoni ta’ statistika.

    1.4.3. Ir-riżultat/i mistenni(ja) u l-impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    Informazzjoni iktar komparabbli dwar il-kriminalità u s-sikurezza fl-UE.

    Statistika biex isservi ta' sfond għat-tfassil ta' politiki għall-promozzjoni tas-sikurezza u l-prevenzjoni tal-kriminalità.

    1.4.4. L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Id-disponibbiltà tal-indikaturi komparabbli tal-UE dwar is-sikurezza u l-mikrodejta għas-27 Stat Membru u l-pajjiżi taż-ŻEE.

    1.5. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1. Ir-rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfatt(i) fit-terminu qasir jew twil

    -Indikaturi komparabbli tal-UE dwar il-perċezzjonijiet tas-sikurezza personali u l-esperjenza tal-individwi vittmi tal-kriminalità disponibbli għall-Istati Membri tal-UE kollha u l-pajjiżi taż-ŻEE.

    - Mikrodejta rrilaxxata lill-komunità tar-riċerka.

    1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Il-komparabbiltà tar-riżultati dwar is-sikurezza mill-kriminalità fil-livell tal-UE li tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza.

    1.5.3. Lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

    Mhux applikabbli.

    1.5.4. Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

    Bid-dejta pprovduta minn dan l-istħarriġ, tkun tista' tiġi evalwata sewwa l-informazzjoni dwar il-kriminalità minn sorsi oħra bħar-rekords tal-pulizija.

    1.6. It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

    X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta ’ żmien limitat

    - ( Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]2011 sa [JJ/XX]2015

    - ( L-impatt finanzjarju mill-2012 sal-2015

    ( +Proposta/inizjattiva ta’ tul ta ’ żmien mingħajr limitu

    28. Implimentazzjoni b’perjodu għall-bidu minn SSSS sa SSSS,

    29. segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[17]

    X Ġestjoni diretta ċċentralizzata mill-Kummissjoni

    ( Ġestjoni ċċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

    30. ( aġenziji eżekuttivi

    31. ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[18]

    32. ( entitajiet nazzjonali mis-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    33. ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ( Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

    ( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (għandha tiġi speċifikata)

    Jekk huwa indikat aktar minn metodu ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

    Kummenti

    2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kondizzjonijiet.

    Matul il-proċess tal-implimentazzjoni tal-istħarriġ, se jsiru laqgħat regolari tat-Task Force mal-Istati Membri biex jiġi mmonitorjat l-istħarriġ u jinqasmu l-esperjenzi.

    Il-proċess se jiġi mmonitorjat abbażi tar-rapporti dwar il-kwalità tal-istħarriġ skont regoli speċifiċi tal-Eurostat.

    2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1 Riskju/Riskji identifikat(i)

    Nuqqas ta' riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali għall-kontribut tal-Istati Membri lejn l-ispiża tal-istħarriġ.

    2.2.2 Metodu/Metodi ta’ kontroll previst(i)

    Il-Kummissjoni Ewropea se tikkofinanzja l-implimentazzjoni tal-istħarriġ, sakemm ikun hemm approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit tal-Unjoni Ewropea.

    2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Kontrolli fis-seħħ, l-applikazzjoni tal-proċeduri standard tal-għoti għall-azzjoni.

    3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1. L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    - Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarj multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta' nfiq | Kontribuzzjoni |

    Numru [Intestatura…..] | AD/AMD ([19]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[20] | minn pajjiżi kandidati[21] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

    [1a] | 29.02.03 Programm Statistiku Komunitarju 2008 sa 2012 | DA | Iva | Le | Le | Le |

    [3a] | 18.05.09 – Il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha jew is-suċċessur tagħha | DA | Le | Iva (bħala imsieħeb biss) | Le | Iva (l-Istati Membri u l-korpi pubbliċi tagħhom biss) |

    - Linji baġitarji ġodda mitluba:

    Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarj multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta' nfiq | Kontribuzzjoni |

    Numru [Intestatura…..] | Differenzjat/mhux differenzjat | minn pajjiżi tal-EFTA | minn pajjiżi kandidati | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

    [XX.YY.YY.YY] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

    3.2. L-IMPATT STMAT FUQ IN-NEFQA

    3.2.1 Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | 1a Kompetittività għat-tkabbir |

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    36. 3.2.3.2. L-estimi tar-rekwiżiti ta’ riżorsi umani

    37. ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

    38. X Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa massimu ta’ punt deċimali wieħed)

    Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-TUL tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

    ( Pożizzjonijiet għall-organigramma (uffiċjali u aġenti temporanji) |

    29 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 2 | 2 | 2 | 2 |

    XX 01 01 02 (fid-delegazzjoni) |

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

    ( Impjegati esterni (ekwivalenti għall-full time: FTE)[31] |

    XX 01 02 01 (IK, INT, ENS mill-“qasam globali”) |

    XX 01 02 02 (IK, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |

    10 01 05 02 (IK, INT, SNE – Riċerka diretta) |

    Linji tal-baġit oħra (speċifika) |

    TOTALI | 2 | 2 | 2 | 2 |

    XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu pprovduti minn impjegati tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li tqassmu mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun meħtieġ flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.

    Deskrizzjoni ta’ kompiti li għandhom jitwettqu:

    Uffiċjali u impjegati temporanji | Jagħmlu disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-Istati Membri għat-twettiq tal-istħarriġ Iħejju l-għodod tal-informatika biex jirċievu, jivvalidaw u jipproċessaw id-dejta Iħejju d-dejta għall-pubblikazzjoni. |

    Impjegati esterni | Mhux applikabbli |

    - 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    39. ( Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

    40. X( Il-proposta/inizjattiva titlob programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

    Il-baġit totali se jiġi kopert kollu kemm hu mir-ridistribuzzjoni.

    41. ( Il-proposta/l-inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali.[34]

    3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    42. Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn pajjiżi terzi

    3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

    43. X Il-proposta/inizjattiva ma għandha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    [1] ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15.

    [2] ĠU C […], […], p. […].

    [3] ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

    [4] ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

    [5] ĠU L 232, 29.8.2002, p. 1.

    [6] ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

    [7] ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

    [8] ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.

    [9] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    [10] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    [11] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    [12] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

    [13] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    [14] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

    [15] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet (Activity-Based Budgeting) – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet.

    [16] Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49.6(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [17] Id-dettalji dwar metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [18] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [19] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati/ AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

    [20] EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association).

    [21] Il-pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

    [22] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [23] Assistenza u spiża teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [24] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [25] Assistenza u spiża teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [26] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [27] Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, in-numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

    [28] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”

    [29] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [30] Għajnuna amministrattiva u/jew teknika u nfiq b'appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (ex-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [31] IK= Impjegat Kuntrattwali; INT= impjegati permezz ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); IL= Impjegati Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

    [32] Taħt il-limitu għall-istaff estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji "BA").

    [33] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR ) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [34] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    Top