EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0324(04)

Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/10


Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 74/07

Għajnuna Nru: XF 16/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: NUTS 1 – Repubblika Slovakka

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Schéma štátnej pomoci na úhradu straty na rybách v dôsledku nariadeného opatrenia

Bażi ġuridika: članok 25 nariadenia vlády Slovenskej republiky č. 264/2009 Z. z. zo 17. júna 2009 o podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení neskorších predpisov

članok 19a ods. 1 zákona č. 194/1998 Z. z. o Šľachtení a plemenitbe hospodárskych zvierat a o zmene a doplnení zákona č. 455/1991 Zb. o živnostenskom podnikaní v znení neskorších predpisov

zákon č. 39/2007 Z. z. o veterinarnej starostlivosti v znení neskorších predpisov

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema u l-ammont tal-għajnuna ad hoc mogħtija: Il-volum ta' fondi ppjanat skont l-iskema għall-2009 huwa ta’ EUR 190 000 (SKK 5,72 miljun).

Il-baġit kumplessiv għall-għajnuna kull sena mill-2009 huwa ta' EUR 190 000 (SKK 5 720 000).

Il-baġit kumplessiv għall-għajnuna kull sena għall-perjodu 2009-2013 huwa ta' EUR 950 000 (SKK 28 620 000).

Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għall-kumpens għal telf ta' ħut ikkawżat minn miżura veterinarja obbligatorja tista' tingħata lil operaturi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura sa livell ta' 100 % tat-telf ikkalkulat, nieqes kwalunkwe ħlas ta' assigurazzjoni rċevut, jekk l-operatur kien assigurat, u sa massimu ta' EUR 30 000 lil kull operatur individwali ta' razzet tal-ħut f'sena kalendarja.

Din l-intensità tal-għajnuna (EUR 30 000) hija l-limitu massimu għal-livell mistenni tas-sussidju lil operatur individwali ta' stabbiliment tal-akkwakultura fis-sena kalendarja in kwistjoni.

It-telf huwa kkalkulat biss fuq il-valur tas-suq tal-ħut li miet minħabba l-mard jew li nqatel bħala riżultat ta' miżuri veterinarji obbligaorji ordnati mill-awtorità statali tal-kura veterinarja.

Jekk l-operatur tal-istabbiliment tal-akkwakultura tal-ħut ma jressaqx rapport ta' espert, it-telf jiġi kkalkulat bħala prodott tal-valur tas-suq tal-ammont għal kull unità u l-kwantità totali tal-ħut (eż. f'kg u numri ta' ħut) li miet bħala riżultat tal-miżura veterinarja obbligatorja.

Data tad-dħul fis-seħħ: L-iskema tidħol fis-seħħ u ssir applikabbli fid-data tal-pubblikazzjoni fuq il-websajt tal-Ministeru (it-8 ta' Diċembru 2009)

Tul tal-iskema jew għotja tal-għajnuna individwali (mhux aktar tard mill-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: sa liema data tista' tingħata l-għajnuna;

fil-każ ta' xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li jrid jitħallas.

L-iskema tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa l-kontribut għall-kontroll u l-qerda tal-mard fl-akkwakultura skont it-termini stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill, fil-forma ta' kumpens għal telf imġarrab minn operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura minħabba mewt ta' ħut bħala riżultat ta' mard jew miżuri veterinarji obbligatorji.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: Artikolu 14 – Għajnuna għal miżuri ta’ saħħet l-annimali

Attività kkonċernata: Akkwakultura (trobbija tal-ħut għall-akkwakultura).

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Dobrovičova 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Tel. +421 259266111

Indirizz tal-internet fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra skema ta' għajnuna: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=1908

Motivazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew tas-Sajd:

Din l-għajnuna tal-Istat ma tagħmilx parti mill-Programm Operattiv għas-Sajd tas-Slovakkja għall-2007-2013. Tikkonċerna appoġġ lil negozji żgħar u ta' daqs medju, mogħti fil-forma ta' kumpens lil operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura bbażati fir-Repubblika Slovakka għal telf sostnut minnhom bħala riżultat ta' miżuri veterinarji obbligatorji mwettqa skont programmi pubbliċi għall-elliminazzjoni, il-kontroll jew l-istudju tal-mard tal-annimali.

Għajnuna Nru: XF 1/10

Stat Membru: L-Italja

Reġjun/Awtorità li qed tagħti l-għajnuna: Regione Autonoma della Sardegna

Titlu: arresto temporaneo della pesca marittima nelle acque prospicienti il territorio della Sardegna anno 2009 — sistemi di pesca a strascico e/o volante.

Bażi legali: decreto n. 2210/DecA/88 dell’8 settembre 2009 dell’Assessore dell’Agricoltura e riforma agro-pastorale, Legge regionale 14 aprile 2006 n. 3 art. 6, Legge Regionale 14 maggio 2009, n. 1, art. 4, comma 27.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna individwali mogħtija: EUR 2 100 000

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u titħallas skont l-Anness II għal dak ir-Regolament u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008.

Data tal-implimentazzjoni: it-23 ta' Novembru 2009

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali (mhux iktar tard mill-30 ta' Ġunju 2014); indika: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Sabiex tipprovdi kumpens soċjoekonomiku lill-baħħara u inċentiv finanzjarju lis-sidien tal-bastimenti għal imġiba tajba skont il-Miżura 1.2 “Għajnuna pubblika għal waqfien temporanju” tal-Programm Operattiv biex jiġu implimentati pjanijiet għall-aġġustament tal-isforzi tas-sajd, bl-għan li jinkiseb bilanċ bejn l-isforzi tas-sajd u r-riżorsi disponibbli b'kunsiderazzjoni tal-eżistenza ta' differenzi estremi bejn żoni differenti tas-sajd u bejn partijiet tas-sajd fl-istess żona.

Indika l-Artikolu jew l-Artikoli applikati: L-Artikolu 9

Attività konċernata: sajd bit-tkarkir f'qiegħ il-baħar u/jew fil-wiċċ li jsir minn bastimenti mill-flotta reġistrati fid-distretti marittimi u li huma attivi fl-ilmijiet territorjali li jduru mal-kosta tar-Reġjun Awtonomu ta' Sardenja (GSA 11)

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dell’Agricoltura e della riforma agro-pastorale

Via Pessagno 4

09126 Cagliari CA

ITALIA

per il tramite dell’Agenzia regionale autonoma ARGEA Sardegna.

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.regione.sardegna.it

(http://www.regione.sardegna.it/j/v/118?s=1&v=9&c=1473&c1=6404&id=16279)

Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew tas-Sajd: Ir-riżorsi finanzjarji pprovduti mill-EFF OP għall-implimentazzjoni tal-Miżura 1.2 – Il-waqfien temporanju, ġew eżawriti kompletament għar-reġjuni li mhumiex koperti mill-għan ta' konverġenza, filwaqt li d-dewmien massimu ta' tmien xhur, kif stipulat fl-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, ma ntużax.

Għajnuna Nru: XF 2/10

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun/awtorità li qed tagħti l-għajnuna: Rheinland-Pfalz

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Zuwendungen zur Förderung der rheinland-pfälzischen Fischereiwirtschaft

Bażi legali: Landesfischereigesetz, Landeshaushaltsordnung, Richtlinie des MUFV über die Gewährung von Zuwendungen zur Förderung der rheinland-pfälzischen Fischereiwirtschaft

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 50 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: sa 35 %

Data tal-implimentazzjoni: implimentazzjoni kontinwa

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: mill-wasla tal-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni mingħand il-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 sat-30 ta' Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-investimenti fl-oqsma tal-akkwakultura u tas-sajd fl-ilmijiet interni għall-bini, l-estensjoni, it-tagħmir u l-immodernizzar tal-istallazzjonijiet sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, il-ħarsien tas-saħħa umana u tal-annimali, il-kwalità tal-prodotti kif ukoll l-ambjent

Għajnuna għall-appoġġ tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-ftuħ ta' opportunitajiet ġodda tas-suq fl-oqsma msemmijin

Għajnuna għall-ħarsien tal-flora u l-fawna akkwatiċi

Indika liema Artikolu qed jintuża mill-Artikoli 8 sa 24: L-Artikolu 11 “Għajnuna għal investimenti produttivi fil-qasam tal-akkwakultura”

L-Artikolu 12 “Għajnuna għall-miżuri għall-ħarsien tal-ambjent fil-qasam tal-akkwakultura”

L-Artikolu 15 “Għajnuna għall-qasam tas-sajd fl-ilmijiet interni”

L-Artikolu 16 “Għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni”

L-Artikolu 18 “Għajnuna għall-miżuri għall-ħarsien u l-iżvilupp tal-flora u l-fawna akkwatiċi”

L-Artikolu 20 “Għajnuna għall-ftuħ ta' opportunitajiet ġodda tas-suq u għat-tfassil ta' kampanji tar-riklamar”

Setturi ekonomiċi kkonċernati: Is-sajd u l-akkwakultura

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Struktur- und Genehmigungsdirektion Nord

Stresemannstr. 3—5

56068 Koblenz

DEUTSCHLAND

Struktur- und Genehmigungsdirektion Süd

Friedrich-Ebert-Straße 14

67433 Neustadt/Weinstraße

DEUTSCHLAND

L-indirizz tas-sit tal-internet fejn jinsab it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna individwali mogħtija barra minn skema tal-għajnuna huwa: http://213.139.159.61/servlet/is/484/FörderungFischerei.pdf? command=downloadContent&filename=FörderungFischerei.pdf

Huwa jinsab ukoll fit-taqsima dwar l-għotjiet; il-liġi dwar l-għotjiet fl-indirizz li ġej: http://www.wasser.rlp.de/servlet/is/484/

Raġuni: Spjega għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok ma ngħata appoġġ mill-Fond Ewropew għas-Sajd

Ir-reġjun ta' Rheinland-Pfalz ma jirċievi l-ebda fondi mill-UE fi ħdan il-programm operattiv tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-Fond Ewropew għas-Sajd.


Top