EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XX0522(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tal- 1 ta' Marzu 2010 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.386 – Kuntratti fit-Tul tal-Elettriku fi Franza – Rapporteur: Il-Portugall

ĠU C 133, 22.5.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tal-1 ta' Marzu 2010 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.386 – Kuntratti fit-Tul tal-Elettriku fi Franza

Rapporteur: Il-Portugall

2010/C 133/03

1.a

Il-maġġoranża tal-Kumitat Konsultattiv jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni espress fil-każ taħt l-Artikolu 102 tat-TFUE dwar il-kuntratti esklussivi fit-tul tal-EDF dwar l-elettriku bi klijenti industrijali kbar li jeskludu s-suq rilevanti. Minoranza tastjeni.

1.b

Il-Kumitat Konsultattiv jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni espress fil-każ taħt l-Artikolu 102 tat-TFUE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-EDF inklużi l-kuntratti ta' forniment tagħha ma' klijenti industrijali kbar li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-likwidità tas-suq bl-ingrossa.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

3.a

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn EDF huma biżżejjed biex jissodisfaw it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni fil-każ tagħha dwar l-esklużjoni tas-suq għall-fornitura lill-utenti industrijali kbar. Minoranza tastjeni.

3.b

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn EDF huma biżżejjed biex jissodisfaw it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni fil-każ tagħha dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-ġdid li jinsabu fil-kuntratti tal-EDF dwar il-fornitura fis-suq rilevanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn EDF, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn EDF huma proporzjonati.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha l-oħra li tqajjmu matul id-diskussjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top