EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0857

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Fond għall-Fruntieri esterni għall-perjodu 2007-2009 (rapport sottomess skont l-Artikolu 52 (3) (b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 574/2007/KE tat-23 ta' Mejju 2007)

/* KUMM/2011/0857 finali */

52011DC0857

/* KUMM/2011/0857 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Fond għall-Fruntieri esterni għall-perjodu 2007-2009 (rapport sottomess skont l-Artikolu 52 (3) (b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 574/2007/KE tat-23 ta' Mejju 2007)


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Fond għall-Fruntieri esterni għall-perjodu 2007-2009 (rapport sottomess skont l-Artikolu 52 (3) (b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 574/2007/KE tat-23 ta' Mejju 2007)

INTRODUZZJONI

Għall-perjodu 2007-2013 l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet il-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni b’allokazzjoni totali ta' EUR 4.032, 23 miljun, kif attwalment ipprogrammat. Jikkonsisti minn erba' Fondi u l-għan tiegħu huwa tqassim ġust tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-piż finanzjarju li ġej mill-introduzzjoni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u mill-implimentazzjoni ta' politiki komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni[1].

Wieħed mill-erba’ Fondi huwa l-Fond għall-Fruntieri Esterni[2], stabbilit għall-perjodu 2007 – 2013 b’pakkett totali ta’ EUR 1.820 miljun. Dan l-ammont huwa ssupplimentat mill-kontribuzzjonijiet mill-Istati Assoċjati ta’ Schengen, in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein, li pparteċipaw fil-Fond mill-2010.

Tabella 1: Fond għall-Fruniteri Esterni - baġit tal-UE 2007-2013

Totali tal-Istati Membri | 144.800 | 134.330 | 154.872 |

Skema ta’ Tranżitu Speċjali | 15.000 | 15.000 | 15.000 |

Azzjonijiet Komunitarji | 10.200 | 10.170 | 5.628 |

Azzjonijiet Speċifiċi | 0 | 10.000 | 10.000 |

TOTAL | 170.000 | 169.500 | 185.500 |

Total 2007-2009 | 525.000 |

% tat-total 2007-2013 | 28% |

- Għall-ewwel tliet snin, ġee approvati 69 programm annwali, li jallokaw riżorsi tal-UE ta’ aktar minn EUR 434 M.

Grafika 1 : Riżorsi tal-UE għal programmi nazzjonali tal-2007-2009

[pic]

- Il- benefiċjarji ewlenin kienu Spanja (EUR 94,4 M), l-Italja (EUR 59,8 M) u l-Greċja (EUR 50,7 M). L-allokazzjoni aggregata tagħhom ammontat għal kważi 50% tat-total għall-Istati Membri parteċipanti kollha.

- Jekk jitqiesu l-ammonti allokati għall- Iskema ta’ Tranżitu Speċjali , l-allokazzjoni globali lil- Litwanja għall-perjodu 2007-2009 ammontat għal EUR 55,4 M b'hekk il-Litwanja saret it-tielet benefiċjarju l-aktar importanti tal-Fond, qabel il-Greċja.

- F’termini ta’ riżorsi finanzjarji allokati, is-seba’ Stati Membri li ġejjin irċevew bejn 3% u 7% tal-allokazzjonijiet totali tal-2007-2009 u jistgħu jitqiesu bħala benefiċjarji fuq firxa medja : Franza (EUR 30,3 M), il-Ġermanja (EUR 24,5 M), il-Polonja (EUR 23,8 M), Malta (EUR 22,8 M), l-Ungerija (EUR 19,4 M), il-Finlandja (EUR 16,4 M) u s-Slovenja (EUR 16,1 M).

- Il-bqija tal-Istati Membru rċevew bejn 0.03% u 2% u jistgħu jiġu kklassfikati bħala benefiċjarji fuq firxa żgħira: l-Awstrija (EUR 4,5 M), il-Belġju (EUR 5,2 M), Ċipru (EUR 7,5 M), ir-Repubblika Ċeka (EUR 5,6 M), id-Danimarka (EUR 2,1 M), l-Estonja (EUR 8,8 M), il-Latvja (EUR 5,3 M), il-Lussemburgu (EUR 0,14 M), il-Pajjiżi l-Baxxi (EUR 9,8 M), il-Portugall (EUR 9,3 M), is-Slovakkja (EUR 3,4 M) u l-Isvezja (EUR 4,1 M).

Grafika 2: Riżorsi tal-UE u finanzjament nazzjonali li jaqbel 2007-2009

[pic]

Għall-2007, 2008 u 2009, l-Istati Membri ppjanaw finanzjament fi sħubija għal EUR 125,9 M, EUR 68,3 miljun u EUR 111,7 M rispettivament. Ir-riżorsi allokati għal għajnuna teknika għall-ġestjoni tal-Fond fl-Istati Membri ammontaw rispettivament għal EUR 6 M, EUR 6,5 M u EUR 6,6 M.

Bħal fil-każ tar-rata tal-infiq kif irrapportata fl-aħħar tal-2010, il-konsum globali tal-approprjazzjonijiet mill-Istati Membri għal dawn is-snin tal-bidu kien għoli (madwar 90% għall-2007 u l-2008). Ir-rata għall-2009 hija 70% iżda r-rappurtar ma kopriex il-perjodu tal-implimentazzjoni kollu. Diversi Stati Membri benefiċjarji ewlenin, bħal Spanja, l-Litwanja, Malta, impenjaw konsistentement l-allokazzjoni kollha. Għall-Italja u l-Greċja kien hemm rati aktar baxxi (90% u bejn 60-70%).

Riżorsi tal-UE rriżervati għal azzjonijiet Komunitarji u azzjonijiet Speċifiċi

EUR 13.591.710 ġew allokati għall-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Komunitarji matul il-perjodu ta’ rappurtar. Dan l-ammont ikopri 14-il proġett dwar il-kooperazzjoni bejn Stati Membri dwar uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni u 4 dwar it-twaqqif ta’ ċentri komuni tal-applikazzjoni f’pajjiżi terzi. Dawn l-azzjonijiet ġew iddisinjati bil-ħsieb li tiġi żgurata l-implimentazzjoni koordinata tal-politika komuni tal-viża fil-livell lokali, filwaqt li jkunu disponibbli t-tqassim tar-responsabbilitajiet u l-ġbir flimkien tar-riżorsi. Eżempju wieħed ta’ kollaborazzjoni mtejba f’din iż-żona huwa " Schengen House " proġett f’Kinshasa mill-Belġju flimkien mal-Portugal. Dan ippermetta l-kondiviżjoni tar-riżorsi li rriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż tat-trattament tal-viża. Dawn il-proġetti jiffaċilitaw u jtejbu l-implimetazzjoni tal-politika Ewropea dwar il-viża u jwittu t-triq għal Stati Membri oħra sabiex jidderieġu l-politiki tagħhom lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programm ta' Stokkolma dwar l-intensifikazzjoni ta' kooperazzjoni konsulari regolari. Jipprekludu l-ħruġ frawdolenti ta’ viżi u joħolqu momentum għaċ-ċaqliq lejn stadju ġdid fl-iżvilupp tal-politika komuni dwar il-viża, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi tal-Istati Membri f’din iż-żona.

Barra minn hekk, twettqu studji fuq kunċetti għall-infrastruttura tas-sorveljanza tal-fruntieri, network sikur ta’ komunikazzjoni u stampa ta' intelligenza pre-konfinali fi ħdan il-qafas ta’ Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR), kooperazzjoni bejn l-għassiesa tal-fruntieri u l-amministrazzjonijiet doganali li qed jaħdmu fil-fruntieri esterni tal-UE u Sistema Elettronika tal-UE għall-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar ESTA).

Fil-perjodu 2008-2009, ġew allokati EUR 18.397.314 għal Azzjonijiet Speċifiċi kofinanzjati f’sessjonijiet tal-fruntieri fl-Italja, il-Greċja, Malta u Spanja indikati bħala riskju massimu fil-valutazzjonijiet Frontex. Il-miżuri jirrinfurzaw il-kapaċitajiet tal-Istati Membri ffaċċjati bi pressjonijiet migratorji miżjuda. Pereżempju, fl-Italja, sabiex titnaqqas il-pressjoni fil-fruntieri marittimi, inter alia intużaw timijiet multidixxiplinarji (inkluż lingwisti u psikologi) u tagħmir sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni tal-migranti. Fil-Greċja, inxtraw muturi tal-għassa sabiex tittejjeb il-kapaċità tas-sorveljanza tal-Gwardja Kostali Ellenika matul ix-xtut tal-Baħar Eġew tal-lvant. Il-Greċja ppjanat ukoll li timplimenta proġett immirat lejn l-istabbiliment ta’ sistema integrata ta’ sorveljanza f'parti partikolari tal-fruntiera mat-Turkija.

IT-TĦEJJIJA TA’ IMPLIMENTAZZJONI FL-ISTATI MEMBRI

It-tnedija tal-Fondi fl-Istati Membri

Il-Kummissjoni adottat regoli implimentattivi għall-Fond[9], komuni għal kull wieħed mill-erba' Fondi, sabiex tiżgura applikazzjoni armonizzata u tistabbilixxi mudelli komuni għall-programmazzjoni u r-rappurtar. Ir-regoli jistabbilixxu proċeduri ta’ għażla u kriterji għall-eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba taħt il-Fond. Parti oħra important tal-gwida kkonsistiet fit-tħejjija, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ta’ manwal dwar l-eliġibbiltà , b’eżempji prattiċi u l-aħjar prattiki dwar il-ġestjoni tal-proġett. Sessjonijiet ta' informazzjoni dwar ir-regoli tal-eliġibbiltà tan-nefqa kienu organizzati u l-manwal ġie aġġornat b'mod regolari. Aktar gwida ġenerali ġiet provduta fil-laqgħat tal-" Kumitat SOLID " u fi tliet konferenzi dwar il-Fondi (fl-2008 dwar il-Fondi b’mod ġenerali u fl-2009 għal awtoritajiet ta’ verifika u dwar il-programmazzjoni u l-evalwazzjoni).

L-istabbilizzazzjoni ta’ assigurazzjonijiet dwar ir-regolarità u l-legalità tal-infiq

Filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fondi taħt il-programmi, il-Kummissjoni terfa' r-responsabbiltà finali għall-qafas legali globali u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Din ir-responsabbiltà tiġi eżerċitata billi jiġu ddelegati ċerti kompiti lill-Istati Membri, suġġett għas-superviżjoni u r-rappurtar meħtieġ. Għal dak il-għan, l-Istati Membri huma responsabbli sabiex jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni u kontroll skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att bażiku.

L-Istati Membri nnominaw (1) Awtorità Responsabbli, responsabbli għall-ġestjoni tal-programmm, fejn xieraq appoġġjata minn awtorità ddelegata, (2) Awtorità ta’ Verifika, responsabbli għall-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll, u (3) Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni, responsabbli miċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni. B’mod konġunt, dawn l-awtoritajiet huma responsabbli mill-assigurazzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi allokati lill-Istat Membru.

Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għażlu li jqiegħdu l-Awtorità Responsabbli u l-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni fi ħdan korp wieħed u l-Awtorità tal-Verifika f’korp ieħor. Din l-għażla tirriżulta mill-fatt li l-Fond, minħabba fl-ambitu u n-natura tiegħu, huwa implimentat primarjament minn korpi pubbliċi li ħafna drabi jitqiegħdu fl-istess entità jew taħt il-patronċinju ta’ dawk li jamministraw il-Fond. F’dawn il-każijiet, ir-Regoli Implimentattivi jirrikjedu li l-indipendenza tal-Awtorità tal-Verifika tiġi rrinfurzata: li tqegħedha barra, tikkostitwixxi l-aħjar prattika.

Normalment l-Istati Membri jqiegħdu lill-Awtorità Responsabbli fi ħdan il-Ministeru tal-Intern (l-SM kollha ħlief FR, EL u NL, DE, DK, LU u SE). 9 Stati Membri nnominaw awtorità responsabbli esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-Fruntieri Esterni u 14-il Stat Membru ddeċidew li jistabbilixxu awtorità komuni għal żewġ Fondi jew aktar tal-Programm Ġenerali.

Id-deskrizzjonijiet tas-sistemi ġew eżaminat għall-konformità mal-att bażiku qabel ma saru l-ewwel pagamenti. Mill-eżami tad-deskrizzjonijiet, il-verifiki tas-sistema u l-informazzjoni disponibbli l-oħra dwar l-implimentazzjoni tal-Fond, jirriżulta li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ sistemi sodi. "Opinjonijiet mhux kwalifikati" inħarġu għal 15-il deskrizzjoni tas-sistemi filwaqt li 8 Stati Membri rċevew "opinjoni kwalifikata b’limitazzjonijiet" u ġew mistiedna li jirrevedu xi partijiet tad-deskrizzjoni. Id-dgħufijiet identifikati ġew ikkunsidrati li għandhom impatt limitat. Dan ikkonċerna partikolarment l-assigurazzjoni ta’ indipendenza tal-awtorità ta’ verifika meta l-Fond ġie implimentat fil-"metodu tal-korp tal-eżekuzzjoni" (meta l-karatteristiċi ta’ azzjoni/proġett ma jħallu l-ebda għażla fir-rigward ta' min se jimplimentah jew minħabba monopolju de jure jew de facto ta’ benefiċjarju potenzjali).

Barra minn hekk, bejn l-2008 u l-2010, twettqu verifiki tas-sistema f’14-il Stat Membru. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn is-sistemi dehru li jiffunzjonaw b’mod adegwat, iżda għal xi wħud kien meħtieġ xi titjib. L-Istati Membri ntalbu partikolarment li jifformalizzaw in-nomina ta' awtoritajiet, li jirrinfurzaw il-prattiki tad-dokumentazzjoni għal proċeduri tal-għażla tal-proġett u jwettqu firma f'waqtha ta' ftehimiet ma’ benefiċjarji individwali tal-proġett.

Numru ta’ missjonijiet twettqu mill-Kummissjoni sabiex tiġi verifikata l-konformità u l-eżekuzzjoni tal-għanijiet tal-programm. Attivitajiet relatati mal-monitoraġġ inbdew effettivament fl-2009. Dawn l-attivitajiet ġew segwiti aktar fis-snin sussegwenti.

Id-definizzjoni ta’ strateġiji nazzjonali għall-użu ta' riżorsi tal-UE

Fil-programmi multiannwali l-Istati Membri ddefinixxew is-sitwazzjoni nazzjonali f’termini ta’ struttura istituzzjonali, politiki kif ukoll rekwiżiti nazzjonali u sfidi għall-futur. Dan l-eżerċizzju tal-programmazzjoni multiannwali għen sabiex jiddefinixxi f’manjiera sistematika kif jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. Inkoraġġixxa l-ippjanar bil-quddiem ta’ investimenti multiannwali fil-livell tal-Istati Membri u ġab flimkien l-awtoritajiet pubbliċi ewlenin fi sforz kombinat u integrat sabiex jiġu identifikati għanijiet strateġiċi fuq perjodu ta' żmien twil u medju.

L-Istati Membri enfasizzaw li fil-kuntest ta’ pressjonijiet migratorji li jinbidlu kontinwament u domandi teknoloġiċi u ta' sigurtà li qed jevolvu, li jissodisfaw b’mod adegwat rekwiżiti tal-UE għall-kontroll fil-fruntiera u l-ġestjoni tal-viża baqa’ jippreżenta sfida meta jitqiesu r-riżorsi u l-istrutturi nazzjonali disponibbli. Filwaqt li jqisu dawn id-domandi, il-proġetti tal-UE fuq żewġ sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-ħtieġa għal konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE f’dan il-qasam, il-programmi multiannwali identifikaw l-għanijiet li ġejjin:

Prijorità | Għanijiet ewlenin / Ammont skedat / Stati Membri kkonċernati |

1: stabbiliment gradwali tas-sistema komuni integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri | it-titjib tal-kontroll tal-fruntieri il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura, il-mezzi tat-trasport u t-tagħmir għal kontrolli u sorveljanza it-titjib tal-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u ma' Stati Membri oħra permezz ta' sistemi tal-ICT li jippermettu skambju ta’ informazzjoni f'ħin reali il-mezzi ta' trasport u t-tagħmir li se jintużaw għall-kooperazzjoni operattiva mal-Frontex |

Ammont: EUR 543.697.746,36 L-Istati Membri kollha kkonċernati (23) |

2: komponenti nazzjonali ta’ Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-fruntieri esterni | it-titjib ta’ kapaċitajiet tas-sorveljanza fil-fruntieri f’termini ta’ infrastruttura u tagħmir il-konnessjoni u l-integrazzjoni tas-sistemi eżistenti ta’ komunikazzjoni f’sistema waħda ta’ sorveljanza komprensiva l-istabbiliment ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni bħala l-punti futuri tan-network Eurosur |

Ammont: EUR 797.829.115,38 L-Istati Membri kkonċernati: BE, EE, FR, EL, HU, IT, LV, MT, NL, PL, PT, SI, ES, SE (14) |

3: viżi u l-indirizzar ta’ immigrazzjoni illegali | it-titjib fil-proċess tat-trattament tal-viża: investimenti fl-infrastruttura u t-tagħmir, partikolarment mezzi tal-ġbir tad-dejta bijometrika, b’hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tal-eżami tal-viża u tiżdied l-effettività fil-ġlieda kontra l-abbuż u l-użu ħażin ta’ viżi sigurtà mtejba fil-konsulati permezz ta’ investimenti fl-infrastruttura u t-tagħmir ġlieda aktar effiċjenti kontra l-frodi tad-dokumenti permezz ta’ tagħmir modern tal-iskoperta u l-użu ta' konsulenti dwar id-dokumenti il-kooperazzjoni konsulari mtejba ma’ SM oħra, il-qsim u l-ġbir flimkien tar-riżorsi, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ Ċentri Komuni tal-Applikazzjoni il-ġestjoni mtejba ta' flussi migratorji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fiż-żona Schengen permezz tal-użu ta’ Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni (ILO) u t-titjib tan-network ILO f’kooperazzjoni ma’ SM oħra |

Ammont: EUR 64.868.225,91 L-Istati Membri kkonċernati: AT, BE, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, IT, LU, HU, MT, NL, PL, SE, SI (17) |

4: Is-sistemi tal-IT fil-qasam ta’ fruntieri esterni u viżi | l-iżvilupp, l-ittestjar u l-aġġustamenti tal-parti nazzjonali tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (NVIS) inkluż l-istallazzjoni ta' konnessjoni sikura bejn l-awtoritajiet konsulari, il-punti tal-qsim tal-fruntiera u l-unità ċentrali tal-VIS l-iżvilupp tas-sistema transitorja SISone4all segwit mill-ittestjar u l-istallazzjoni tal-parti nazzjonali tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (NSIS II) u l-migrazzjoni minn SISI / SISone4all lejn SIS II aktar żvilupp ta’ sistemi għat-trasferiment awtomatiku ta’ dejta tal-passiġġieri it-titjib tal-koordinazzjoni tal-flussi tal-informazzjoni permezz tat-teknoloġija moderna tal-komunikazzjoni |

Ammont: EUR 191.379.999,30 L-Istati Membri kkonċernati (23) |

5: l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-acquis tal-UE dwar il-fruntieri esterni u l-viżi | it-taħriġ u seminars għal għassiesa tal-fruntieri u uffiċjali konsulari sabiex itejbu l-kapaċità operattiva tagħhom, l-għarfien espert u l-għarfien dwar l-istandards tal-UE (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-Kodiċi tal-Viża) u l-aħjar prattiki programmi tal-iskambju u/jew is-sekondament l-istabbiliment ta’ networks għall-qsim tal-informazzjoni u l-esperjenzi fost l-SM u l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta’ ħidma abbiltà miżjuda ta’ għassiesa fil-fruntieri sabiex jeżegwixxu kontrolli fil-fruntieri bl-użu ta’ teknoloġija ġdida permezz ta’ materjali u metodi edukattivi innovattivi, simulaturi eċċ valutazzjoni u ġestjoni aktar effiċjenti ta’ flussi migratorji permezz ta’ analiżi tar-riskju mtejba |

Ammont: EUR 41.552.119,94 L-Istati Membri kkonċernati: AT, BE, CY, CZ, DE, EE, EL, ES, FR, IT, FI, HU, LT, LU, LV, NL, PL, SE, SI (19) |

Għall-perjodu kollu tal-Fond l-Istati Membri jipprevedu l-proporzjonar tal-ogħla ammonti sabiex jiġu rinfurzati attivitajiet tal-kontroll fil-fruntieri per se (prijoritajiet 1 u 2), li jkopru 81% tal-approprijazzjonijiet disponibbli stmati. Riżorsi tal-UE konsiderevoli, madankollu, qed jiġu esklużi wkoll sabiex jiġu realizzati s-sistemi tal-IT li qed jappoġġjaw dawn l-attivitajiet (prijorità 4).

Ir-rilevanza tal-prijoritajiet, irrispettivament mill-fondi allokati, tista’ titkejjel permezz tan-numru tal-Istati Membri li għażlu li jwettqu azzjonijiet taħt kull waħda minnhom:

- L-Istati Membri ddeċidew li jimplimentaw attivitajiet taħt l-Prijoritajiet 1 u 4.

- Il-Prijoritajiet 3 u 5, għalkemm inqas sinifikanti f’termini tal-ammont totali, għadhom jitqiesu importanti daqskemm 17 u 19-il Stat Membru rispettivament jipprevedu attivitajiet taħt dawk iż-żewġ prijoritajiet.

- Il-Prijorità 2, li waħedha hija ppjanata li tkopri kważi nofs il-fondi stmati, tikkonċerna inizjalment l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-ewwel stadju tal-iżvilupp tal-EUROSUR, jiġifieri pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran u l-approċċi tiegħu mill-Atlantiku u pajjiżi fil-fruntiera esterna tal-lvant tal-Unjoni Ewropea. Xi pajjiżi oħra jingħaqdu mas-sistema fi stadju aktar tard. 14-il Stat Membru biss ipprevedew attivitajiet taħt din il-prijorità fl-istrateġiji multiannwali tagħhom, xi wħud minnhom iddeċidew li jiskedawhom għas-snin aktar tard.

Grafika 3: Programmazzjoni multiannwali skont il-prijorità

[pic]

Eżempji ta’ programmazzjoni strateġika kif ippreżentata fil-programmi multiannwali

Spanja 85% tal-baġit indikattiv tal-2007-2013 ġie pprogrammat għal kapaċità tas-sorveljanza taħt prijorità 2. Dawn l-investimenti jkopru prinċipalment l-użu tas-Sistema Integrata tas-Sorveljanza tal-Fruntieri Esterni (SIVE) fil-Gżejjer Kanarji u Baleariċi, u Levante (ir-reġjun kostali tal-lvant tal-Mediterran ta’ Spanja). Kull użu tas-SIVE jikkonsisti minn diversi stazzjonijiet mgħammra b’sensuri tar-radar u ottiċi sabiex jiskopru u jidentifikaw dgħajjes żgħar (jottijiet u dgħajjes żgħar tas-sajd) qabel ma jilħqu l-kosta. L-informazzjoni ġenerali miġbura minn kull stazzjon tiġi trasmessa u tinżamm ċentralment f’ċentru tal-kmand u ta’ kontroll. Għaldaqstant jistgħu jitwettqu l-passi meħtieġa fi stadju bikri sabiex tiġi żgurata l-fruntiera marittima u jiġu evitati inċidenti b’konsegwenzi traġiċi. |

Franza Għan strateġiku importanti għal Franza huwa t-titjib tas-sistema tas-sorveljanza marittima "Spationav". Is-sistema tat-twissija u l-informazzjoni timmira sabiex tipprovdi prefetti marittimi u territorjali iżda anke ċ-ċentri kollha għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni b’informazzjoni fuq movimenti lejn il-kosta fi kważi ħin reali. L-investimenti previsti għandhom ikopru t-tagħmir tal-ogħla livell tekonoloġiku bħal radars ta’ frekwenza għolja, vetturi tal-ajru u tal-art mingħajr kontroll uman, satelliti ġeostazzjonarji, sensuri eċċ kif ukoll l-iżvilupp u l-konnessjoni ta’ għodda rilevanti tal-IT. L-istadju l-aktar avvanzat tal-iżvilupp se jinkludi l-iżgurar tal-interoperabbiltà mas-sistemi tas-sorveljanza ta' Stati Membri oħra. |

L-Italja L-Italja stabbiliet bħala waħda mill-għanijiet ewlenin tagħha it-titjib tal-effiċjenza u l-interoperabbiltà tas-sistemi eżistenti tal-informazzjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri. Is-sistemi tal-komunikazzjoni tan-network u l-istrutturi tagħha se jittejbu u għodda ġdida se tiġi żviluppata. Pereżempju is-Sistema tal-Informazzjoni tal-Fruntieri fil-futur se tiffaċilita kontrolli ta’ dokumenti fuq quddiem billi tintegra teknoloġiji tradizzjonali u elettroniċi għall-qari tad-dokument tal-ivvjaġġar. |

Il-Ġermanja Meta titqies il-lokazzjoni ġeografika tagħha (fruntieri esterni fiżiċi llimitati) il-valur miżjud tal-istrateġija Ġermaniża jinstab f’appoġġ għal miżuri pre-konfinali f'pajjiżi terzi. Il-Fond se jestendi sostanzjalment in-netwerk ta’ Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni u konsulenti dwar id-dokumenti u dwar il-viża f’pajjiżi tal-oriġini tal-migranti li jindirizzaw il-frodi tad-dokumenti kif ukoll jiżguraw li konformità mal-kondizzjonijiet tad-dħul fiż-żona Schengen hija diġà vverifikata qabel mal-migranti jaslu fil-fruntiera. |

Il-Finlandja Ladarba flotta ta’ dgħajjes tal-għassa operazjonalment kapaċi hija element essenzjali fiż-żamma ta’ sorveljanza kredibbli fil-fruntieri u l-ġlieda tal-migrazzjoni irregolari, il-Finlandja ddefiniet il-modernizzazzjoni ta’ din il-flotta bħala waħda mill-għanijiet ewlenin taħt il-Fond. Id-dgħajjes kollha tal-għassa se jiġu sostitwiti abbażi ta’ mudell adattat għal kollox għall-ambjent tal-Baħar Baltiku u l-istandards għal operazzjonijiet konġunti tal-Frontex. Id-dgħajjes ikollhom teknoloġija ta’ sorveljanza ġdida abbord inkluż magni tar-ritratti sensittivi għas-sħana, tagħmir għall-viżjoni bil-lejl u soluzzjonijiet ta' telekomunikazzjonijiet sabiex isir użu minn reġistri u l-għarfien tas-sitwazzjonijiet fil-baħar. |

Il-Polonja Wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE u ż-żona Schengen, il-fruntieri mal-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika ta’ Belarus u l-Ukraina, kif ukoll il-Baħar Baltiku u ajruporti internazzjonali, saru fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea. Il-fruntiera tal-art ta’ ca. 1,185 km hija waħda mill-itwal sessjonijiet mgħassa minn Stat Membru wieħed. 70% tal-baġit indikattiv tal-2007-2013 ġie ipprogrammat għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura u t-titjib tas-sistemi tal-ICT meħtieġa għal kontrolli fil-fruntiera u sorveljanza f’din il-fruntiera. Dan jinkludi l-modernizzazzjoni ta’ postijiet eżistenti u l-kostruzzjoni ta’ postijiet ġodda tal-Għassa fil-Fruntieri, il-kostruzzjoni ta’ radio towers ġodda sabiex jiġu ssimplifikati s-sistemi tal-komunikazzjoni, u żona għall-klieb tal-għassa tal-fruntieri, il-kostruzzjoni ta' postijiet ta’ nżul għall-elikotteri, il-kostruzzjoni u t-tibdil ta' korsiji tat-triq (road lanes) eċċ. |

Is-Slovenja Fl-aħħar tar-"rotta Balkana", is-Slovenja hija ffaċċjata bit-traffikar tal-persuni, il-migrazzjoni illegali u reati oħra transkonfinali. Il-Fond jintuża sabiex jibni fuq l-investimenti magħmula bil-programm Phare u l-Faċilità Schengen għall-kontroll effettiv tal-fruntiera esterna mal-Kroazja. Investimenti jinkludu l-infrastruttura f’20 punt tal-qsim tal-fruntiera, mezzi tat-trasport u tagħmir tekniku bħal passaporti bijometriċi stazzjonarji u mobbli u skanners tal-marki tas-swaba'. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni se tittejjeb bis-sostituzzjoni tal-istazzjonijiet tar-radju analogi eżistenti minn sistema diġitali moderna TETRA. |

IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROGRAMMI TAL-2007, 2008 U L-2009

- Dan il-kapitolu jippreżenta u jqabbel il-fatti u ċ-ċifri dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali tal-2007, 2008 u l-2009 kif irrapportat mill-Istati Membri fl-2010 . Il-ħarsa ġenerali mhijiex ibbażata fuq riżultati ta' proġetti li tlestew u li huma koperti finanzjarjament, minħabba li r-rapporti finali tal-2007 u l-2008 qed jiġu eżaminati u l-programm annwali tal-2009 għadu għaddej, b'rapporti finali dovuti biss sal-31 ta' Marzu 2012. Barra minn hekk, minħabba li d-data tal-iskadenza għal talbiet għar-reviżjoni tal-azzjonijiet fil-programm annwali tal-2009 kienet il-31 ta' Marzu 2011, iċ-ċifri tal-ħarsa ġenerali fuq azzjonijiet ipprogrammati jistgħu ma jikkorrispondux eżattament mal-azzjonijiet fil-fatt implimentati fl-Istati Membri.

Il-proċess tal-għażla u l-benefiċjarji ewlenin

L-approċċ globali

Il-Fond jintervjeni l-aktar fiż-żoni fejn jeżistu monopolji de jure ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali jew fejn raġunijiet ta’ sigurtà jeskludu possibbiltà ta’ sejħa miftuħa għall-proposti. Konsegwentement, azzjonijiet taħt il-Fond jiġu implimentati b’mod predominanti mill- "metodu tal-korp tal-eżekuzzjoni" li fih l-Awtorità Responsabbli tiddeċiedi li timplimenta proġetti waħedha jew f’assoċjazzjoni ma’ korpi amministrattivi nazzjonali oħra minħabba fil-kompetenzi speċifiċi tagħhom. Matul il-preparazzjoni tal-programmi annwali, l-Awtoritajiet Responsabbli diġà identifikaw il-benefiċjarji tal-proġetti u l-azzjonijiet li jridu jitwettqu,. Ladarba l-Fond huwa ddisinjat għal diversi oqsma tal-politika, l-involviment tal-atturi nazzjonali rilevanti kollha fi stadju bikri huwa essenzjali għal approċċ ibbilanċjat għall-implimentazzjoni tal-Fond.

Il-proċeduri ta’ għażla

Ġew segwiti proċeduri ta’ għażla sabiex jiġi determinat liema azzjonijiet għandhom jitwettqu fil-programmi annwali, filwaqt li jipprekludu kunflitt ta' interess u jirrispettaw il-prinċipju tal-valur għall-flus. Il-proċedura l-aktar komuni kkonsistiet fl-organizzazzjoni ta’ sejħiet għall-espressjoni ta’ interess indirizzati lil benefiċjarji potenzjali u t-twaqqif ta’ kumitati interministerjali sabiex imexxu l-proċess. Pereżempju, fl-Ungerija sejħiet magħluqa, f'żewġ fażijiet, għall-espressjoni tal-interess ġew organizzati għal kull programm annwali. Fl-ewwel fażi stedina sabiex tiġi sottomessa deskrizzjoni ġenerali tal-proġett ġiet indirizzata direttament lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, wara liema l-proġetti li jridu jitwettqu taħt il-programmi annwali ġew identifikati minn kumitat indipendenti tal-evalwazzjoni. Wara l-adozzjoni tal-programm annwali, il-benefiċjarji magħżula ntablu li jippreżentaw deskrizzjonijiet dettaljati tal-proġett. Approċċ simili, f’żewġ fażijiet, ġie segwit ukoll mill-Polonja. Il-Litwanja identifikat il-benefiċjarji tal-proġett fl-istadju tat-tħejjija tal-programm multiannwali u l-għażla ta’ proġetti seħħet wara l-aċċettazzjoni tal-abbozz tal-programm annwali mill-Kummissjoni. Fl-Italja, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta’ diversi entitajiet pubbliċi kkonċernati, twaqqaf Grupp ta’ Abbozzar, kompost minn rappreżentanti ta’ diversi uffiċċji nazzjonali. Il-grupp tal-Abbozzar, li jaġixxi bħala korp kolleġjali, analizza proposti tal-proġett sottomessi mill-benefiċjarji finali potenzjali u ta parir lill-Awtorità Responsabbli dwar l-għażla ta’ azzjonijiet. Il-mudell ġie segwit ukoll f’pajjiżi b’allokazzjonijiet iżgħar, bħad-Danimarka, li fihom Grupp tat-Tmexxija interministerjali pparteċipa fid-deċiżjoni tal-proġett.

Il-benefiċjarji ewlenin

Taħt il-programmi annwali tal-2007-2009, il-benefiċjarji ewlenin tal-proġett kienu normalment dipartimenti u/jew aġenziji speċjalizzati taħt il-patronċinju tal-Ministeri tal-Intern, bħas-servizzi tal-għassa fil-fruntieri, il-pulizija nazzjonali, id-dipartimenti tal-IT u l-komunikazzjonijiet. Barra minn hekk, il-proġetti twettqu mis-servizzi konsulari taħt il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin.

Skont l-istruttura nazzjonali, xi Stati Membri assoċjaw korpi pubbliċi oħra ma’ kompetenzi aktar speċifiċi bħall-Uffiċċju Kriminali Federali fil-Ġermanja (responsabbli għall-SIS) jew l-Awtorità tal-Passaġġi tal-Ilma Interni fil-Litwanja responsabbli għas-sorveljanza tal-parti tat-tramuntana tal-Laguna Kuronjana bi fruntiera mar-Russja.

Aspetti kwantitattivi tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri

It-tqassim ta’ riżorsi skont il-ħames prijoritajiet tal-UE

Grafika 4: Ir-riżorsi tal-UE tal-2007, 2008 u 2009 skont il-prijorità

[pic]

Il-prijoritajiet 1 u 2 koprew 72% tal-allokazzjonijiet tal-EBF tal-2007-2009, prijorità 4 21% tal-fondi disponibbli u prijoritajiet 3 u 5, 3% u 4% rispettivament.

F’konformità mal-loġika tal-programmazzjoni multiannwali tal-Istati Membri, l-għażla ta’ attivitajiet lejn liema l-fondi ġew allokati fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni ġiet determinata b’mod primordjali minn ħtiġijiet nazzjonali relatati ma' ġestjoni integrata tal-fruntieri , kapaċitajiet ta’ sorveljanza u VIS u SIS II (prijoritajiet 1, 2 u 4). Madankollu, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-Fond, qed issir enfasi li dejjem tikber fuq azzjonijiet f’appoġġ tal-proċess tal-ħruġ tal-viża (prijorità 3). Din ix-xejra tibqa’ wkoll taħt is-snin tal-programmazzjoni sussegwenti 2010 sal-2011. Matul is-snin Stati Membri differenti wettqu miżuri relatai mal-analiżi tar-riskju, it-taħriġ għal għassiesa tal-fruntieri u servizzi konsulari kif ukoll kampanji promozzjonali u t-tixrid ta' informazzjoni mwettqa taħt il-prijorità 5, għalkemm ir-riżorsi allokati kienu marġinali globalment u jonqsu fil-perjodu inizjali tal-implimentazzjoni tal-Fondi.

Grafika 5: 2007-2009 - L-għażliet tal-Istati Membri skont il-prijorità taħt kull wieħed mill-programmi annwali

[pic]

[pic]

[pic]

Matul il-programmi annwali 2007-2009 il-prijoritjiet 1, 2 u 4 żammew livell simili ta' importanza f'termini ta' kemm l-ammont allokat kif ukoll in-numru ta' Stati Membri li qed iwettqu azzjonijiet. Dan huwa minħabba l-fatt li jikkonċerna l-aktar investimenti li min-natura tagħhom jeħtieġu proġetti multiannwali. Għalhekk, l-għażla ta’ dawn il-proġetti taħt wieħed mill-programmi annwali, sa xi punt, iddeterminat l-għażliet taħt programmi annwali sussegwenti.

In-numru ta' Stati Membri li jwettqu azzjonijiet taħt il-prijorità 3 baqa' kważi l-istess, bi ftit varjetà fosthom. Dan jista’ jiġi spjegat parzjalment mill-istruttura istituzzjonali u l-qafas strateġiku fil-pajjiżi kkonċernati. Dawn il-proġetti jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib ma’ korp ieħor, normalment il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. F’xi pajjiżi, is-sħubija hija żviluppata sew u tippermetti kooperazzjoni mingħajr xkiel, filwaqt li f’pajjiżi oħra tidher inqas evidenti. Xi Stati Membri ddeċidew li jallokaw għall-proċeduri relatati mal-viża mezzi esklussivament nazzjonali.

Il-Prijorità 5 tingħata importanza globali li dejjem tiżdied kif ikkonfermat fin-numru dejjem jikber ta' Stati Membri.

Fil-perjodu ta’ rappurtar, l-Istati Membri kollha wettqu azzjonijiet relatati mas-sistemi tal-IT meħtieġa fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-viżi (Prijorità 4) u l-Istati Membri kollha ħlief DK u LU eżegwixxew miżuri li jimmiraw lejn l-istabbiliment gradwali tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri (Prijorità 1). Azzjonijiet li jirrinfurzaw il-kapaċità tas-sorveljanza u l-bini lejn l-istabbiliment tal-EUROSUR (Prijorità 2) ġew realizzati minn 10 Stati Membri, jiġifieri EL, ES, FR, HU, MT, IT, LT, PT, SE, SI. 13-il Stat Membru ddedikaw parti mill-programmi tagħhom għal miżuri marbuta mal-proċeduri tal-ħruġ tal-viżi (Prijorità 3): AT, BE, CY, CZ, DE, EL, ES, FI, HU, NL, PL, SI, SE u 15 wettqu attivitajiet ta’ taħriġ u/jew ta’ tixrid (Prijorità 5): kollha minbarra CY, DK, EE, LU, MT, NL, PT, SE.

F’termini ta’ varjazzjonijiet maż-żmien, is-sehem tal-baġit totali baqa' stabbli għall-prijoritajiet kollha matul is-snin kollha tal-programmazzjoni ħlief il-prijorità 3, li għaliha l-ammonti allokati jiżdiedu notevolment mill-2009, u prijorità 5, li għaliha l-ammont allokat kien partikolarment għoli fl-2007. Dan tal-aħħar jista’ jiġi spjegat parzjalment bi ħtieġa miżjuda għat-taħriġ mis-servizzi kkonċernati matul il-fażi tat-tnedija tal-Fond.

Numru ta' azzjonijiet

Tabella 3: 2007-2009 - numru ta’ azzjonijiet skont il-prijorità

Prijorità 1 | Prijorità 2 | Prijorità 3 | Prijorità 4 | Prijorità 5 | Total 2007-2009 |

2007 | 76 | 27 | 32 | 57 | 25 | 217 |

2008 | 78 | 35 | 18 | 48 | 26 | 205 |

2009 | 65 | 23 | 32 | 52 | 31 | 203 |

Total | 219 | 85 | 82 | 157 | 82 | 625 |

Grafika 6: 2007- 2009 - distribuzzjoni ta’ riżorsi (UE) u azzjonijiet skont il-prijorità taħt il-Fond

[pic]

F’termini ta’ numru ta' azzjonijiet implimentati, il-prijorità 1 u l-prijorità 4 jiddominaw, bi spiża medja simili kull azzjoni ta' madwar EUR 600.000. Il-Prijoritajiet 3 u 5 jiġu karatterizzati mill-istess numru ta’ azzjonijiet implimentati bl-ispejjeż medji ta’ madwar EUR 180.000. Azzjonijiet implimentati taħt il-prijorità 2 ħtieġu allokazzjoni medja ta’ EUR 2.000.000.

Aspetti kwalitattivi tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri

Il-kategoriji ta’ azzjonijiet identifikati taħt il-Fond - tipoloġija

L-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond huma differenti minn dawk taħt il-Fondi l-oħra tal-Programm Ġenerali f’li jikkonċernaw b’mod predominanti investimenti tanġibbli aktar mill- operazzjonijiet u miżuri "li ma jorbtux ( soft )" bħall-għoti ta' pariri, it-taħriġ eċċ. Għalhekk, il-Kummissjoni żviluppat għodda analitika għal investimenti mwettqa taħt il-Fond abbażi tal-produzzjoni ġġenerata. Tippermetti klassifika ta’ azzjonijiet taħt kull prijorità Għal Prijorità 1, ġew identifikati żewġ sotto-kategoriji ta’ azzjonijiet, jiġifieri azzjonijiet relatati ma’ kontrolli (f’punti tal-qsim tal-fruntiera) u azzjonijiet relatati mas-sorveljanza (matul il-linja tal-fruntiera). Għal kull sotto-kategorija, il-kategoriji li ġejjin ġew identifikati skont it-tip ta' produzzjoni prodotta: infrastruttura, mezzi tat-trasport, tagħmir operattiv u sistemi tal-IT. Sostanzjalment, l-istess mudell ġie segwit għal prijorità 2. Taħt prijorità 3 azzjonijiet ġew ikkwalifikati jew bħala infrastruttura, tagħmir, sistemi tal-IT jew bħala kooperazzjoni konsulari jew l-użu ta’ ILOs. Prijorità 4 tkopri investimenti relatati mal-SIS, il-VIS u sistemi oħra rilevanti tal-IT. Fl-aħħar nett, għall-prijorità 5 it-taħriġ u l-analiżi tar-riskju kienu l-kategoriji ewlenin identifikati, issupplimentati minn kampanji ta' informazzjoni u attivitajiet oħra.

Grafika 7: 2007-2009 - distribuzzjoni ta’ fondi (kontribuzzjoni tal-UE u riżorsi nazzjonali) skont il-produzzjoni

[pic]

- Fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-Fond kważi nofs ir-riżorsi kienu użati sabiex itejbu l-kapaċità tas-sorveljanza tal-fruntieri (investimenti f’diversi mezzi tat-trasport 36%, segwiti minn sistemi tas-sorveljanza tal-fruntieri 12% u tagħmir għas-sorveljanza tal-fruntieri 9%).

- Kwart tar-riżorsi marru għal sistemi tal-IT (VIS 10%, SIS 6% u sistemi oħra tal-IT 7%).

- Inqas minn wieħed minn ħamsa intużaw għar-rinfurzar tal-punti tal-qsim tal-fruntieri (infrastruttura tal-fruntiera 8%, tagħmir operattiv għal kontrolli f’postijiet tal-qsim tal-fruntieri 5% u sistemi tal-ICT għal kontrolli f’postijiet tal-qsim tal-fruntieri 4%).

Eżempji ta’ produzzjoni miksuba

- L-akkwist ta’ mezzi tat-trasport li jikkonċerna l-aktar vetturi għas-sorveljanza tal-fruntieri - elikotteri għall-għassa mill-ajru, bastimenti għas-sorveljanza ta’ fruntieri marittimi u vetturi bbażati fuq l-art għal fruntieri tal-art. Ċipru uża r-riżorsi disponibbli sabiex iżid b’mod sinifikanti il-kapaċità tas-sorveljanza tiegħu: 2 elikotteri, 2 dgħajjes tal-għassa ta' daqs medju u 40 vettura tal-art inxtraw taħt il-programmi tal-2007-2009. Ġew akkwistati wkoll elikotteri mill-Estonja, il-Finlandja u Spanja. Malta ssostitwixxiet il-bastimenti eżistenti ma' 4 dgħajjes tal-għassa ġodda b'kapaċità miżjuda tal-għassa fil-baħar f’termini ta’ żmien, tagħmir u ekwipaġġ. Il-Greċja investiet f’numru ta’ vetturi tal-passiġġieri tal-għassa kif ukoll muturi tal-għassa b’żewġ roti li se intużaw għall-għassa tat-toroq fiż-żoni tal-fruntiera. Il-bastimenti nxtraw ukoll mill-Ġermanja, il-Finlandja, Spanja u l-Estonja. Il-Finlandja akkwistat ukoll hovercrafts , vetturi għas-silġ u dgħajjes kapaċi li joperaw f’kondizzjonijiet tas-silġ. Spanja xtrat inġenji tal-ajru b’ġewnaħ fiss għas-sorveljanza marittima. L-Ungerija akkwistat pjattaformi li jżommu fil-wiċċ għal dgħajjes tal-petrol shallow draft sabiex jintużaw fil-fruntiera Ungeriża - Ukraina tax-xmara Tisza.

Sehem marġinali tal-mezzi tat-trasport inxtara għall-użu fil-punti tal-qsim tal-fruntiera sabiex jiġu rinfurzati kontrolli effettivi. Dan jirreferi pereżempju għall-akkwist ta' vettura mgħammra b'mezzi thermovision speċjali għall-għassa tal-perimetru tal-ajruport internazzjonali Prague Ruzyně ipprogrammat mir-Repubblika Ċeka jew vetturi speċjali terrain mixtrija mis-Slovakkja għall-kooperazzjoni mill-qrib tal-għassiesa tal-fruntieri u uffiċjali doganali li qed iwettqu kontrolli fil-fruntieri.

- Sistemi ta’ sorveljanza tal-fruntieri: investimenti f’komponenti nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza minn Franza, Spanja u Malta (ara hawn taħt).

- Il-kategoriji VIS u SIS jinkludu investimenti f’hardwer, softwer, l-iżvilupp ta' dejtabejżis, l-adattament u ż-żamma ta' dejtabejżis nazzjonali, il-konnessjoni u l-ittestjar kif ukoll tagħmir meħtieġ sabiex tinġabar dejta rilevanti għal dawk iż-żewġ sistemi (inklużi l-bijometriċi). Id-Danimarka ddedikat il-maġġoranza tal-programmi tagħha għas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża filwaqt li l-programmi tal-Lussemburgu appoġġjaw esklussivament in-nefqa marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. L-Istati Membri kollha, aktar jew anqas minn qabel, użaw il-Fond sabiex iżidu r-rieda tagħhom għall-parteċipazzjoni f'dawk iż-żewġ sistemi.

- It-tagħmir operattiv għas-sorveljanza tal-fruntieri: ix-xiri ta’ magni tar-ritratti termali, nuċċalijiet ta' sigurtà għall-viżjoni bil-lejl u għal distanzi twal (il-Greċja), l-użu ta’ elikottri fuq il-baħar ( navalisaiton ), inkluż it-tagħmir tagħhom b'winċijiet ta' salvataġġ, mekkaniżmi li jieħdu immaġni tas-sħana ( heat imaging devices ) u searchlights addizzjonali (il-Ġermanja), l-akkwist ta’ tagħmir tas-sensuri tar-radar u modernizzazzjoni ta’ konnessjoni tat-trasferiment tal-immaġni (il-Finlandja), it-tagħmir ta’ dgħajjes u elikotteri tal-għassa b’sistemi optroniċi tal-ogħla livell teknoloġiku għas-sorveljanza marittima fil-fruntiera (Spanja).

- Infrastruttura tal-fruntiera: investimenti fl-ajruporti u punti tal-qsim tal-fruntiera tal-art. Il-Ġermanja appoġġjat proġett fil-punt tal-qsim tal-fruntiera f’Hamburg (" Cruise Centre ") kif ukoll investiet fl-iżvilupp ta’ korsiji separati tal-ikkontrollar u tabelli xierqa fl-ajruport Nuremberg. Franza ħolqot żona speċjali għall-istennija għal minorenni mhux akkumpanjati fl-ajruport Roissy.

- Sistemi tal-ICT oħra għajr il-VIS u l-SIS: proġetti relatati mal-ipproċessar tad-dejta fit-traffiku tal-ajru u marittimu, l-iżvilupp ta’ sistema għar-reġistrazzjoni u t-trasferiment ta’ dejta tal-passiġġieri fit-trasport tal-ajru (il-Ġermanja), l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-IT għall-ġestjoni tad-dejta rigward ċittadini tal-pajjiżi terzi mhux ammessi sabiex jidħlu fit-territorju Schengen (Franza).

- Tagħmir operattiv għal kontrolli fil-fruntiera: tagħmir relatat mal-introduzzjoni ta' kontrolli awtomizzati fil-fruntiera u mekkaniżmi għall-qari tad-dokument sabiex tiġi żgurata verifika effettiva tal-identità (ara hawn isfel). Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja u Spanja inter alia xtraw tagħmir modern għall-verifika tad-dokumenti li ppermetta kontrolli bla xkiel fil-fruntieri kif ukoll ikkontribbwixxa għal ġlieda kontra dokumenti foloz u falsifikati.

- Fil-perjodu tar-rappurtar, kooperazzjoni konsulari u Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni (ILOs) inkludew biss azzjonijiet li jikkonsistu mill-użu tal-ILOs, uffiċjali tal-komunikazzjoni tal-għassa fil-fruntiera u konsulenti dwar id-dokumenti f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Belġju, il-Finlandja u l-Ġermanja.

- Infrastruttura konsulari: azzjonijiet immirati lejn iż-żieda fis-sigurtà fl-uffiċċji konsulari permezz tal-adattament ta' infrastruttura eżistenti, istallazzjoni ta' visa counters , bibien tas-sigurtà u twieqi minn fejn jgħaddu d-dokumenti iddisinjati kontra l-bullits (l-Awstrija, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka) u t-titjib tal-proċess tat-trattament tal-viża permzz tax-xiri ta’ tagħmir operattiv, softwer u hardwer (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, Spanja).

- Barra minn hekk, diversi sessjonijiet tat-taħriġ u seminars għal għassiesa tal-fruntieri u persunal konsulari, li jvarjaw minn taħriġ dwar l-użu ta’ tagħmir partikolari u softwer, għal sessjonijiet ta’ ħidma ( workshops ) dwar l-acquis ta’ Schengen u frodi tad-dokumenti u għat-taħriġ tal-lingwa relatat mal-ħidma, ġew organizzati mill-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

Eżempji ta’ azzjonijiet implimentati f'żoni speċifiċi tal-intervent tal-Fond

A. Is-sigurtà tad-dokument u l-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti

Il-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti hija preokkupazzjoni kostanti għall-Unjoni Ewropew partikolarment fil-qasam tad-dokumenti tal-identità u l-ivvjaġġar. Kemm il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Kodiċi tal-Viża jeħtieġu li l-Istati Membri jikkontrollaw l-awtentiċità tad-dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar li qed jintużaw sabiex wieħed jaqsam il-fruntiera esterna jew biex wieħed japplika għal viża. Barra minn hekk, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta' network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, il-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni dwar dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar iffalsifikati huwa wieħed mill-kompiti assenjati lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni li jaħdmu f'pajjiżi oħra. Sistema Ewropea ta' Arkivjar tal-Immaġni (FADO) twaqqfet permezz ta’ Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill fit-3 ta’ Diċembru 1998 għall-għan tal-iskambju, permezz ta’ mezzi kompjuterizzati, informazzjoni li l-Istati Membri għandhom fil-pussess tagħhom rigward dokumenti ġenwini u foloz. L-Istati Membri ġew mistiedna li jużaw b'mod estensiv din is-sistema permezz tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u 6 ta' Ġunju 2008. |

Il-Fond għall-Fruntieri Esterni appoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-użu ta’ dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar foloz u ffalsifikati. Fil-perjodu 2007-2009, 17 mit-23 Stat Membru wettqu azzjonijiet relatati ma' dan l-għan, u allokaw 8,7% tar-riżorsi totali tal-EBF għal dan il-perjodu.

Fost pajjiżi bl-aktar sehem sinifikanti tal-baġits tagħhom iddedikati għall-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti kienu l-Italja (32%), il-Ġermanja (21%), ir-Repubblika tas-Slovakkja (19%) u r-Repubblika Ċeka (16%). L-Ungerija, il-Finlandja, il-Litwanja, il-Belġju, l-Awstrija, il-Portugall u Malta ddedikaw bejn 4% u 10% tal-allokazzjonijiet annwali tagħhom għal dawn il-miżuri.

Grafika 8: 2007-2009 - L-allokazzjoni tal-baġit għal azzjonijiet tal-frodi tad-dokumenti bħala sehem tal-allokazzjoni totali tal-EBF

[pic]

Bi 18-il azzjoni dwar il-frodi tad-dokumenti matul it-tliet snin kollha tal-programm, il-Ġermanja kellha l-akbar numru ta’ azzjonijiet f'din iż-żona. Fl-Italja, is-sehem tal-baġit komparattivament akbar ġie kkonċentrat fuq ħafna inqas azzjonijiet - erba' azzjonijiet matul l-2007-2009. Is-sehem tal-baġit Ċek ġie kondiviż bejn sitt azzjonijiet - tnejn għal kull waħda mis-snin tal-programm - u l-isforzi Slovakki fil-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti saru biss permezz ta' żewġ azzjonijiet li għal waħda minnhom intuża sehem relattivament kbir tal-allokazzjoni komparattivament żgħira.

It-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin immiraw lejn l-iskoperta bikrija ta’ dokumenti frawdolenti, b’hekk ipprekludew u/jew skoprew dħul irregolari fiż-żona Schengen:

- l-akkwist ta’ tagħmir għal għassiesa tal-fruntieri u konsulati. Il-mekkaniżmi użati minn għassiesa tal-fruntieri matul il-kontrolli tal-ewwel u t-tieni linja jservu għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar. Pereżempju, il-Ġermanja għammret l-ajruporti b’teknoloġija għall-ittestjar tad-dokumenti u ppermettiet il-kontroll ta’ karatteristiċi tas-sigurtà ottiċi u elettroniċi kif ukoll karatteristiċi tas-sigurtà appoġġjati bijometrikament. It-tagħmir użat f’konsulati għall-proċedura tal-ħruġ tal-viża jikkonsisti minn mekkaniżmi bħal mekkaniżmi għall-ġbir tad-dejta bijometrika bħal skanners tal-marki tas-swaba.

- it-taħriġ ta’ persunal konsulari u tal-kontroll tal-fruntieri fl-iskoperta ta' dokumenti foloz jew iffalsifikati. Franza ddedikat miżuri għat-taħriġ matul it-tliet programmi, fejn edukat il-persunal fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri fl-identifikazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar falsifikati u fl-użu ta' tagħmir tekniku għall-iskoperta ta' frodi tad-dokumenti. Il-Finlandja inkorporat it-taħriġ dwar l-iskoperta ta’ dokumenti falsifikati fit-taħriġ ġenerali dwar kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni għal persunal konsulari. Il-Ġermanja ħarrġet uffiċjali tal-pulizija tal-fruntieri fl-iskoperta malajr ta' frodi tad-dokumenti kif ukoll edukat lill-konsulenti dwar id-dokumenti u b'hekk tejbet il-kompetenzi tagħhom fil-komunikazzjoni u relazzjonijiet interkulturali.

- l-użu ta’ konsulenti dwar id-dokumenti - jew ALOs (uffiċjali għall-komunikazzjoni fl-ajru) u uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, ILOs . Pereżempju, fil-Belġju, il-Ġermanja u l-Finlandja, konsulenti dwar id-dokumenti u uffiċjali għall-komunikazzjoni ġew ikkonsultati dwar u involuti fit-taħriġ fir-rikonoxximent ta’ dokumenti falsifikati u t-trasmissjoni ta’ informazzjoni fir-rigward tal-frodi tad-dokumenti għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-impjegati f’konsulati fil-pajjiżi terzi, l-impjegati tal-linja tal-ajru, u l-awtoritajiet tal-kontroll fil-fruntieri. Barra minn hekk, saru sforzi lejn it-titjib tal-kollaborazzjoni strateġika u operattiva bejn awtoritajiet u pulizija tal-fruntieri fl-Istati Membri rispettivi u dawk fi Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, u b’hekk żviluppaw in-network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni.

- l-iżvilupp tal-użu ta’ u t-titjib tal-input f’ FADO (Dokumenti Foloz u Awtentiċi Onlajn), għodda bbażata fuq il-web li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri dwar frodi skoperta tad-dokumenti. BE, DE u PT użaw fondi tal-EBF għall-iżvilupp jew aktar espanzjoni ta’ informazzjoni nazzjonali u sistemi ta' verifika għall-ikkontrollar tal-validità ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, konnessi ma’ FADO. F’ES u LT ġew iddedikati azzjonijiet għall-konnessjoni ta’ punti nazzjonali ta’ kuntatt u awtoritajiet rilevanti mas-sistema FADO. Minbarra l-Istati Membri magħżula, erba’ oħra (CZ, HU, MT u SK) wettqu wkoll azzjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp ta’ dejtabejżis u sistemi ta’ informazzjoni li jridu jiġu konnessi mas-sistema FADO, u l-użu ġenerali ta' FADO fil-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti.

B. Is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża

Is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) hija sistema għall-iskambju ta’ dejta tal-viża bejn l-Istati Schengen u għaldaqstant primarjament strument sabiex tiġi appoġġjata l-politika komuni tal-viża. Se tiffaċilita wkoll kontrolli fil-fruntieri esterni u fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Dublin li jiddetermina l-Istati Membru responsabbli għall-eżaminar ta’ applikazzjoni għall-ażil. Il-VIS hija dejtabejż ċentrali Ewropea, li se tiġi konnessa mas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri sabiex tippermetti l-awtoritajiet tal-viża, il-fruntiera u awtoritajiet kompetenti oħra tagħhom sabiex jidħlu u jikkonsultaw dejta dwar applikazzjonijiet għall-viża u d-deċiżjonijiet meħuda fuqhom. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE li tistabbilixxi l-VIS iddefiniet l-istruttura tagħha u tat lill-Kummissjoni l-mandat sabiex tiżviluppa l-VIS fuq livell tekniku, filwaqt li s-sistemi nazzjonali kellhom jiġu adattati u żviluppati mill-Istati Membri . Il-VIS hija bbażata fuq struttura ċentralizzata u tikkonsisti minn sistema ċentrali ta' informazzjoni, interface f'kull Stat Membru li għandu jipprovdi l-konessjoni mal-awtorità centrali nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru rispettiv, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema ċentrali ta' informazzjoni dwar il-viża u l-interfaces nazzjonali. Ir-Regolament 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiddefinixxi l-qafas legali għall-funzjonament tal-VIS. Il-VIS hija mistennija li tibda topera fil-11 ta' Ottubru 2011. L-ewwel tliet reġjuni fejn il-VIS se tintuża huma l-Afrika ta' Fuq, imbagħad l-Lvant Qarib u imbagħad ir-reġjun tal-Golf. Barra minn hekk, għandu jiġi żviluppat network ta’ komunikazzjoni sabiex jiġi permess l-iskambju ta’ dejta bejn konsulati. |

Sabiex jgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw is-sistemi tal-viża nazzjonali tagħhom u sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-VIS bħala parti mill-politika komuni tal-viża, il-Fond ipprovda 75% tal-appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet relatati mal-VIS. L-Istati Membri investew kważi EUR 49 M f’azzjonijiet relatati mal-VIS, ugwali għal 10% tal-baġit totali tal-EBF għal dan il-perjodu. L-Istati Membri kollha minbarra s-Slovenja u l-Lussemburgu wettqu azzjonijiet fuq it-tnedija tal-VIS taħt il-Programmi Annwali tal-2007-2009 tagħhom.

Grafika 9: 2007-2009 -% tal-baġit tal-EBF[10] allokat għall-azzjonijiet relatati mal-VIS

[pic]

Id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju allokaw l-akbar sehem tal-baġits tagħhom għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-tħejjija għat-tnedija tal-VIS. Id-Danimarka ddedikat l-azzjonijiet kollha tagħha minbarra wieħed mill-programmi annwali 2007-2009 u allokat kważi 90% tal-fondi totali tal-EBF għal dawn l-azzjonijiet. L-Estonja, b’sehem ta’ 0,2%, nefqet l-iżgħar sehem tal-fondi fuq azzjonijiet relatati mal-VIS meta mqabbel mal-baġit totali.

L-azzjonijiet li ġejjin ġew appoġġjat:

- Azzjonijiet iddedikati għall- dejtabejżis nazzjonali fittxew li jistabbilixxu interface għal komunikazzjoni mas-sistema ċentrali (AT), li jistabbilixxu l-konnessjoni teknika mal-CVIS (NL), li joħolqu applikazzjonijiet nazzjonali ġodda jew jadattaw l-applikazzjonijiet nazzjonali eżistenti (bħall-applikazzjoni VISION f'AT, VISABIO f’FR, BELVIS f’BE, NET-VIS f’EL), li jiżviluppaw u jittestjaw is-softwer meħtieġ għall-konnessjoni VIS (CY, DE, DK, FI, FR, SE) u li jistabbilixxu ċentru operattiv tal-VIS (DK).

- Azzjonijiet immirati lejn appoġġ għall- konnessjoni tal-konsulati inkludew ix-xiri ta’ hardwer u softwer (IT), l-istallazzjoni mill-ġdid u t-titjib ta’ postijiet tax-xogħol tal-viża u softwer rilevanti fl-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari kollha (AT, SE), ix-xiri ta’ sistemi tal-ipproċessar tal-marki tas-swaba u mekkaniżmi tal-ġbir tad-dejta bijometrika (AT, BE, CZ, FI, FR, NL, PL, ES, SI), estensjoni tan-network ta’ postijiet diplomatiċi u konsulari għall-ġbir tad-dejta bijometrika (BE) u t-taħriġ ta’ persunal (FI, NL, SE).

- Azzjonijiet li jappoġġjaw il- konnessjoni ta’ postijiet tal-qsim tal-fruntiera ffokaw fuq ix-xiri ta’ tagħmir għall-verifika tad-dejta (bħal mekkaniżmi stazzjonarji u mobbli sabiex jikkontrollaw il-marki tas-swaba) u mekkaniżmi għall-ġbir tad-dejta bijometrika għall-ħruġ tal-viżi (BE, DE, FI, FR, HU, NL, PL) kif ukoll it-taħriġ tal-persunal (PL).

- Il-Finlandja wettqet preparazzjonijiet għas- sostituzzjoni tal-protokoll VISION bin -network tal-komunikazzjoni VIS Mail , inkluż it-tħejjija ta’ infrastruttura tas-server għall-SMTP mail, l-analiżi u l-iżvilupp u l-ittestjar tal-applikazzjoni nazzjonali tal-VIS-MAIl. Spanja wkoll investiet fl-iżvilupp ta' sistema sikura ta' komunikazzjoni VIS-MAIL.

C. Sistema Ewropea ta' Sorveljanza għall-Fruntieri

Is-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR) se tistabbilixxi mekkaniżmu għat-tqassim tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni li jippermetti kollaborazzjoni ta’ awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri u Frontex f’livell tattiku, operattiv u strateġiku. Mill-2013 EUROSUR għandha tipprovdi lill-Istati Membri lokati fil-fruntieri esterni tal-lvant u tan-nofsinhar bil-qafas operattiv u tekniku għat-titjib tal-għarfien tas-sitwazzjonijiet u l-kapaċità ta’ reazzjoni tagħhom. L-ewwel nett, is-sistemi ta' sorveljanza eżistenti fil-livell tal-Istati Membri għandhom jiġu interkonnessi f'sistema nazzjonali unika, imbagħad se jiġu żviluppati għodda komuni u applikazzjonijiet fil-livell tal-UE u jinħoloq ambjent sikur għat-tqassim tal-informazzjoni 24/7. Is-sinsla tas-sistema tikkonstitwixxi Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, li jissimplifikaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali kollha li qed iwettqu sorveljanza fil-fruntieri. Maħluqa bħala "sistema tas-sistemi", l-EUROSUR se tippermetti skambju tad-dejta dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri li jkun viċin ta’ ħin reali u għaldaqstant tikkontribbwixxi għar-rispons l-aktar adegwat, effiċjenti u koordinat. |

Il-Fond kiseb riżultati tanġibbli fl-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri sabiex jirrinfurzaw il-kapaċità tas-sorveljanza marittima tagħhom qabel ma tiġi stabbilita sistema komuni Ewropea ta’ sorveljanza fil-Mediterran u l-approċċi tiegħu mill-Atlantiku. Taħt il-perjodu tal-programmazzjoni 2007-2009, taħt prijorità 2, l-Italja nefqet 86%, Spanja 85%, Malta 64% u Franza 26%, il-Portugall 15%, il-Greċja u s-Slovenja 2% tal-allokazzjonijiet tagħhom sabiex jirrinfurzaw il-kapaċità tas-sorveljanza tagħhom u, permezz ta' dawn l-isforzi, il-bini tal-komponenti nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (EUROSUR), ekwivalenti għal total ta' kważi EUR 168 M. Dan ammonta għal kważi 32% tal-Fond f’dan il-perjodu. Barra minn hekk, Ċipru u l-Greċja rabtu l-investimenti importanti segwiti mat-titjib tas-sorveljanza fil-fruntieri marittimi taħt il-prijorità 1.

Filwaqt li l-maġġoranza tal-Istati Membri kkonċernati ttrattaw l-aspett tal-fruntiera kostali bħala parti integrata tar-rinfurzar ġenerali tas-sorveljanza tal-fruntiera esterna, Franza u Spanja adottaw dak li jissejjaħ “approċċ reġjonali”, li jistabbilixxi sistema komprensiva ta’ sorveljanza fil-fruntieri. Is-SIVE Spanjola (Sistema Integrata ta’ Sorveljanza Esterna) inħolqot bil-għan li “tiġi ssiġillata l-Fruntiera tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea”, u timmira partikolarment lejn il-prevenzjoni ta’ dħul irregolari ta’ persuni u oġġetti permezz tal-kosta Spanjola. Fi Franza, is-sistema għas-sorveljanza tal-fruntiera esterna, SPATIONAV, tipprovdi l-qafas għall-attivitajiet u l-azzjonijiet kollha relatati mal-kontroll tal-fruntiera marittima. Filwaqt li t-twaqqif tas-SIVE beda qabel il-programm tal-2007, l-istabbiliment tas-sistema Franċiża inbdiet mal-programm tal-2007 u s'issa għaddiet minn tliet fażijiet ta' żvilupp u espansjoni, waħda taħt kull programm suċċessiv.

Il-bqija tal-Istati Membri bi fruntiera mal-Mediterran (CY, EL, IT, MT, PT, SI) immiraw ukoll is-sorveljanza tal-fruntiera marittima iżda (għad) m’għandhomx fis-seħħ sistemi speċifiċi.

Miżuri implimentati mill-Istati Membri taħt prijorità 2, bl-għan speċifiku ta’ Eurosur, inkludew:

- aktar żvilupp tas- Sistema Integrata ta’ Sorveljanza Esterna (SIVE ) fi Spanja, fejn l-awtoritajiet jenfasizzaw il-potenzjal għal benefiċċji ġġenerati fit-twettiq ta' sorveljanza integrata tal-fruntieri, speċjalment fl-Istrett ta' Ġibiltà u 'l barra mill-kosti tal-Gżejjer Kanarji u Baleariċi. Kull użu tas-SIVE jikkonsisti minn diversi stazzjonijiet mgħammra b’sensuri tar-radar u ottiċi sabiex jiskopru u jidentifika dgħajjes żgħar (jottijiet u dgħajjes żgħar tas-sajd) qabel ma jilħqu l-kosta. L-informazzjoni ġenerali miġbura minn kull stazzjon tiġi trasmessa u tinżamm ċentralment f’ċentru tal-kmand u ta’ kontroll li jikkoordina l-operazzjonijiet permezz ta’ unitajiet tal-art, tal-baħar u tal-ajru. Flimkien ma' appoġġ għas-sistema ta’ sorveljanza, il-Fond intuża sabiex jinxtaraw żewġ inġenji tal-ajru b’ġewnaħ fiss għall-għassa marittima u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari (spiża globali EUR 24 M), diversi elikotteri u dgħajjes ta’ tip u daqs differenti u vetturi tal-art. Spanja allokat total ta’ kważi EUR 80 M taħt il-programmi annwali tal-2007-2009 għal dan l-għan ewlieni. Skont l-awtoritjiaet Spanjoli, l-appoġġ tal-Fond kien kruċjali sabiex din is-sistema tiġi implimentata malajr wara l-kriżi migratorja fl-2006. Erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tas-SIVE, il-pressjoni migratorja fuq il-Fruntiera marittima ta’ Spanja naqqset sew;

- l-iżvilupp tan-network kostali għall-iskoperta, l-identifikazzjoni u t-traċċar ta’ bastimenti, SPATIONAV fi Franza. Is-sistema eżistenti ġiet rinfuzata gradwalment taħt il-programmi tal-2007-2009 billi estendiet iż-żona li tkopri u tejbet il-kapaċità tal-iskoperta, permezz tax-xiri ta’ tagħmir tal-ogħla livell teknoloġiku bħal radars ta’ frekwenza għolja, tagħmir ta’ skoperta fuq fanali tan-navigazzjoni u investimenti f’sistemi tal-konnessjoni tad-dejta. Franza allokat EUR 10 M taħt il-programmi annwali tal-2007-2009 għat-titjib ta’ "Spationav";

- it-titjib tas- sistema tat-traffiku marittimu tal-għassies kostali fl-Italja , ikkomplimentata b’tagħmir tas-satellita u sistemi ta’ sorveljanza infrared istallati fuq il-bastimenti. Fost l-investimenti ewlenin li saru kien hemm: it-titjib tal-kapaċità tal-komunikazzjonijiet tas-satellita fi stazzjon ibbażat fuq l-art ( ground anchor station ); it-titjib tan-Network tar-Radar tat-Tfittxija Kostali għall-kopertura tal-Adrijatiku ċentrali u tat-tramuntana; il-Liguria tal-punent u s-Sardenja tal-punent sabiex jiġi żgurat għarfien ċar tas-sitwazzjonijiet marittimi bis-saħħa tad-dehra fuq ir-radar tal-immaġni tal-magni tar-ritratti termali; il-provvista tal-uffiċċji tal-pulizija territorjali u tal-fruntieri b' softwer komuni, kondiviż u operattiv; il-ħolqien ta' pjattaforma komuni u kondiviża li toffri l-istess strumenti effettivi u tissimplifika l-approċċ prattiku tal-utent aħħari u l-istallazzjoni ta' sistemi tal-komunikazzjonijiet tas-satellita u l-integrazzjoni tagħhom abbord Bastimenti Navali tal-Għassa fil-Baħar (OPVs) involuti f’operazzjonijiet marittimi. L-Italja allokat EUR 47 M taħt il-programmi tal-2007-2009 għal dawn l-azzjonijiet;

- sistema ta’ komunikazzjoni interoperabbli ġdida għall-Forzi Armati fdati bis-sorveljanza marittima f' Malta , kompluta bl-introduzzjoni ta' erba' bastimenti ġodda u b'kapaċità miżjuda tal-għassa fil-baħar f’termini ta’ ħin, tagħmir u ekwipaġġ. L-allokazzjoni ta’ Malta għall-appoġġ għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ sorveljanza laħqet EUR 17 M taħt il-programmi tal-2007-2009.

- l-istabbiliment ta’ Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (iċ-ċentru Dolga vas trilateral) mis- Slovenja għall-kooperazzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali li qed jimplimentaw dmirijiet ta’ kontroll tal-fruntieri esterni (l-iskoperta, l-identifikazzjoni u l-intervent). Is-Slovenja bbaġitjat aktar minn EUR 100.000 għal dan l-għan. L-Ungerija u l-Awstrija jikkollaboraw f’dan il-proġett.

Min-naħa l-oħra, miżuri implimentati taħt prijorità 1, immirati wkoll lejn it-titjib tas-sorveljanza marittima fil-Meditterran, inkludew:

- żieda sinifikanti tal-kapaċità tas-sorveljanza f’ Ċipru bis-saħħa tax-xiri ta’ żewġ elikotteri u żewġ dgħajjes tal-għassa ta’ daqs medju mgħammra b’sistemi tal-osservazzjoni fissi u trasportabbli li jridu jiġu mmuntati fuq id-dgħajjes tal-għassa għal ammont globali ta' EUR 5,4 M;

- It-titjib tal-kapaċità tas-sorveljanza tal-fruntiera fil- Greċja permezz ta' akkwist ta' diversi mezzi tat-trasport (eż. elikotteru, bastimenti tal-għassa kostali) u tagħmir (eż. nuċċalijiet ta' sigurtà għall-viżjoni bil-lejl u għal distanzi twal). Għal dawn l-investimenti, il-Greċja pprogrammat kważi EUR 30 M.

D. Sistemi ta' Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri

Abbażi tal-leġislazzjoni attwali, kontrolli fil-fruntiera ta’ ċittadini tal-UE jistgħu jiġiu awtomizzati, sakemm ikunu fil-pussess ta’ passaport elettroniku, li jaħżen dejta bijometrika tad-detentur tagħha (l-immaġini tal-wiċċ u, mill-2009, il-marki tas-swaba). Xi Stati Membri diġà implimentaw dawn is-sistemi ta’ kontrolli awtomizzati tal-fruntieri (ABC). Il-proċess tal-ABC jibda bl-iskannjar tal-passaport. L-apparat li jaqra l-passaport jikkontrolla teknikament il-karatteristiċi tas-sigurtà fiżika tiegħu, jaqra l-Parti li Tista’ Tinqara mill-Magna (MRZ) u jivverifika l-awtentiċità tad-dokument. Immaġni live tal-wiċċ (jew il-marki tas-swaba) tal-vjaġġatur hija imbagħad imqabbla ma' waħda maħżuna fuq iċ-ċippa (jew xi kultant fid-dejtabejż) sabiex tiġi verifikata l-identità tal-vjaġġatur. Jitwettqu kontrolli każwali kontra s-SIS u dejtabejżis nazzjonali. Jekk it-tqabbil jirnexxi u d-dokument tal-ivvjaġġar jinstab li huwa ġenwin, il-grada awtomizzata tinfetaħ u l-vjaġġatur jista' jidħol fit-territorju tal-Istati Membri; jekk le, il-vjaġġatur jiġi riferit għal kontroll manwali. Awtoritajiet tal-fruntiera jimmonitorjaw il-proċess kollu inkluż it-tqabbil tal-immaġni tal-wiċċ - jistgħu jimmonitorjaw diversi gradi f’daqqa. Is-sistema għandha ħafna vantaġġi, bħal sigurtà mtejba, il-kisba ta’ riżorsi, il-qsim tal-fruntieri bla xkiel u d-dħul faċilitat ta’ vjaġġaturi. Fil-futur, Programmi ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) jippermettu li dan il-proċess jiġi estiż liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Attwalment il-kontroll bir-reqqa tal-fruntiera jeħtieġ li l-għassiesa tal-fruntiera jintervistaw vjaġġatur u jittimbraw manwalment id-dokument tal-ivvjaġġar. L-għan ikun li jiġi faċilitat il-qsim tal-fruntiera tal-fruntiera esterna Schengen għal vjaġġaturi ta' pajjiżi terzi frekwenti, ikkontrollati minn qabel u skrinjati minn qabel, filwaqt li jiżguraw il-koerenza globali tal-politika tal-fruntiera tal-UE. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom aċċess għall-RTP se jkunu jistgħu jużaw faċilitajiet ABC kull meta jkunu disponibbli fil-punt tal-qsim tal-fruntiera Schengen. |

Il-Fond ikkontribbwixxa għall-implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi dwar l-iżvilupp, l-ittestjar u t-tqegħid f’operazzjoni ta’ sistemi ta’ Kontroll Awtomizzat tal-Fruntieri (ABC) f’ajruporti li jippermettu kontrolli fuq ċerti kategoriji ta’ vjaġġaturi, primarjament ċittadini tal-UE fil-pussess ta’ passaport elettroniku, li jimmiraw lejn it-tmexxija ta’ verifika awtomatika tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-marki tas-swaba’, l-immaġni tal-wiċċ jew ir-rikonoxximent tal-ħabba tal-għajn mingħajr intervent minn għassiesa tal-fruntiera li jimmonitorjaw biss il-proċess.

Fil-perjodu 2007-2009 madwar EUR 5,5 M intużaw sabiex iwettqu proġetti pilota, ittestjar u istallazzjoni tat-tagħmir meħtieġ għall-kontroll awtomizzat tal-fruntieri fil-Ġermanja, il-Finlandja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u l-Ungerija:

- Il-Finlandja wettqet test tas-suq fuq l-implimentazzjoni ta’ kontrolli awtomizzati tal-fruntieri fl-2007, li ġie segwit minn proġett pilota, li nbeda f’Lulju 2008, rigward kontrolli awtomizzati tal-fruntieri fuq ċittadini UE/ŻEE/SCH li huma fil-pussess tad-dokumenti tal-ivvjaġġar bijometriċi l-ġodda fl-Ajruport Helsinki-Vantaa. Il-kofinanzjament tal-EBF għat-test tas-suq u l-proġetti pilota laħqu EUR 82.528. Fil-ħin tar-rappurtar, kien hemm tliet gradi ABC fl-ajruport Helsinki-Vantaa. Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-fażi pilota, is-sistema kienet ippjanata li titwassal għal użu operattiv u potenzjalment tiġi estiża għall-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni tal-art maġġuri kollha. Ħmistax-il grada addizzjonali għall-ajruport Helsinki-Vantaa u tliet gradi għall-port ta’ Helsinki kienu ppjanati li jinxtraw fi stadju aktar tard.

- France wettqet il- proġett- “SAS PARAFES” li kkonsista mill-akkwist ta’ SAS (gradi elettroniċi) u l-implimentazzjoni tas-sistema PARAFES għall-kontroll awtomatiku ta’ dokumenti personali ta’ passiġġieri li qed jaslu fl-ajruporti Franċiżi minn barra l-UE. Qabel dan il-proġett, il-Ministeru għall-Intern kien qed iwettaq pilotaġġ ta’ programm imsejjaħ PEGASE li kkonċerna l-ġbir u l-ħażna ta’ marki tas-swaba ta’ numru ta’ vjaġġaturi li vvoluntarjaw bil-prospett li jiksbu passaġġ imħaffef mill-kontrolli tal-fruntiera esterna taż-żona Schengen. Bl-implimentazzjoni tas-sistema PARAFES, dawn il-vjaġġaturi frekwenti jkunu jistgħu jgħaddu mill-gradi elettroniċi (SAS) u jwettwqu l-kontrolli tal-fruntieri tagħhom awtomatikament billi l-ewwel jiskannjaw il-passaport tagħhom imbagħad il-marki tas-swaba;. Il-PARAFES imbagħad tqabbel l-informazzjoni mad-dejta maħżuna fid-dejtabejż ċentrali, u b'hekk tippermetti li l-passiġġier jgħaddi mill-fruntiera mar-rikonoxximent. Il-prospett finanzjarju għall-proġett kollu huwa total ta' EUR 2.300.000 għall-akkwist, l-implimentazzjoni u t-tagħmir ta’ 17-il SAS.

- Il-Portugall wettqet proġett fuq Identifikazzjoni Awtomatika ta’ Passiġġieri fil-Pussess ta’ Dokumenti tal-Ivjaġġar (RAPID) bil-għan li l-kontroll ta’ persuni fil-fruntieri jkun aktar rapidu, sikur u effettiv. Sistema innovattiva għal kontrolli awtomizzati tal-fruntieri fuq id-detenturi kollha adulti ta’ passaporti elettroniċi fi ħdan iż-żona Schengen tal-UE ġiet żviluppata. Aktar speċifikament, il-proġett involva x-xiri ta’ 78 hekk imsejħa VbeGates - gradi awtomizzati tal-fruntieri mgħammra sabiex jikkontrollaw vjaġġaturi li huma fil-pussess ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar bijometriċi. F’Marzu 2007, 10 terminali ta’ gradi elettroniċi ġew akkwistati għall-ajruport f’Faro, u f’Lulju tal-istess sena, 68 terminal ieħor ġie ordnat għall-ajruporti ta’ Lisboa, Funchal, Porto, Lajes, Ponta Delgada u Porto Santo. L-ispiża globali tal-proġett kienet EUR 3,5 M b’kontribuzzjoni mill-EBF ta’ aktar minn EUR 2 M.

- Il- Pajjiżi l-Baxxi wettqu proġett li kkonċerna l-akkwist, l-ittestjar u l-introduzzjoni ta’ tagħmir u l-programmazzjoni għal sistemi ta' kontroll awtomizzat tal-fruntieri fl-Ajruport Schiphol u finalment fl-ajruporti u l-portijiet kollha fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fl-EBF kontribuzzjoni għat-twaqqif tal-programm hija madwar EUR 180.000. Il-finanzjament tal-EBF huwa użat parzjalment sabiex jiddefinixxi viżjoni tal-ABC għall-Pajjiżi l-Baxxi.

- Mill-2004 sal-2007, il- Ġermanja wettqet proġett pilota fuq l-użu ta’ kontroll awtomizzat u bijometriku tal-fruntieri fuq passiġġieri tal-ajruport Frankfurt/Main, abbażi tal-iskan tal-ħabba tal-għajn . Meta jitqiesu r-riżultati pożittivi tal-proġett pilota, ġie deċiż li jitkompla u jiġi żviluppat aktar l-użu tal-ABC f’ajruporti tal-Ġermanja fi Frankfurt u Munich b’appoġġ mill-EBF. L-ispejjeż tal-proġett ABC fil-perjodu 2007-2009 ammontaw għal aktar minn EUR 700.000 u koprew fost oħrajn l-akkwist ta’ erba gradi tal-kontroll awtomizzat tal-fruntiera.

- L-Ungerija wettqet studju sabiex tivvaluta l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ grada elettronika fl-Ajruport Internazzjonali Ferihegy f’Budapest. Permezz taż-żjara u l-istudju ta' sistemi ta' gradi elettroniċi eżistenti fl-UE (jiġifieri Lisbona, Helsinki u Frankfurt), esperti Ungeriżi kellhom jivvalutaw il-possibbiltajiet għall-implimentazzjoni ta' sistema simili. L-istudju ta’ fattibbiltà idaħħal l-informazzjoni fi proġett pilota għall-istabbiliment ta’ tali sistema ABC - l-ewwel fl-ajruport ta' Ferihegy u potenzjalment fl-ajruporti internazzjonali Ungeriżi kollha fuq medda twila ta’ żmien.EUR 14.400 ġew assenjati għal dan il-proġett mill-allokazzjoni tal-Fond Ungeriż.

E. Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) hija sistema li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, permezz ta’ proċedura awtomatika ta’ mistoqsijiet, ikollhom aċċess għal sejħiet ta’ allarm fir-rigward ta’ persuni u proprjetà. Hija għalhekk karatteristiku vitali fil-ġestjoni tal-oqsma tas-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja għaż-żona Schengen mingħajr fruntieri interni. Ġiet stabbilita wara l-Konvenzjoni Schengen tal-1990 għall-implimentazzjoni tal-ftehim Schengen tal-1985 u bdiet topera fl-1995. Ladarba wieħed mill-użi ewlenin tagħha jikkonċerna kontrolli fil-fruntieri esterni tal-UE, tikkontribbwixxi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu ta’ persuni. Is-sistema tikkonsisti minn sistema nazzjonali (N.SIS) li tinstab f’kull wieħed mill-Istati Membri u sistema ċentrali (C.SIS) li tiġbor id-dejta kollha ta’ dejtabejżis nazzjonali. L-istabbiliment tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen (SIS II) li tissostitwixxi l-ġenerazzjoni ta' qabel tas-sistema, huwa meħtieġ sabiex jippermetti integrazzjoni ta' Stati Membri ġodda li qed jingħaqdu maż-żona Schengen kif ukoll sabiex jiġu introdotti funzjonalitajiet tekniċi ġodda. Id-Deċiżjoni 2001/886/JHA u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen stabbilixxew is-sisien għas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen II. Jiddikjaraw li s-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen, maħluqa skont it-Titolu IV tal-Ftehim ta’ Schengen tal-1990, ġiet issostitwita minn SIS II. |

Il-Fond tal-Fruntieri Esterni jappoġġja lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-partijiet nazzjonali tas-SIS II fid-dawl tad-dħul fl-operazzjoni tas-sistema kollha, mistenni fl-2013.

Fl-2007-2009 sittax-il Stat Membru (AT, CZ, EE, FI, DE, EL, HU, LV, LT, LU, MT, PT, SK, SI, ES, SE) wettqu azzjonijiet relatati mas-SIS, fejn allokaw total ta’ EUR 25,5 M ugwali għal 5,5% tal-allokazzjoni totali tal-EBF għal dan il-perjodu.

Grafika 10: 2007-2009 -% tal-baġit tal-EBF[11] allokat għall-azzjonijiet relatati mas-SIS

[pic]

Fil-Lussemburgu, l-iżgħar benefiċjarju, il-fondi disponibbli intużaw esklussivament sabiex jimplimentaw proġetti relatati mas-SIS. Stati Membri oħra b'allokazzjoni sinifikanti għas-SIS kienu l-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja u l-Isvezja, li allokaw aktar minn 20% tal-allokazzjoni tagħhom mill-Fond għal dan l-għan.

Azzjonijiet appoġġjati mill-Istati Membri kienu ffokati fuq l-akkwist u l-aġġustament tal-hardwer u s-softwer meħtieġa (AT, DE, EL, HU, LU, LV, SI), l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati (SE), titjib fi ħdan is-sistemi nazzjonali eżistenti u t-tħejjija għall-migrazzjoni lejn SIS II (AT, DE, EE, EL, ES, FI, HU), l-iżvilupp tal-SISone4all bħala l-istadju transitorju qabel ma jingħaqdu mas-SIS II (HU, SI, SK) u migrazzjoni sussegwenti għas-SIS II (LT, LU, MT, SK), l-adattament tas-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE (AT, EE, ES, HU, MT), it-testijiet sabiex issir tħejjija tal-migrazzjoni għas-SIS II u l-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-C.SIS (AT, SI), sessjonijiet ta’ ħidma ( workshops ) u taħriġ għall-persunal (CZ, EL).

VALUTAZZJONI PRELIMINARI GLOBALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI

Valutazzjoni mill-Istati Membri

Ir-riżultati miksuba

Il-biċċa l-bira tal-Istati Membri taw valutazzjoni pożittiva globali tar-riżultati tal-azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond, u kklassifikaw il-possibbiltajiet għal proġetti taħt il-Fond bħala effettivi u utli. Il-Fond huwa apprezzat għall-kontribuzzjoni importanti tiegħu lill-isforzi tal-Istati Membri fl-oqsma ta’ ġestjoni integrata tal-fruntiera, l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża u s-sistemi tal-IT fuq skala kbira u għin sabiex itaffi l-impatt ta’ restrizzjonijiet imposti fuq baġits tal-istat f’dawn iż-żoni minħabba fis-sitwazzjoni ekonomika mhux favorevoli. L-Istati Membri jenfasizzaw li meta jitqiesu l-miżuri ta’ awsterità meħuda mill-awtoritajiet baġitarji nazzjonali xi attivitajiet ma kinux jiġu implimentati jew ma kinux jitwettqu fil-ħin li kieku ma kienx għall-kofinanzjament provdut mill-Fond.

Partikolarment, l-Istati Membri jagħtu importanza kbira lill--possibbiltà ta’ kofinanzjament ta’ proġetti innovattivi bħall-implimentazzjoni ta’ teknoloġija tal-ogħla livell (notevolment mekkaniżmi mobbli u fissi għall-kontrolli tal-fruntiera u s-sorveljanza tal-fruntiera, sistemi Awtomizzati ta’ Kontroll tal-Fruntiera) u t-titjib tal-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ reazzjoni tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni tal-ajru, tal-baħar u tal-art (sistemi tas-CCTV, mezzi tat-trasport, sistemi ta' komunikazzjoni interoperabbli). Dawn il-miżuri wasslu għal ġestjoni aktar kosteffiċjenti ta' flussi tal-passiġġieri mingħajr ma titnaqqas is-sigurtà .

L-isfidi li ltaqgħu magħhom matul l-implimentazzjoni

Filwaqt li ħafna Stati Membri kienu sodisfatti bir-riżultati miksuba bil-kontribuzzjoni tal-Fond, ħafna enfasizzaw l-isfidi li ltaqgħu magħhom matul l-implimebtazzjoni u ssuġġerew simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju.

L-ewwel nett, l-ewwel sentejn kienu kkaratterizzati minn xi grad ta’ inċertezza u dewmien fl-adozzjoni tal-qafas regolatorju u l-programmi annwali. Għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-programmi tal-2007 u l-2008 kienu approvati sal-aħħar tal-2008, li qassar il-perjodu taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-proġetti. It-tieni, ir-regoli li jiregolaw l-eliġibbiltà tan-nefqa tqiesu bħala kumplessi u komplikati. Barra minn hekk, meta jitqies li programmi jinħolqu kull sena iżda l-azzjonijiet jistgħu jitwettqu fi żmien sentejn u nofs (2,5), il-perjodu tal-implimentazzjoni ta’ programm annwali wieħed jikkoinċidi mal-abbozzar tal-programm annwali sussegwenti u r-rappurtar fuq dak preċedenti. Barra minn hekk, kieku kienet meħtieġa reviżjoni ta’ programm, dokument modifikat kellu jiġi abbozzat u sottomess sa data tal-iskadenza msemmija. L-Istati Membri sabuha strapazzanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti filwaqt li jużaw ir-riżorsi disponibbli sabiex iwettqu diversi kompiti ta’ ippjanar, rappurtar u ġestjoni fuq diversi programmi simultanjament. L-organizzazzjoni ta’ dawn l-obbligi koinċidenti tqieset bħala eżiġenti u li teħtieġ ammont tax-xogħol sinifikanti f’perjodu taż-żmien illimitat.

Minbarra d-dewmien u d-diffikultajiet inizjali, l-isfida ewlenija għall-eżekuzzjoni fil-ħin ta’ azzjonijiet taħt dan il-Fond qed tirriżulta minn proċeduri ta’ akkwist. Il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti inkwistjoni jeħtieġu ppjanar avvanzjat kif ukoll konsultazzjonijiet intern ma' u f'xi każijiet kunsens ta' korpi pubbliċi rilevanti oħra. Proċeduri normalment jikkonsistu minn diversi stadji u l-qafas legali nazzjonali jista' jeħtieġ passi addizzjonali. Ir-riżultat finali jista’ ma jkunx sodisfaċenti jew jista’ jkun hemm ħtieġa li jiġi sospiż, pospost, ikkanċellat jew jinbidel l-ambitu tal-proġett. Diversi Stati Membri kienu ffaċċjati b’dawn id-diffikultajiet b’impatt negattiv potenzjalment serju fuq il-konsum tal-baġit. F’xi każijiet, inħolqu diffikultajiet wara l-proċedura tal-akkwist u kienu minħabba f’dewmien u kwistjonijiet oħra ta’ żmien relatati mat-twassil u l-verifika ta' tagħmir u servizzi minn kuntratturi esterni (barra mill-pajjiż). F’xi każijiet irriżulta fi stadju aktar tard li l-ispejjeż tal-implimentazzjoni kien jew aktar baxxi jew ogħla minn dawk mistennija jew li l-ispejjeż mhux eliġibbli ġew identifikati matul l-implimentazzjoni.

Għall-pajjiżi li ma japplikawx l-euro, il-fatturi finanzjarji u ekonomiċi li għandhom impatt fuq ir-rata tal-kambju wasslu għal modifiki tal-baġits previsti inizjalment.

Fid-dawl ta' dawn ir-restrizzjonijiet, l-Istati Membri rrikorrew konsistentement għall-possibbiltà li jirrevedu l-programmi annwali sabiex jiġi żgurat assorbiment tajjeb tal-fondi. Fil-perjodu ta’ rappurtar, 15-il Stat Membru (AT, BE, CY, DE, EL, ES, FI, FR, HU, LT, LV, PL, PT, SE, SI) issottomettew total ta’ 43 talba għar-reviżjoni tal-programmi annwali tal-2007-2009, li minnhom 39 kienu jeħtieġu deċiżjoni formali mill-Kummissjoni (8 għall-2007, 14 għall-2008 u 17 għall-programmi annwali tal-2009).

Ir-reviżjoni tal-programmi annwali ppermettiet lill-Istati Membri sabiex jaġġustaw il-programmazzjoni tagħhom għal sitwazzjonijiet li jinbidlu filwaqt li qieset l-iżviluppi mhux mistennija u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom. Madankollu, żiedet l-ammont tax-xogħol amministrattiv.

Forsi aktar milli programmi ta’ infiq, dan il-Fond, li qed jiġi implimentat essenzjalment bil-metodu tal-korp tal-eżekuzzjoni minn numru limitat ta' korpi pubbliċi, qed jagħti lill-Istati Membri aktar flessibbiltà fl-adattament ta’ programmi billi jissostitwixxi xi azzjonijiet ma’ programmi oħra li jkunu għaddejjin, rilevanti wkoll għall-istrateġiji nazzjonali definiti fil-programmi multiannwali.

Sabiex tnaqqas l-isfidi, il-Kummissjoni bdiet tliet reviżjonijiet tar-Regoli Implimentattivi li rriżultaw f’estensjoni tal-perjodu tal-eliġibbiltà u simplifikazzjonijiet maġġuri tar-regoli tal-eliġibbiltà. Dawn l-inizzjativi twettqu f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri li kkonfermaw li t-tibdil iġib titjib fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni tal-azzjonijiet billi jippermetti implimentazzjoni sodisfaċienti ta' numru kbir ta' proġetti.

Valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kisbiet tal-Fond

Wara li tkun irrevediet ir-rapporti mill-Istati Membri, u wara li tkun qieset ukoll informazzjoni oħra, inkluż minn missjonijiet ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni ssib li, minkejja diffikultajiet tal-bidu u xi kwistjonijiet speċifiċi mar-regoli u l-implimentazzjoni, il-Fond laħaq l-għanijiet tiegħu. Għall-2007-2009 issodisfa b’mod ċar l-għan tiegħu bħala vettura speċifika sabiex talloka l-għajnuna tal-UE sabiex tagħti spinta lill-investimenti fil-fruntieri u f’konsulati fl-interess taż-żona Schengen kollha kemm hi. Kif muri fit-taqsima 5.3.3, il-Fond iġġenera b'mod attiv inizjattivi u proġetti importanti tal-politika tal-UE . Bħala tali, ikkontribbwixxa sinifikament għat-titjib tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda sabiex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu. Minbarra l-iżvilupp tas-Sistemi ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża, il-Fond appoġġja proġetti pilota dwar l-introduzzjoni ta’ kontroll awtomizzati fil-fruntiera u t-tħejjija għall-programm ta’ vjaġġaturi rreġistrati. Bis-saħħa tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond għal dawn il-miżuri, anke kieku inkisbu esperjenzi relattivament żgħar u ta' valur permezz tal-iżvilupp ta' dawn is-sistemi innovattivi li se jkunu input importanti għall-Kummissjoni f'aktar tħejjija tal-'kunċett intelliġenti tal-fruntieri' għall-futur, notevolment fir-rigward tal-possibbilità li jintużaw ukoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi. F’dak ir-rigward, l-Istati Membri huma inkoraġġiti li jinkludu magni li jaqraw il-marki tas-swaba fil-proġetti tal-ABC tagħhom, sabiex jagħmulhom validi anke fil-futur fir-rigward tal-EED u l-RTP (Inizjattiva Intelliġenti dwar il-Fruntieri). Il-Fond kien ukoll utli ħafna fl-ispinta, f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien, ta’ investimenti f’żoni vulnerabbi, bħall-Mediterran.

Għin fit-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari kif ukoll il-kooperazzjoni mtejba tal-Istati Membri, kif jixhdu r-riżultati li ġejjin:

- L-ewwel nett, bis-saħħa tal-investimenti f’sistemi nazzjonali ta' komunikazzjoni, l-infrastruttura tal-qsim tal-fruntieri, it-tagħmir operattiv tal-ogħla livell teknoloġiku għal kontrolli u sorveljanza tal-fruntieri, il-mezzi tat-trasport u t-taħriġ għal għassiesa tal-fruntieri, l-Istati Membri bbenefikaw minn titjib tekniku sinifikanti fil-fruntiera esterna u fil-postijiet tal-qsim tal-fruntiera, li rriżulta f’sigurtà miżjuda fil-fruntieri esterni tal-UE, kontroll tat-traffiku fil-fruntiera aktar effettiv u koordinazzjoni mtejba bejn id-diversi awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali. Għaldaqstant, il-Fond ikkontribbwixxa għall- isforzi nazzjonali għat-trattament b'mod effiċjenti tal-fruntieri esterni u partikolarment għall-ġlieda kontra d-dħul illegali fiż-żona Schengen, it-tlestija ta’ investimenti tal-passat (il-Faċilità Schengen) u aktar tisħiħ tas-sistema integrata tal-ġestjoni tal-fruntiera tal-UE.

- It-tieni, taħt il-programmi annwali tal-2007-2009 l-Istati Membri xtraw u tejbu t-tagħmir meħtieġ għall-VIS u l-SIS II, u b'hekk ippermettew konnessjoni bla xkiel tal-pjattaformi nazzjonali mas-sistemi ċentrali. Meta jitqies li l-Istati Membri parteċipanti kollha jridu jkunu lestew l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tagħhom, sabiex dawn il-proġetti Ewropej jiffunzjonaw sew fl-intier tagħhom, il-Fond, bħala qafas fuq perjodu ta’ żmien twil sabiex jikkumplimenta l-finanzjament nazzjonali, wera li huwa ta’ importanza vitali għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti komuni tal-IT.

- Fl-aħħar nett, l-Istati Membri għamlu użu mir-riżorsi addizzjonali provduti mill-Fond għall-miżuri sabiex jittejjeb il-proċess tat-trattament tal-viża billi investew f'tagħmir ta' teknoloġija moderna (inkluż mekkaniżmu għall-ġbir tad-dejta bijometrika) u saħħu s-sigurtà ta’ uffiċċji konsulari. Dawn il-miżuri kkontribbwixxew għall-ipproċessar aktar mgħaġġel ta' applikazzjonijiet tal-viża, titjib fil-kwalità tas-servizzi u trattament ugwali u ġust ta’ applikanti tal-viża.

Parti mis-suċċess tal-Fond huwa minħabba fil-karattru speċifiku tiegħu. Il-Fond huwa karatterizzat minn ambitu llimitat u jikkonċerna attivitajiet implimentati fil-fruntieri esterni fiżiċi jew f'relazzjoni ma' ħruġ ta' viża. Dan jeskludi ħafna miżuri mwettqa mill-Istati Membri fil-qafas tal-ġestjoni tal-fruntiera b’erba’ livelli bħal attivitajiet fit-territorju Schengen (attivitajiet tal-għassa ġol-pajjiż, kontrolli fuq persuni barra mill-punti tal-qsim tal-fruntiera). Bl-istess mod, attivitajiet immirati lejn il-kontroll tal-migrazzjoni, it-titjib tas-sigurtà marittima u l-ġestjoni tat-traffiku u s-sigurtà ġenerali tal-ajruport ma jaqawx fl-ambitu tal-Fond. Filwaqt li dan jippermetti li l-Fond jimmira lejn u jevita l-frammentazzjoni ta' riżorsi, jimplika n-neċessità li jivverifika b’attenzjoni l-azzjonijiet prevvisti sabiex tiġi żgurata konformità mal-ambitu speċifiku tiegħu.

Bl-istess mod, it-tagħmir, il-mezzi tat-trasport u s-sistemi tal-IT mixtrija bil-kontribuzzjoni tal-Fondi jistgħu ħafna drabi jintużaw għal għanijiet multipli (bħal kontrolli tal-fruntieri fuq oġġetti, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu ta’ oġġetti u reati ambjentali, azzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fil-baħar). Meta jitqies l-ambitu llimitat tal-Fond, f’ħafna każijiet huwa meħtieġ it-tqassim, u dan jeħtieġ l-iżvilupp ta’ statistiċi addizzjonali u jikkomplika l-ġestjoni tal-azzjonijiet. Fil-qosor, dawn l-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll se jibqgħu korollarju meħtieġ ta’ programm tal-infiq ta’ dan it-tip. Dan jista’ jiġi kkumplikat aktar minħabba fl-istruttura organizzattiva fl-Istati Membri meta, pereżempju, l-għassiesa tal-fruntiera huma parti mill-forza tal-pulizija u/jew iwettqu wkoll funzjonijiet oħra (inkluż relatati mad-dwana).

RIMARKI TA' KONKLUŻJONI

Rakkomandazzjonijet għall-bqija tal-perjodu multiannwali

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-ewwel tliet snin ta’ programmazzjoni, b’rapporti finali disponibbli għal rapport annwali wieħed biss. Is-sottomissjoni tiegħu ssir fil-ħin xieraq sabiex jgħin lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bit-tħejjija għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss u mhux biex jipprovdi evalwazzjoni komprensiva u finali.

Ir-riżultati ta’ dawn it-tliet snin mhumiex neċessarjament rappreżentattivi. L-ewwel programmi annwali kienu abbozzati u implimentati taħt pressjoni konsiderevoli ta’ żmien bi ftit esperjenza preċedenti ma’ strumenti simili. Kważi 30% tal-Fondi saru disponibbli għal dan il-perjodu u l-bqija tas-70% se jiġu allokati għall-erba’ programmi annwali sussegwenti.

Użu aktar strateġiku tal-Fondi

L-eżerċizzju tal-programmazzjoni tal-2010 kien ħafna aktar mgħaġġel. Bl-esperjenzi miksuba f'din l-ewwel fażi, u b’vantaġġ permezz tat-tibdil fir-regoli implimentattivi kif ukoll fuq iż-żidiet sinifikanti tal-allokazzjonijiet annwali, l-Istati Membri huma f’pożizzjoni tajba sabiex jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi fil-perjodu 2010-2013. Għal dan il-għan, mill-2011, l-Istati Membri ġew mistiedna li jiżviluppaw programmazzjoni ta’ azzjonijiet speċifikament immirati lejn il-kisba ta’ numru ta’ għanijiet strateġiċi ewlenin, f’konformità mal-prinċipju fl-att bażiku li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li għajnuna mill-Fond u l-Istati Membri hija konsistenti mal-attivitajiet, il-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni. L-għan globali huwa li tiġi enfasizzata l-koerenza mal-prijoritajiet komuni l-aktar importanti tal-UE kif stabbilit fil-Programm ta’ Stokkolma, essenzjali għall-ġestjoni b’suċċess ta’ flussi migratorji fiż-żona Schengen kollha kemm hi.

Konsegwentement, l-Istati Membri ġew mistiedna li jikkonċentraw riżorsi taħt il-Fond fuq l-investimenti meħtieġa fil-ħames għanijiet strateġiċi li ġejjin:

1. ir-realizzazzjoni tas-SIS II;

2. it-tnedija tal-VIS f’konsulati u punti tal-qsim tal-fruntiera;

3. kooperazzjoni konsulari bejn l-Istati Membri;

4. il-bini tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza;

5. u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda li jappoġġjaw qsim tal-fruntieri bla xkiel, notevolment is-sistemi awtomatizzati tal-kontroll tal-fruntiera.

L-approprjazzjonijiet tal-Fond għall-2011 ġew diretti primarjament lejn l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-UE f'dawn iż-żoni u dan l-approċċ jiġi rinfurzat għall-perjodu tal-2012-2013.

Ir-rinfurzar tal-approċċ strateġiku permezz tal-ippjanar bil-quddiem multiannwali adegwat

Il-Fond, maħluq bħala strument tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, ifittex essenzjalment li jikkofinanzja x-xiri, it-titjib, l-iżvilupp, l-istallazzjoni u r-renovazzjoni ta’ infrastruttura, sistemi tal-IT, tagħmir u mezzi tat-trasport. Azzjonijiet tat-tisħiħ ta’ kapaċitajiet jimmiraw prinċipalment miżuri fuq perjodu ta’ żmien twil , li, bħala regola ġenerali, ma jurux karatteristiċi tipiċi għal proġetti implimentati fi ħdan qafas ta' żmien limitat. L-Istati Membri jistgħu jesploraw b’mod aktar estensiv il-possibbiltajiet sabiex jitwaqqfu proġetti multiannwali, skont il-qafas regolatorju, u b’hekk titnaqqas ukoll l-inċidenza ta' proċessi ta' għażla u jiġi stabbilit ippjanar multiannwali finanzjarju stabbli.

Il- kumplimentar tat-tisħiħ ta’ kapaċitajiet b’appoġġ operattiv, fejn meħtieġ

Azzjonijiet immirati sabiex jinżamm tagħmir jew jitmexxew operazzjonijiet (ta’ sorveljanza) per se ma ġewx introdotti fil-programmi annwali. Dawn l-attivitajiet fil-prinċipju jiffurmaw parti mill- attivitajiet ta’ rutina fil-livell tal-Istati Membri.

Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ladarba l-ħames għanijiet strateġiċi msemmija hawn fuq u l-bqija tal-għanijiet nazzjonali tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jiġu sodisfatti b'mod adegwat, ir-riżorsi taħt il-Fond jistgħu jiġu diretti wkoll lejn l-appoġġ ta' użu kontinwu effettiv ta' investimenti fil-passat magħmula mar-riżorsi tal-UE. Għaldaqstant, azzjonijiet futuri jistgħu jiffinanzjaw ukoll il-manutenzjoni, it-tiswijiet u t-titjib fir-rigward tal-investimenti magħmula taħt programmi annwali preċedenti tal-Fond jew, għal xi pajjiżi, il-Faċilità Schengen. Dawn huwa possibbli wkoll fil-każ ta’ emerġenzi. Dawn l-azzjonijiet isostnu wkoll il-filosofija li Stati Membri li qed jiżguraw fruntieri esterni qed jipprovdu servizz pubbliku fl-interess ta’ u f’isem Stati Membri oħra.

It-tħejjija għall-ewwel evalwazzjoni ex-post (2012)

L-istadju li jmiss għall-Fond huwa r-rapport tal-evalwazzjoni ex-post għall-2007-2010. Skont l-att bażiku, ir-rapport tal-Kummissjoni huwa dovut sal-31 ta’ Diċembru 2012.

It-tħejjijiet għal dan l-eżerċizzju huma kontinwi. Sfortunatament, l-Istati Membri ma jistgħux b’mod raġjonevoli ikunu mistennija li jirrapportaw dwar il-riżultati tal-programm annwali tal-2010 sat-30 ta’ Ġunju 2012, kif indikat fl-att bażiku, ladarba l-perjodu ta' eliġibbiltà għall-2010 jibqa’ għaddej sat-tieni nofs tal-2012. Sabiex tiġi provduta dejta kompleta dwar l-2010, l-Istati Membri se jintalbu li jissottomettu l-kontribuzzjonijiet tagħhom sal-aħħar ta' Ottubru 2012 minflok.

Sabiex tibni fuq dan ir-rapport intermedju, l-evalwazzjoni ex-post għall-2007-2010 tista’ tippreżenta stampa aktar komprensiva tal-intervent tal-Fond f’livell nazzjonali u tal-UE fir-rigward ta' riżultati u l-impatt globali tiegħu fuq l-iżvilupp tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika tal-viża fi Stati Membri. Għal dan il-għan, il-mira globali tagħha tkun:

- Li tidentifika r-riżultati li jinħolqu mill-produzzjonijiet tal-Fond għall-ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni fi fruntieri u konsulati, jiġifieri l-grad safejn investimenti tal-UE fl-infrastruttura, it-tagħmir, il-mezzi tat-trasport, sistemi tal-IT u t-taħriġ ikkontribbwixxew għat-tisħiħ tal-kapaċità globali sabiex jitwettqu kontrolli fuq il-qsim tal-fruntiera, sorveljanza, kontrolli qabel id-dħul u proċeduri tal-ħruġ tal-viża fi Stati Membri;

- Li tiddistingwi b’mod ċar ir-riżultati miksuba għall-organizzazzjoni tal-kompiti pubbliċi tal-kontroll tal-fruntiera u l-politika tal-viża, min-naħa l-waħda, u għad-dħul fl-UE ta' vjaġġaturi u applikanti tal-viża, min-naħa l-oħra;

- Li tivvaluta l-grad safejn l-intervent tal-Fond ikkontribbwixxa għall-prevenzjoni ta’ dħul u permanenza irregolari permezz ta’ kull sistema ta’ ġestjoni tal-fruntiera u tal-viża, filwaqt li titqies l-istrateġija stabbilita fil-programm multiannwali, miri nazzjonali speċifiċi identifikati u l-evoluzzjoni ta' flussi migratorji li qed jaffettwaw is-sistema;

- Li tivvaluta l-punt safejn l-intervent tal-Fond ikkontribbwixa għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, inkluż il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Kodiċi tal-Viża, kif ukoll l-iżvilupp ta’ proġetti speċifiċi tal-UE bħall-VIS u l-SIS II; u

- Fl-aħħarnett, li tkejjel il-valuri miksuba fir-rigward tas-sehem tal-allokazzjonijiet tal-UE taħt il-Fond għall-inputs nazzjonali (finanzjarji u oħrajn) globali u li tidentifika kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li għandu impatt fuq l-intervent.

[1] COM(2005)123 finali

[2] Id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE, ĠU L144, 6.6.2007, p.22

[3] L-Artikolu 52(3)(b) tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE

[4] Kompilazzjoni u r-rapporti tal-pajjiż huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/home-affairs/funding/borders/funding_borders_en.htm

[5] L-Artikolu 51 tal-att bażiku

[6] Dan it-terminu meta użat b’mod ġenerali minn hawn 'il quddiem għal dan il-Fond japplika kemm l-Istati Membri kif ukoll għall-Istati Assoċjati

[7] ĠU L233, 5.09.2007, p.3

[8] Għal aktar informazzjoni ara COM (2011)448 u SEC (2011)0940 dwar l-applikazzjoni tal-kriterji għad-distribuzzjoni ta’ riżorsi fost l-Istati Membri taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-Fond Ewropew għar-Ritorn

[9] Id-Deċiżjoni Nru 458/2008/KE, ĠU L 167, 27.06.2008, p.135

[10] Iċ-ċifri jinkludu Għajnuna Teknika

[11] Iċ-ċifri jinkludu Għajnuna Teknika

Top