Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011BP0579

    Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza) (COM(2011)0420 – C7-0193/2011 – 2011/2158(BUD))
    ANNESS

    ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 157–159 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 168/157


    Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
    Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza)

    P7_TA(2011)0579

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza) (COM(2011)0420 – C7-0193/2011 – 2011/2158(BUD))

    2013/C 168 E/44

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0420 – C7-0193/2011),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (1) (L-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

    wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0396/2011),

    A.

    billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

    B.

    billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

    C.

    billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

    D.

    billi Franza talbet għall-għajnuna fir-rigward ta' każ li jikkonċerna 4 445 sensja, li 3 582 minnhom ġew identifikati għall-għajnuna, fi ħdan l-intrapriża Renault s.a.s u sebgħa mill-fornituri tagħha mill-industrija awtomobilistika,

    E.

    billi l-applikazzjoni ta' Franza ma tkoprix il-ħaddiema tar-Renault li għażlu l-iskema ta' rtirar kmieni u li għaliha ma setgħatx għalhekk tkun allokata l-għajnuna tal-FEG skont ir-Regolament (KE) Nru. 1927/2006, iżda li raw tibdil fid-drittijiet tal-pensjoni tagħhom bir-riforma għall-pensjonijiet li daħlet fis-seħħ sadattant; billi l-isforzi li saru mill-partijiet kollha involuti għas-sejba ta' soluzzjoni vijabbli sabiex dawk l-eks ħaddiema tar-Renault ikunu jistgħu jikkumplimentaw id-drittijiet għall-pensjoni tagħhom għandhom ikunu innutati; billi f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru mill-gvern Franċiż, kif ukoll l-impenn bil-miktub li sar mir-Renault għandhom ikunu enfasizzati; billi d-djalogu kostruttiv bejn il-partijiet kollha kkonċernati għandu jitkompla sakemm tinstab soluzzjoni sodisfaċenti;

    F.

    billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

    1.

    Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżami imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; jieħu nota madankollu, tal-perjodu twil ta' valutazzjoni fir-rigward ta' din l-applikazzjoni partikulari għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għar-Renault s.a.s. u sebgħa mill-fornituri tagħha;

    2.

    Jinnota li l-ewwel riżultati fuq l-effiċjenza tal-miżuri intiżi għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom ikunu disponibbli dalwaqt. jinnota li r-rati ta' suċċess huma indikatur prinċipali tal-effiċjenza tal-fond u jitlob mill-Kummissjoni monitoraġġ u direzzjoni b'saħħithom u mill-qrib sabiex jiġi żgurat li t-taħriġ provdut jimxi max-xejriet ekonomiċi lokali;

    3.

    Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEG jista' jkollu fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, fis-suq tax-xogħol;

    4.

    Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

    5.

    Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

    6.

    Jinnota li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu;

    7.

    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

    8.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    9.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


    Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza)

    (It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/16/UE.)


    Top