Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0423(03)

    Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

    ĠU C 104, 23.4.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/14


    Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

    2010/C 104/07

    1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri kontra d-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

    2.   Il-proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

    Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

    3.   Il-limitu taż-żmien

    Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

    4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

    Prodott

    Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data ta' skadenza

    Ċerti tessuti b’ħajt tal-polijester lesti,

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Dazju kontra d-dumping

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 (ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 1)

    17.9.2010


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  Faks +32 22956505.


    Top