This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AP0147
Vaccination against bluetongue ***I European Parliament legislative resolution of 7 April 2011 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2000/75/EC as regards vaccination against bluetongue (COM(2010)0666 – 05499/2011 – C7-0032/2011 – 2010/0326(COD))#P7_TC1-COD(2010)0326 Position of the European Parliament adopted at first reading on 7 April 2011 with a view to the adoption of Directive 2011/…/EU of the European Parliament and of the Council amending Directive 2000/75/EC as regards vaccination against bluetongue
It-tilqima kontra l-bluetongue ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (COM(2010)0666 – 05499/2011 – C7-0032/2011 – 2010/0326(COD))
P7_TC1-COD(2010)0326 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 7 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue
It-tilqima kontra l-bluetongue ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (COM(2010)0666 – 05499/2011 – C7-0032/2011 – 2010/0326(COD))
P7_TC1-COD(2010)0326 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 7 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue
ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 230–233
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/230 |
Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
It-tilqima kontra l-bluetongue ***I
P7_TA(2011)0147
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (COM(2010)0666 – 05499/2011 – C7-0032/2011 – 2010/0326(COD))
2012/C 296 E/40
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0666), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill fid-data 26 ta’ Jannar 2011, li fiha l-Kunsill iqis li l-bażi ġuridika għandha tiġi modifikata u jitlob lill-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (05499/2011 - C7-0032/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-modifika mitluba tal-bażi ġuridika, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0121/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2010)0326
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
▐
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) tistipula regoli u miżuri ta’ kontroll biex jiġġieldu u jeradikaw il-bluetongue, inklużi regoli dwar l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue. |
(2) |
Fil-passat, ġew irreġistrati biss inkursjonijiet sporadiċi ta’ ċerti stereotipi tal-virus tal-bluetongue fl-Unjoni. Dawk l-inkursjonijiet ġew irrappurtati prinċipalment fil-partijiet tan-Nofsinhar tal-Unjoni. Madankollu, mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/75/KE, u partikolarment mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-istereotipi 1 u 8 tal-virus tal-bluetongue fis-snin 2006 u 2007, il-virus tal-bluetongue infirex iktar mal-Unjoni, bir-riskju li jsir endemija f'ċerti żoni. Għalhekk, sar iktar diffiċli biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-virus. |
(3) |
Ir-regoli dwar it-tilqim kontra l-bluetongue stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE huma bbażati fuq l-esperjenza tal-użu tal-hekk imsejħa “vaċċini ħajjin immodifikati”, jew “vaċċini ħajjin immoderati”, li kienu l-uniċi vaċċini disponibbli meta d-Direttiva ġiet adottata. L-użu ta’ dawk il-vaċċini jista' jwassal għal ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin anke f'annimali li ma jingħatawx it-tilqima. |
(4) |
Reċentement, bħala riżultat ta’ teknoloġija ġdida, “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue saru disponibbli, li ma jippreżentawx riskju għal annimali li ma jkunux ingħataw it-tilqima. L-użu estensiv ta’ tali vaċċini waqt il-kampanja ta’ tilqim fis-snin 2008 u 2009 wassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-marda. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b'vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta’ mard kliniku fl-Unjoni. |
(5) |
Biex jiġi żgurat kontroll aħjar tal-firxa tal-virus tal-bluetongue u biex jitħaffef il-piż fuq is-settur agrikolu ppreżentat minn dik il-marda, huwa xieraq li r-regoli eżistenti dwar it-tilqim stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE jiġu emendati sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi fil-produzzjoni tal-vaċċini. |
(6) |
Sabiex tippermetti liż-żmien tat-tilqim fl-2011 jibbenefika mir-regoli l-ġodda, id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-emendi stipulati f'din id-Direttiva għandhom jagħmlu r-regoli dwar it-tilqim iktar flessibbli u jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll il-fatt li vaċċini inattivati, li jistgħu jintużaw b'suċċess ukoll barra miż-żoni suġġetti għar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-annimali, issa huma disponibbli. |
(8) |
Barra minn hekk, u sakemm jittieħdu l-miżuri prekawzjonarji adegwati, l-użu ta’ vaċċini ħajjin immoderati ma għandux jiġi eskluż, billi l-użu tagħhom xorta waħda jista' jkun neċessarju taħt ċerti kundizzjonijiet, bħal pereżempju wara l-introduzzjoni ta’ stereotip ta’ virus ġdid tal-bluetongue li jista' jkun li ma jkunx hemm disponibbli vaċċini inattivati kontrih. |
(9) |
Għalhekk, id-Direttiva 2000/75/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2000/75/KE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tiddeċiedi li tippermetti l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue jekk:
2. Kull meta jintużaw vaċċini ħajjin immoderati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiddemarka:
|
(3) |
Fl-Artikolu 6(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 10, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
(1) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2011 .
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
(2) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi,
Għall-Parlament
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Opinjoni tal-15.3.2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011.