This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011BP0129
Mobilisation of the EU Solidarity Fund - Floods in 2010 in Poland, Slovakia, Hungary, the Czech Republic, Croatia and Romania European Parliament resolution of 6 April 2011 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on mobilisation of the European Union Solidarity Fund, in accordance with point 26 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))#ANNEX
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))
ANNESS
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))
ANNESS
ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 173–174
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/173 |
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija
P7_TA(2011)0129
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))
2012/C 296 E/28
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0010 – C7-0023/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn il quddiem “ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0114/2011), |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa; |
3. |
Jinnota li l-Kummissjoni, bil-fatt li qed titlob għal impenji u ħlasijiet addizzjonali biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f’dan l-istadju bikri tas-sena, ma sabet l-ebda possibilità la għar-ridistribuzzjoni u l-anqas għar-riallokazzjoni fi ħdan u bejn l-intestaturi kkonċernati; |
4. |
Jinsab lest li jikkunsidra s-sitwazzjoni ġenerali tal-ħlasijiet fil-kuntest tar-riżultat tal-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-2010; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/286/UE.)