Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0210

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

    /* KUMM/2011/0210 finali - NLE 2011/0088 */

    52011PC0210

    /* KUMM/2011/0210 finali - NLE 2011/0088 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja


    [pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 18.4.2011

    KUMM(2011) 210 finali

    2011/0088 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    2. Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

    - Il-kuntest ġenerali

    Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li saret b’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku.

    - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja.

    - Il-konsistenza ma’ politiki oħra u mal-għanijiet tal-Unjoni

    Mhux applikabbli.

    3. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

    4. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċedura kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

    - Ġbir u użu ta' għarfien espert

    Ma kienx hemm ħtieġa ta’ esperti esterni.

    - Stima tal-impatt

    Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku.

    Ir-Regolament bażiku ma fihx dispożizzjonijiet għal valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu vvalutati.

    5. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    6. Taqsira tal-azzjoni proposta

    Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejba definittiva li produttur esportatur Ċiniż wieħed issodisfa l-kriterji kollha biex jingħata l-istatus ta' produttur esportatur ġdid, u għaldaqstant għandu jkun suġġett għad-dazju antidumping medju b'piż iddifferenzjat ta' 8,4 %.

    - Il-bażi ġuridika

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

    - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    - Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

    Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali.

    L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u pproporzjonat mal-għan tal-proposta, mhijiex applikabbli.

    - L-għażla tal-istrumenti

    Strumenti proposti: regolament.

    Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li ġejja:

    Mezzi oħra ma jkunux adegwati għaliex ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi.

    7. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

    2011/0088 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' November 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-Regolament bażiku),

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006[2] u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA PREĊEDENTI

    8. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ('RPĊ'). Billi hemm numru kbir ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), fir-RPĊ, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u rati individwali tad-dazju li jvarjaw minn 4,8 % għal 12,8 % ġew imposti fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, waqt li kumpaniji oħra li kkooperaw imma li mhumiex inklużi fil-kampjun ingħataw rata ta’ dazju ta’ 8,4 %. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 249/2008 ġiet stabbilita rata ta' dazju ta' 4,3 % għal ċerta kumpanija. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 28,8 % għar-RPĊ fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx lilhom infushom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

    9. L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 jistipula li fejn xi produttur esportatur ġdid fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

    10. ma esportax lejn il-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) (“il-perjodu tal-investigazzjoni”) (l-ewwel kriterju);

    11. mhux relatat ma' xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma suġġetti għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament (it-tieni kriterju); kif ukoll

    12. fil-fatt esporta lejn il-Komunità l-prodotti kkonċernati wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikattiva lejn il-Komunità (it-tielet kriterju);

    13. hemmhekk l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi emendat billi l-produttur esportatur ġdid jingħata r-rata ta’ dazju applikabbli lill-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 8,4 %.

    14. Il-lista tal-kumpaniji li ngħataw ir-rata ta' dazju medju b'piż iddifferenzjat ta' 8,4 % għall-kumpaniji li kkooperaw ġiet emendata bir-Regolamenti (KE) Nru 249/2008[3] u (KE) Nru 189/2009[4] u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru XXX.

    B. TALBIET TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID

    15. Sitt kumpaniji Ċiniżi applikaw biex jingħataw l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali li ma kinux inklużi fil-kampjun (“trattament lil produttur esportatur ġdid”).

    16. Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk is-sitt applikanti jissodisfawx il-kriterji biex jingħataw trattament ta' produttur esportatur ġdid kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006.

    17. Intbagħtet formola ta' applikazzjoni lis-sitt applikanti kollha li ntalbu jipprovdu evidenza biex juru li ssodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq.

    18. Kumpanija minnhom li talbet trattament ta’ produttur esportatur ġdid ma pprovdietx l-informazzjoni mitluba. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverifikat jekk din il-kumpaniji ssodisfatx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 u t-talba tagħha kellha tiġi miċħuda.

    19. Kumpanija minnhom irtirat l-applikazzjoni tagħha.

    20. Kumpanija minnhom ma esportatx il-prodott ikkonċernat lill-Unjoni u lanqas ma daħlet f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, ma ssodisfatx it-tielet kriterju u t-talba tagħha għaldaqstant ġiet miċħuda.

    21. Kumpanija minnhom ma kinetx ikkunsidrata bħala produttur esportatur ġdid peress li hija relatata ma' produttur esportatur fir-RPĊ li hu suġġett għall-miżuri antidumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1425/2006. Għalhekk ma ssodisfatx it-tieni kriterju u t-talba tagħha għaldaqstant ġiet miċħuda.

    22. Kumpanija ressqet informazzjoni qarrieqa dwar id-data tal-istabbiliment. Dan jitfa dubji dwar il-validità tal-informazzjoni pprovduta, inkluż il-perjodu ta' żmien li l-prodott ikkonċernat li seta' jiġi esportat lejn l-UE. It-talba tagħha għaldaqstant ġiet miċħuda.

    23. L-evidenza pprovduta mill-produttur esportatur Ċiniż li fadal kienet ikkunsidrata biżżejjed biex turi li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006. Dan il-produttur esportatur jista' għaldaqstant jingħata r-rata tad-dazju applikabbli lill-kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, (jiġifieri 8,4 %) u b'riżultat ta' dan ismu jkun jista' jiżdied mal-lista ta' produtturi esportaturi fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006.

    24. L-applikanti u l-industrija tal-Unjoni ġew infurmati bis-sejbiet tal-istħarriġ u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom.

    25. L-argumenti u s-sottomissjonijiet kollha magħmula mill-partijiet interessati ġew analizzati u meħuda sewwa inkonsiderazzjoni fejn meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kumpanija li ġejja għandha tiżdied mal-lista ta’ produtturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1425/2006:

    Kumpanija | Belt | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    Xiamen Good Plastic Co., Ltd. | Xiamen | B109 |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    [2] ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.

    [3] ĠU L 76, 19.3.2008, p. 8.

    [4] ĠU L 67, 12.3.2009, p. 5.

    Top