EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0613

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2011/0613 finali */

52011DC0613

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea /* KUMM/2011/0613 finali */


WERREJ

1........... Ir-riżultati ta' tmien snin ta' intervent milll-Fond ta' Solidarjetà........................................... 3

2........... Kwistjonijiet u Mistoqsijiet.............................................................................................. 4

2.1........ Numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet ibbażati fuq kriterji "eċċezzjonali"...................... 4

2.2........ Kriterji reġjonali mhux ċari u nuqqas ta' trasparenza......................................................... 4

2.3........ Il-kapaċità ta' rispons u l-viżibbiltà................................................................................... 5

2.4........ L-iskop.......................................................................................................................... 6

2.5........ Il-finanzjament................................................................................................................ 6

3........... Il-proposta tal-2005 għal Fond ta' Solidarjetà emendat bi skop akbar.............................. 7

4........... Ir-rapport speċjali mill-Qorti tal-Awdituri (awditu tal-prestazzjoni)................................... 7

5........... Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-COCOF tal-2010.................................................................... 8

6........... L-aġġustament tar-Regolament........................................................................................ 8

6.1........ Skop definit b'mod ċar għall-Fond ta' Solidarjetà............................................................. 9

6.2........ Definizzjoni ġdida u sempliċi għad-diżastri reġjonali........................................................ 10

6.3........ Ħlasijiet aktar malajr u jiġu introdotti l-ħlasijiet bil-quddiem............................................ 11

6.4........ Ir-rispons għal diżastri li jiżviluppaw bil-mod.................................................................. 12

6.5........ L-amalgamazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' għotjiet u l-ftehimiet ta' implimentazzjoni............... 12

6.6........ Il-Fond bħala strument aktar effettiv għar-reżiljenza kontra d-diżastri u l-bidla fil-klima... 13

7........... Il-Klawżola ta' Solidarjetà fl-Artikolu 222 tat-TFUE..................................................... 13

8........... Sinteżi u konklużjonijiet................................................................................................. 14

Anness 1: Limiti għal diżastri maġġuri applikabbli fl-2011............................................................. 15

Anness 2: L-Applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bejn l-2002 u l-2010................... 16

Anness 3: Ħarsa ġenerali tal-istatistika tal-applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà.................... 20

Anness 4: Simulazzjoni tal-PDG Reġjonali (n-3)........................................................................... 21

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

1. Ir-riżultati ta' tmien snin ta' intervent milll-Fond ta' Solidarjetà

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)[1] twaqqaf fl-2002 biex iservi bħala strument għall-UE biex tkun tista' tirrispondi b'mod effettiv għal diżastri naturali maġġuri li jaffettwaw lill-Istati Membri jew lill-pajjiżi li jinsabu f'negozjati ta' adeżjoni fl-UE[2]. Fil-passat, ma kien hemm ebda strument bħal dan għall-azzjoni interna.

Sa tmiem l-2010, il-Kummissjoni rċeviet 85 applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja minn 23 pajjiż differenti: fost dawn l-applikazzjonijiet, 27 jaqgħu fi ħdan il-kategorija ta' "diżastru naturali maġġuri" li hija l-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tal-Fond. Ir-Regolament jiddefinixxi diżastri maġġuri bħala dawk li jkunu kkawżaw ħsara li taqbeż livell limitu speċifiku għal kull pajjiż u ddefinit bħala dak l-aktar baxx bejn 0.6% tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) jew EUR 3 biljun skont il-prezzijiet tal-2002 li fl-2011 jikkorrispondu għal EUR 3,536 biljun[3]. Il-livelli ta' limitu applikabbli għal pajjiżi individwali fl-2011 huma mogħtija fl-Anness 1.

Kważi żewġ terzi tal-applikazzjonijiet kollha li waslu mit-twaqqif tal-Fond madankollu kienu relatati maż-żewġ eċċezzjonijiet stipulati fir-Regolament li jippermettu li jiġi mmobilizzat il-Fond anki jekk il-ħsara tibqa' taħt il-livell limitu. 53 applikazzjoni ġew ippreżentati bħala l'hekk imsejħa "diżastri reġjonali straordinarji" u 4 taħt il-kriterju ta' diżastri f'"pajjiż ġar". Fil-każ ta' dan tal-aħħar, pajjiż eliġibbli, li jkun affettwat mill-istess diżastru bħal dak li jkun laqat pajjiż eliġibbli ieħor fejn ikun ġie rikonoxxut li seħħ diżastru maġġuri, jista' jibbenefika wkoll mill-Fond minkejja l-kobor tal-ħsara. Diżastri reġjonali straordinarji huma ddefiniti bħal li jkunu affettwaw il-parti ewlenija tal-popolazzjoni fir-reġjun ikkonċernat u li jkollhom riperkussjonijiet serji u fit-tul fuq il-kondizzjonijiet ta' għixien u l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun.

B'mod ġenerali, minn meta twaqqaf il-Fond ta' Solidarjetà fl-2002 sal-aħħar tal-2010, ġew approvati 42 applikazzjoni b'total ta' EUR 2,4 biljun f'għajnuna finanzjarja[4]. Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta 35 talba għall-għajnuna, li kienu kollha ppreżentati bħala "diżastri reġjonali straordinarji" minħabba li nstab li ma kinux qed jissodisfaw il-kriterji eċċezzjonali. Żewġ applikazzjonijiet ġew irtirati mill-Istati applikanti meta deher ċar li dawn ma kinux se jirnexxu. Fl-aħħar ta' Diċembru 2010, id-deċiżjoni dwar sitt applikazzjonijiet kienet għada pendenti. Hekk kif id-diżastri naturali fl-Ewropa komplew jikbru, kemm fid-daqs u kif ukoll fil-frekwenza, it-talbiet kienu jikkonċernaw tipi differenti ta' diżastri naturali li kienu jinkludu maltempati, għargħar, valangi tat-tajn, terremoti, żbruffar ta' vulkani, nirien fil-foresti u nixfa. L-aktar każ serju kien it-terremot li seħħ fl-2009 fl-Aquila l-Italja, fejn kien hemm ħsara ta' aktar minn EUR 10 biljun u għexieren ta' eluf ta' persuni spiċċaw bla saqaf, fejn sar intervent mill-Fond b'aktar minn EUR 492 miljun, l-akbar għotja li ngħatat sa issa. L-Annessi 2 u 3 jagħtu ħarsa ġenerali tal-applikazzjonijiet kollha li ġew irċevuti mill-2002 sal-aħħar tal-2010.

Ġie rikonoxxut b'mod wiesa' li l-Fond ta' Solidarjetà – meta wieħed jiġġudikah fir-rigward tal-għan li ġie mwaqqaf għalih - hu ta' suċċess kbir. L-assistenza mill-Fond kienet ta' għajnuna biex ittaffi l-piż finanzjarju tal-pajjiżi li kienu milquta minn diżastri. L-għoti ta' għajnuna u riżorsi addizzjonali fi żminijiet ta' diffikulta partikolari ħoloq stampa pożittiva tal-Unjoni f'għajnejn iċ-ċittadini tagħha. Madankollu, l-esperjenza miġbura turi li hemm limitazzjonijiet u dgħufijiet fl-operat tal-Fond.

2. Kwistjonijiet u Mistoqsijiet 2.1. Numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet ibbażati fuq kriterji "eċċezzjonali"

Kif issemma' hawn fuq, l-esperjenza mill-2002 'il hawn uriet li l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet għal assistenza tal-Fond ta' Solidarjetà mhumiex ippreżentati għal diżastri maġġuri kif intiż mill-leġiżlatur, iżda taħt il-kriterji eċċezzjonali għal diżastri reġjonali. Għal tali każijiet, ir-Regolament jitlob attenzjoni speċjali fir-rigward ta' reġjuni remoti jew iżolati u jimponi li dawn il-kriterji jiġu eżaminati mill-Kummissjoni "bl-aktar mod rigoruż". Barra minn hekk, dan jillimita l-allokazzjoni finanzjarja massima għal kull sena għal diżastri reġjonali għal mhux aktar minn 7,5% tal-ammont massimu ta' EUR 1 biljun li jista' jiġi mmobilizzat mill-Fond ta' Solidarjetà fi kwalunkwe sena, jiġifieri EUR 75 miljun. Dan jenfasizza l-intenzjoni tal-leġiżlatur biex diżastri reġjonali jkunu aċċettati biss f'każijiet verament eċċezzjonali.

Ir-rata tal-applikazzjonijiet mingħajr suċċess taħt il-kriterji reġjonali, ta' kważi żewġ terzi, għadha għolja ħafna. B'kuntrast ta' dan, applikazzjonijiet bħala diżastri maġġuri, li għalihom japplika biss kriterju kwantitattiv wieħed, s’issa ġew aċċettati b'rata ta’ 100%.

2.2. Kriterji reġjonali mhux ċari u nuqqas ta' trasparenza

Id-definizzjoni ta' "diżastri reġjonali straordinarji" fir-Regolament hi pjuttost vaga u l-kundizzjonijiet biex jiġi attivat il-Fond taħt din il-kategorija huma - kif intiż mill-leġiżlatur - diffiċli biex jinkisbu: il-Fond jista' jiġi mmobilizzat b'mod eċċezzjonali jekk diżastru reġjonali straordinarju jolqot lill-maġġoranza tal-popolazzjoni ta' reġjun u jekk ikollu effetti serji u fit-tul fuq l-istabbiltà ekonomika u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħu. Evidenza għal dawn il-kundizzjonijiet hi diffiċli ħafna biex tiġi pprovduta u vvalutata. B'riżultat ta' dan, l-Istati li japplikaw u l-Kummissjoni jinvestu ħin u sforzi konsiderevoli biex iħejju u jivvalutaw l-applikazzjonijiet għal diżastri iżgħar li fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jirriżultawx bħala eliġibbli. Jidher li minkejja l-pariri u l-gwida ddettaljati provduti mill-Kummissjoni ħafna Stati Membri jħossuhom obbligati vis-à-vis r-reġjuni tagħhom li jippreżentaw applikazzjonijiet anki jekk ikunu konxji tal-possibbiltà żgħira ta' suċċess. Applikazzjonijiet li jiġu rrifjutati b'konsegwenza jwasslu għal frustrazzjoni fl-Istati u r-reġjuni kkonċernati u huma ta' detriment għall-immaġni tal-UE.

2.3. Il-kapaċità ta' rispons u l-viżibbiltà

Il-kwistjonijiet li ħarġu fir-rigward taż-żmien neċessarju biex isir il-ħlas għall-għotjiet tal-Fond ta' Solidarjetà huma intrinsiċi għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri imposti mir-Regolament. Il-Fond spiss jitqies b'mod żbaljat bħala strument ta' reazzjoni rapida għal ġestjoni tal-kriżi, li ma nħoloqx għaliha. Il-Fond huwa strument li jgħin biex jiġu ffinanzjati mill-ġdid l-operazzjonijiet ta' emerġenza ffinanzjati inizjalment mill-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiż milqut. Madankollu, il-Kummissjoni għandha l-istess opinjoni bħal ta' dawk li jappellaw biex l-għajnuna ssir disponibbli aktar malajr minn kif hu l-każ bħalissa.

Hemm numru ta' fatturi li jillimitaw il-kapaċità ta' rispons tal-Fond, l-aktar importanti fosthom huma dawn:

– F'każ ta' diżastru, il-Kummissjoni ma tistax tieħu azzjoni minn jheddha; hi trid tistenna applikazzjoni formali mill-awtoritajiet nazzjonali li b'mod regolari jkollhom bżonn l-10 ġimgħat sħaħ mill-bidu tad-diżastru biex jippreparaw l-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, ħafna drabi l-applikanti jaġġornaw l-applikazzjoni tagħhom wara li din tkun ġiet sottomessa b'mod formali. F'ċerti każijiet, il-valutazzjoni tkun tirrikjedi li l-Kummissjoni titlob informazzjoni komplimentari li xi drabi tasal biss xhur wara.

– L-approprjazzjonijiet għal għotjiet tal-Fond ta' Solidarjetà mhumiex disponibbli direttament fil-baġit tal-UE. Il-fondi jeħtieġ li jinġabru permezz ta' sforz finanzjarju supplementari tal-Istati Membri, apparti l-kontribuzzjonijiet normali tagħhom tal-UE. Qabel ma tkun tista' tħallas xi għajnuna l-Kummissjoni trid titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw baġit emendatorju, li normalment jinvolvi proċedura pjuttost twila ta' bejn xahrejn u tliet xhur u xi drabi anki aktar.

– Il-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt ir-Regolament attwali tinvolvi numru kbir ta' passi minn meta tkun waslet l-applikazzjoni sa meta - fil-każ li jkun hemm valutazzjoni pożittiva – l-għotja tkun tista' titħallas. F'kull każ jeħtieġ ta' mill-anqas erba' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni:

– l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni bħala każ eliġibbli li jissodisfa l-kriterji tar-Regolament ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni,

– l-adozzjoni ta' proposta ta' baġit emendatorju sabiex il-Kunsill u l-Parlament Ewropew japprovaw il-mobilizzazzjoni tal-Fond u biex l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-ammont ta' għajnuna propost isir disponibbli,

– l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fejn jiġi deċiż li tingħata l-għajnuna (id-Deċiżjoni ta' Għotja) indirizzata lill-Istat benefiċjarju,

– l-adozzjoni tal-Ftehim għall-implimentazzjoni tal-għotja li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-użu tal-għotja u li jistipula b'mod partikolari it-tipi ta' operazzjonijiet ta' emerġenza li għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-għajnuna u li jinnomina l-awtoritajiet responsabbli (il-Ftehim ta' Implimentazzjoni).

– Ftehimiet ta' Implimentazzjoni fil-prinċipju jistgħu jiġu konklużi hekk kif il-baġit emendatorju jiġi approvat u l-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni ta' Għotja. Il-Kummissjoni titlob b'mod sistematiku lill-Istati benefiċjarji biex jipprovdu l-input tagħhom neċessarju (b'mod partikolari dwar it-tipi ta' operazzjonijiet li għalihom beħsiebhom jużaw l-għotja) hekk kif tkun ipproponiet li timmobilizza l-għotja u waqt li tkun għaddejja l-proċedura tal-baġit emendatorju. Madankollu, ħafna drabi dan l-input mill-Istat applikant jasal ġimgħat jew anki xhur wara li jkun ġie adottat il-Baġit Enendatorju.

– Il-Ftehimiet iridu jiġu ffirmati mill-Kummissarju responsabbli u mir-rapreżentant maħtur tal-Istat benefiċjarju, normalment ministru tal-gvern.

– L-applikazzjonijiet mhux dejjem jiġu sottomessi f'waħda mill-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni u għalhekk tkun trid issir talba għat-traduzzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tipproċessa l-applikazzjonijiet. It-traduzzjonijiet jistgħu jirrikjedu sa sitt xhur. Barra minn hekk, ir-rekwiżit li jirrikjedi li jiġu tradotti d-dokumenti kollha uffiċjali li jridu jiġu deċiżi mill-Kummissjoni jew li jkunu indirizzati lill-Istat applikant, ikompli jżid mad-dewmien.

Dan iwassal għal effett kumulattiv li f'ħafna drabi biex ikunu jistgħu jitħallsu l-għotjiet jilħqu jgħaddu bejn 9 u 12-il xahar minn meta jseħħ id-diżastru u xi drabi anki aktar. L-għotjiet jistgħu jintużaw b'mod retroattiv biex jiġu ffinanzjati mill-ġdid l-operazzjonijiet ta' emerġenza li jkunu saru diġà waqt jew immedjatament wara li jkun seħħ id-diżastru u għalhekk iżommu l-effett intiż tagħhom biex jaġevolaw il-baġits tal-Istati Membri u jgħinu lir-reġjuni jirkupraw mill-piż finanzjarju kkawżat mid-diżastru. Min-naħa l-oħra, tali dewmien ifixkel b'mod ġenerali l-viżibbiltà tal-għotja tal-Fond ta' Solidarjetà fost il-popolazzjoni milquta b'mod partikolari peress li r-Regolament ma jinkludi ebda regoli dwar il-pubbliċità u mhux l-Istati Membri kollha jikkomunikaw b'mod wiesa' minn fejn tkun oriġinat l-għajnuna li tkun waslet.

2.4. L-iskop

Li ssir reazzjoni xierqa għal kriżijiet maġġuri li mhumiex ta' oriġini naturali bil-Fond attwali hija estremament diffiċli jew saħansitra impossibbli, kif jidher mill-aċċidenti industrijali bħal dak tat-tixrid taż-żejt fil-baħar mill-Prestige, l-isplużjoni tad-depow taż-żejt ta' Buncefield jew l-atti terroristiċi bħall-bombi f'Madrid u Londra fl-2004 u l-2005. Bl-istess mod, bħalissa mhux possibbli li tingħata għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà jekk isseħħ kriżi serja ta' saħħa pubblika - bħat-tixrid ta' epidemija simili għas-SARS fl-Ewropa jew f'każ li tkun ikkawżata minn aċċident nukleari maġġuri - li tista' faċilment tiskorri l-kapaċitajiet ta' reazzjoni ta' Stati individwali. Madankollu, kien hemm talbiet, pereżempju minn fost il-Parlament Ewropew, biex isir rispons fuq livell Ewropew għal tali avvenimenti, u jkun invokat b'mod speċjali l-Fond ta' Solidarjetà, f'tali kuntesti.

2.5. Il-finanzjament

L-għotjiet tal-Fond ta' Solidarjetà huma ffinanzjati barra mill-baġit normali tal-UE b'ammonti ta' flus addizzjonali lil hinn mill-intestaturi rilevanti kif previsti mill-Ftehim Interistituzzjonali. Għalhekk, wara li ssir proposta mill-Kummissjoni, l-għotjiet iridu jiġu approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-każ. Il-limitu annwali hu ta' EUR 1 biljun. Minn meta twaqqaf il-Fond fl-2002 dan l-ammont dejjem kien biżżejjed fejn l-ammont massimu li tħallas f'sena waħda (l-2002) kien ta' EUR 728 miljun segwit minn EUR 622 miljun fl-2009. Fis-snin kollha l-oħra l-ħlasijiet kumulattivi kienu konsiderevolment aktar baxxi. Għalhekk jidher li ma hemmx bżonn li jiżdied il-limitu massimu tal-baġit.

L-għotjiet individwali jitħallsu wara li tiġi adottata l-proposta ta' baġit emendatorju korrispondenti tal-Kummissjoni għall-każ inkwistjoni u wara li jitlesta t-trilogu bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-proċedura normalment tkun tirrikjedi żewġ qari iżda ġiet simplifikata billi ġiet applikata proċedura ssimplifikata b'qari wieħed biss. Iż-żmien neċessarju biex l-approprjazzjonijiet tal-baġit jiġu approvati f'kull każ ivarja skont iċ-ċirkostanzi iżda normalment idum bejn sitt u tnax-il ġimgħa. Il-Kummissjoni tuża dan iż-żmien biex tipprepara d-deċiżjoni formali tal-għotja u tinnegozja mal-Istat benefiċjarju l-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-għotja li jrid jiġi konkluż qabel ma l-għotja tkun tista' titħallas.

3. Il-proposta tal-2005 għal Fond ta' Solidarjetà emendat bi skop akbar

Fl-2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva għal Regolament ġdid dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE[5]. Filwaqt li kompliet tibni fuq il-Fond eżistenti din il-proposta mmirat għal:

– skop ikbar u eliġibbiltà tal-operazzjonijiet aktar wiesgħa, biex jippermettu lill-Komunità tirreaġixxi għal diżastri oħra apparti dawk ta' oriġini naturali, pereżempju aċċidenti industrijali u diżastri oħra magħmula mill-bniedem, theddid għas-saħħa pubblika (pandemiji eċċ) u azzjonijiet terroristiċi maġġuri;

– il-possibbiltà li jsiru ħlasijiet bil-quddiem, biex titħaffef ir-rata ta’ rispons u l-viżibbiltà tas-sostenn tal-Unjoni;

– simplifikazzjoni, bl-introduzzjoni ta’ kriterji aktar ċari għall-attivazzjoni tal-Fond (tnaqqis tal-livell limitu ta’ diżastru maġġuri filwaqt li jiġu abbandunati l-kriterji eċċezzjonali).

Il-proposta kienet intlaqgħat b'mod favorevoli ħafna mill-Parlament Ewropew. Hu kien adotta l-proposta fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2006.

Fil-Kunsill, madankollu, il-proposta ġiet milqugħa b'xettiċiżmu u oppożizzjoni fost maġġoranza kbira ta' Stati Membri li kienu kkonċernati kważi b'kull element ġdid tal-proposta, b'mod partikolari, fir-rigward tal-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom għall-baġit. Wara numru ta' eżaminazzjonijiet u negozzjati intensi mal-Kummissjoni, il-grupp ta' ħidma tal-Kunsillieri Finanzjarji rilevanti ddeċieda f'Mejju tal-2006 li ma jkomplix jeżamina l-proposta. Minkejja sforzi konsiderevoli u ripetuti min-naħa tal-Kummissjoni, il-Kunsill ma xtaqx ipoġġi l-proposta lura fuq l-aġenda. Bl-istess mod, diversi talbiet mill-Parlament lill-Kunsill biex ikompli l-eżaminazzjoni tat-test ma wasslu mkien.

4. Ir-rapport speċjali mill-Qorti tal-Awdituri (awditu tal-prestazzjoni)

F'Ġunju 2008, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppreżentat ir-riżultati ta' awditu tal-prestazzjoni tal-Fond[6]. L-awditu eżamina jekk il-Fond kienx rapidu, effiċjenti u flessibbli biex jipprovdi għajnuna u jekk l-Istati benefiċjarji kinux sodisfatti bil-Fond. Għal dan il-għan, il-Qorti kienet analizzat l-applikazzjonijiet kollha sal-aħħar tal-2006 u għamlet stħarriġ billi indirizzat kwestjonarji lill-Istati applikanti.

Ir-rapport jasal għal konklużjonijiet simili dwar il-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà kif deskritt hawn fuq fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2005. Filwaqt li b'mod ġenerali l-Qorti kkonkludiet li l-Fond kien qed jilħaq l-objettiv prinċipali tiegħu li juri solidarjetà mal-Istati Membri fi żmien ta' diżastru, madankollu ġie nnutat li l-kondizzjonijiet għal applikazzjoni b'suċċess f'każijiet ta' 'diżastri reġjonali' iżgħar (meta mqabbla ma' 'diżastri maġġuri') kienu aktar diffiċli biex jinkisbu, mhux l-inqas minħabba d-definizzjoni pjuttost vaga ta' diżastri reġjonali fir-Regolament li kienet qed toħloq ukoll il-possibbiltà ta' nuqqas ta' ċarezza fir-rifjut ta' tali diżastri. Il-Qorti rriservat l-ikbar kritika tagħha għan-nuqqas ta' rapidità tal-istrument.

5. Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-COCOF tal-2010

Fl-2010, sabiex ikun hemm għarfien aħjar dwar taħt liema kondizzjonijiet l-Istati Membri jkunu lesti li jkomplu d-diskussjonijiet/in-negozjati, il-Kummissjoni ppreżentat il-Fond ta' Solidarjetà lill-membri tal-COCOF[7], fejn enfasizzat il-punti sodi u dawk dgħajfa tal-Fond u l-elementi ewlenin tal-proposta tal-2005. Tliet mistoqsijiet speċifiċi ġew indirizzati:

– Liema huma l-elementi taħt ir-Regolament attwali fejn l-Istati Membri jħossu li l-Fond ma jilħaqx jew jilħaq parti biss mill-aspettattivi tagħhom?

– Liema minn dawk l-elementi fil-proposta tal-2005 għal Regolament ġdid jistgħu jkunu soġġetti għal aktar deliberazzjonijiet (kemm skont kif ipproponiethom il-Kummissjoni jew mod ieħor)? Liema elementi jidhru li mhumiex realistiċi jew mhux mixtieqa?

– Hemm kwistjonijiet/elementi li tixtieq li jiġu indirizzati/koperti mill-Fond li mhumiex inklużi fir-Regolament attwali u lanqas fil-proposta tal-2005?

Ir-riżultat ta' dan kien numru sinifikanti ta' Stati Membri jesprimu l-oppożizzjoni kontinwa tagħhom għall-adozzjoni ta' Regolament ġdid filwaqt li uħud mill-Istati Membri dehru li kienu qed jaraw skop limitat għall-aġġustamenti ta' aspetti magħżula tar-Regolament attwali, pereżempju li jiġu inklużi l-għargħar jew li jsiru aktar faċli l-kriterji għal diżastri reġjonali (li l-Kummissjoni inizjalment kienet ipproponiet li tabolixxi). Madankollu, kwalunkwe modifikazzjoni li twassal għal infiq potenzjalment ogħla ġiet totalment opposta minn maġġoranza kbira tal-Istati Membri. Sitt Stati Membri ddikjaraw li b'mod ġenerali kienu favur u lesti li jiddiskutu.

6. L-aġġustament tar-Regolament

Skont dan t'hawn fuq jidher ċar li, fis-sitwazzjoni politika attwali kkaratterizzata b'mod partikolari minn sitwazzjoni baġitarja diffiċli f'ħafna mill-Istati Membri, il-maġġoranza kbira tal-Istati Membri mhumiex lesti li jaċċettaw xi tibdiliet kbar fil-bażi legali u l-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà. Għalhekk il-Kummissjoni qed tabbanduna l-idea li tqajjem mill-ġdid il-proposta tal-2005. Madankollu, il-Fond ta' Solidarjetà kif jeżisti illum xorta għandu jsir aktar effettiv kif intwera hawn fuq. Għalhekk ikun xieraq li tiġi rtirata l-proposta tal-2005 u jiġu studjati possibbiltajiet oħra sabiex talinqas jiġu indirizzati l-aktar kwistjonijiet importanti fost dawk deskritti hawn fuq.

Il-Kummissjoni tqis li titjib sinifikanti fl-operat tal-Fond ta' Solidarjetà jista' jinkiseb billi jiġu introdotti biss minimu ta' aġġustamenti fir-Regolament attwali filwaqt li jinżamm l-iskop u l-karattru tiegħu u mingħajr ma jintmessu l-finanzi u l-volum tal-infiq tiegħu. Kwalunkwe aġġustament tar-Regolament mhux se jikkonċerna l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet iffinanzjati mill-għajnuna bħat-tiswija immedjata ta' infrastrutturi vitali u l-kostijiet tal-mobilizzazzjoni ta' assi ta' rispons. Elementi tal-proposta tal-2005 bħat-tkabbir tal-iskop, il-modifikazzjoni tal-limiti jew li jiġu abbandunati d-diżastri reġjonali mhux se jiġu trattati aktar.

Miżuri biex titjieb il-viżibbiltà permezz ta' regoli dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità għandhom jiġu studjati.

6.1. Skop definit b'mod ċar għall-Fond ta' Solidarjetà

L-intenzjoni fil-ħolqien tal-Fond ta' Solidarjetà kien li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji li jippermettu li jsir rispons fil-livell tal-UE għal diżastri naturali maġġuri li jaffettwaw lil Stat wieħed jew lil diversi Stati Membri jew lill-pajjiżi li jkunu f'negozjati ta' sħubija. Il-kliem tal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament li jgħid "assistenza mill-Fond tista’, tiġi prinċipalment immobilizzata meta jseħħ diżastru naturali maġġuri" madankollu jidher li qed jissuġġerixxi li l-Fond jista' jiġi attivat ukoll f'każijiet oħra. Madankollu mhux ċar jekk "prinċipalment" hijiex intiża biex tirrelattivizza l-limitazzjoni tal-iskop tal-Fond għal "diżastri maġġuri", jiġifieri qed tirriferi għall-eċċezzjonijiet għal ċerti diżastri iżgħar stipulati fil-paragrafu 2 tal-istess Artikolu; jew jekk hijiex intiża biex tiftaħ l-iskop tal-Fond ukoll għal diżastri ta' oriġini differenti minn dik naturali.

Eżaminazzjoni ulterjuri tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tiżvela li l-mobilizzazzjoni tal-Fond għal diżastri mhux naturali iġġib magħha diffikultajiet legali serji. L-Artikolu 3 jispeċifika li "pagamenti mill-Fond huma fil-prinċipju limitati għal miżuri finanzjarji li jtaffu ħsarat li ma jiġux koperti b’assigurazzjonijiet". Mill-bidu nett il-Kummissjoni interpretat u applikat din id-dispożizzjoni fit-tifsira li għandhom jiġu esklużi l-ħsarat privati mill-assistenza. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-obbligu tal-Istat affettwat li jfittex kumpens minn partijiet terzi (ir-responsabbiltà ta' parti terza) jidhru li jeskludu diżastri ħlief dawk naturali mill-Fond. Dawn il-konsiderazzjonijiet waslu biex pereżempju l-applikazzjoni tal-Ungerija fir-rigward tad-diżastru ta' tixrid ta' ħama ħamra fl-2010 ma ġietx aċċettata.

Fl-2005, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid dwar il-Fond ta' Solidarjetà ppreżentat, fost oħrajn, elementi biex jikber l-iskop tal-Fond biex ikun jinkludi diżastri oħra apparti dawk naturali. Filwaqt li din il-proposta ġiet milqugħa mill-Parlament Ewropew, maġġoranza kbira ta' Stati Membri fil-Kunsill kienu u għandhom kontra ħafna kwalunkwe tentattiv li jikber l-iskop tal-Fond biex jinkludi diżastri oħra apparti dawk naturali.

Għalhekk, sabiex l-affarijiet ikunu ċari, il-kliem tar-Regolament attwali jrid jiġi aġġustat biex ikun ċar li l-Fond japplika biss għal diżastri kkawżati b'mod naturali. B'hekk kwalunkwe possibbiltà ta' ambigwità dwar l-iskop tal-Fond tiġi eliminata u l-applikanti potenzjali ma jkollhomx aspettattivi li l-Kummissjoni jkollha tħassar - biex ma nsemmux ukoll l-isforz konsiderevoli neċessarju tal-Istat applikant biex jipprepara applikazzjoni u tal-Kummissjoni biex teżaminaha.

Fl-istess waqt, ir-Regolament għandu jistabbilixxi li din il-limitazzjoni għal diżastri naturali ma tkunx teskludi mill-bidu każijiet fejn diżastru naturali jkollu effetti 'ulterjuri' u jwassal ukoll għal diżastru industrijali (pereżempju għargħar li jolqot impjant tal-kimika) jew għal diżastru tas-saħħa pubblika [pereżempju terremot li jfixxkel il-provvisti tal-ilma u jikkawża epidemija (li tittieħed mill-ilma); jew li jkisser l-isptarijiet u jpoġġi f'riskju l-għoti ta' kura lil dawk milquta mid-diżastru naturali.]

6.2. Definizzjoni ġdida u sempliċi għad-diżastri reġjonali

Kif intwera hawn fuq, il-kondizzjonijiet biex jiġi mmobilizzat b'mod eċċezzjonali il-Fond ta' Solidarjetà f'każ ta' "diżastri reġjonali straordinarji" kif stipulati fl-Artikolu 2 (2), it-tielet subparagrafu tar-Regolament dwar il-Fond ta' Solidarjetà, mhumiex ċari biżżejjed u huma primarjament ibbażati fuq kriterji "miftuħa" li jirrikjedu interpretazzjoni ("riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kondizzjonijiet ta’ għixien u l-istabbilità ekonomika"). Biex wieħed juri u jivverifika li dawn huma miksuba jeħtieġ ħafna xogħol u ħin, kemm min-naħa tal-applikant u anki għall-Kummissjoni. Din l-ambigwità twassal għal numru għoli ta' applikazzjonijiet li sussegwentement ikollhom jiġu rrifjutati, b'hekk jinħolqu aspettattivi foloz u sussegwentement frustrazzjoni fil-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati. In-numru għoli ta' każijiet li ma jiġux aċċettati huwa ħażin għall-immaġni tal-UE.

Għalhekk jista' jkun xieraq li jiġu ddefiniti mill-ġdid il-kriterji għal diżastri reġjonali b'mod sempliċi, oġġettiv u trasparenti, simili għal dawk ta' diżastri maġġuri, b'mhux aktar minn indikatur jew tnejn li jkunu faċli biex jiġu vverifikati u "sodi". Dawn għadhom jiġu ssettjati b'mod li jkunu miksuba faċilment fil-każ ta' diżastri reġjonali verament serji, fil-prinċipju minn dawk it-tipi ta' diżastri reġjonali li l-Fond ikun ġie mmobilizzat għalihom b'mod eċċezzjonali skont ir-Regolament attwali. Fl-istess waqt, definizzjoni mill-ġdid tal-kriterji reġjonali b'dan il-mod ikollha l-effett fejn applikanti potenzjali jkunu kapaċi jeżaminaw b'ċertezza kbira minn qabel jekk diżastru jkunx se jikkwalifika għall-għajnuna. Għalhekk l-applikanti jiffrankaw sforzi kbar li normalment ikunu involuti fil-preparamenti ta' applikazzjoni, meta l-ebda rispons pożittiv ma jista' jkun raġonevolment mistenni.

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li diżastri reġjonali jiġu ddefiniti b'mod simili għad-definizzjoni ta' diżastri maġġuri, jiġifieri li jkunu kkawżaw ħsara ta' aktar minn ċertu livell limitu. Il-livell limitu jkun rata ta' persentaġġ ta' PDG reġjonali f'livell ta' NUTS 2. NUTS 2 bħala l-livell ta' referenza reġjonali huwa possibbli peress li hu stabbilit sew fil-politika ta' koeżjoni, hu kbir biżżejjed biex jeskludi sempliċi avvenimenti lokali u dejta statistika tinsab faċilment disponibbli. Jekk diżastru jaffettwa diversi reġjuni ta' NUTS 2, l-istess livell limitu (jiġifieri ir-rata %) jkun applikat f'relazzjoni mal-PDG reġjonali medju tar-reġjuni kkonċernati. Il-kondizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda se jiġu trattati peress li r-reġjuni l-aktar imbiegħda huma kollha ddefiniti fil-livell ta' NUTS 2. Rigward każijiet ta' diżastri naturali li jirriżultaw f'diżastri oħra għas-saħħa pubblika, għandhom jiġu stabbiliti kriterji addizzjonali flimkien mal-Istati Membri.

Tali soluzzjoni mhux biss tkun tpoġġi l-kriterji għal diżastri reġjonali fuq bażi sempliċi u oġġettiva, iżda telimina wkoll id-diffikultajiet biex jiġi attivat il-Fond għal diżastri bħal nirien fil-foresti (diment li jkunu ħolqu ħsara kbira biżżejjed) li min-natura tagħhom rari jissodisfaw il-kriterji ta' diżastri reġjonali.

Għall-għan li tiġi ttestjata l-fattibbiltà ta' tali approċċ, il-Kummissjoni għamlet simulazzjoni billi applikat il-kriterju singolu ta' ħsara li jaqbeż il-1,5% tal-PDG reġjonali fil-livell ta' NUTS 2 għall-applikazzjonijiet ta' diżastru reġjonali kollha li waslu mill-2002 u li ġew deċiżi qabel l-aħħar tal-2010. Il-valur ta' referenza tal-PDG reġjonali hu s-sena n-3 fejn n tirrappreżenta s-sena tal-applikazzjoni (n-3 hi l-aktar sena riċenti fejn ġeneralment ikun hemm dejta reġjonali armonizzata disponibbli għaliha). Ir-riżultati jidhru fl-Anness 4. Minn fost is-37 diżastru reġjonali li ġew eżaminati, żewġ każijiet biss, li kienu ġew aċċettati qabel, ma kinux jikkwalifikaw, filwaqt li każ wieħed li ma kienx aċċettat kien jikkwalifika; f'każ wieħed hemm dubji dwar l-ammont ta' ħsara li ġiet ikkawżata. Il-każijiet kollha l-oħra kieku kienu jwasslu għall-istess riżultat, bid-differenza sinifikanti li 23 applikazzjoni għal diżastri iżgħar, li kellhom jiġu rifjutati, ma kinux jiġu ppreżentati mal-ewwel peress li l-Istati Membri ma kienx ikollhom dubju dwar in-nuqqas ta' eliġibbiltà tagħhom.

Dan juri li bl-applikazzjoni ta' kriterju wieħed u sempliċi bbażat fuq il-PDG jkun possibbli li jinkisbu kważi l-istess riżultati filwaqt li jkun hemm simplifikazzjoni konsiderevoli peress li applikazzjonijiet potenzjalment eliġibbli ma jkollhomx aktar bżonn li juru l-konformità tagħhom mal-kriterji kkumplikati għal diżastri reġjonali imposti mir-Regolament attwali. B'hekk titjieb b'mod konsiderevoli l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' tali applikazzjonijiet, jitneħħa l-obbligu li jiġu eżaminati applikazzjonijiet li jkollhom ċans kbir li jiġu rifjutati u b'hekk jitħaffef sew il-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni u biex jitħallsu l-għotjiet.

Barra minn hekk, il-ktriterju l-ġdid reġjonali li ssemma' hawn fuq, b'mod ġenerali mhux se jkollu impatt finanzjarju.

6.3. Ħlasijiet aktar malajr u jiġu introdotti l-ħlasijiet bil-quddiem

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament attwali u r-regoli baġitarji jidher diffiċli biex jitqassar b'mod sinifikanti ż-żmien neċessarju biex l-għotjiet tal-Fond ta' Solidarjetà jsiru disponibbli mingħajr ma jinbidel il-mod ta' kif jiġi ffinanzjat l-istrument (ara l-paragrafu 2.5 hawn fuq). Għalhekk il-Kummissjoni qed tesplora modi ġodda li jkunu jippermetu li l-għajnuna finanzjarja intiża biex tgħin lill-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza ssir disponibbli aktar malajr. Dan hu b'mod partikolari importanti fil-każ ta' diżastri li jaqsmu l-fruntieri fejn il-Kummissjoni qed taffaċċja sitwazzjoni fejn ma tkunx f'pożizzjoni li tapplika livell indaqs ta' solidarjetà vis-à-vis Stat Membru tal-UE meta mqabbel ma' pajjiż terz li jista' jingħata assistenza finanzjarja immedjata[8].

Il-kapaċità ta' rispons u l-viżibbiltà tal-Fond ta' Solidarjetà jistgħu jitjiebu billi tiġi ntrodotta fir-Regolament il-possibbiltà li jsiru ħlasijiet bil-quddiem. Din tkun tippermetti lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata billi tagħmel ħlas akkont hekk kif l-Istat milqut ikun applika għall-assistenza. Dan il-ħlas akkont għandu jitqies bħala ħlas bil-quddiem fuq l-ammont mistenni li jingħata meta l-proċedura ta' valutazzjoni u dik baġitarja jkunu tlestew. Fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx aċċettata l-Istat li japplika jrid iħallas lura l-ħlas bil-quddiem lill-Kummissjoni. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem jista' jkun ikkalkulat bħala rata ta’ persentaġġ (pereżempju 10%) tal-għotja mistennija u jkun limitat f'termini assoluti (pereżempju għal EUR 5 miljun). Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu biss wara talba speċifika mill-Istat applikant u jkunu limitati għal każijiet ta' diżastru maġġuri kif definit fir-Regolament. Peress li ċ-ċans fejn għajnuna għal diżastru maġġuri tiġi approvata hu għoli ħafna (sa issa 100%) ir-riskju għall-Kummissjoni li jkollha tirkupra xi ħlasijiet bil-quddiem minħabba li ma tkunx ġiet aċċettata applikazzjoni huwa limitat ħafna. Dispożizzjoni simili kienet diġà ġiet inkluża fil-proposta tal-2005.

6.4. Ir-rispons għal diżastri li jiżviluppaw bil-mod

F'numru ta' okkażjonijiet l-Istati applikanti esperjenzaw diffikultajiet biex jilħqu d-data ta' skadenza tal-applikazzjoni fejn id-diżastri fin-natura tagħhom kienu qed jiżviluppaw bil-mod. Ir-Regolament attwali jipprovdi li l-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 10 ġimgħat mid-data tal-ewwel ħsara. L-għargħar huma eżempju tipiku ta' tali diżastru li mhux biss huma kkaratterizzati mill-perjodu twil ta' żmien li fih jiżviluppaw iżda wkoll mid-diffikultà biex jiġi ddeterminat b'mod eżatt meta tkun seħħet l-ewwel ħsara.

Filwaqt li d-data ta' skadenza ġenerali ta' 10 ġimgħat għandha tinżamm, il-kwistjoni tista' tkun riżolta billi tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika fir-Regolament li tistipula li f'tali każijiet id-data ta' skadenza tal-applikazzjoni tkun tibda mid-data tal-ewwel azzjoni meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi f'rispons għall-fenomenu inkwistjoni; pereżempju, fil-każ ta' nixfa, meta restrizzjonijiet fuq il-konsum tal-ilma jidħlu fis-seħħ jew meta jittieħdu miżuri speċifiċi tkun assistita l-agrikoltura.

Tali dispożizzjoni għandha tikkorrispondi b'mod ġenerali għal dak li japplika għal diżastri "normali" li jseħħu malajr fejn l-intervent pubbliku normalment jibda wara ftit siegħat mindu jseħħ l-avveniment.

6.5. L-amalgamazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' għotjiet u l-ftehimiet ta' implimentazzjoni

Il-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq jenfasizza s-sorsi potenzjali ta' dewmien biex isiru disponibbli l-għotjiet. Peress li l-Fond hu ffinanzjat barra mill-baġit normali tal-UE, il-Kummissjoni trid tikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ammont ta' għajnuna proposta f'kull każ. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċedura applikata attwalment ma għandhiex tinbidel.

Madankollu, hemm lok konsiderevoli għas-simplifikazzjoni, tnaqqis tal-proċeduri amministrattivi u ffrankar taż-żmien fl-għoti tal-assistenza skont il-Fond ta' Solidarejtà jekk att wieħed tal-Kummissjoni biss ikun neċessarju qabel ma titħallas għotja hekk kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għamlu r-riżorsi finanzjarji disponibbli. Fir-rigward tal-Istati Membri, jiġifieri l-maġġoranza kbira tal-benefiċjarji potenzjali, ma hemmx valur miżjud fid-diviżjoni tal-att li jagħti l-għajnuna u l-att li jistipula l-kondizzjonijiet għall-użu tal-għotja (id-deċiżjoni ta' għotja u l-ftehim ta' implimentazzjoni). L-amalgamazzjoni ta' dawn it-tnejn, pereżempju billi jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet li attwalment jinsabu fil-ftehim mad-deċiżjoni ta' għotja jew billi jkunu annessi mad-deċiżjoni ta' għotja, tidher pjuttost soluzzjoni sempliċi li tiffranka ħafna ħin. Huwa stmat li b'dan il-mod – permezz ta' emenda sempliċi tal-Artikolu rilevanti tar-Regolament – l-għajnuna lill-pajjiżi milquta minn diżastru tista' titħallas bejn erba' u tmien ġimgħat qabel ma kif jiġri skont is-sistema attwali. Ovvjament, iż-żewġ elementi ta' interess prinċipali għall-benefiċjarji, jiġifieri d-definizzjoni ta' operazzjonijiet eleġibbli u l-ħatra ta' awtoritajiet kompetenti se jkomplu jsiru skont il-proposta tal-Istat benefiċjarju.

Għal dawk eliġibbli li mhumiex Stati Membri, jiġifieri n-numru limitat ta' pajjiżi fil-proċess ta' negozjati dwar is-sħubija tagħhom fl-UE, din is-separazzjoni trid tinżamm peress li att unilaterali tal-Kummissjoni waħdu, bħad-deċiżjoni ta' għotja, ma jkunx jorbot għalihom. F'tali każijiet ftehim ta' finanzjar jew implimentazzjoni jrid ikompli jkun meħtieġ.

6.6. Il-Fond bħala strument aktar effettiv għar-reżiljenza kontra d-diżastri u l-bidla fil-klima

F'Unjoni ta' solidarjetà huwa importanti b'mod ugwali għal kull Stat Membru li jagħmel sforzi minn qabel biex jipprevjeni l-emerġenzi u d-diżastri milli jseħħu. Objettiv fundamentali ta' kwalunkwe politika ta' ġestjoni tad-diżastri hu li d-diżastri jkunu prevenuti u meta dawn iseħħu, li jiġu limitati kemm jista' jkun possibbli l-ħsarat. Rabta aktar mill-qrib tal-operazzjoni tal-Fond mal-politiki tal-UE dwar il-ġestjoni tad-diżastri u l-bidla fil-klima għandha l-potenzjal[9] li tnaqqas il-ħsarat u l-kostijiet ikkawżati mid-diżastri b'mod konsiderevoli u finalment li tnaqqas in-numru ta' applikazzjonijiet għall-assistenza.

Ir-Regolament diġà jinkludi obbligu għall-Istat benefiċjarju biex jinkludi fir-rapport ta' implimentazzjoni l-miżuri introdotti jew proposti biex jillimita l-ħsara u, fejn ikun possibbli, jevita li jerġgħu jseħħu diżastri simili. Dan hu propost biex tissaħħaħ din id-dispożizzjoni, li hi ta' natura relattivament ġenerali, biex issir aktar speċifika. L-Istat benefiċjarju jkun mitlub jagħti dettalji fir-rapport dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti dwar il-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri, il-lezzjonijiet miksub mid-diżastru u jimpenja ruħu għal miżuri li jiżguraw reżiljenza għall-bidla fil-klima u d-diżastri.

Il-Kummissjoni se tesplora wkoll flimkien mal-partijiet interessati l-fattibbiltà li jiġu modulati l-ħlasijiet skont il-Fond ta' Solidarjetà skont il-livell ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti dwar il-prevenzjoni ta' diżastri, il-preparamenti ta' pjanijiet ta' ġestjoni ta' diżastru u t-teħid ta' fondi tal-UE disponibbli għall-investimenti f'miżuri ta' prevenzjoni ta' diżastru.

7. Il-Klawżola ta' Solidarjetà fl-Artikolu 222 tat-TFUE

L-Artikolu 222 tat-TFUE jintroduċi għall-ewwel darba fit-Trattat dispożizzjoni fejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jaġixxu b'mod konġunt fi spirtu ta' solidarjetà jekk Stat Membru jkun soġġett għal attakk terroristiku jew ikun vitma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem. L-Artikolu 222 jistipula li l-Unjoni għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li jinsabu għad-dispożizzjoni tagħha biex:

(a) tipprevjeni t-theddida tat-terroriżmu fit-territorju tal-Istati Membri; tipproteġi l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe attakk terroristiku, tipprovdi assistenza lil Stat Membru fit-territorju tiegħu f'każ ta' attakk terroristiku, fuq talba tal-awtoritajiet politiċi tiegħu; u

(b) tassisti lil Stat Membru fit-territorju tiegħu, fuq talba tal-awtoritajiet politiċi tiegħu, f'każ ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem.

L-implimentazzjoni tal-Klawżola ta' Solidarjetà se tiġbor l-istrumenti ta' rispons eżistenti kollha inkluż il-Fond ta' Solidarjetà filwaqt li tirrispetta l-proċeduri speċifiċi u l-funzjonament speċifiku tagħhom skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali l-ġdid. Il-Komunikazzjoni preżenti hi mingħajr ebda ħsara għal dawn ir-riflessjonijiet aktar wiesgħa.

8. Sinteżi u konklużjonijiet

Filwaqt li wieħed jista' jgħid b'mod korrett li mindu twaqqaf il-Fond ta' Solidarjetà b'mod ġenerali ħadem tajjeb – b'mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-għan speċifiku għat-twaqqif tiegħu – l-esperjenza miksuba f'dawn l-aħħar tmien snin turi li hemm ċerti limitazzjonijiet u dgħufijiet importanti fl-operazzjoni tal-Fond. Essenzjalment dawn jirrelataw man-nuqqas ta' rapidità biex l-għajnuna mill-Fond issir disponibbli u t-trasparenza tal-kriterji biex jiġi mmobilizzat il-Fond.

Minħabba li l-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom riservi serji dwar kwalunkwe bidliet maġġuri għall-prinċipji u l-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà, b'mod partikolari jekk dawn ikunu jistgħu jwasslu għal infiq ogħla, il-Kummissjoni qed tirtira l-proposta tagħha tal-2005 biex il-Fond jiġi rivedut u mwessa'.

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni temmen li l-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà għandu jitjieb u aġġustamenti limitati fir-Regolament attwali jkollhom potenzjal serju għal simplifikazzjonijiet, kjarifika u b'mod partikolari biex jitjieb ir-rispons tal-Fond biex l-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi milquta minn diżastru ssir disponibbli aktar malajr.

L-għan tal-Komunikazzjoni preżenti hu li ssir enfażi dwar dan il-potenzjal bħala bażi għal diskussjoni mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri fil-Kunsill, ir-reġjuni u l-partijiet interessati l-oħra u biex timmira għall-possibbiltà ta' proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament attwali fi stadju aktar 'il quddiem, filwaqt li jittieħed kont tar-riżultati ta' din id-diskussjoni.

Anness 1: Limiti għal diżastri maġġuri applikabbli fl-2011 (ibbażati fuq iċ-ċifri tal-2009 għal-Introjtu Nazzjonali Gross)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jiddefinixxi l-livell limitu biex jiġi mmobilizzat il-Fond għal xi pajjiż bħala ħsara li taqbeż 0.6% tal-ING jew EUR 3 biljun skont il-prezzijiet tal-2002. L-aktar waħda baxxa minn dawn it-tnejn tapplika.

|| || || (f'miljuni ta' EUR)

Il-pajjiż || L-ING fl-2009* || 0.6% tal-ING* || Il-livell limitu ta' diżastru maġġuri għall-2011*

AT || ÖSTERREICH || 271 459 || 1 628.756 || 1 628.756

BE || BELGIË/BELGIQUE || 342 261 || 2 053.566 || 2 053.566

BG || BULGARIA || 33 113 || 198.678 || 198.678

CY || KYPROS || 16 641 || 99.845 || 99.845

CZ || ČESKÁ REPUBLIKA || 129 046 || 774.274 || 774.274

DE || DEUTSCHLAND || 2 430 940 || 14 585.640 || 3 535.904**

DK || DANMARK || 226 447 || 1 358.684 || 1 358.684

EE || EESTI || 13 538 || 81.230 || 81.230

EL || ELLADA || 226 644 || 1 359.863 || 1 359.863

ES || ESPAÑA || 1 029 541 || 6 177.246 || 3 535.904

FI || SUOMI/FINLAND || 171 383 || 1 028.298 || 1 028.298

FR || FRANCE || 1 922 845 || 11 537.070 || 3 535.904

HR*** || HRVATSKA || 43 572 || 261.431 || 261.431

HU || MAGYARORSZÁG || 88 291 || 529.747 || 529.747

IE || ÉIRE/IRELAND || 132 601 || 795.607 || 795.607

IS*** || ICELAND || 7 787 || 46.723 || 46.723

IT || ITALIA || 1 494 576 || 8 967.457 || 3 535.904

LT || LIETUVA || 27 010 || 162.057 || 162.057

LU || LUXEMBOURG (G.D.) || 26 765 || 160.590 || 160.590

LV || LATVIJA || 19 954 || 119.723 || 119.723

MT || MALTA || 5 451 || 32.704 || 32.704

NL || NEDERLAND || 556 518 || 3 339.108 || 3 339.108

PL || POLSKA || 299 518 || 1 797.108 || 1 797.108

PT || PORTUGAL || 162 331 || 973.986 || 973.986

RO || ROMÂNIA || 113 652 || 681.913 || 681.913

SE || SVERIGE || 296 151 || 1 776.908 || 1 776.908

SI || SLOVENIJA || 34 704 || 208.224 || 208.224

SK || SLOVENSKO || 62 575 || 375.452 || 375.452

TR*** || TÜRKIYE || 330 413 || 1 982.480 || 1 982.480

UK || UNITED KINGDOM || 1 587 886 || 9 527.315 || 3 535.904

*               Ċifri mqarrba

**             Fl-2011 EUR 3 535.904 miljun jikkorrispondu għal EUR 3 biljun skont il-prezzijiet tal-2002

***            Stat Mhux Membru eliġibbli li jinsab f'negozzjati tal-adeżjoni mal-UE

Anness 2: L-Applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bejn l-2002 u l-2010

Is-sena || Il-pajjiż || In-natura tad-diżastru || Il-ħsara (f'miljuni ta' EUR) || Il-kategorija[10] || L-għajnuna mogħtija (f'miljuni ta' EUR)

2 0 0 2 || 1 || AT || Għargħar || 2 900 || maġġuri || 134

2 || CZ || Għargħar || 2 300 || maġġuri || 129

3 || FR || Għargħar (Le Gard) || 835 || reġjonali || 21

4 || DE || Għargħar || 9 100 || maġġuri || 444

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2002 || 728

2 0 0 3 || 1 || ES || Tixrid ta’ żejt fil-baħar (Prestige) || 436 || reġjonali || 8.626

2 || IT || Terremot (Molise/Apulia) || 1 558 || reġjonali || 30.826

3 || IT || Eruzzjoni vulkanika (Etna) || 894 || reġjonali || 16.798

4 || IT || Għargħar (It-Tramuntana tal-Italja) || (1 900) || (reġjonali) || Rifjutata

5 || GR || Temp xitwi kiefer || (mhux ċara) || (reġjonali) || Rifjutata

6 || PT || Nirien fil-foresti || 1 228 || maġġuri || 48.539

7 || FR || Nirien fil-foresti (in-Nofsinhar ta' Franza) || 531 || (reġjonali) || Rifjutata

8 || ES || Nirien fil-foresti (fruntiera mal-Portugall) || 53 || ġirien || 1.331

9 || MT || Għargħar || 30 || maġġuri || 0.961

10 || IT || Għargħar (Friuli-Venezia-Giulia) || (525) || (reġjonali) || Rifjutata

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2003 || 107.081

2 0 0 4 || 1 || FR || Għargħar (id-delta tar-Rhone) || 785 || reġjonali || 19.625

2 || ES || Għargħar (Malaga) || (73) || (reġjonali) || Rifjutata

3-9 || ES || Nirien fil-foresti (7 applikazzjonijiet akkumulati) || (480) || (reġjonali) || is-7 li huma kienu rrifjutati

10 || SK || Għargħar || (29) || (reġjonali) || Rifjutata

11 || SI || Terremot || (13) || (reġjonali) || irtirata

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2004 || 19.625

Is-sena || Il-pajjiż || In-natura tad-diżastru || Il-ħsara (f'miljuni ta' EUR) || Il-kategorija[11] || L-għajnuna mogħtija (f'miljuni ta' EUR)

2 0 0 5 || 1 || SK || Maltempata (Tatras) || 203 || maġġuri || 5.668

2 || IT || Għargħar (Sardenja) || 223 (ammont sopravalutat) || (reġjonali) || Rifjutata

3 || EE || Maltempata || 48 || maġġuri || 1.29

4 || LV || Maltempata || 193 || maġġuri || 9.487

5 || SE || Il-Maltempata "Gudrun" || 2 297 || maġġuri || 81.725

6 || LT || Maltempata || 15 || ġirien || 0.379

7 || GR || L-għargħar ta' Evros || (112) || (reġjonali) || Rifjutata

8 || RO || L-għargħar tar-rebbiegħa || 489 || maġġuri || 18.798

9 || BG || L-għargħar tar-rebbiegħa || 222 || maġġuri || 9.722

10 || BG || L-għargħar tas-sajf || 237 || maġġuri || 10.632

11 || RO || L-għargħar tas-sajf || 1 050 || maġġuri || 52.4

12 || AT || Għargħar (Tirol/Vorarlberg) || 592 || reġjonali || 14.799

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2005 || 204.905

2 0 0 6 || 1 || UK || L-isplużjoni fid-depożitu taż-żejt ta’ Buncefield || (700) || (reġjonali) || irtirata

2 || GR || L-għargħar ta' Evros || 372 || reġjonali || 9.306

3 || HU || Għargħar || 519 || maġġuri || 15.064

4 || ES || Nirien fil-foresti ta' Galicia || (91) || (reġjonali) || Rifjutata

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2006 || 24.370

2 0 0 7 || 1 || DE || Il-maltempata "Kyrill" || 4750 || maġġuri || 166.9

2 || FR || La Réunion, Iċ-ċiklun "Gamède" || 211 || reġjonali || 5.29

3 || ES || L-għargħar ta' El Hierro || (18) || (reġjonali) || Rifjutata

4 || ES || L-għargħar ta' La Mancha || (66) || (reġjonali) || Rifjutata

5 || UK || Għargħar || 4 612 || maġġuri || 162.387

6 || CY || Nirien fil-foresti || (38) || (reġjonali) || Rifjutata

7 || ES || Nirien fil-foresti fil-Gżejjer Kanarji || (144) || (reġjonali) || Rifjutata

8-16 || IT || 9 applikazzjonijiet għal nirien fil-foresti f'9 reġjuni || - || (reġjonali) || mhux ammissibbli, data ta’ skadenza maqbuża

17 || FR || Il-maltempata Dean/Martinique || 509 || reġjonali || 12.78

18 || GR || Nirien fil-foresti || 2 118 || maġġuri || 89.769

19 || SI || Għargħar || 233 || maġġuri || 8.254

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2007 || 445.380

Is-sena || Il-pajjiż || In-natura tad-diżastru || Il-Ħsara (f'miljuni ta' EUR) || Il-kategorija[12] || L-għajnuna mogħtija (f'miljuni ta' EUR)

2 0 0 8 || 1 || CY || Nixfa || 165.4 || maġġuri || 7.605

2 || RO || Għargħar || 471.4 || reġjonali || 11.785

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2008 || 19.390

2 0 0 9 || 1 || FR || Il-maltempata Klaus || 3 805.5 || maġġuri || 109.377

2 || IT || It-terremot ta’ Abruzzo || 10 212.0 || maġġuri || 493.771

3 || GR || Nirien fil-foresti 09 || (152.8) || (reġjonali) || Rifjutata

4 || CY || Maltempati 09 || (2.6) || (reġjonali) || Rifjutata

5 || GR || L-għargħar ta’ Evia || (83.2) || (reġjonali) || Rifjutata

6 || IT || Il-valanga ta’ tajn f’Messina || (598.9) || (reġjonali) || Rifjutata

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2009 || 603.148

2 0 1 0 || 1 || IE || Għargħar 09 || 520.9 || reġjonali || 13.022

2 || IT || L-għargħar fit-Toskana 09 || (211.7) || (reġjonali) || Rifjutata

3 || ES || L-għargħar fl-Andalusija 10 || (709.7) || (reġjonali) || Rifjutata

4 || PT || L-għargħar fil-Madejra || 1 080 || maġġuri || 31.256

5 || FR || Il-maltempata Xynthia || 1 425 || reġjonali || 35.636

6 || SK || Għargħar 10 || 649.9 || maġġuri || 20.431

7 || PL || Għargħar 10 || 2 993.7 || maġġuri || 105.567

8 || CZ || Għargħar 10 || 204.5 || ġirien || 5.111

9 || HU || Għargħar 10 || 719.3 || maġġuri || 22.486

10 || HR || Għargħar 10 || 153.04 || ġirien || 3.826

11 || FR || L-għargħar fil-Var 10 || 703-778 || (reġjonali) || Rifjutata

12 || RO || Għargħar 10 || 875.75 || maġġuri || 24.968

13 || CZ || L-għargħar f'Awwissu 10 || 436.5 || reġjonali || 10.911

14 || DE || L-għargħar f'Sachsen 10 || 937.7 || reġjonali || Rifjutata

15 || HR || L-għargħar f'Settembru 10 || 47 || ġirien || 1.175

16 || SI || L-għargħar f'Settembru 10 || 251.3 || maġġuri || 7.459

17 || HU || It-tixrid ta' ħama ħamra 10 || 174.32 || reġjonali || Rifjutata

L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2010 || 281.848

Total globali ta’ għajnuna approvata mill-2002 || 2 433.757

Anness 3: Ħarsa ġenerali tal-istatistika tal-applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà

|| || || Il-qagħda attwali: 31/12/2010

|| || ||

Nru totali ta' applikazzjonijiet li waslu mill-2002 || 85 || ||

li minnhom kienu bbażati fuq il-kriterji għal || || ||

diżastri maġġuri || 27 || 32% || tal-applikazzjonijiet kollha

diżastri reġjonali || 53 || 62% || tal-applikazzjonijiet kollha

il-kriterju ta' "pajjiż ġar" || 5 || 6% || tal-applikazzjonijiet kollha

Applikazzjonijiet aċċettati mill-Kummissjoni || 42 || 49% || tal-applikazzjonijiet kollha

li minnhom || || ||

diżastri maġġuri || 26 || 96% || tal-applikazzjonijiet taħt "diżastri maġġuri"

diżastri reġjonali || 12 || 23% || tal-applikazzjonijiet taħt "diżastri reġjonali"

il-kriterju ta' "pajjiż ġar" || 4 || 80% || tal-applikazzjonijiet taħt "pajjiż ġar"

Applikazzjonijiet rifjutati mill-Kummissjoni || 35 || 41% || tal-applikazzjonijiet kollha

li minnhom || || ||

diżastri reġjonali || 35 || 66% || tal-applikazzjonijiet taħt "diżastri reġjonali"

Applikazzjonijiet irtirati || 2 || 2% || tal-applikazzjonijiet kollha

Deċiżjoni pendenti || 6 || 7% || tal-applikazzjonijiet kollha

Anness 4: Il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE – Applikazzjonijiet għal Fondi għal Diżastri Reġjonali Straordinarji 2002-2010 Simulazzjoni tal-PDG Reġjonali (n-3)

|| Id-Diżastri Reġjonali Mill-2002 || Is-sena || It-talbiet għall-ħsarat (f'miljuni ta' EUR) || Ir-rimarki || Is-Sena ta' Referenza tal-PDG (n-3) || Ir-Reġjuni ta' NUTS 2 Ikkonċernati || Il-PDG Reġjonali || Il-Medja tal-PDG || Ir-Rata ta' Ħsara (% tal-PDG Reġjonali) || L-eżitu skont il-kriterji attwali (Miljuni ta' EUR mogħtija) || L-eżitu skont il-kriterji l-ġodda

FR || Għargħar (Le Gard) || 2002 || 835 || || 1999 || Languedoc-Roussillon || 40806.3 || 40806.3 || 2.05% || 21 || identiku

ES || Tixrid taż-Żejt (Prestige) || 2003 || 436 || || 2000 || Galicia || 34966.5 || 25191.8 || 1.73% || 8.626 || identiku

|| || || || || || Principado de Asturias || 14968.9 || || || ||

|| || || || || || Cantabria || 8488.3 || || || ||

|| || || || || || País Vasco || 42613.3 || || || ||

IT || Terremot (Molise/Puglia) || 2003 || 1558 || || 2000 || Molise || 4913.9 || 30206.0 || 5.16% || 30.826 || identiku

|| || || || || || Puglia || 55498.1 || || || ||

IT || Eruzzjoni vulkanika (Sqallija) || 2003 || 894 || || 2000 || Sicilia || 65549.2 || 65549.2 || 1.36% || 16.798 || ebda applikazzjoni

IT || Għargħar (It-Tramuntana tal-Italja) || 2003 || mhux ċara || || 2000 || || || || || rifjutata || identiku

FR || Nirien fil-foresti (in-Nofsinhar ta' Franza) || 2003 || 531 || mhux reġjun kontinwu || 2000 || PACA || 99642.6 || 71225.4 || 0.75% || rifjutata || ebda applikazzjoni

|| || || || || || Rhone-Alpes || 137674.2 || || || ||

|| || || || || || Languedoc-Roussillon || 42847.3 || || || ||

|| || || || || || Corse || 4737.6 || || || ||

IT || Għargħar (Friuli-Venezia-Giulia) || 2003 || 525 || (il-ħsara x'aktarx sopravalutata) || 2000 || Friuli-Venezia-Giulia || 27552.6 || 27552.6 || 1.91% || rifjutata || mhux ċara

FR || Għargħar (id-delta tar-Rhone) || 2004 || 785 || || 2001 || Languedoc-Roussillon || 45250.3 || 75084.7 || 1.05% || 19.625 || ebda applikazzjoni

|| || || || || || PACA || 104919.2 || || || ||

ES || Għargħar (Malaga) || 2004 || 73 || || 2001 || Andalucía || 90644.8 || 90644.8 || 0.08% || rifjutata || ebda applikazzjoni

ES || Nirien fil-foresti || 2004 || 480 || (7 applikazzjonijiet akkumulati) || 2001 || || || || || rifjutata || ebda applikazzjoni

SK || Għargħar || 2004 || 29 || || 2001 || Východné Slovensko || 5220.4 || 5220.4 || 0.56% || rifjutata || ebda applikazzjoni

IT || Għargħar (is-Sardenja) || 2005 || 223 || (il-ħsara x'aktarx sopravalutata) || 2002 || Sardinia (ITG2) || 27538.1 || 27538.1 || 0.81% || rifjutata || ebda applikazzjoni

EL || Għargħar (Evros) || 2005 || 112 || || 2002 || Antoliki Makedonia, Thraki || 5983.2 || 5983.2 || 1.87% || rifjutata || aċċettazzjoni

AT || Għargħar (Tirol/Vorarlberg) || 2005 || 592 || || 2002 || Tirol || 18814.7 || 14426.9 || 4.10% || 14.798589 || identiku

|| || || || || || Vorarlberg || 10039.1 || || || ||

EL || Għargħar (Evros) || 2006 || 372 || || 2003 || Antoliki Makedonia, Thraki || 6466.1 || 6466.1 || 5.75% || 9.306527 || identiku

ES || Nirien fil-foresti (Galicia) || 2006 || 91 || || 2003 || Galicia || 39906.9 || 39906.9 || 0.23% || rifjutata || ebda applikazzjoni

FR || Ċiklun (La Réunion) || 2007 || 211 || Reġjun remot || 2004 || Réunion || 11650.8 || 11650.8 || 1.81% || 5.29 || identiku

ES || Spanja - Għargħar (El Hierro) || 2007 || 18 || || 2004 || Canarias || 34188.3 || 34188.3 || 0.05% || rifjutata || ebda applikazzjoni

ES || Spanja - Għargħar (La Mancha) || 2007 || 66 || || 2004 || Castilla-La Mancha || 28338.7 || 28338.7 || 0.23% || rifjutata || ebda applikazzjoni

CY || Nirien fil-foresti || 2007 || 38 || || 2004 || Ċipru || 12728.1 || 12728.1 || 0.30% || rifjutata || ebda applikazzjoni

ES || Nirien fil-foresti (il-Gżejjer Kanarji) || 2007 || 144 || || 2004 || Canarias || 34188.3 || 34188.3 || 0.42% || rifjutata || ebda applikazzjoni

FR || Maltempata (Dean) || 2007 || 509 || || 2004 || Guadeloupe || 7202.9 || 7133.3 || 7.14% || 12.78 || identiku

|| || || || || || Martinique || 7063.6 || || || ||

RO || Għargħar || 2008 || 471.4 || || 2005 || Nord-Vest || 9480.0 || 9330.5 || 5.05% || 11.785377 || identiku

|| || || || || || Nord-Est || 9181.1 || || || ||

EL || Nirien fil-foresti || 2009 || 152.8 || || 2006 || Attiki || 101759.4 || 101759.4 || 0.15% || rifjutata || ebda applikazzjoni

CY || Maltempati || 2009 || 2.6 || || 2006 || Ċipru || 14673.2 || 14673.2 || 0.02% || rifjutata || ebda applikazzjoni

EL || Għargħar (Evia) || 2009 || 83.2 || || 2006 || Sterea Ellada || 10072.1 || 10072.1 || 0.83% || rifjutata || ebda applikazzjoni

IT || Valanga ta’ tajn (Messina) || 2009 || 598.9 || || 2006 || Sicilia || 81623.6 || 81623.6 || 0.73% || rifjutata || ebda applikazzjoni

IE || Għargħar || 2009 || 520.9 || || 2006 || Il-Fruntiera, il-Midland u l-Punent || 32566.0 || 32566.0 || 1.60% || 13.0225 || identiku

IT || Għargħar (It-Toskana) || 2009 || 211.7 || || 2006 || It-Toskana || 99985.2 || 99985.2 || 0.21% || rifjutata || ebda applikazzjoni

ES || Għargħar (l-Andalusija) || 2010 || 709.7 || || 2007 || Andalucía || 144874.3 || 144874.3 || 0.49% || rifjutata || ebda applikazzjoni

FR || Maltempata (Xynthia) || 2010 || 1425 || Ħsara totali ta' EUR 2.5 biljun || 2007 || Pays de la Loire || 93594.4 || 68384.9 || 2.08% || 35.63575 || identiku

|| || || || || || Poitou-Charentes || 43175.3 || || || ||

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, il-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (Il-ĠU L 311 tal-14.11.2002, p. 3).

[2]               Attwalment il-Kroazja, it-Turkija u l-Islanda.

[3]               Fl-2011, il-livell limitu ta' EUR 3 biljun japplika għal Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit. Għall-pajjiżi l-oħra kollha, japplika l-livell limitu ta' 0.6% tal-ING li jvarja f'termini assoluti bejn EUR 32,7 miljun għal Malta u EUR 3,339 biljun għall-Pajjiżi l-Baxxi. Għal raġunijiet ta' disponibbiltà ta' dejta statistika armonizzata mill-EUROSTAT, qed jintużaw ċifri tal-ING għas-sena n-2.

[4]               Inkluż ħlasijiet fl-2011 għal tmien każijiet li ġew approvati fl-2010.

[5]               Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, COM(2005) 108 finali tas-6.4.2005.

[6]               Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2008 "Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: huwa rapidu, effiċjenti u flessibbli biżżejjed?" (ĠU C 153, tat-18.6.2008)

[7]               Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fondi mwaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.

[8]               Wara l-għargħar fl-Ewropa Ċentrali f'Mejju u Ġunju 2010, il-Kummissjoni approvat fondi ta' emerġenza immedjati biex tassisti l-vittmi tal-għargħar fil-Moldova filwaqt li l-assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà relatata mal-għargħar fl-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija ġiet mogħtija 10 xhur wara d-diżastru.

[9]               Tnaqqis ta' 1% mill-ħsarat tad-diżastri jiffranka lill-Ewropa EUR 150 miljun fis-sena, sors: Il-bażi tad-dejta tal-EM-DAT

[10]             L-applikazzjonijiet relatati ma' diżastri bi ħsara taħt il-livell limitu li li għalihom ġew valutati l-kriterji għal diżastri reġjonali u li ma kkwalifikawx huma mmarkati bħala reġjonali fil-parentesi "(reġjonali)"

[11]             L-applikazzjonijiet relatati ma' diżastri bi ħsara taħt il-livell limitu li għalihom ġew valutati l-kriterji għal diżastri reġjonali u li ma kkwalifikawx huma mmarkati bħala reġjonali fil-parentesi "(reġjonali)"

[12]             L-applikazzjonijiet relatati ma' diżastri bi ħsara taħt il-livell limitu li għalihom ġew eżaminati l-kriterji għal diżastri reġjonali u li ma kkwalifikawx huma mmarkati bħala reġjonali fil-parentesi "(reġjonali)"

Top