EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0781

Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on control of major-accident hazards involving dangerous substances

52010PC0781




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 21.12.2010

KUMM(2010) 781 finali

2010/0377 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi SEG(2010) 1590 finaliSEG(2010) 1591 finali

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta

Id-Direttiva 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-Direttiva Seveso II) hija mmirata biex jiġu evitati inċidenti kbar li jinvolvu kwantitajiet kbar ta’ sustanzi perikolużi (jew taħlitiet tagħhom), kif elenkat fl-Anness I tagħha, u li jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ dawn l-inċidenti għall-bniedem u l-ambjent. Hemm approċċ maqsum f'diversi livelli distinti ta’ kontrolli, fejn aktar ma jkunu kbar il-kwantitajiet tas-sustanzi, aktar ikunu stretti r-regoli.

Jeħtieġ li d-Direttiva tiġi emendata minħabba t-tibdiliet fis-sistema tal-klassifikazzjoni tas-sustanzi perikolużi tal-UE li għaliha tirreferi din id-Direttiva. Fid-dawl ta’ dan, fl-2008 ġie deċiż li ssir reviżjoni aktar wiesgħa peress li l-istruttura bażika tad-Direttiva u r-rekwiżiti ewlenin tagħha baqgħu essenzjalment l-istess minn mindu din ġiet adottata. Għalkemm ir-reviżjoni żvelat li, b’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet eżistenti huma xierqa għall-iskop u li l-ebda bidla kbira mhija meħtieġa, ġew identifikati għadd ta’ oqsma fejn emendi żgħar jistgħu jkunu xierqa biex jiċċaraw u jaġġornaw ċerti dispożizzjonijiet u sabiex itejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar filwaqt li jinżamm jew jiżdied bi ftit il-livell ta’ protezzjoni għas-saħħa u l-ambjent.

Il-proposta hija maħsuba biex tindirizza dawn il-punti.

Kuntest ġenerali

Inċidenti industrijali li jinvolvu sustanzi perikolużi ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji. Ċerti inċidenti kbar magħrufin sew bħal dawk ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield ikkawżaw ħafna mwiet u/jew għamlu ħsara lill-ambjent filwaqt li swew biljuni ta’ Euro. Fid-dawl ta’ dawn l-inċidenti, l-għarfien politiku ġie mmirat aktar fuq l-identifikazzjoni tar-riskji u li tittieħed azzjoni ta' prekawzjoni xierqa biex iċ-ċittadini u l-komunitajiet ikunu protetti.

Id-Direttiva Seveso II, li tkopri madwar 10,000 stabbiliment fl-Unjoni Ewropea, kienet strumentali biex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta’ inċidenti kimiċi. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-livelli għolja eżistenti ta’ protezzjoni jinżammu u, jekk ikun possibbli, jitjiebu aktar.

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-dispożizzjonijiet preżenti huma dawk stabbiliti fid-Direttiva Seveso II. L-għan huwa li jiġu riveduti dawk id-dispożizzjonijiet.

Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Ir-raġuni ewlenija għar-reviżjoni tad-Direttiva Seveso II hija biex jiġi allinjat l-Anness I tagħha mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament CLP), li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE li għalihom tirreferi d-Direttiva Seveso II. Ir-regoli tas-CLP għandhom isiru definittivi b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015.

KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Matul il-proċess ta’ reviżjoni f’dawn l-aħħar sentejn, il-partijiet interessati (kumpaniji individwali, assoċjazzjonijiet tal-industrija, NGOs, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri) ġew ikkonsultati b’diversi modi, inkluż bi kwestjonarji onlajn li kienu disponibbli għall-partijiet interessati kollha; il-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri permezz tal-laqgħat regolari tal-kumitat tal-awtoritajiet kompetenti (CCA) u seminars relatati; dwar l-allinjament tal-Anness I, permezz ta’ grupp ta’ ħidma teknika magħmul minn diversi partijiet interessati, li jinkludi esperti mill-Istati Membri, l-industrija u NGOs ambjentali (ir-rapport tekniku minn dan il-grupp ta' ħidma huwa disponibbli fuq il-websajt tad-DĠ AMBJENT); u laqgħa għall-partijiet interessati li saret fid-9 ta’ Novembru 2009 fi Brussell, li għaliha attendew madwar 60 rappreżentant mill-industriji nazzjonali u Ewropej u NGOs ambjentali kif ukoll kumpaniji individwali, u sussegwentement tressqu madwar ħamsin sottomissjoni bil-miktub.

Kien hemm qbil ġenerali li ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal tibdil kbir fid-Direttiva. Fil-prinċipju kien hemm appoġġ wiesa’ sabiex id-dispożizzjonijiet jiġu ċċarati u aġġornati aktar, għalkemm l-opinjonijiet varjaw dwar ċerti punti.

Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt u fil-websajt tad-DĠ ENV fuq http://ec.europa.eu/environment/seveso/review.htm).

Ġabra u użu tal-għarfien espert

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni, saru diversi studji minn kuntratturi esterni. Dawn inkludew żewġ studji li jivvalutaw l-effikaċja tad-Direttiva u żewġ studji li jappoġġaw il-valutazzjoni tal-impatt tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tad-diversi għażliet ta’ politika.

Is-sejbiet tar-rapporti ta’ implimentazzjoni ta’ kull tliet snin mill-Istati Membri wkoll ġew ikkunsidrati.

Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt u fil-websajt tad-DĠ ENV fuq http://ec.europa.eu/environment/seveso/review.htm).

Valutazzjoni tal-impatt

Il-problemi ewlenin koperti fil-valutazzjoni tal-impatt kienu relatati mal-allinjament tal-Anness I tar-Regolament CLP u mal-impatt fuq l-ambitu tad-Direttiva, li kienu l-kwistjoni ewlenija. Relatati ma’ din il-kwistjoni kien hemm emendi tekniċi possibbli oħrajn għall-Anness I u proċeduri sabiex l-Anness I jiġi adattat fil-futur. Punti oħra kienu relatati mal-informazzjoni għall-pubbliku kif ukoll mas-sistemi tal-ġestjoni tal-informazzjoni u mal-ippjanar tal-użu tal-art, fejn l-esperjenza tal-implimentazzjoni sa issa wriet li jista’ jkun hemm xi opportunitajiet għal titjib jew inkella għal rekwiżiti ġodda; u dispożizzjonijiet dettaljati oħra li jistgħu jiġu ċċarati jew aġġornati b’mod utli, f’ċerti każijiet biex jirriflettu aktar il-prattiki eżistenti.

Il-valutazzjoni tal-impatt ivvalutat għadd ta’ alternattivi ta’ politika bil-għan li tidentifika pakkett kosteffettiv ta’ miżuri biex jiġu indirizzati dawn il-punti. Il-valutazzjoni wasslet lill-Kummissjoni biex tipproponi għadd ta’ emendi, li fosthom dawn huma l-ewlenin.

Fir-rigward tal-allinjament tal-Anness I, bidla sempliċi fir-referenza jew traduzzjoni kelma b’kelma mis-sistema tal-klassifikazzjoni ta’ qabel tar-Regolament CLP mhijiex possibbli, primarjament għaliex għall-perikli tas-saħħa l-kategoriji tal-klassifikazzjoni ta’ perikli ta’ qabel, 'tossika' u 'tossika ħafna' ma jikkorrispondux għal 'Tossiċità Akuta' 1 sa 3 tas-CLP il-ġdid, li mbagħad jerġgħu jinqasmu f’rotot tal-esponiment differenti (orali, mill-ġilda u minn inalazzjoni). Komplikazzjoni oħra hija li, peress li maż-żmien is-sustanzi jiġu kklassifikati jew ikklassifikati mill-ġdid skont ir-Regolament CLP, dan awtomatikament ikollu impatt fuq l-ambitu tal-leġiżlazzjoni Seveso. Il-Kummissjoni qed tipproponi l-għażla li, minbarra impatt limitat ħafna fuq l-ambitu, kif għandhom ukoll l-għażliet l-oħrajn, iżżomm livell għoli ta’ protezzjoni filwaqt li tqis ir-rotot ta' esponiment l-aktar probabbli f'każ ta' inċident kbir. Sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet li jiżviluppaw matul iż-żmien mill-allinjament, fejn is-sustanzi li jippreżentaw/ma jippreżentawx periklu ta’ inċidenti kbar jiġu inklużi fi/esklużi mid-Direttiva, qed jiġi propost pakkett ta’ mekkaniżmi korrettivi biex jadattaw l-Anness I permezz ta’ atti ta' delega.

Rigward l-informazzjoni għall-pubbliku, eċċ., qed jiġi propost li jitjiebu l-livell u l-kwalità tal-informazzjoni u kif din tinġabar, tiġi ġestita, tkun disponibbli, tiġi aġġornata u kondiviża b’mod effiċjenti u semplifikat. Dan għandu jġib id-Direttiva aktar konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, l-aġġornar tal-proċeduri tagħha biex jiġu kkunsidrati l-avvanzi fis-sistemi tal-ġestjoni tal-informazzjoni bħalma huwa l-internet u l-isforzi li għadhom qed isiru biex titjieb l-effiċjenza ta’ sistemi bħal dawn, bħalma hi l-inizjattiva tas-Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) u d-Direttiva INSPIRE (2007/2/KE).

L-emendi proposti l-oħrajn huma adattamenti tekniċi relattivament żgħar għad-dispożizzjonijiet eżistenti.

Meta jiġu kkunsidrati flimkien, it-tibdiliet potenzjali li ġew ikkunsidrati jirrappreżentaw adattament moderat tad-Direttiva u ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-livell ta’ protezzjoni jew il-kostijiet tad-Direttiva. B’mod ġenerali, il-kostijiet ta’ dawn huma baxxi meta mqabbla mal-kostijiet totali tad-Direttiva.

Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet ippreżentata ma’ din il-proposta.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta

L-għan tal-proposta huwa li tiġi rriveduta d-Direttiva biex tiġi allinjata mar-Regolament CLP kif ukoll biex jiġu ċċarati, imtejba jew miżjuda ċerti dispożizzjonijiet biex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar tal-liġi aħjar u li jkunu aktar konsistenti bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni, filwaqt li fejn ikun possibbli l-liġi tiġi ssemplifikata u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

Bażi legali

L-għan ewlieni tad-Direttiva huwa l-ħarsien tal-ambjent. Din il-proposta hija, għalhekk, ibbażata fuq l-Artikolu 192(1) tat-TFUE.320

Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri peress li d-Direttiva Seveso II tistabbilixxi l-miri u l-għanijiet għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ inċidenti kbar fl-Unjoni Ewropea kollha. Dan il-prinċipju qed jinżamm fil-proposta attwali. Barra minn hekk, ħafna inċidenti kbar jista’ jkollhom effetti transkonfinali. L-Istati Membri kollha jistgħu jintlaqtu b’inċidenti bħal dawn, u għalhekk dawn iridu jieħdu l-miżuri sabiex jitnaqqsu r-riskji għall-popolazzjoni u l-ambjent f’kull Stat Membru. XXXX

Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta minħabba l-ħtieġa li jiġu evitati livelli differenti sinifikanti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri, partikolarment minħabba t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li tista’ tirriżulta. Il-proposta tħalli f'idejn l-awtoritajiet rilevanti biex jiddeċiedu dwar il-mezzi dettaljati tal-implimentazzjoni, il-konformità u l-infurzar. 3

Għalhekk, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. 331Din issegwi l-metodu li jistabbilixxi l-għan tad-Direttiva Seveso II, li jħalli flessibbiltà biżżejjed lill-Istati Membri sabiex jiddeterminaw kif għandhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti. Id-dispożizzjonijiet ġodda ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ u l-metodu proporzjonat attwali, bil-livell ta’ kontrolli bbażat fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi perikolużi preżenti fl-istabbilimenti, għandu jinżamm.

332

Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa direttiva. 34Minħabba l-fatt li l-liġi attwali tistabbilixxi l-għanijiet Komunitarji filwaqt li tħalli l-għażla tal-miżuri għall-konformità f’idejn l-Istati Membri, l-aħjar strument huwa direttiva. Minħabba n-natura u l-limitu tat-tibdiliet imqabbla mad-Direttiva attwali, reviżjoni ta’ dik fil-forma ta’ Direttiva li temenda jew ta’ riformulazzjoni ma tkunx xierqa. Għaldaqstant qed tiġi proposta Direttiva ġdida.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Semplifikazzjoni

Ċerti elementi tal-proposta għandhom jgħinu biex jitnaqqas il-piż amministrattiv żejjed, b’mod partikolari billi jiġu mħeġġa, fil-livell tal-Istati Membri, spezzjonijiet koordinati, iktar integrazzjoni fl-informazzjoni u r-rekwiżiti proċedurali, u billi tiġi ssemplifikata l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar billi wieħed jgħaddi għal sistema estiża ta’ informazzjoni kondiviża. Kjarifiki għad-dispożizzjonijiet eżistenti għandhom itejbu wkoll il-leġibbiltà u jagħtu ċertezza legali akbar.

Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta għandha twassal għar-revoka tad-Direttiva eżistenti.

Tabella ta’ korrelazzjoni

L-Istati Membri huma meħtieġa jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva kif ukoll it-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. 560

Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għaldaqstant għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 570

Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Dan li ġej jipprovdi informazzjoni dwar l-Artikoli speċifiċi. Għajr fejn indikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet mhumiex differenti fis-sustanza minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 96/82/KE.

Artikolu 1

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-miri u l-għanijiet tad-Direttiva.

Artikolu 2

L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-ambitu tad-Direttiva, li tapplika għal stabbilimenti fejn is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness I ikunu preżenti f'livelli ogħla mil-limiti preskritti. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 jibqgħu essenzjalment mhux mibdula minn dawk tad-Direttiva 96/82/KE. Madankollu, l-ordni tal-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I inqalbet sabiex il-Parti 1 tal-Anness I telenka l-kategoriji tas-sustanzi perikolużi skont il-klassifikazzjoni ġenerika tal-perikli tagħhom (skont ir-Regolament CLP) u l-Parti 2 telenka sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi perikolużi li, minkejja l-klassifikazzjoni ġenerika tal-perikli tagħhom, jeħtieġu elenkar speċifiku.

Id-differenzi ewlenin f’termini ta’ kontenut tal-Anness huma kif ġej.

Il-bidla ewlenija tikkonċerna l-perikli għas-saħħa. Il-kategorija preċedenti "Tossika ħafna" ġiet allinjata mal-kategorija tas-CLP "Tossika Akuta 1" u "Tossika" għal "Tossika Akuta 2" (ir-rotot kollha ta' esponiment) u "Tossika Akuta 3" (rotot tal-ġilda u tal-inalazzjoni).

Diversi kategoriji aktar speċifiċi tas-CLP għal perikli fiżiċi li ma kinux jeżistu qabel qed jissostitwixxu l-kategoriji aktar ġenerali ta’ qabel għal perikli ossidanti, esplożivi u fjammabbli. Dawn, flimkien mal-kategoriji tal-perikli ambjentali, jirrappreżentaw traduzzjoni ċara u jżommu l-ambitu attwali b'rabta ma’ dawn il-perikli kemm jista’ jkun qrib xulxin. Għall-kategorija l-ġdida ta’ aerosols fjammabbli, il-limiti ġew adattati proporzjonalment għal dawk li japplikaw bħalissa, ibbażati fuq il-proprjetajiet u l-komponenti fjammabbli tagħhom; u għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-grupp ta’ sustanzi piroforiċi ġie kkompletat bl-inklużjoni ta’ solidi piroforiċi.

Il-Parti 2 tal-Anness I il-ġdid iżżomm l-Parti 1 ta’ qabel kważi mhux mibdula. L-uniċi bidliet huma referenza aġġornata għar-Regolament CLP fir-rigward ta’ gassijiet fjammabbli likwifikati; l-inklużjoni ta’ ammonijaku anidride, trifluworid tal-boron, u sulfid tal-idroġenu bħala sustanzi msemmija, li qabel kienu koperti skont il-kategoriji tal-periklu tagħhom, biex il-limiti tagħhom jibqgħu mhux mibdula; l-inklużjoni taż-żejt tal-fjuwil tqil fit-taqsima tal-prodotti taż-żejt; kjarifiki għan-noti fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju; u aġġornament tal-fatturi tal-ekwivalenza tossika għad-diossini.

Barra minn hekk l-esklużjonijiet għad-Direttiva, li qabel kienu elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/82/KE, qed jiġu elenkati hawnhekk. Dawn qed jinżammu, soġġett għat-tibdiliet li ġejjin:

- sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju, l-eċċezzjoni għall-esklużjoni għall-isfruttament ta’ minerali f’minjieri u barrieri jew spieri qed tiġi emendata sabiex tinkludi ħażniet ta’ gass taħt l-art.

- il-possibbiltà li sustanzi jiġu esklużi milli jkunu kkunsidrati bħala sustanzi perikolużi għall-finijiet tad-Direttiva għaliex ma jippreżentaw l-ebda periklu ta’ inċident kbir (ara l-Artikolu 4).

Fost iż-żoni esklużi hemm it-tiftix fil-baħar u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi. Kif tħabbar fil-komunikazzjoni riċenti tagħha "Naffaċċaw l-isfida tas-sikurezza fl-operazzjonijiet fil-baħar li jinvolvu ż-żejt u l-gass" fid-dawl tal-inċident tar-rig taż-żejt li seħħ fil-Golf tal-Messiku, il-Kummissjoni se tivvaluta l-mod xieraq sabiex issaħħaħ il-liġi ambjentali b’dispożizzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa biex jikkumplimentaw il-liġi ambjentali eżistenti b'rabta mal-kontroll tat-tniġġis, l-ispezzjonar u l-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ inċidenti fi stallazzjonijiet individwali fil-baħar, billi jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent f'tali attivitajiet. Proposti leġiżlattivi korrispondenti għandhom jinkludu jew l-estensjoni tal-ambitu tal-leġiżlazzjoni eżistenti għall-istallazzjonijiet taż-żejt u l-gass fil-baħar jew inkella inizjattiva awtonoma għal operazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 3

Dan l-Artikolu jiddefinixxi t-termini bażiċi użati fid-Direttiva. B’paragun mad-Direttiva 96/82/KE, it-tibdiliet li ġejjin għandhom ikunu enfasizzati:

- id-definizzjonijiet ta’ "stabbiliment" u "operatur" ġew iċċarati, u tal-aħħar issa hija aktar skont id-definizzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali.

- ir-referenza għal ‘preżenza ta’ sustanzi perikolużi’ fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/82/KE qed tiġi inkluża f’dan l-Artikolu.

- żdiedu definizzjonijiet għal tipi differenti ta’ stabbilimenti li jaqgħu fi ħdan l-ambitu u l-"ispezzjonijiet" tad-Direttiva. Qed jiġu inklużi wkoll definizzjonijiet għal "il-pubbliku" u "il-pubbliku konċernat", skont il-liġi tal-UE li timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

- id-definizzjoni ta’ "stallazzjoni" tiġi ċċarata sabiex tagħmilha ċara li stallazzjonijiet taħt l-art ukoll huma inklużi.

Artikolu 4

Dan l-Artikolu ġdid jipprovdi għal mekkaniżmi ta’ korrezzjoni sabiex l-Anness I jiġi adattat kif meħtieġ permezz ta’ atti ta' delega. Dan hu meħtieġ b’mod partikolari sabiex jindirizza l-effetti mhux mixtieqa mill-allinjament tal-Anness I għar-Regolament CLP u l-adattamenti sussegwenti għal dak ir-Regolament, li jistgħu jwasslu biex sustanzi u possibbilment taħlitiet jiġu inklużi fi jew esklużi mid-Direttiva b’mod awtomatiku kemm jekk dawn jippreżentaw periklu ta’ inċident kbir kemm jekk le. Il-mekkaniżmi jistgħu jieħdu l-forma ta’ derogi speċifiċi għas-sustanzi fil-livell tal-UE u derogi speċifiċi għall-istabbilimenti fil-livell tal-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ kriterji armonizzati għal sustanzi/taħlitiet li jinqabdu iżda li ma għandhomx jiġu esklużi u, bħala kontroparti, dispożizzjoni ta’ salvagwardja li tippermetti l-inklużjoni ta’ perikli mhux maqbuda. Il-kriterji għad-derogi jiġu bbażati fuq dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/433/KE u jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ta' delega sat-30 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 5

Dan l-Artikolu jtenni r-rekwiżiti eżistenti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/82/KE, li jistabbilixxi l-obbligi ġenerali tal-operaturi.

Artikolu 6

Dan l-Artikolu jestendi l-obbligi ta’ informazzjoni rigward in-notifiki stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/82/KE biex tiġi inkluża informazzjoni dwar stabbilimenti fil-qrib, eċċ., kemm jekk ikunu koperti bid-Direttiva kemm jekk le, li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 8 dwar l-effetti domino. Barra minn hekk, l-operaturi huma meħtieġa jaġġornaw in-notifiki tagħhom minn tal-anqas kull ħames snin. Dan kollu għandu jgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-ġestjoni aktar effettiva tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Artikolu 7

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/82/KE qed jiġi emendat biex jagħmilha ċara li l-istabbilimenti kollha jrid ikollhom politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP) li tkun proporzjonata mal-perikli. L-ambitu tal-MAPP u r-relazzjoni tagħha mas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza (SMS) skont l-Artikolu 9 u l-Anness III qed jiġu ċċarati wkoll, billi qed titħassar ir-referenza għal dawn tal-aħħar.

Qed jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda li jeħtieġu li l-MAPP tkun disponibbli bil-miktub u li din għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti u tiġi aġġornata minn tal-anqas kull ħames snin, skont il-frekwenza proposta biex jiġu aġġornati n-notifiki taħt l-Artikolu 6.

Artikolu 8

Dan l-Artikolu jkopri l-hekk imsejħa effetti domino. Dan iżomm l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti biex jidentifikaw dawk l-istabbilimenti li huma tant qrib xulxin li l-konsegwenzi ta’ inċident kbir huma akbar. Madankollu t-test qed jiġi ċċarat sabiex jagħmilha ċara li d-dispożizzjonijiet japplikaw kemm għall-istabbilimenti tal-livell ta’ fuq kif ukoll għal dawk ta’ taħt, u li l-mira ewlenija hija li jiġi żgurat li l-operaturi jiskambjaw l-informazzjoni ma’ stabbilimenti oħra fil-qrib, inklużi dawk li jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva.

Artikolu 9

Dan l-Artikolu jżomm ir-rekwiżiti ewlenin għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla biex jippreparaw rapport dwar is-sikurezza, li qabel kien inkluż fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE. Il-bidla ewlenija hija li tiġi ċċarata r-relazzjoni mal-MAPP u l-SMS, partikolarment dwar l-obbligi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi fir-rigward ta’ dan tal-aħħar. Il-ħtieġa għal metodu proporzjonat qed tiġi enfasizzata wkoll.

Il-kontenut tar-rapport dwar is-sikurezza huwa spjegat b’mod dettaljat fl-Anness II u jibqa’ kważi mhux mibdul (ara taħt). Il-ħtieġa li r-rapport juri li xenarji ta’ inċidenti kbar possibbli ġew ikkunsidrati hija enfasizzata wkoll.

Fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza (SMS), ġew introdotti tibdiliet fl-Anness III (ara taħt) biex jitneħħew ir-referenzi għall-MAPP, li l-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi huma obbligati li jkollhom. Fl-istess waqt, qed ikun enfasizzat li l-SMS, b’mod partikolari għal stabbiliment tal-livelli aktar baxxi, jekk Stat Membru jkun jesiġi dan, għandha tkun proporzjonata mal-perikli u r-riskji.

Id-dispożizzjonijiet għall-aġġornament perjodiku tar-rapport dwar is-sikureazza qed jinżammu, iżda b’rekwiżit espress biex rapporti aġġornati bħal dawn jiġu kkomunikati mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 10

Dan l-Artikolu jeħtieġ li l-operaturi jaġġornaw is-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni tagħhom u, b’mod partikolari, l-MAPP u r-rapport dwar is-sikurezza tagħhom f’każ ta’ modifiki sinifikanti fl-istabbiliment tagħhom. Ġew introdotti tibdiliet żgħar skont it-tibdiliet li saru fid-dispożizzjonijiet relatati.

Artikolu 11

L-Artikolu 11 iżomm ir-rekwiżiti relatati mal-ippjanar ta’ emerġenza fl-istabbilimenti tal-livelli ogħla li qabel kienu stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/82/KE, soġġett għal żewġ modifiki żgħar: il-ħtieġa li l-konsultazzjoni pubblika dwar pjanijiet esterni ta’ emerġenza tkun skont il-prinċipji tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/35/KE li timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Aarhus; u li tiċċara aktar is-separazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tar-reviżjoni, l-ittestjar u l-aġġornar tal-pjanijiet interni u esterni ta’ emerġenza. Barra minn hekk, biex jiġi evitat dewmien sinifikanti fit-tkomplija tal-pjanijiet, li huma essenzjali f’termini ta’ preparazzjoni u reazzjoni adegwata f’każ ta’ inċidenti, l-obbligu ġdid huwa li l-awtorità kompetenti għandha tfassal pjan estern ta’ emerġenza fi żmien 12-il xahar minn wara li tkun irċeviet l-informazzjoni neċessarja mill-operatur.

L-Anness IV jinkludi fid-dettall l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjanijiet kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness korrispondenti fid-Direttiva 96/82/KE, b’ċerti emendi (ara taħt).

Artikolu 12

Dan l-Artikolu jinkludi d-dispożizzjonijiet relatati mal-ippjanar tal-użu tal-art. Dan jibqa’ essenzjalment mhux mibdul mid-Direttiva 96/82/KE ħlief għal xi tibidiliet żgħar, pereżempju biex jiġi ċċarat li l-għan huwa l-ħarsien tal-ambjent kif ukoll ta’ saħħet il-bniedem u li dan japplika għall-istabbilimenti kollha; biex jipprovdi għal miżuri ħlief id-distanzi tas-sikurezza (li jistgħu ma jkunux xierqa) biex jiġu protetti żoni ta’ sensittività jew interess naturali partikolari; u sabiex jipprovdi fejn ikun possibbli għall-integrazzjoni tal-proċeduri tal-ippjanar tal-art ma’ dawk taħt id-Direttiva tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u leġiżlazzjoni simili; u li jipprovdi l-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn jesiġu li l-istabbilimenti tal-livelli ogħla jipprovdu informazzjoni relatata mar-riskji li tkun suffiċjenti għall-finijiet tal-ippjanar tal-użu tal-art. Dawn it-tibdiliet għandhom iġibu t-test aktar konformi mal-għanijiet tiegħu u jirriflettu aktar mill-qrib il-prattika eżistenti.

Artikolu 13

Dan l-Artikolu jżomm ir-rekwiżiti attwali, li l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b’mod attiv għall-persuni li jistgħu jkunu affettwati minn inċident kbir u li din tinżamm disponibbli b’mod permanenti. Dan iħalli miftuħa l-kwistjoni dwar min hu responsabbli għall-forniment ta’ tali informazzjoni. It-tibdiliet ewlenin huma li l-informazzjoni tiġi estiża biex tinkludi informazzjoni bażika dwar l-istabbilimenti kollha (isem, indirizz u attivitajiet), li tingħata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva, iżda li din ma tkunx disponibbli għall-pubbliku; u għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, sommarju tax-xenarji ta’ inċidenti kbar u l-informazzjoni essenzjali mill-pjan estern ta’ emerġenza; u, mingħajr ma jiġu esklużi forom oħra ta’ komunikazzjoni, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli onlajn b’mod permanenti għall-pubbliku u titpoġġa f’bażi tad-dejta ċentrali fil-livell tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 20.

Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni qed tiġi żgurata, fejn hu meħtieġ u xieraq, bl-Artikolu 21.

Dawn it-tibdiliet jagħmluha aktar faċli għall-pubbliku biex ikollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti u biex ikun informat aħjar f’każ ta’ inċident. Din tagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw li dik l-informazzjoni tkun disponibbli u aġġornata.

Artikolu 14

Dan huwa Artikolu ġdid li jibni fuq u jestendi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(5) tad-Direttiva preżenti, li jesiġi li l-pubbliku għandu jkollu l-possibbiltà li jagħti l-opinjoni tiegħu f’ċerti każijiet relatati mal-ippjanar tal-użu tal-art, modifiki fl-istabbilimenti eżistenti, pjanijiet esterni ta’ emerġenza, eċċ. Id-dispożizzjonijiet huma bbażati l-aktar fuq id-Direttiva 2003/35/KE, bl-għan li d-Direttiva Seveso II issir aktar konformi mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

Artikoli 15 u 16

Dawn iż-żewġ Artikoli huma relatati mar-rappurtar ta’ inċidenti kbar mill-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti rispettivament. Il-bidla ewlenija hija li jiġi stabbilit perjodu ta’ 12-il xahar għall-preżentazzjoni tar-rapporti sabiex jiġi evitat id-dewmien fit-tul biex jiġu rrappurtati inċidenti mill-Istati Membri. Din, u bidla fil-limitu tal-kwantità stabbilit fl-Anness VI, li jistabbilixxi l-kriterji għall-inċidenti li jistgħu jiġu rrappurtati (ara taħt), għandhom jgħinu fil-prevenzjoni ta’ inċidenti fil-futur billi jippermettu rappurtar bikri u analiżi tal-inċidenti li seħħew jew kważi seħħew li jinvolvu kwantitajiet għolja sinifikanti ta’ sustanzi perikolużi, sabiex l-informazzjoni u t-tagħlimiet li jkunu nkisbu jkunu jistgħu jiġu kondiviżi.

Artikoli 17,18,19 u 27

Dawn l-Artikoli jżommu u jibnu fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar aktar effettivi.

L-Artikolu 17 jintroduċi rekwiżit biex Stati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda jaħtru waħda minnhom biex tikkoordina l-attivitajiet. Dan jistabbilixxi wkoll l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni f’attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni, billi jintuża l-kumitat eżistenti tal-awtoritajiet kompetenti ("il-forum") u gruppi ta’ ħidma tekniċi relatati, bħalma huma l-iżvilupp ta’ gwida, skambji tal-aħjar prattiki u kunsiderazzjoni tan-notifika magħmula skont l-Artikolu 4.

L-Artikolu 19 isaħħaħ ir-rekwiżiti eżistenti b'rabta mal-ispezzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda huma bbażati l-aktar fuq ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KEE, li tistabbilixxi l-kriterji minimi għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri, u d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali. L-importanza li jkun hemm disponibbli riżorsi suffiċjenti għall-ispezzjonijiet, u l-ħtieġa li jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta’ informazzjoni, pereżempju f’livell tal-Unjoni permezz tal-Programm ta’ Żjajjar Konġunti Reċiproki li hemm bħalissa għall-ispezzjonijiet, qed jiġu enfasizzati.

L-Artikoli 18 u 27 (li huma ġodda) jistabbilixxu l-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, inklużi l-projbizzjonijiet tal-użu u sanzjonijiet oħra.

Artikolu 20

Dan l-Artikolu huwa relatat mad-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar stabbilimenti u inċidenti kbar li tinżamm mill-Kummissjoni. Il-bidla ewlenija hija li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva attwali ġew imtejba u msaħħa billi ġiet estiża l-bażi tad-dejta attwali tas-Sistema ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni dwar l-Impjanti Seveso (SPIRS) biex tiġi inkluża l-informazzjoni għall-pubbliku msemmija fl-Artikolu 13 u l-Anness V, u li din il-bażi tad-dejta tkun aċċessibbli għall-pubbliku. L-aċċess jista’ jsir permezz ta’ links għad-dokumenti li jittellgħu direttament fuq is-sistema jew permezz ta’ links għall-websajts tal-Istati Membri u/jew l-operaturi. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jgħin biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkollu l-informazzjoni meħtieġa u biex l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jitgħallmu mill-aħjar prattiki tal-oħrajn.

Il-bażi tad-dejat tista’ tintuża wkoll għall-finijiet ta’ rappurtar dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri, li għandu jissemplifika l-arranġamenti attwali.

Artikolu 21

Dan jistabbilixxi regoli ġodda dwar il-kunfidenzjalità, li huma bbażati fuq id-Direttiva 2003/4/KE li timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali, li jpoġġu piż akbar fuq il-ftuħ u t-trasparenza filwaqt li jipprovdu li ma jsir l-ebda żvelar ta’ informazzjoni f’każijiet ġustifikati kif xieraq fejn il-kunfidenzjalità tkun meħtieġa, pereżempju għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Artikolu 22

Dan l-Artikolu huwa dispożizzjoni ġdida, li jġib id-Direttiva aktar konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus billi jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-pubbliku konċernat, inklużi NGOs ambjentali interessati, ikollhom aċċess għar-reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja biex jikkontestaw kwalunkwe atti jew omissjonijiet li jistgħu jiksru d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikoli 13 u 21(1) jew fir-rigward tal-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet b’rabta ma’ każijiet skont l-Artikolu 14.

Artikoli 23 sa 26

L-Artikolu 23 jipprovdi li l-Annessi I sa VII jiġu adattati għall-progress tekniku permezz ta’ atti ta' delega (li għandhom jintużaw ukoll sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji għad-deroga skont l-Artikolu 4(4) u għall-għoti ta’ derogi għal sustanzi li jridu jiġu elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I). L-Artikoli l-oħra huma dispożizzjonijiet bażiċi relatati mal-eżerċizzju tad-delegazzjoni ta’ dawn is-setgħat implimentattivi, u mal-proċeduri tar-revoka u l-oġġezzjonijiet.

Artikoli 28 sa 31

Dawn l-Artikoli jikkonċernaw it-traspożizzjoni mill-Istati Membri, id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva l-ġdida u t-tħassir tad-Direttiva 96/82/KE. Id-data li fiha l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva, l-1 ta’ Ġunju 2015, hija d-data li fiha ir-Regolament CLP isir definittiv.

Annessi oħrajn

L-Anness II jinkludi l-punti li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza meħtieġ mill-Artikolu 9. Il-kontenut tal-partijiet differenti tal-Anness jibqgħu kważi l-istess meta mqabbel mal-Anness II fid-Direttiva 96/82/KE. It-tibdiliet ewlenin huma rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ informazzjoni dwar stabbilimenti fil-qrib, b’mod partikolari minħabba effetti domino possibbli, u riskji u perikli esterni oħra, bħalma huma riskji u perikli ambjentali (il-punt C tal-Parti 1 u l-punt A tal-Parti 4); it-tagħlimiet miksuba minn inċidenti li seħħew fil-passat (il-punt C; il-Parti 4); u dwar tagħmir biex ikunu ristretti l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar (il-punt A, il-Parti 5).

L-Anness III huwa relatat mal-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u ma’ fatturi organizzattivi li jridu jiġu koperti fir-rapport dwar is-sikurezza. It-tibdiliet ewlenin huma li jitneħħew ir-referenzi għall-MAPP, li jiġi ċċarat li s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza trid tkun proporzjonata u li sistemi rikonoxxuti internazzjonalment bħalma huma l-ISO u l-OSHAS jridu jiġu kkunsidrati; u li jiġu inklużi referenzi għall-kultura tas-sikurezza. Bidla oħra hija referenza għall-użu possibbli ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, li jistgħu jkunu għodda effettiva biex itejbu s-sikurezza u jgħinu fil-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-infurzar, u għall-bidliet meħtieġa li jridu jsiru wara l-awditjar u r-reviżjoni tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza.

L-Anness IV jistabbilixxi l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjanijiet interni u esterni ta’ emerġenza meħtieġa taħt l-Artikolu 11. Dan huwa identiku għall-Anness IV fid-Direttiva 96/82/KE, ħlief li l-ambitu tal-pjan estern ta’ emerġenza jrid jitwessa’ sabiex jagħmel referenzi aktar ċari għall-ħtieġa li jiġu indirizzati l-effetti domino possibbli u għal azzjonijiet mitiganti barra mis-sit biex jindirizzaw xenarji ta’ inċidenti kbar li jista’ jkollhom impatt fuq l-ambjent.

L-Anness V jelenka l-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku skont l-Artikolu 13. It-tibdiliet ewlenin għal-lista ta’ rekwiżiti jinstabu fil-Parti 1, għall-istabbilimenti kollha, u jinkludu dawn li ġejjin: id-dettalji tal-informazzjoni dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar kif stabbilit fl-MAPP jew fir-rapport dwar is-sikurezza (il-punt 5), l-ispezzjonijiet li jkunu saru (il-punt 6) u minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni (il-punt 7); u fil-Parti 2, għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, l-inklużjoni tat-tipi ewlenin ta’ xenarji ta’ inċidenti kbar (il-punt 1), l-informazzjoni xierqa mill-pjan estern ta’ emerġenza (il-punt 5) u fejn ikun xieraq l-impatti transkonfinali (il-punt 6).

L-Anness VI huwa essenzjalment l-istess bħal dak tad-Direttiva attwali, li jelenka l-kriterji sabiex jiġu rrappurtati l-inċidenti. L-unika bidla hija li jinġiebu aktar inċidenti fi ħdan is-sistema ta’ rappurtar billi jiġi mnaqqas il-limitu tal-kwantità stabbilit fit-taqsima 1.1 għal 1% tal-limitu tal-livelli ogħla.

L-Anness VII jelenka l-kriterji għall-għoti ta’ derogi skont l-Artikolu 4. Skont l-Artikolu 4(4), dawn il-kriterji għandhom jiġu adottati permezz ta’ att ta' delega sat-30 ta’ Ġunju 2013.

2010/0377 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi[4] tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jistgħu jiġu kkaġunati minħabba ċerti attivitajiet industrijali u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

2. L-inċidenti kbar ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista’ jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta' prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-ambjent.

3. Id-Direttiva 96/82/KE kienet strumentali sabiex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn, u b’hekk twassal għal livelli ta’ protezzjoni aħjar fl-Unjoni kollha. Reviżjoni tad-Direttiva kkonfermat li, b’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet eżistenti huma xierqa għall-iskop u li l-ebda bidliet kbar mhuma meħtieġa. Madankollu, is-sistema stabbilita bid-Direttiva 96/82/KE trid tiġi adattata għat-tibdiliet fis-sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi tal-Unjoni li għaliha din tirreferi. Barra minn hekk, għadd ta’ dispożizzjonijiet oħra jridu jiġu ċċarati u aġġornati.

4. Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu u jitjiebu aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar.

5. Il-Konvenzjoni dwar l-Effetti Transkonfinali ta' Inċidenti Industrijali tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa, li ġiet approvata f'isem l-Unjoni b'98/685/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Effetti Transkonfinali ta' Inċidenti Industrijali[5] [traduzzjoni mhux uffiċjali], tipprovdi għal miżuri rigward il-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal u r-reazzjoni għal inċidenti industrijali li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali kif ukoll kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam. Id-Direttiva 96/82/KE timplimenta l-Konvenzjoni fil-liġi tal-Unjoni.

6. Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident tiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

7. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

8. Ċerti attivitajiet industrijali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dawn l-attivitajiet huma soġġetti għal liġijiet oħra tal-Unjoni jew oħrajn nazzjonali li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkompli tiżgura li ma jkun hemm l-ebda nuqqasijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju eżistenti, partikolarment rigward riskji ġodda u oħrajn emerġenti minn attivitajiet oħrajn, u tieħu azzjoni xierqa meta jkun meħtieġ.

9. L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE jelenka s-sustanzi perikolużi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tagħha, inter alia b’referenza għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi[6] kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi[7]. Dawk id-Direttivi ġew issostitwiti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet[8], li timplimenta fi ħdan l-Unjoni s-Sistema Armonizzata Globalment ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) li ġiet adottata f’livell internazzjonali, fl-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti. Dak ir-Regolament jintroduċi klassijiet u kategoriji ġodda ta’ perikli korrispondenti parzjalment biss għal dawk użati taħt l-arranġamenti ta’ qabel. L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE, għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi allinjat ma’ dak ir-Regolament filwaqt li jinżammu l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti ta’ dik id-Direttiva.

10. Il-flessibbiltà hija meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi emendat l-Anness I biex jittratta kwalunkwe effetti mhux mixtieqa mill-allinjament għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-adattamenti sussegwenti għal dak ir-Regolament li jkollhom impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi. Fuq il-bażi ta’ kriterji armonizzati li jridu jiġu żviluppati, jistgħu jingħataw derogi fejn, minkejja l-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, is-sustanzi ma jkunu jippreżentaw l-ebda periklu ta’ inċidenti kbar. Irid ikun hemm ukoll mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jikkorrispondi biex jittratta sustanzi li jeħtieġ li jiġu inklużi fi ħdan l-ambitu ta’ din id-Direttiva minħabba l-potenzjal tagħhom għal periklu ta’ inċident kbir.

11. L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar u li jtaffu l-konsegwenzi tagħhom. Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

12. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti domino, fejn l-istabbilimenti jkunu jinsabu b’tali mod jew ikunu tant qrib xulxin li jżidu l-probabbiltà u l-possibbiltà ta’ inċidenti kbar, jew inkella jaggravaw il-konsegwenzi tagħhom, l-operaturi għandhom jikkooperaw fl-iskambju tal-informazzjoni xierqa u biex jinfurmaw lill-pubbliku, inkluż l-istabbilimenti fil-qrib li jistgħu jkunu affettwati.

13. Sabiex jiġi ppruvat li dak kollu li huwa meħtieġ twettaq sabiex jiġu evitati inċidenti kbar, biex jipprepara pjanijiet ta’ kontinġenza u miżuri ta’ reazzjoni, l-operatur irid, fil-każ tal-istabbilimenti fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet sinifikanti, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni fil-forma ta’ rapport dwar is-sikurezza li jinkludi fih id-dettalji dwar l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti, l-istallazzjoni jew il-faċilitajiet tal-ħażna, xenarji ta’ inċidenti kbar possibbli u analiżi tar-riskji, miżuri ta’ prevenzjoni u intervent kif ukoll dwar is-sistemi ta’ ġestjoni disponibbli, sabiex jiġi evitat u jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti kbar u sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ dawn.

14. Sabiex wieħed jilqa’ għall-emerġenzi, fil-każ ta’ stabbilimenti fejn ikun hemm preżenti sustanzi perikolużi fi kwantitajiet sinifikanti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti pjanijiet interni u esterni ta’ emerġenza u li jinħolqu sistemi biex jiġi żgurat li dawk il-pjanijiet jiġu ppruvati u riveduti kif meħtieġ u implimentati f’każ ta’ inċident kbir jew fil-probabbiltà ta’ dan. Il-persunal ta’ stabbiliment irid jiġi kkonsultat dwar il-pjan intern ta’ emerġenza u l-pubbliku jrid jiġi kkonsultat dwar il-pjan estern ta’ emerġenza.

15. Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil, li tinżamm distanza xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, li jikkunsidraw ukoll il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni ma jiżdiedx. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji iridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, il-proċeduri għandhom jiġu integrati magħhom taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

16. Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, li kienet approvata f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali[9], il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B’mod partikolari, persuni li x’aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex tinformahom dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f’dik l-eventwalità. Barra li tipprovdi informazzjoni b’mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b’mod permanenti u tinżamm aġġornata fuq l-internet. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra.

17. Il-mod kif l-informazzjoni tiġi ġestita għandu jkun skont l-inizjattiva tas-Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) li ġiet introdotta permezz ta’ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) [10]. Din trid tkun ukoll konformi mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) [11] u r-regoli implimentattivi tagħha, li għandhom l-għan li jippermettu li informazzjoni spazjali ambjentali tkun kondiviża bejn l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u jiffaċilitaw aħjar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni spazjali fl-Unjoni. L-informazzjoni trid tinżamm f’bażi ta' dejta fil-livell tal-Unjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku, li għandha tiffaċilita wkoll il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni.

18. Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid ta’ deċiżjonijiet hija meħtieġa biex tippermetti lill-pubbliku jesprimi, u lil min jieħu d-deċiżjonijiet jikkunsidra, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawk id-deċiżjonijiet, u b’hekk iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tikkontribwixxi għall-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali kif ukoll appoġġ għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu. Il-membri tal-pubbliku konċernati għandu jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt għall-ħajja f’ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-benesseri personali.

19. Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u jikkomunikalhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw l-impatt ta’ dak l-inċident.

20. Sabiex jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta’ natura simili, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b’mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom.

21. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, awtorità waħda għandha tkun responsabbli biex tikkoordina lill-awtoritajiet differenti jew korpi oħra involuti. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f’attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni bħalma huma l-iżvilupp ta’ gwida xierqa u skambji tal-aħjar prattika. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, fejn ikun xieraq l-obbligi tal-informazzjoni għandhom jiġu integrati ma’ dawk taħt liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni.

22. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva. Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar, irid ikun hemm sistema ta’ spezzjonijiet, inkluż programm ta’ spezzjonijiet ta’ rutina f’perjodi regolari u spezzjonijiet li mhumiex ta’ rutina. Fejn ikun xieraq, l-ispezzjonijiet għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra. Huwa importanti li jkun hemm spetturi kkwalifikati biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-appoġġ xieraq billi jużaw għodod u mekkaniżmi għall-iskambju ta’ esperjenzi u biex jiġi kkonsolidat l-għarfien, inkluż fil-livell tal-Unjoni.

23. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni ta’ kriterji għal derogi u emendi għall-Annessi ta’ din id-Direttiva.

24. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

25. Peress li l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha b’mod konsistenti u effettiv.

Artikolu 2

Ambitu

26. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istabbilimenti li fihom ikun hemm preżenti sustanzi perikolużi fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I.

27. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) stabbilimenti, stallazzjonijiet jew faċilitajiet ta’ ħażna militari;

(b) perikli maħluqa b’radjazzjoni jonizzanti;

(c) it-trasport ta’ sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja bit-triq, ferrovija, passaġġi tal-ilma interni, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva, inkluż it-tagħbija u l-ħatt kif ukoll it-trasport lejn u minn mezzi oħra ta’ trasport f’baċiri, mollijiet jew żoni fejn jinżammu l-vetturi;

(d) il-ġarr ta’ sustanzi perikolużi f’linji ta’ pajpijiet, inkluż stazzjonijiet għall-ippompjar, barra l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva;

(e) l-isfruttament (l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar) ta’ minerali f’minjieri, barrieri, jew spieri, ħlief għall-ħażna ta’ gass taħt l-art f’saffi naturali u minjieri mhux użati, u ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar kimiku u termali u l-ħażna relatata ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif definit fl-Anness I;

(f) l-esplorazzjoni fil-baħar u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi;

(g) miżbliet, inklużi ħażniet ta’ skart taħt l-art, ħlief għall-faċilitajiet operattivi ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar u diegi ta’ tailings, li jkollhom sustanzi perikolużi kif definit fl-Anness I, b’mod partikolari meta dawn jintużaw f’konnessjoni mal-proċess kimiku u termali tal-minerali;

(h) is-sustanzi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

28. ‘stabbiliment’ tfisser il-post sħiħ taħt il-kontroll ta’ operatur fejn is-sustanzi perikolużi li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jkunu preżenti fi stallazzjoni waħda jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati;

29. 'stabbiliment tal-livelli aktar baxxi’ tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 tal-Anness I u l-kolonna 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, iżda inqas mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I, u l-kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I;

30. ‘stabbiliment tal-livelli aktar 'il fuq’ tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I, u l-kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I;

31. 'stabbiliment ġdid' tfisser stabbiliment li għadu kif inbena jew li għad irid jibda jiffunzjona;

32. 'stabbiliment eżistenti' tfisser stabbiliment li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 96/82/KE;

33. 'stabbiliment sussegwenti' tfisser stabbiliment li kien jopera qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, iżda li qabel ma kienx jaqa’ taħt id-Direttiva 96/82/KE u li sussegwentement jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

34. ‘stallazzjoni’ tfisser unità teknika fi stabbiliment li fiha s-sustanzi perikolużi jiġu mmanifatturati, użati, immaniġġati jew maħżuna, inkluż taħt l-art, u tinkludi t-tagħmir kollu, l-istrutturi, il-pajpijiet, il-makkinarju, l-għodod, il-binarji żgħar privati, il-baċiri, il-mollijiet tal-ħatt li jservu lill-installazzjoni, il-mollijiet maħruġin ’il barra, l-imħażen jew strutturi simili oħra, li jibqgħu f’wiċċ l-ilma jew mod ieħor, li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-istallazzjoni;

35. ‘operatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla stabbiliment jew stallazzjoni jew, fejn dan ikun previst bil-liġi nazzjonali, li lilha jkun ġie ddelegat setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-istabbiliment jew l-istallazzjoni;

36. ‘sustanza perikoluża’ tfisser sustanza jew taħlita elenkata fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness 1 u li tkun preżenti bħala materja prima, prodott, prodott sekondarju, residwu jew prodott intermedju, inklużi dawk is-sustanzi li, b’mod raġonevoli, jistgħu jiġu ġġenerati f’każ ta’ inċident;

37. 'taħlita' tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;

38. ‘preżenza ta’ sustanzi perikolużi’ tfisser il-preżenza attwali jew antiċipata ta’ sustanzi perikolużi fl-istabbiliment, jew il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi li x’aktarx jistgħu jiġu ġġenerati matul telf ta’ kontroll fi proċess kimiku industrijali, fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew iżjed mil-limiti stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I.

39. ‘inċident kbir’ tfisser każ bħalma huwa emissjoni kbira, ħruq, jew splużjoni li jiġu kkaġunati minn żviluppi mhux ikkontrollati matul l-operazzjoni ta’ kwalunkwe stabbiliment kopert b’din id-Direttiva, u li jwassal għal periklu serju għas-saħħa tal-bniedem, il-proprjetà jew l-ambjent, immedjat jew ittardjat, ġewwa jew barra l-istabbiliment, u li jinvolvi sustanza perikoluża waħda jew aktar;

40. ‘periklu’ tfisser il-proprjetà intrinsika ta’ sustanza perikoluża jew sitwazzjoni fiżika, b’potenzjal li toħloq ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

41. ‘riskju’ tfisser il-probabbiltà ta’ effett speċifiku li jseħħ f’perjodu speċifikat jew f’ċirkustanzi speċifikati;

42. ‘ħażna’ tfisser il-preżenza ta’ kwantità ta’ sustanzi perikolużi għall-finijiet ta’ magazzinaġġ, iż-żamma taħt kustodja sikura jew iż-żamma fl-istokk;

43. 'il-pubbliku' tfisser persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi u, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

44. 'il-pubbliku konċernat' tfisser il-pubbliku affettwat jew li x’aktarx ikun affettwat, jew li jkollu interess li jieħu deċiżjoni rigward kwalunkwe materja koperta bl-Artikolu 14(1), inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit applikabbli fil-liġi nazzjonali;

45. 'spezzjoni' tfisser l-azzjonijiet kollha, inklużi żjajjar fuq il-post, verifiki ta’ miżuri interni, sistemi, rapporti u dokumenti ta’ segwitu, u kwalunkwe azzjoni ta' segwitu meħtieġa, li jsiru mill-awtorità kompetenti jew f'isimha biex tivverifika u tippromwovi l-konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Derogi u klawżoli ta’ salvagwardja

46. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, b’mod partikolari minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, il-Kummissjoni tista’ telenka dawk is-sustanzi fil-Parti 3 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

47. Fejn Stat Membru jikkunsidra li sustanza perikoluża elenkata fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma tippreżentax periklu ta’ inċident kbir u tista’ tikkwalifika għall-inklużjoni fil-Parti 3 tal-Anness I skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu javża lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) dwar dawn in-notifiki.

48. Fejn jintwera għas-sodisfazzjon ta’ awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari li jkunu preżenti fi stabbiliment individwali jew fi kwalunkwe parti minnu u elenkati fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li jkun hemm fl-istabbiliment, bħalma huma n-natura tal-imballaġġ u t-trażżin tas-sustanza jew il-post u l-kwantitajiet involuti, l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 19 ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment ikkonċernat.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti kkonċernati, inkluż l-inventarju tas-sustanzi perikolużi konċernati. L-Istat Membru konċernat għandu jagħti r-raġunijiet għall-esklużjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi kull sena l-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) għall-informazzjoni.

49. Sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tistabbilixxi kriterji li jridu jintużaw għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu rispettivament, u biex temenda l-Anness VII skont dan.

50. Fejn Stat Membru jikkunsidra li sustanza perikoluża li ma tkunx elenkata fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I, tkun tippreżenta periklu ta’ inċident kbir, dan jista’ jieħu l-miżuri xierqa u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) dwar in-notifiki magħmula skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ telenka s-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-Parti 1 jew fil-Parti 2 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Artikolu 5

Obbligi ġenerali tal-operatur

51. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun obbligat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

52. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun meħtieġ jipprova lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17 (minn hawn ’il quddiem l-‘awtorità kompetenti’), fi kwalunkwe żmien, b’mod partikolari għall-finijiet tal-ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 19, li l-operatur ikun ħa l-miżuri kollha meħtieġa kif speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Notifika

53. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jibgħat lill-awtorità kompetenti notifika li jkollha d-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;

(b) il-post tan-negozju rreġistrat tal-operatur, bl-indirizz sħiħ;

(c) l-isem jew il-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-istabbiliment, jekk differenti mill-punt (a);

(d) informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi jew il-kategorija tas-sustanzi involuti;

(e) il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanzi perikolużi jew tas-sustanzi involuti;

(f) l-attività jew l-attività proposta tal-istallazzjoni jew il-faċilità tal-ħażna;

(g) l-ambjent fil-qrib immedjat tal-istabbiliment, l-elementi li jistgħu jikkawżaw inċident kbir jew jaggravaw il-konsegwenzi ta’ dan, inkluż dettalji dwar l-istabbilimenti fil-qrib, kemm jekk dawn ikunu koperti b’din id-Direttiva kemm jekk le, kif ukoll siti, żoni u żviluppi oħra li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino.

54. In-notifika għandha tinbagħat lill-awtorità kompetenti f’dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat,

(b) għal stabbilimenti eżistenti, sena mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1),

(c) għal stabbilimenti sussegwenti, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

55. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti eżistenti jekk l-operatur ikun bagħat diġà n-notifika lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali fid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1), u jekk l-informazzjoni inkluża fiha tkun konformi mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tibqa’ mhux mibdula.

56. L-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar il-każijiet li ġejjin:

(a) kwalunkwe żieda sinifikanti fil-kwantità jew bidla sinifikanti fin-natura jew fil-forma fiżika tas-sustanza perikoluża preżenti, kif indikat fin-notifika pprovduta mill-operatur skont il-paragrafu 1, jew kwanlunkwe bidla fil-proċessi li jużaw dik is-sustanza,

(b) modifika ta' stabbiliment jew stallazzjoni li jista' jkollhariperkussjonijiet sinifikanti fuq perikli ta' inċidenti kbar,

(c) l-għeluq permanenti tal-istallazzjoni.

57. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna n-notifika, tal-anqas kull ħames snin. L-operatur għandu jibgħat in-notifika aġġornata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Artikolu 7

Politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar

58. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex ifassal dokument li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (minn hawn’il quddiem: "MAPP") u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tiġi stabbilita bil-miktub. Din għandha tkun imfassla biex tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur, ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni, u għandha tindirizza kultura ta’ sikurezza rigward il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar.

59. L-MAPP għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat;

(b) għal stabbilimenti eżistenti, sena mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1)

(c) għal stabbilimenti sussegwenti, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

60. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti eżistenti jekk l-operatur ikun stabbilixxa diġà l-MAPP bil-miktub u jkun bagħatha lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali fid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1), u jekk l-informazzjoni inkluża fiha tkun konformi mal-paragrafu 1 u tibqa’ mhux mibdula.

61. L-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna l-MAPP, tal-anqas kull ħames snin. L-MAPP aġġornata għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Artikolu 8

Effett domino

62. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 6 u 9 jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 19, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla ta’ stabbilimenti, fejn il-probabbiltà u l-possibbiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-post u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom.

63. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti identifikati skont il-paragrafu 1:

a) jiskambjaw informazzjoni xierqa b’mod adegwat li jippermettilhom jikkunsidraw in-natura u l-limitu tal-periklu ġenerali ta’ inċident kbir fl-MAPP, fis-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza, fir-rapporti dwar is-sikurezza u fil-pjanijiet interni ta’ emerġenza tagħhom;

b) jikkooperaw billi jinfurmaw lill-pubbliku u lill-istabbilimenti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva, u billi jipprovdu informazzjoni lill-awtorità responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza.

Artikolu 9

Rapport dwar is-sikurezza

64. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur ta’ stabbiliment tal-livelli ogħla biex jipproduċi rapport dwar is-sikurezza sabiex:

(a) juri li l-MAPP u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza biex timplimentaha ġew implimentati skont l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

(b) juri li l-perikli ta’ inċidenti kbar u xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar ġew identifikati u ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn kif ukoll sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(c) juri li sikurezza u kredibbiltà adegwati ġew ikkunsidrati fit-tfassil, fil-bini, fl-operat u fiż-żamma ta’ kwalunkwe stallazzjoni, faċilità ta’ ħażna, tagħmir u infrastruttura konnessi mal-operat tiegħu u li huma marbutin ma’ perikli ta’ inċidenti kbar ġewwa l-istabbiliment;

(d) juri li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza ġew stabbiliti u jipprovdi informazzjoni biex ikun jista’ jitfassal il-pjan estern ta’ emerġenza;

(e) jipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet rigward il-post ta' attivitajiet jew żviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti.

65. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jinkludi tal-anqas id-dejta u l-informazzjonielenkati fl-Anness II. Għandu jsemmi l-organizzazzjonijiet rilevanti involutifit-tfassil tar-rapport. Għandu jinkludi wkoll inventarju aġġornattas-sustanzi perikolużi li jkunu preżenti fl-istabbiliment.

66. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat;

(b) għal stabbilimenti eżistenti, sena mid-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1)

(c) għal stabbilimenti sussegwenti, sentejn mid-data li fiha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat.

67. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti eżistenti jekk l-operatur ikun bagħat diġà r-rapport dwar is-sikurezza lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), u jekk l-informazzjoni inkluża fih tkun konformi mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u tibqa’ mhux mibdula.

68. L-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport dwar is-sikurezza tal-anqas kull ħames snin.

L-operatur għandu jirrevedi wkoll u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport dwar is-sikurezza fi kwalunkwe żmien ieħor, fuq l-inizjattiva tal-operatur stess jew inkella fuq talba tal-awtorità kompetenti, fejn dan ikun iġġustifikat b’fatti ġodda jew b’għarfien teknoloġiku ġdid dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza, inkluż għarfien li jkun ġej mill-analiżi ta’ inċidenti jew, safejn ikun possibbli, minn inċidenti li 'kważi ġraw', kif ukoll minn żviluppi fl-għarfien fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli.

Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

69. Qabel ma l-operatur jibda bil-kostruzzjoni jew bl-operat, jew fil-każijiet msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3 u fil-paragrafu 5, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien raġonevoli minn mindu tirċievi r-rapport:

(a) tikkomunika l-konklużjonijiet tal-eżami tagħha dwar ir-rapport tas-sikurezza lill-operatur,

(b) tipprojbixxi l-użu, jew l-użu ssuktat, tal-istabbiliment konċernat, skont l-Artikolu 18.

70. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jimplimentaw l-MAPP permezz ta’ sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar u għall-komplessità tal-organizzazzjoni jew attivitajiet tal-istabbiliment.

Artikolu 10

Modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment jew faċilità tal-ħażna

F’każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista’ jkollhom riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

(a) Janalizza u fejn ikun meħtieġ jirrevedi l-MAPP;

(b) janalizza u fejn ikun meħtieġ jirrevedi r-rapport dwar is-sikurezza u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 9 u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-dettalji ta’ dik ir-reviżjoni qabel ma sseħħ dik il-modifika.

Artikolu 11

Pjanijiet ta’ emerġenza

71. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla:

(a) l-operatur ifassal pjan intern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu fl-istabbiliment;

(b) l-operatur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jfasslu pjanijiet esterni ta’ emerġenza;

(c) l-awtoritajiet maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru jfasslu pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu barra l-istabbiliment fi żmien sena minn mindu dawn ikunu rċevew l-informazzjoni mill-operatur skont il-punt (b).

72. L-operaturi għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a) għal stabbilimenti ġodda, qabel ma jibda l-operat;

(b) għal stabbilimenti eżistenti, sena mid-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) sakemm il-pjan intern ta’ emerġenza ma jkunx tfassal skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali f’dik id-data, u l-informazzjoni inkluża fih tkun konformi ma’ dan l-Artikolu u tibqa’ mhux mibdula.

(c) għal stabbilimenti sussegwenti, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

73. Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu stabbiliti bl-għanijiet li ġejjin:

(a) li jrażżnu u jikkontrollaw l-inċidenti ħalli jnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti, u biex jillimitaw il-ħsara għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-proprjetà,

(b) li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikun mħarsa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti ta’ inċidenti kbar,

(c) li jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa lill-pubbliku kif ukoll lis-servizzi jew lill-awtoritajiet konċernati f’dik iż-żona,

(d) li jipprovdu għar-restawr u t-tindif tal-ambjent wara li jkun seħħ inċident kbir.

Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

74. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f’din id-Direttiva jitfasslu f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil, u li l-pubbliku jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew aġġornati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsultazzjoni mal-pubbliku ssir skont l-Artikolu 14.

75. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet esterni ta’ emerġenza u interna jiġu analizzati, ittestjati u, fejn ikun meħtieġ, riveduti u aġġornati mill-operaturi u mill-awtoritajiet maħtura rispettivament f’intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn tliet snin. L-analiżi għandha tikkunsidra t-tibdiliet li jseħħu fl-istabbilimenti konċernati jew fis-servizzi tal-emerġenza konċernati, l-għarfien tekniku ġdid, u l-għarfien dwar ir-reazzjoni għal inċidenti kbar.

Rigward il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni msaħħa fl-għajnuna tal-protezzjoni ċivili waqt inċidenti kbar.

76. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ emerġenza jiġu implimentati mingħajr dewmien mill-operatur u, jekk ikun meħtieġ, mill-awtorità kompetenti maħtura għal dan il-għan fejn iseħħ inċident kbir, jew meta jseħħ każ mhux kkontrollat li, minħabba n-natura tiegħu stess, jista’ b’mod raġonevoli jkun mistenni li jwassal għal inċident kbir.

77. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fir-rapport dwar is-sikurezza, li r-rekwiżit li jiġi prodott pjan estern ta’ emerġenza skont il-paragrafu 1 ma jkunx japplika.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 12

Ippjanar tal-użu tal-art

78. L-Istati Membri għandhom jiguraw li l-għanijiet biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu kkunsidrati fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra. Dawn għandhom isegwu dawk l-għanijiet permezz ta’ verifiki fuq:

(a) il-post fejn jinbnew stabbilimenti ġodda;

(b) modifika fl-istabbilimenti eżistenti koperti bl-Artikolu 10;

(c) żviluppi ġodda inklużi konnessjonijiet tat-trasport, postijiet frekwentati mill-pubbliku u żoni residenzjali qrib l-istabbilimenti eżistenti, fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir.

79. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra kif ukoll il-proċeduri sabiex jiġu implimentati dawk il-politiki jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil:

(a) li jinżammu distanzi ta’ sikurezza xierqa bejn l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva u żoni residenzjali, bini u żoni pubbliċi, rotot ewlenin tat-trasport safejn ikun possibbli, u żoni ta’ mistrieħ;

(b) li jipproteġu żoni ta’ sensittività jew interess naturali partikolari qrib l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva, permezz ta’ distanzi ta’ sikurezza xierqa jew miżuri xierqa oħra fejn ikun meħtieġ;

(c) fil-każ ta’ stabbilimenti eżistenti, li jieħdu miżuri tekniċi addizzjonali skont l-Artikolu 5 sabiex ma jiżdidux ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

80. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha u l-awtoritajiet tal-ippjanar li jkunu responsabbli għad-deċiżjonijiet f’din iż-żona jistabbilixxu proċeduri ta’ konsultazzjoni xierqa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politiki stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-proċeduri għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-operaturi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment u li l-parir tekniku dwar dawk ir-riskji jkun disponibbli, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi ġenerika, meta jittieħdu d-deċiżjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jipprovdu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment li tkun meħtieġa għall-ippjanar tal-użu tal-art.

81. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE[12] u d-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13]. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun possibbli u xieraq, jipprovdu għal proċeduri koordinati jew konġunti sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi, inter alia, biex jiġu evitati valutazzjonijiet jew konsultazzjonijiet doppji.

Artikolu 13

Informazzjoni lill-pubbliku

82. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku. L-informazzjoni għandha tiġi riveduta u, fejn ikun meħtieġ, aġġornata mill-anqas kull sena.

83. Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li:

a) il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident;

b) ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 21(3); fejn l-Artikolu 21(3) japplika, rapport emendat fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar, l-effetti potenzjali u l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident, għandu jkun disponibbli;

c) l-inventarju ta’ sustanzi perikolużi jkun disponibbli għall-pubbliku konċernat, fuq talba, soġġett għall-Artikolu 21(3).

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-istabbilimenti kollha li jservu lill-pubbliku, inklużi skejjel u sptarijiet, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta u li din tiġi riveduta u aġġornata regolarment tal-anqas kull ħames snin.

84. It-talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a), (b) u (c) għandhom jiġu ttrattati skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

85. L-Istati Membri għandhom, rigward il-possibbiltà ta’ inċident kbir b’effetti transkonfinali li joriġina fi stabbiliment taħt l-Artikolu 9, jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lill-Istati Membri li jkunu potenzjalment affettwati sabiex id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li hemm fl-Artikoli 11, 12 u f’dan l-Artikolu jkunu jistgħu jiġu applikati, fejn ikun applikabbli, mill-Istati Membri li jkunu potenzjalment affettwati.

86. Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista’ joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 11(6) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor.

87. Dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21.

Artikolu 14

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet

88. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-punti li ġejjin:

(a) l-ippjanar għal stabbilimenti ġodda skont l-Artikolu 12;

(b) modifiki għal stabbilimenti eżistenti skont l-Artikolu 10, fejn modifiki bħal dawn ikunu soġġetti għall-obbligi previsti f’din id-Direttiva fir-rigward tal-ippjanar;

(c) żviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir skont l-Artikolu 12;

(d) pjanijiet esterni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11(1)(c).

89. Il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ avviżi pubbliċi jew mezzi oħra xierqa, inkluża l-midja elettronika fejn din tkun disponibbli, dwar il-punti li ġejjin kemm jista’ jkun kmieni fil-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew, l-iktar tard possibbli, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovduta b’mod raġonevoli:

(a) il-kwistjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b) fejn applikabbli, il-fatt li deċiżjoni tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali nazzjonali jew transkonfinali jew għall-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 13(4);

(c) dettalji dwar l-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, dik li minnha tista’ tinkiseb l-informazzjoni rilevanti, dik li lilha jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet, u dettalji dwar l-iskeda taż-żmien biex jintbagħtu l-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, fejn ikun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) indikazzjoni tal-ħinijiet u l-postijiet fejn, jew tal-mezzi li bihom, l-informazzjoni rilevanti ssir disponibbli;

(g) dettalji dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika li jsiru skont il-paragrafu 5.

90. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’perjodi ta’ żmien xierqa, dan li ġej ikun disponibbli għall-pubbliku konċernat:

(a) skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġ lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2;

(b) skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE informazzjoni għajr dik imsemmija fil-paragrafu 2 li tkun rilevanti għad-deċiżjoni konċernata u li ssir disponibbli biss wara li l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2.

91. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat ikollu l-jedd li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni u li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 1 ikunu ġew ikkunsidrati kif xieraq fit-teħid tad-deċiżjoni.

92. L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku konċernat jiġi infurmat u kkonsultat għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

Għandu jkun hemm perjodi ta’ żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, li jippermettu żmien biżżejjed biex il-pubbliku jiġi infurmat u biex il-pubbliku konċernat ikun jista’ jħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

93. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:

(a) il-kontenut tad-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ġiet ibbażata, inklużi kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti;

(b) ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni u spjegazzjoni dwar kif dawn ġew ikkunsidrati f’dik id-deċiżjoni.

Artikolu 15

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operatur wara li jseħħ inċident kbir

94. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kemm jista’ jkun possibbli wara li jseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jkun meħtieġ, bl-użu tal-iktar mezzi xierqa, li:

(a) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti;

(b) jipprovdilhom l-informazzjoni li ġejja hekk kif din tkun disponibbli:

(i) iċ-ċirkostanzi tal-inċident;

(ii) is-sustanzi perikolużi involuti;

(iii) id-dejta disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti tal-inċident fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(iv) il-miżuri ta’ emerġenza meħuda;

(c) jagħtihom informazzjoni dwar il-passi previsti:

(i) biex inaqqas l-effetti tal-inċident fuq medda ta’ żmien medju u twil;

(ii) biex jevita kwalunkwe possibbiltà li inċident bħal dan jerġa’ jseħħ;

(d) jaġġorna l-informazzjoni pprovduta jekk investigazzjonijiet oħra jiżvelaw fatti addizzjonali li jbiddlu dik l-informazzjoni jew il-konklużjonijiet stabbiliti.

95. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtorità kompetenti:

(a) tiżgura li kwalunkwe miżura urġenti, fuq medda ta’ żmien medju u twil, tkun ittieħdet;

(b) tiġbor, permezz ta’ spezzjoni, investigazzjoni jew mezzi oħra xierqa, l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi sħiħa tal-aspetti tekniċi, organizzattivi u maniġerjali ta’ inċident kbir;

(c) tieħu azzjoni xierqa ħalli tiżgura li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura ta’ rimedju li tkun meħtieġa; u

(d) tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi fil-futur.

Artikolu 16

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri wara li jseħħ inċident kbir

96. Għall-finijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr dwar inċidenti kbar li jilħqu l-kriterji tal-Anness VI li jkunu seħħew fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jipprovdulha d-dettalji li ġejjin:

(a) l-Istat Membru, l-isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli għar-rapport;

(b) id-data, il-ħin u l-post tal-inċident kbir, inkluż l-isem sħiħ tal-operatur u l-indirizz tal-istabbiliment involut;

(c) deskrizzjoni fil-qosor taċ-ċirkostanzi tal-inċident, inklużi s-sustanzi perikolużi involuti, u l-effetti immedjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(d) deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ta’ emerġenza li jkunu ttieħdu u tal-prekawzjonijiet immedjati li jkunu meħtieġa biex tiġi evitata r-rikorrenza.

97. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat tal-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sena mid-data tal-inċident, billi jużaw il-bażi tad-dejta msemmija fl-Artikolu 20(5).

Ir-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-Istati Membri jista’ jiddewwem biss sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-proċeduri legali fejn rappurtar bħal dan jista’ jaffettwa dawk il-proċedimenti.

98. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola ta’ rappurtar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola ta’ rappurtar meta jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2.

99. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe korp li jista’ jkollu informazzjoni rilevanti dwar inċidenti kbar u li jkun jista’ joffri parir lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li jkollhom jintervjenu f’każ ta’ inċident bħal dan.

Artikolu 17

Awtorità kompetenti

100. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-operatur, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli biex iwettqu d-dmirijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, korpi biex jgħinu lill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti f’livell tekniku. L-Istati Membri li jistabbilixxu jew jaħtru iktar minn awtorità waħda għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda li tkun responsabbli biex tiżgura li l-proċeduri biex jitwettqu d-dmirijiet tagħhom ikunu kkoordinati.

101. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ b’mod regolari forum li jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f’attivitajet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

102. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni ekwivalenti li tiġi ppreżentata mill-operaturi skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u li din tissodisfa kwalunkwe mir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jkunu ssodisfati.

Artikolu 18

Projbizzjoni tal-użu

103. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta' kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn fejn il-miżuri meħuda mill-operatur għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar ikollhom nuqqasijiet serji.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta’ kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn jekk l-operatur ma jkunx ippreżenta n-notifika, ir-rapporti jew informazzjoni oħra meħtieġa b’din id-Direttiva fil-perjodu speċifikat.

104. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkunu jistgħu jappellaw kontra ordni ta’ projbizzjoni minn awtorità kompetenti taħt il-paragrafu 1 quddiem korp xieraq li jiġi determinat bil-liġi u l-proċeduri nazzjonali.

Artikolu 19

Spezzjonijiet

105. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta’ spezzjonijiet.

106. L-ispezzjonijiet għandhom ikunu xierqa għat-tip ta’ stabbiliment konċernat. Dawn ma għandhomx jiddependu mir-rapport dwar is-sikurezza li jkunu rċevew jew minn kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat. Dawn għandhom ikunu suffiċjenti biex is-sistemi li jkunu qed jiġu mħaddma fl-istabbiliment jiġu eżaminati b’mod ippjanat u sistematiku, kemm jekk ikunu ta’ natura teknika, organizzattiva jew maniġerjali, sabiex jiġi żgurat b’mod partikolari li:

(a) l-operatur jista’ juri li huwa ħa l-miżuri meħtieġa, fir-rigward tal-attivitajiet differenti involuti fl-istabbiliment, sabiex jevita inċidenti kbar;

(b) l-operatur jista’ jipprova li huwa pprovda l-mezzi biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar, fil-post u barra minnu;

(c) id-dejta u l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport dwar is-sikurezza, jew fi kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat, ikunu jirriflettu b’mod adegwat il-kundizzjonijiet fl-istabbiliment;

(d) l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 13(1).

107. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti kollha jkunu koperti bi pjan ta’ spezzjoni f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u għandhom jiżguraw li dan il-pjan jiġi rivedut regolarment u, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat.

Kull pjan ta’ spezzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a) valutazzjoni ġenerali dwar il-kwistjonijiet ta’ sikurezza rilevanti;

(b) iż-żona ġeografika koperta bil-pjan ta’ spezzjoni;

(c) lista tal-istabbilimenti u l-istallazzjonijiet koperti bil-pjan;

(d) lista ta’ gruppi ta’ stabbiliment b’effetti domino possibbli skont l-Artikolu 8, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istabbilimenti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva;

(e) lista ta’ stabbilimenti fejn sorsi partikolari ta’ riskji jew perikli esterni jistgħu jżidu ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

(f) proċeduri għall-ispezzjonijiet ta’ rutina inklużi l-programmi għal spezzjonijiet bħal dawn skont il-paragrafu 4;

(g) proċeduri għal spezzjonijiet mhux ta’ rutina skont il-paragrafu 6;

(h) dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ spezzjoni differenti.

108. Fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tfassal b’mod regolari programm għal spezzjonijiet ta’ rutina fl-istabbilimenti kollha, inkluża l-frekwenza taż-żjajjar fuq il-post għal tipi differenti ta’ stabbilimenti.

Il-perjodu bejn żewġ żjajjar fuq il-post għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni sistematika tal-perikli ta’ inċidenti kbar tal-istabbilimenti konċernati u ma għandux jaqbeż sena għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla u tliet snin għall-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi. Jekk spezzjoni tkun identifikat każ importanti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva, għandha ssir żjara oħra fuq il-post fi żmien sitt xhur.

109. Il-valutazzjoni sistematika tal-perikli għandha tiġi bbażata fuq tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

(a) l-impatti potenzjali u attwali tal-istabbilimenti konċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent billi jiġu kkunsidrati l-perikli ta’ inċidenti kbar, is-sensittività tal-ambjent lokali u r-riskju tal-inċidenti;

(b) ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(c) il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema ta’ ekoġestjoni u awditjar tal-Unjoni (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15].

Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu kkunsidrati s-sejbiet rilevanti tal-ispezzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

110. L-ispezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom isiru biex jiġu investigati kemm jista’ jkun malajr ilmenti serji, inċidenti serji u inċidenti oħrajn li kważi seħħew, kif ukoll inċidenti u okkorrenzi ta’ nuqqas ta’ konformità.

111. Fi żmien xahrejn minn kull żjara, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-operatur il-konklużjonijiet taż-żjara u l-azzjonijiet kollha meħtieġa li jkunu ġew identifikati. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jieħu dawn l-azzjonijiet kollha meħtieġa f’perjodu raġonevoli wara li jkun irċieva l-komunikazzjoni.

112. Kull meta jkun possibbli l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, fejn xieraq, dawn għandhom ikunu kkombinati.

113. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm persunal biżżejjed bil-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex iwettaq l-ispezzjonijiet b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu mekkaniżmi u għodod għall-iskambju ta’ esperjenzi u sabiex jikkonsolidaw l-għarfien, kif ukoll biex jipparteċipaw f’dawn il-mekkaniżmi fil-livell tal-Unjoni fejn ikun xieraq.

114. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-għajnuna kollha meħtieġa sabiex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet iwettqu kwalunkwe żjajjar fuq il-post u jiġbru kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jippermettu lill-awtorità tivvaluta b’mod sħiħ il-possibbiltà ta’ inċidenti kbar u tiddetermina l-għan ta’ probabbiltà akbar jew aggravazzjoni ta’ inċidenti kbar possibbli, tipprepara pjan estern ta’ emerġenza u tikkunsidra s-sustanzi li, minħabba l-forma fiżika, il-kundizzjonijiet jew il-post partikolari tagħhom, jistgħu jeħtieġu aktar attenzjoni.

Artikolu 20

Sistema u skambji ta’ informazzjoni

115. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esperjenzi miksuba rigward il-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna, b’mod partikolari, il-funzjonament tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva.

116. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V, jew sommarju tagħha fil-każ tal-informazzjoni msemmija fil-parti 2 tal-Anness V, tkun disponibbli f’format elettroniku lill-Kummissjoni, u li din tiġi aġġornata fuq bażi kontinwa.

117. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat bażi tad-dejta elettronika li jkollha l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tistabbilixxi sistemi awtomatizzati ta’ skambju ta’ dejta u format ta’ rappurtar li jridu jintużaw għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 sal-1 ta’ Jannar 2015.

118. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport ta’ kull tliet snin dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn għandhom jipprovdu wkoll sommarju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 f’format elettroniku jew inkella jidentifikaw il-bażijiet tad-dejta minn fejn dik l-informazzjoni tista’ tinkiseb.

Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku sommarju ġenerali ta’ dawk ir-rapporti f’format elettroniku.

119. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bażi tad-dejta li tinkludi, b’mod partikolari, id-dettalji ta’ inċidenti kbar li jkunu seħħu fit-territorju tal-Istati Membri, għar-raġunijiet li ġejjin:

a) it-tixrid veloċi fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16(1) u (2);

b) id-distribuzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ analiżi dwar il-kawżi tal-inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom;

c) il-provvediment ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar miżuri preventivi;

d) id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu joffru parir jew informazzjoni rilevanti dwar il-frekwenza, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar.

120. Il-bażi tad-dejta għandu jkollha, tal-anqas:

a) l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16(1) u (2);

b) analiżi tal-kawżi tal-inċidenti;

c) it-tagħlimiet li nkisbu minn dawn l-inċidenti;

d) il-miżuri preventivi meħtieġa biex jiġu evitati każijiet simili.

121. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bażijiet tad-dejta msemmija fil-paragrafi 3 u 5 disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 21

Kunfidenzjalità

122. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-interessi tat-trasparenza, li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li huma jkunu rċevew skont din id-Direttiva għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun talbet dan.

123. It-talbiet għall-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva jistgħu jiġu miċħuda meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jkunu ssodisfati.

124. L-aċċess għall-informazzjoni sħiħa msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) u (c) li tkun inkisbet mill-awtoritajiet kompetenti jista’ jiġi miċħud jekk l-operatur ikun talab biex ma jiġux żvelati ċerti partijiet tar-rapport dwar is-sikurezza jew l-inventarju tas-sustanzi perikolużi għar-raġunijiet previsti fil-punti (b), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi wkoll, għall-istess raġunijiet, li ċerti partijiet tar-rapport jew l-inventarju ma għandhomx jiġu żvelati. F’każijiet bħal dawn, u bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità, u jagħmel disponibbli għall-pubbliku, rapport jew inventarju emendat li jeskludi dawk il-partijiet.

Artikolu 22

Aċċess għall-ġustizzja

125. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku konċernati jkunu jistgħu jitolbu li ssir analiżi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-atti jew l-omissjonijiet ta’ awtorità kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe talba għall-informazzjoni skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 21(1) ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ reviżjoni quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit/a bil-liġi sabiex jikkontestaw l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet relatati mal-każijiet soġġetti għall-Artikolu 14 meta titwettaq waħda minn dawn li ġejjin:

a) ikollhom interess suffiċjenti;

b) isostnu l-indeboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala prerekwiżit.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

126. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe ħtieġa skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 2(a).

L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jiġu indeboliti għall-finijiet tal-paragrafu 2(b).

127. Il-paragrafu 2 ma għandux jeskludi l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ reviżjoni preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandux jaffettwa r-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri tar-reviżjoni amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-reviżjoni ġudizzjarja, meta jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.

128. Il-proċeduri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ġusti, ekwi, f’waqthom u ma jiswewx tant li jkunu projbittivi. Rimedju ta’ inġunzjoni għandu jingħata fejn ikun xieraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi informazzjoni prattika dwar l-aċċess għal dawk il-proċeduri titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 23

Emendi tal-Annessi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VII għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Artikolu 24

Eżerċizzju tad-delega

129. Is-setgħat biex ikunu adottati l-atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 4 u 23 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit.

130. Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

131. Is-setgħa biex tadotta atti ta' delega jingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 25 u 26.

Artikolu 25

Revoka tad-delega

132. Id-delega tal-poteri msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

133. L-istituzzjoni li tkun tat bidu għal proċedura interna biex jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi revokata d-delega tas-setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tiddikjara s-setgħat ta' delega li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka kif ukoll ir-raġunijiet għar-revoka.

134. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard li tiġi speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta' delega li jkunu diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 26

Oġġezzjonijiet għall-atti ta' delega

135. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att ta' delega f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

136. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta' delega, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att ta' delega jista’ jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

137. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att ta' delega, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex qed toġġezzjona għall-att ta' delega.

Artikolu 27

Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa lil dawn.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Ġunju 2015.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 29

Revoka

138. Id-Direttiva 96/82/KE qed tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015.

139. Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 31

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Lista ta’ Annessi

Anness I - Lista ta’ sustanzi perikolużi

Anness II – Dejta u informazzjoni minimi li jridu jkunu kkunsidrata fir-rapport dwar is-sikurezza speċifikat fl-Artikolu 9

Anness III – Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 dwar is-sistema tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar

Anness IV – Dejta u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ emerġenza speċifikati fl-Artikolu 11

Anness V – Punti ta’ informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 13(1) u (2)(a)

Anness VI – Kriterji għan-notifika ta’ inċident lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16(1)

Anness VII – Kriterji għal derogi skont l-Artikolu 4

Anness VIII – Tabella ta’ korrelazzjoni

ANNESS I

Lista ta’ sustanzi perikolużi

PARTI 1

Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet

Il-Parti 1 tal-Anness I tkopri s-sustanzi u t-taħlitiet kollha li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ perikli elenkati fil-Kolonna 1:

Kolonna 1 | Kolonna 2 | Kolonna 3 |

Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi | Kwantità li tikkwalifika (tunnellati) ta’ sustanzi kif hemm imsemmi fl-Artikolu 3(9) għall-applikazzjoni |

Rekwiżiti tal-livelli aktar baxxi | Rekwiżiti tal-livelli ogħla |

Taqsima ‘H’ – PERIKLI GĦAS-SAĦĦA |

H1 TOSSIKA AKUTA Kategorija 1, ir-rotot ta' esponiment kollha | 5 | 20 |

H2 TOSSIKA AKUTA - Kategorija 2, ir-rotot ta' esponiment kollha - Kategorija 3, rotot ta' esponiment mill-ġilda jew minn inalazzjoni (ara n-nota 7) | 50 | 200 |

H3 STOT TOSSIĊITÀ SPEĊIFIKA GĦALL-ORGANI FIL-MIRA – ESPONIMENT UNIKU STOT Kategorija 1 | 50 | 200 |

Taqsima ‘P’ – PERIKLI FIŻIĊI |

P1a SPLUSSIVI (ara n-nota 8) - Splussivi mhux stabbli jew - Splussivi, Diviżjoni 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 jew 1.6, jew - Sustanzi jew taħlitiet li jkollhom proprjetajiet esplżivi skont il-metodu A.14 tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 (ara n-nota 9) u li ma jappartjenux għall-klassijiet ta’ periklu Perossidi organiċi jew Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi | 10 | 50 |

P1b SPLUSSIVI (ara n-nota 8) Splussivi, Diviżjoni 1.4 (ara n-nota 10) | 50 | 200 |

P2 GASSIJIET FJAMMABBLI Gassijiet fjammabbli, Kategorija 1 jew 2 | 10 | 50 |

P3a AEROSOLS FJAMMABBLI (ara n-nota 11.1) Aerosols “Fjammabbli ħafna” jew “Fjammabbli”, li jkollhom gassijiet fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 jew likwidi fjammabbli tal-Kategorija 1 | 150 | 500 |

P3b AEROSOLS FJAMMABBLI (ara n-nota 11.1) Aerosols “Fjammabbli ħafna” jew “Fjammabbli”, li ma jkollhomx gassijiet fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 u lanqas likwidi fjammabbli tal-Kategorija 1 (ara nota 11.2) | 5.000 | 50.000 |

P4 GASSIJIET OSSIDANTI Gassijiet ossidanti, Kategorija 1 | 50 | 200 |

P5a LIKWIDI FJAMMABBLI - Likwidi fjammabbli, Kategorija 1, jew - Likwidi li jieħdu n-nar tal-Kategorija 2 jew 3 li jinżammu f’temperatura ogħla mill-punt tat-tgħollija tagħhom, jew - Liwkidi oħra b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ ≤ 60°C, li jinżammu f’temperatura ogħla mill-punt tat-tgħollija tagħhom (ara n-nota 12) | 10 | 50 |

P5b LIKWIDI FJAMMABBLI - Likwidi fjammabbli tal-Kategorija 2 jew 3 fejn kundizzjonijiet ta’ proċessar partikolari, bħal pressjoni għolja jew temperatura għolja, jistgħu jikkawżaw perikli ta’ inċidenti kbar, jew - Likwidi oħra b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ ≤ 60°C fejn kundizzjonijiet ta’ proċessar partikolari, bħal pressjoni għolja jew temperatura għolja, jistgħu joħolqu perikli ta’ inċidenti kbar (ara n-nota 12) | 50 | 200 |

P5c LIKWIDI FJAMMABBLI Likwidi fjammabbli, Kategoriji 2 jew 3 li mhumiex koperti b'P5a u P5b | 5.000 | 50.000 |

P6a SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI u PEROSSIDI ORGANIĊI Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, Tip A jew B jew Perosddidi organiżi, Tip A jew B | 10 | 50 |

P6b SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI u PEROSSIDI ORGANIĊI Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, Tip C, D, E jew F jew perossidi organiċi, Tip C, D, E, jew F | 50 | 200 |

P7 LIKWIDI U SOLIDI PIROFORIĊI Likwidi piroforiċi, Kategorija 1 Solidi piroforiċi, Kategorija 1 | 50 | 200 |

P8 LIKWIDI U SOLIDI OSSIDANTI Likwidi ossidanti, Kategorija 1, 2 jew 3, jew Solidi ossidanti, Kategorija 1, 2 jew 3 | 50 | 200 |

Taqsima ‘E’ – PERIKLI AMBJENTALI |

E1 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija Akuta 1 jew Kronika 1 | 100 | 200 |

E2 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija Kronika 2 | 200 | 500 |

Taqsima ‘O’ – PERIKLI OĦRA |

O1 Sustanzi jew taħlitiet b’dikjarazzjoni ta’ periklu EUH014 | 100 | 500 |

O2 Sustanzi jew taħlitiet li meta jiġu f’kuntatt mal-ilma jarmu gassijiet fjammabbli, Kategorija 1 | 100 | 500 |

O3 Sustanzi jew taħlitiet b’dikjarazzjoni ta’ periklu EUH029 | 50 | 200 |

PARTI 2

Sustanzi msemmija

Fejn sustanza jew grupp ta’ sustanzi elenkati fil-Parti 2 jaqgħu wkoll f’kategorija tal-Parti 1, il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti fil-Parti 2 iridu jintużaw.

Kolonna 1 | Numru tal-CAS[16] | Kolonna 2 | Kolonna 3 |

Kwantità li tikkwalifika (tunnellati) għall-applikazzjoni ta’ |

Sustanzi perikolużi |

Rekwiżiti tal-livelli ogħla | Rekwiżiti tal-livelli ogħla |

Nitrat tal-ammonju (nota 13) | - | 5000 | 10000 |

Nitrat tal-ammonju (nota 14) | - | 1250 | 5000 |

Nitrat tal-ammonju (nota 15) | - | 350 | 2500 |

Nitrat tal-ammonju (nota 16) | - | 10 | 50 |

Nitrat tal-potassju (nota 17) | - | 5000 | 10000 |

Nitrat tal-potassju (nota 18) | - | 1250 | 5000 |

Pentossidu tal-arseniku, aċidu tal-arseniku (V) u/jew imlieħ | 1303-28-2 | 1 | 2 |

Triossidu tal-arseniku, aċidu arsenjuż (III) u/jew imlieħ | 1327-53-3 | 0,1 |

Bromu | 7726-95-6 | 20 | 100 |

Kloru | 7782-50-5 | 10 | 25 |

Komposti tan-nikil f'forma ta' trab inalabbli: monossidu tan-nikil, diossidu tan-nikil, sulfur tan-nikil, disulfur tat-trinikil, triossidu tad-dinikil | - | 1 |

Etilenimmina | 151-56-4 | 10 | 20 |

Fluworu | 7782-41-4 | 10 | 20 |

Formaldeid (konċentrazzjoni ≥ 90 %) | 50-00-0 | 5 | 50 |

Idroġenu | 1333-74-0 | 5 | 50 |

Klorur tal-idroġenu (gass likwifikat) | 7647-01-0 | 25 | 250 |

Alkili taċ-ċomb | - | 5 | 50 |

Gassijiet fjammabbli likwifikati Kategorija CLP 1 jew 2 (inkluż LPG) u gass naturali | - | 50 | 200 |

Aċitilen | 74-86-2 | 5 | 50 |

Ossidu tal-etilen | 75-21-8 | 5 | 50 |

Ossidu tal-propilen | 75-56-9 | 5 | 50 |

Metanol | 67-56-1 | 500 | 5000 |

4, 4-Metilenbis (2-kloranilina) u/jew mlieħ, f’forma ta’ trab | 101-14-4 | 0,01 |

Metilisoċjanat | 624-83-9 | 0,15 |

Ossiġenu | 7782-44-7 | 200 | 2000 |

2,4 -Toluwen diisoċjanat 2,6 -Toluwen diisoċjanat | 584-84-9 91-08-7 | 10 | 100 |

Diklorur tal-karbonil (fosġen) | 75-44-5 | 0,3 | 0,75 |

Arsina (triidrur tal-arseniku) | 7784-42-1 | 0,2 | 1 |

Fosfina (triidrid tal-fosforu) | 7803-51-2 | 0,2 | 1 |

Diklorur tal-kubrit | 10545-99-0 | 1 | 1 |

Triossidu tal-kubrit | 7446-11-9 | 15 | 75 |

Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini (inkluż TCDD), ikkalkulati f'TCDD ekwivalenti (nota 19) | - | 0,001 |

Il-KARĊINOĠENI li ġejjin jew it-taħlitiet li jkollhom il-karċinoġeni f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 5% skont il-piż: 4-Amminobifenil u/jew l-imlieħ tiegħu, Benżotriklorur, Benżidina u/jew imlieħ, Etere tal-bis (klorometil), Etere tal-metil tal-klorometil, 1,2-Dibromoetan, Sulfat tad-dietil, Sulfat tad-dimetil, Klorur tad-dimetilkarbamojl, 1,2-Dibromo-3-kloropropan, 1,2-Dimetilidrażina, Dimetilnitrosammina, Triammid tal-eżametilfosforiku, Idrażina, 2- Naftilammina u/jew imlieħ, 4-Nitrodifenil, u 1,3 Propansulton | - | 0,5 | 2 |

Prodotti taż-żejt (a) gasolina u nafta, (b) kerożina (inklużi fjuwils tal-ġettijiet), (c) Żjut tal-gass (inkluż fjuwils tad-diżil, żjut għat-tisħin tad-djar u distillati użati biex jipproduċu żejt tal-gass) (d) żejt tal-fjuwil tqil | - | 2500 | 25000 |

Ammonijaku Anidride | 7664-41-7 | 50 | 200 |

Trifluworur tal-boron | 7637-07-2 | 5 | 20 |

Sulfid tal-idroġenu | 7783-06-4 | 5 | 20 |

PARTI 3

Sustanzi u taħlitiet esklużi minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(2)(h) u l-Artikolu 4(1)

Isem is-sustanza/taħlita | Numru tal-CAS | Kwantità (fejn applikabbli) | Kundizzjonijiet oħra fejn applikabbli |

NOTI GĦALL-ANNESS I

1. Is-sustanzi u t-taħlitiet huma kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17].

2. It-taħlitiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal sustanzi puri sakemm dawn jibqgħu fil-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti skont il-proprjetajiet tagħhom taħt ir-Regolament mogħti fin-Nota 1, jew l-iktar adattament riċenti tiegħu għall-progress tekniku, sakemm perċentwal tal-kompożizzjoni jew deskrizzjoni oħra tingħata b’mod speċifiku.

3. Il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti taħt huma relatati għal kull stabbiliment.

Il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni tal-Artikoli rilevanti huma l-kwantitajiet massimi li jkunu preżenti jew li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe ħin partikolari. Sustanzi perikolużi li jkunu preżenti fi stabbiliment biss fi kwantitajiet ugwali għal jew inqas minn 2 % tal-kwantità li tikkwalifika rilevanti għandhom jiġu injorati għall-kalkolu tal-kwantità totali preżenti, jekk il-pożizzjoni tagħhom fl-istabbiliment tkun tali li ma tkunx tista’ taġixxi bħala inizjatur ta’ inċident kbir x’imkien ieħor fuq il-post.

4. Ir-regoli li ġejjin li jirregolaw iż-żieda ta’ sustanzi perikolużi, jew kategoriji ta’ sustanzi perikolużi, għandhom japplikaw fejn xieraq:

Fil-każ ta’ stabbiliment fejn ma jkun hemm preżenti l-ebda sustanza individwali jew taħlita fi kwantità li tkun ogħla minn jew ugwali għall-kwantitajiet li jikkwalifikaw rilevanti, ir-regola li ġejja għandha tiġi applikata biex tiddetermina jekk l-istabbiliment ikunx kopert bir-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Din id-Direttiva għandha tapplika jekk is-somma:

q1/QU1 + q2/QU2 + q3/QU3 + q4/QU4 + q5/QU5 + . . . tkun ikbar jew ugwali għal 1,

fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li taqa' fil-Partijiet 1 jew 2 ta’ dan l-Anness,

u QUX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza jew kategorija x mill-kolonna 3 tal-Partijiet 1 jew 2.

Din id-Direttiva għandha tapplika, ħlief għall-Artikoli 9, 11 u 13, jekk is-somma:

q1/QL1 + q2/QL2 + q3/QL3 + q4/QL4 + q5/QL5 + . . . tkun ikbar jew ugwali għal 1,

fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li taqa' fil-Partijiet 1 jew 2 ta’ dan l-Anness,

u QLX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza jew kategorija x mill-kolonna 2 tal-Partijiet 1 jew 2.

Din ir-regola għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-perikli ġenerali ta’ inċidenti kbar deskritti fit-tliet taqsimiet ta’ hawn fuq: perikli għas-saħħa, perikli fiżiċi u perikli ambjentali. Għalhekk, din trid tiġi applikata tliet darbiet:

(a) għaż-żieda tas-sustanzi u t-taħlitiet imsemmija fil-Parti 2 li huma kklassifikati bħala kategorija tossika akuta 1, 2 jew 3, flimkien mas-sustanzi u t-taħlitiet tat-taqsima H: H1 sa H3.

(b) għaż-żieda tas-sustanzi u t-taħlitiet imsemmija fil-Parti 2 li huma kklassifikati bħala splussivi, gassijiet fjammabbli, aerosols fjammabbli, gassijiet ossidanti, likwidi fjammabbli, sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, perossidi organiċi, likwidi piroforiċi, likwidi u solidi ossidanti, flimkien mas-sustanzi u t-taħlitiet tat-taqsima P: P1 sa P8.

(c) għaż-żieda tas-sustanzi u t-taħlitiet imsemmija fil-Parti 2 li huma kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku, kategorija akuta 1, kategorija kronika 1 jew kategorija kronika 2, flimkien mas-sustanzi u t-taħlitiet tat-taqsima E: E1 u E2.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva japplikaw jekk kwalunkwe mis-somom miksuba permezz ta’ (a), (b) jew (c) tkun ikbar minn jew ugwali għal 1.

5. Fil-każ ta’ sustanzi u taħlitiet li mhumiex koperti bl-Anness I, inkluż skart, iżda li xorta waħda jkunu preżenti, jew x’aktarx ikunu preżenti, fi stabbiliment u li jkollhom jew x’aktarx ikollhom, taħt il-kundizzjonijiet f’dak l-istabbiliment, proprjetajiet ekwivalenti f’termini ta’ potenzjal ta’ inċident kbir, l-Istati Membri għandhom jassenjaw dawn b’mod provviżorju lill-iktar kategorija Seveso/sustanza msemmija li tkun analoga (skont id-deċiżjoni li tittieħed taħt l-Artikolu 4(5) ta’ din id-Direttiva).

6. Fil-każ ta’ sustanzi u taħlitiet bi proprjetajiet li jwasslu għal iktar minn klassifikazzjoni waħda, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi. Madankollu, għall-applikazzjoni tar-regola fin-Nota 4, il-kwantità li tikkwalifika użata għandha tkun dejjem dik li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni konċernata.

7. F'każ ta' sustanzi u taħlitiet li jaqgħu taħt il-klassi ta' periklu H2 akuta tossika, Kategorija 3, rotot ta' esponiment mill-ġilda u minn inalazzjoni, fejn id-dejta għal din ir-rotta/dawn ir-rotot mhijiex/mhumiex disponibbli, estrapolazzjoni minn rotta oħra/rotot oħra gaħndha titwettaq abbażi tal-approċċ mogħti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (b'mod partikolari l-punt 3.1.3.6.2.1. (a) u t-tabella 3.1.2 fl-Anness 1) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (b'mod partikolari, l-Anness I, it-taqsima 5.2 (stima tal-esponiment)), kif ukoll il-gwida relatata, disponibbli fuq: http://guidance.echa.europa.eu/docs/guidance_document/clp_en.pdf (mill-paġna 204).

8. Il-klassi ta’ periklu Splussivi tinkludi oġġetti li jisplodu (ara t-Taqsima 2.1 tal-Anness I tar-Regolament CLP). Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett tkun magħrufa, dik il-kwantità għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett ma tkunx magħrufa, mela, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-oġġett sħiħ għandu jiġi ttrattat bħala splussiv.

9. L-ittestjar għall-proprjetajiet esplożivi tas-sustanzi u t-taħlitiet ikun meħtieġ biss jekk il-proċedura ta’ skrinjar skont l-Appendiċi 6 (il-Parti 3) tal-Manwal dwar it-Testijiet u l-Kriterji tan-NU[18] jidentifika s-sustanza/it-taħlita bħala waħda li potenzjalment għandha proprjetajiet esplożivi.

10. Jekk l-Isplussivi tad-Diviżjoni 1.4 ma jkunux ippakkjati jew jiġu ppakkjati mill-ġdid, dawn għandhom jiġu assenjati għall-entrata P3, sakemm ma jintweriex li l-periklu għadu jikkorrispondi għad-Diviżjoni 1.4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

11.1. Aerosols fjammabbli huma kklassifikati skont id-Direttiva dwar l-Aerosol Dispensers 75/324/KEE[19]. L-aerosols ‘Fjammabbli ħafna’ u ‘Fjammabbli’ tad-Direttiva 75/324/KEE jikkorrispondu għall-Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

11.2. Sabiex tintuża din l-entrata, irid jiġi ddokumentat li l-aerosol dispenser ma għandux Gass Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 u lanqas Likwidu Fjammabbli tal-Kategorija 1.

12. Skont 2.6.4.5 fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, likwidi b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ iżjed minn 35 °C m'hemmx għalfejn jiġu kklassifikati fil-Kategorija 3 jekk ma jsostnux il-kombustjoni. Madankollu, dan ma jkunx validu f’kundizzjonijiet elevati bħalma huma temperatura jew pressjoni għolja, u għalhekk likwidi bħal dawn jiġu inklużi f’din l-entrata.

13. Nitrat tal-ammonju (5000 / 10000): fertilizzanti li kapaċi jiddekomponu waħedhom.

Dan japplika għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat tal-ammonju (fertilizzanti komposti/imħalltin li fihom nitrat tal-ammonju bil-fosfat u/jew potassa) u li kapaċi jiddekomponu waħedhom skont it-Test tal-Ħawt (Trough Test) tan-NU (ara r-Rakkomandazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża: Manwal ta’ Testijiet u Kriterji, Parti III, subtaqsima 38.2), u li fih il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa

- bejn 15,75 %[20] u 24,5 %[21] skont il-piż, u jew mhux b’iktar minn 0,4 % total ta’ materjali kombustibbli / organiċi jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness III-2 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22];

- 15,75 % skont il-piż jew inqas u materjali kombustibbli mhux ristretti.

14. Nitrat tal-ammonju (1250 / 5000): grad ta’ fertilizzant

Dan japplika għal fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat tal-ammonju u għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq in-nitrat tal-ammonju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness III-2 għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 u li fihom il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa:

- iktar minn 24,5 % skont il-piż, ħlief għal taħlitiet ta’ fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta’ inqas minn 90 %;

- iktar minn 15,75 % skont il-piż għal taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju u sulfat tal-ammonju;

- iktar minn 28 %[23] skont il-piż għal taħlitiet ta’ fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b’purità ta’ inqas minn 90 %.

15. Nitrat tal-ammonju (350 / 2500): grad tekniku

Dan japplika għal nitrat tal-ammonju u taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa

- bejn 24,5 % u 28 % skont il-piż, u li fihom hemm mhux iktar minn 0,4 % ta’ sustanzi kombustibbli;

- iktar minn 28 % skont il-piż, u li fihom iktar minn 0,2 % sustanzi kombustibbli.

Dan japplika wkoll għal soluzzjonijiet milwiema ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-konċentrazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju tkun iktar minn 80 % skont il-piż.

16. Nitrat tal-ammonju (10 / 50): materjal “off-specs” u fertilizzanti li ma jissodisfawx it-test ta’ detonazzjoni

Dan japplika għal

- materjal irrifjutat matul il-proċess tal-manifattura u għal nitrat tal-ammonju u taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju, fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat tal-ammonju u fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat tal-ammonju msemmija fin-Noti 2 u 3, li qegħdin jiġu jew ġew irritornati minn min użahom l-aħħar lil manifattur, ħażna temporanja jew impjant ta' proċessar mill-ġdid għal tħaddim mill-ġdid, riċiklaġġ jew trattament għal użu sikur, għaliex ma jikkonformawx iktar mal-ispeċifikazzjonijiet tan-Noti 2 u 3;

- fertilizzanti msemmija fin-Nota 1, l-ewwel inċiż, u n-Nota 2 li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-Anness III-2 għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

17. Nitrat tal-potassju (5000 / 10000)

Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f’forma mrammla/granulari) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.

18. Nitrat tal-potassju (1250 / 5000)

Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f’forma kristallina) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.

19. Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini

Il-kwantitajiet ta’ poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini jiġu kkalkulati bl-użu tal-fatturi li ġejjin:

WHO 2005 TEF |

2,3,7,8-TCDD | 1 | 2,3,7,8-TCDF | 0,1 |

1,2,3,7,8-PeCDD | 1 | 2,3,4,7,8-PeCDF | 0,3 |

1,2,3,7,8-PeCDF | 0,03 |

1,2,3,4,7,8-HxCDD | 0,1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDD | 0,1 | 1,2,3,4,7,8-HxCDF | 0,1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDD | 0,1 | 1,2,3,7,8,9-HxCDF | 0,1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDF | 0,1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD | 0,01 | 2,3,4,6,7,8-HxCDF | 0,1 |

OCDD | 0,0003 | 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF | 0,01 |

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF | 0,01 |

OCDF | 0,0003 |

(T = tetra, P = penta, Hx = eża, Hp = etta, O = otta) |

Referenza - Van den Berg et al: The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds |

ANNESS II

MINIMU TA' DEJTA U INFORMAZZJONI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI FIR-RAPPORT DWAR IS-SIKUREZZA SPEĊIFIKAT FL-ARTIKOLU 9

140. Informazzjoni dwar is-sistema tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġi evitat inċident kbir

Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-elementi previsti fl-Anness III.

141. Preżentazzjoni dwar l-ambjent tal-istabbiliment

(a) deskrizzjoni tal-post u l-ambjent tiegħu inklużi l-lokazzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;

(b) identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet u attivitajiet oħra tal-istabbiliment li jistgħu jippreżentaw periklu ta’ inċident kbir;

(c) identifikazzjoni ta’ stabbilimenti fil-qrib, kif ukoll siti, żoni u żviluppi oħrajn li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino;

(d) deskrizzjoni taż-żoni fejn inċident kbir jista’ jseħħ.

142. Deskrizzjoni tal-istallazzjoni

(a) deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;

(b) deskrizzjoni tal-proċessi, partikolarment il-metodi tal-operat;

(c) deskrizzjoni tas-sustanzi perikolużi:

(i) inventarju tas-sustanzi perikolużi inklużi:

- l-identifikazzjoni tas-sustanzi perikolużi: l-isem kimiku, in-numru tas-CAS, l-isem skont in-nomenklatura tal-IUPAC,

- il-kwantità massima ta’ sustanzi perikolużi li jkunu preżenti jew li jistgħu jkunu preżenti;

(ii) il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, tossikoloġiċi u indikazzjoni tal-perikli, kemm immedjati u ttardjati, għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(iii) l-imġiba fiżika u kimika taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu jew taħt kundizzjonijiet aċċidentali prevedibbli.

143. Identifikazzjoni u analiżi tar-riskji aċċidentali u metodi ta’ prevenzjoni

(a) deskrizzjoni dettaljata tax-xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar u l-probabbiltà tagħhom jew il-kundizzjonijiet li taħthom dawn iseħħu, inkluż sommarju tal-każijiet li jista’ jkollhom sehem fit-tfaqqigħ ta’ kull wieħed minn dawn ix-xenarji, il-kawżi li jkunu interni u esterni għall-istallazzjoni; inkluż b’mod partikolari

(i) sorsi ta’ periklu għall-operat;

(ii) riskji esterni u sorsi ta’ periklu, mill-effetti domino u minn siti, żoni u żviluppi oħra li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

(iii) riskji ambjentali u sorsi ta’ periklu, pereżempju terremoti jew għargħar;

(b) valutazzjoni tal-limitu u s-severità tal-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar identifikati inklużi mapep, illustrazzjonijiet jew, kif xieraq, deskrizzjonijiet ekwivalenti, li juru żoni li jistgħu jiġu affettwati b’inċidenti bħal dawn li jiġu kkawżati mill-istabbiliment, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13(2) (b) u 21;

(c) analiżi ta’ inċidenti fil-passat u ta' inċidenti fejn kienu jintużaw l-istess sustanzi u proċessi, kunsiderazzjoni tat-tagħlimiet li nkisbu minn dawn, u referenza espliċita għal miżuri speċifiċi meħuda biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn;

(d) deskrizzjoni tal-parametri tekniċi u tat-tagħmir użat għas-sikurezza tal-istallazzjonijiet.

144. Miżuri ta’ protezzjoni u intervent biex jillimitaw il-konsegwenzi tal-inċident

(a) deskrizzjoni tat-tagħmir stallat fl-impjant biex jillimita l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent inklużi, pereżempju, sistemi ta’ individwazzjoni/protezzjoni, it-tagħmir tekniku biex jillimita d-daqs tar-rilaxxi inċidentali (inkluż bexx tal-ilma; skrins tal-fwar, catch pots tal-emerġenza jew reċipjenti ta’ ġbir, valvijiet li jingħalqu; sistemi ta’ inertjar; sistemi li jżommu l-ilma għal kontra n-nirien);

(b) organizzazzjoni ta’ allarmi u interventi;

(c) deskrizzjoni ta’ riżorsi li jiċċaqalqu, interni jew esterni;

(d) sommarju tal-elementi deskritti fil-punt (a), (b) u (c) meħtieġa biex jitfassal pjan intern ta’ emereġenza, imħejji skont l-Artikolu 11.

ANNESS III

INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9 DWAR IS-SISTEMA TAL-ĠESTJONI U L-ORGANIZZAZZJONI TAL-ISTABBILIMENT BIL-ĦSIEB LI JIĠU EVITATI INĊIDENTI KBAR

Għall-finijiet biex tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tal-operatur, iridu jiġu kkunsidrati dawn l-elementi li ġejjin:

(a) is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun proporzjonata għall-perikli, l-attivitajiet industrijali u l-kumplessità tal-organizzazzjoni fl-istabbiliment u tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji. Din għandha tinkludi l-parti tas-sistema tal-ġestjoni ġenerali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi biex tiġi ddeterminata u implimentata l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar. Sistemi eżistenti oħra ta’ ġestjoni, li jinkludu l-ISO, l-OSHAS u l-EMAS, iridu jiġu kkunsidrati;

(b) il-punti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza:

(i) l-organizzazzjoni u l-persunal — ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjegati involuti fil-ġestjoni ta’ inċidenti kbar fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni. L-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ taħriġ ta’ dan il-persunal u l-forniment ta’ taħriġ li jkun ġie identifikat. L-involviment tal-impjegati u tal-impjegati subkuntrattati li jaħdmu fl-istabbiliment;

(ii) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ perikli kbar — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri biex jiġu identifikati b’mod sistematiku perikli kbar li jkunu ġejjin mill-operat normali u mhux normali u l-valutazzjoni tal-probabbiltà u s-severità tagħhom;

(iii) il-kontroll operattiv — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u struzzjonijiet għall-operat sikur, inklużi l-manutenzjoni tal-impjant, proċessi, tagħmir, ġestjoni ta’ allarmi u waqfiet temporanji;

(iv) il-ġestjoni tal-bidla — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-ippjanar ta’ modifiki għal, jew id-disinn ta’ stallazzjonijiet, proċessi jew faċilitajiet ta’ ħażna ġodda;

(v) kultura ta' sikurezza — miżuri biex tiġi vvalutata u mtejba l-kultura tas-sikurezza;

(vi) l-ippjanar għall-emerġenzi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri biex jiġu identifikati emerġenzi prevedibbli permezz ta’ analiżi sistematika, biex jitħejjew, jiġu ttestjati u analizzati pjanijiet ta’ emerġenza li jilqgħu għal dawn l-emerġenzi u biex jingħata taħriġ speċifiku lill-persunal konċernat. Dan it-taħriġ għandu jingħata lill-persunal kollu li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż il-persunal subkuntrattat rilevanti;

(vii) il-prestazzjoni tal-monitoraġġ — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-valutazzjoni kontinwa tal-konformità mal-għanijiet stabbiliti bil-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar tal-operatur u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, u l-mekkaniżmi għall-investigazzjoni u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-proċeduri għandhom ikopru s-sistema tal-operatur biex jiġu rrappurtati inċidenti kbar jew oħrajn li kważi seħħew, partikolarment dawk li jinvolvu nuqqas ta’ miżuri protettivi, u l-investigazzjoni u s-segwitu ta’ dawn fuq il-bażi tat-tagħlimiet li jkunu nkisbu. Il-proċeduri jistgħu jinkludu wkoll indikaturi ta’ prestazzjoni bħalma huma l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza (SPIs) u indikaturi rilevanti oħra;

(viii) awditjar u analiżi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-valutazzjoni sistematika regolari tal-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar u tal-effikaċja u l-adattabbiltà tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza; l-analiżi ddokumentata tal-prestazzjoni tal-politika u tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-aġġornar tagħha mill-maniġment superjuri, inklużi l-kunsiderazzjoni u l-inkorporazzjoni tat-tibdiliet meħtieġa bl-awditjar.

ANNESS IV

DEJTA U INFORMAZZJONI LI JRIDU JIĠU INKLUŻI FIL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA SPEĊIFIKATI FL-ARTIKOLU 11

145. Pjanijiet interni ta’ emerġenza

L-ismijiet jew il-pożizzjonijiet tal-persuni awtorizzati biex jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ emerġenza u l-persuna responsabbli għall-azzjoni ta’ intervent fis-sit u biex tikkoordinaha.

(a) L-isem jew il-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-kollegament mal-awtorità responsabbli għall-pjan estern ta’ emerġenza.

(b) Għal kundizzjonijiet jew avvenimenti prevedibbli li jistgħu jkunu determinati biex jikkawżaw inċident kbir, deskrizzjoni tal-azzjoni li trid tittieħed biex jiġu kkontrollati l-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom, inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir tas-sikurezza u r-riżorsi disponibbli.

(c) Miżuri biex jiġu limitati r-riskji għall-persuni fis-sit inkluż kif għandu jingħata l-allarm u x’azzjonijiet huma mistennija li jiġu osservati mill-persuni meta jirċievu l-allarm.

(d) Arranġamenti biex tingħata twissija bikrija dwar l-inċident lill-awtorità responsabbli biex tagħti bidu għall-pjan estern ta’ emerġenza, it-tip ta’ informazzjoni li trid tingħata waqt twissija bikrija u miżuri għall-forniment ta’ informazzjoni aktar dettaljata hekk kif din issir disponibbli.

(e) Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta' mitigazzjoni barra mis-sit.

146. Pjanijiet esterni ta’ emerġenza

(a) L-ismijiet jew il-pożizzjonijiet tal-persuni awtorizzati li jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ emerġenza u tal-persuni awtorizzati biex imexxu u jikkoordinaw il-miżuri ta’ intervent barra mis-sit.

(b) Arranġamenti biex jitwasslu allarmi bikrija ta’ inċidenti, u proċeduri ta’ allarm u talbiet għall-għajnuna.

(c) Arranġamenti biex jiġu kkoordinati r-riżorsi meħtieġa biex jiġi implimentat pjan estern ta’ emerġenza.

(d) Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta' mitigazzjoni fis-sit.

(e) Arranġamenti għal azzjoni ta' mitigazzjoni barra mis-sit, inklużi reazzjonijiet għal xenarji ta’ inċidenti kbar kif stabbilit fir-rapport dwar is-sikurezza, inklużi dawk li jkollhom impatt fuq l-ambjent.

(f) Arranġamenti biex il-pubbliku u kwalunkwe stabbiliment fil-qrib jiġi pprovdut, skont l-Artikolu 8, b’informazzjoni speċifika dwar l-inċident u l-imġiba li trid tiġi adottata.

(g) Arranġamenti għall-provvediment ta’ informazzjoni għas-servizzi tal-emerġenza ta’ Stati Membri oħra f’każ ta’ inċident kbir b’konsegwenzi transkonfinali possibbli.

ANNESS V

PUNTI TA’ INFORMAZZJONI LI JRIDU JIĠU KKOMUNIKATI LILL-PUBBLIKU KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 13 (1) u (2)(a)

Parti 1

Għall-istabbilimenti kollha koperti b’din id-Direttiva:

147. L-isem jew l-isem kummerċjali tal-operatur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat.

148. Konferma li l-istabbiliment huwa soġġett għar-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li n-notifika msemmija fl-Artikolu 6(1) jew fir-rapport dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 9(1) tkun ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti.

149. Spjegazzjoni f’termini sempliċi tal-attività jew l-attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment.

150. L-ismijiet komuni jew, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti bil-Parti 1 tal-Anness 1, l-ismijiet ġeneriċi jew il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi u t-taħlitiet involuti fl-istabbiliment li jistgħu jikkawżaw inċident kbir, b’indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi prinċipali tagħhom.

151. Informazzjoni ġenerali dwar in-natura tal-perikli ta’ inċidenti kbar, inklużi l-effetti potenzjali tagħhom fuq il-popolazzjoni u l-ambjent, kif stabbilit fil-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar jew fir-rapport dwar is-sikurezza.

152. Dettalji fil-qosor dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 19 u tas-sejbiet prinċipali mill-konklużjonijiet tal-ispezzjoni l-aktar reċenti, flimkien ma’ referenza jew/link għall-pjan ta’ spezzjoni relatat.

153. Dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni rilevanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 21 dwar il-kunfidenzjalità.

Parti 2

Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness:

154. Dettalji fil-qosor dwar it-tipi ewlenin ta’ xenarji ta’ inċidenti kbar u t-tipi ewlenin ta’ avvenimenti li jista’ jkollhom sehem biex jikkawżaw kull wieħed minn dawn ix-xenarji.

155. Informazzjoni adegwata dwar kif il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mwissija u tibqa' infurmata f’każ ta’ inċident kbir.

156. Informazzjoni adegwata dwar l-azzjonijiet li l-popolazzjoni konċernata trid tieħu, u dwar l-imġiba li din trid tadotta, f’każ ta’ inċident kbir.

157. Konferma li l-operatur huwa meħtieġ jagħmel arranġamenti adegwati fis-sit, partikolarment il-kollegament mas-servizzi tal-emerġenza, biex jiġu ttrattati inċidenti kbar u jitnaqqsu l-effetti tagħhom kemm jista’ jkun.

158. Informazzjoni xierqa mill-pjan estern ta’ emerġenza li tinġabar biex jiġi ttrattat kwalunkwe effett minn inċident barra mis-sit. Din għandha tinkludi parir biex ikun hemm kooperazzjoni ma’ kwalunkwe struzzjonijiet jew talbiet mis-servizzi tal-emerġenza waqt inċident.

159. Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment huwiex qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor bil-possibbiltà ta’ inċident kbir b’effetti transkonfinali skont il-Konvenzjoni tal-UNECE dwar l-Effetti Transkonfinali tal-Inċidenti Industrijali.

ANNESS VI

KRITERJI GĦAN-NOTIFIKA TA’ INĊIDENT LILL-KUMMISSJONI KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 16 (1)

I. Kwalunkwe inċident kopert bil-paragrafu 1 jew li jkollu minn tal-anqas waħda mill-konsegwenzi deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni.

160. Sustanzi involuti

Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 1 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-kolonna 3 tal-Anness I.

161. Korriment ta’ persuni u ħsara għall-proprjetà

Inċident li jinvolvi direttament sustanza perikoluża u li jikkawża wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:

(a) mewt;

(b) sitt persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;

(c) persuna waħda barra l-istabbiliment tinżamm fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;

(d) abitazzjoni(jiet) barra l-istabbiliment li ssirilha(hom) ħsara u ma tkunx/jkunux tista’/jistgħu tintuża/jintużaw iżjed minħabba l-inċident;

(e) l-evakwazzjoni jew l-għeluq ta’ persuni għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa mill-anqas 500;

(f) l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ilma tajjeb għax-xorb, tal-elettriku, tal-gass jew tat-telefon għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa tal-anqas 1 000.

162. Ħsara immedjata għall-ambjent

(a) Ħsara permanenti jew għal żmien twil għall-ħabitats terrestri:

(i) 0,5 ettari jew aktar ta’ ħabitat ta’ importanza ambjentali jew ta’ valur ta’ konservazzjoni li huwa protett bil-liġi,

(ii) 10 ettari jew aktar ta’ ħabitat li huwa aktar mifrux, inkluż art agrikola,

(b) ħsara sinifikanti jew ta’ perjodu twil għall-ħabitats tal-ilma ġieri u tal-baħar:

(i) 10 km jew aktar ta’ xmara jew kanal,

(ii) ettaru (1) jew aktar ta’ lag jew għadira,

(iii) 2 ettari jew aktar ta’ delta,

(iv) 2 ettari jew aktar ta’ kosta jew baħar miftuħ,

(c) ħsara sinifikanti għall-akkwifer jew l-ilma taħt l-art:

(i) ettaru (1) jew aktar.

163. Ħsara għall-proprjetà

(a) ħsara għall-proprjetà fl-istabbiliment: mill-anqas EUR 2 miljuni,

(b) ħsara għall-proprjetà barra l-istabbiliment: mill-anqas EUR 0,5 miljun.

164. Ħsara transkonfinali

Kwalunkwe inċident li jinvolvi direttament sustanza perikoluża li tikkawża effetti barra t-territorju tal-Istat Membru konċernat.

II. Inċidenti jew inċidenti 'li kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu bħala li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom u li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi ta’ hawn fuq għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

ANNESS VII

KRITERJI GĦAL DEROGI SKONT L-ARTIKOLU 4

ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 96/82/KE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(1) |

Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 3(11) |

Artikolu 2(2) | --- |

Artikolu 3(1) | Artikolu 3(1) |

Artikolu 3(2) | Artikolu 3(7) |

Artikolu 3(3) | Artikolu 3(8) |

Artikolu 3(4) | Artikolu 3(9) |

Artikolu 3(5) | Artikolu 3(12) |

Artikolu 3(6) | Artikolu 3(13) |

Artikolu 3(7) | Artikolu 3(14) |

Artikolu 3(8) | Artikolu 3(15) |

--- | Artikolu 3(2)-(6),(10)-(11) u (16)-(18) |

Artikolu 4 | Artikolu 2(2)(a)-(g) |

--- | Artikolu 4 |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

Artikolu 6(1) | Artikolu 6(2) |

Artikolu 6(2)(a)-(g) | Artikolu 6(1)(a)-(g) |

--- | Artikolu 6(1)(h) |

Artikolu 6(3) | Artikolu 6(3) |

Artikolu 6(4) | Artikolu 6(4) |

--- | Artikolu 6(5) |

Artikolu 7(1) | Artikolu 7(1) |

--- | Artikolu 7(2)(a)-(b) |

Artikolu 7(1a) | Artikolu 7(2)(c) |

Artikolu 7(2) | --- |

Artikolu 7(3) | --- |

--- | Artikolu 7(3) |

--- | Artikolu 7(4) |

Artikolu 8 | Artikolu 8 |

Artikolu 9(1) | Artikolu 9(1) |

Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 9(2) |

Artikolu 9(2) it-tieni subparagrafu | --- |

Artikolu 9(3) | Artikolu 9(3) |

Artikolu 9(4) | Artikolu 9(6) |

Artikolu 9(5) | Artikolu 9(5) |

Artikolu 9(6) | --- |

--- | Artikolu 9(4) u (7) |

Artikolu 10 | Artikolu 10 |

Artikolu 11(1)(a)-(b) | Artikolu 11(1)(a)-(b) u 11(2) |

Artikolu 11(1)(c) | Artikolu 11(1)(c) |

Artikolu 11(2) | Artikolu 11(3) |

Artikolu 11(3) | Artikolu 11(4) |

Artikolu 11(4) | Artikolu 11(5) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 11(4a) | Artikolu 11(5) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 11(5) | Artikolu 11(6) |

Artikolu 11(6) | Artikolu 11(7) |

Artikolu 12(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 12(1) |

Artikolu 12(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 12(2) |

Artikolu 12(1a) | --- |

Artikolu 12(2) | Artikolu 12(3) |

--- | Artikolu 12(4) |

Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 13(2) l-ewwel subparagrafu (a) u t-tieni subparagrafu |

Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tielet sentenzi | Artikolu 13(1) u Artikolu 13(2) it-tieni subparagrafu l-aħħar sentenza |

Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 13(1) |

Artikolu 13(1) it-tielet subparagrafu | Artikolu 13(1) u Artikolu 13(2) it-tieni subparagrafu l-ewwel sentenza |

--- | Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 13(2) | Artikolu 13(4) |

Artikolu 13(3) | Artikolu 13(5) |

Artikolu 13(4) | Artikolu 13(2)(b) |

Artikolu 13(5) | Artikolu 14(1) |

Artikolu 13(6) | Artikolu 13(2)(c) |

--- | Artikolu 13(3) |

--- | Artikolu 13(6) |

--- | Artikolu 14(2)-(7) |

Artikolu 14 | Artikolu 15 |

Artikolu 15 | Artikolu 16 |

Artikolu 16 | Artikolu 17(1) |

--- | Artikolu 17(2)-(3) |

Artikolu 17 | Artikolu 18 |

Artikolu 18(1) | Artikolu 19(1)-(2) |

Artikolu 18(2) (a) | Artikolu 19(4) |

Artikolu 18(2)(b)-(c) | Artikolu 19(7) |

Artikolu 18(3) | Artikolu 19(10) |

--- | Artikolu 19(3),(5),(6),(8) u (9) |

Artikolu 19(1) | Artikolu 20(1) |

Artikolu 19(1a) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 20(2) |

Artikolu 19(1a) it-tieni subparagrafu l-ewwel sentenza | Artikolu 20(3) |

Artikolu 19(1a) it-tieni subparagrafu t-tieni sentenza | --- |

Artikolu 19(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 20(5) |

Artikolu 19(2) it-tieni subparagrafu | Artikolu 20(6) |

Artikolu 19(3) | --- |

Artikolu 19(4) | Artikolu 20(4) |

Artikolu 20(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 21(1) |

Artikolu 20(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 21(2) |

Artikolu 20(2) | --- |

--- | Artikolu 21(3) |

--- | Artikolu 22 |

Artikolu 21 | Artikolu 23 |

Artikolu 22 | --- |

Artikolu 23 | Artikolu 29 |

Artikolu 24 | Artikolu 28 |

Artikolu 25 | Artikolu 30 |

Artikolu 26 | Artikolu 31 |

--- | Artikoli 24-27 |

Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 1-5 | Anness I, Noti għall-Anness I, paragrafi 1-4 |

Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 6-7 | --- |

Anness I, Parti 1 | Anness I, Parti 2 |

Anness I, Parti 1, Noti | Anness I, noti għall-Anness I, paragrafi 13-19 |

Anness I, Parti 2 | Anness I, Parti 1 |

Anness I, Parti 2, Noti, paragrafu 1 | Anness I, Noti għall-Anness I, paragrafi 1 u 5-7 |

Anness I, Parti 2, Noti, paragrafu 2 | Anness I, Noti għall-Anness I, paragrafi 8-10 |

Anness I, Parti 2, Noti, paragrafu 3 | Anness I, Noti għall-Anness I, paragrafi 11-12 |

Anness I, Parti 2, Noti, paragrafu 4 | Anness I, Noti għall-Anness I, paragrafu 4 |

--- | Anness I, Parti 3 |

Anness II, I-III | Anness II, 1-3 |

Anness II, IV, A | Anness II, 4, A |

--- | Anness II, 4, A, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |

Anness II, IV, B | Anness II, 4, B |

--- | Anness II, 4, C |

Anness II, IV, C | Anness II, 4, D |

Anness II, V | Anness II, 5 |

Anness III, paragrafu ta' introduzzjoni u punti (a)–(b) | Anness III, paragrafi ta' introduzzjoni |

Anness III, punt (c), entrati (i)-(iv) | Anness III, punt (i)-(iv) |

--- | Anness III, punt (v) |

Anness III, punt (c), entrati (v)-(vii) | Anness III, punti (vi)-(viii) |

Anness IV | Anness IV |

Anness V, punt 1 | Anness V, I, punt 1 |

Anness V, punt 2 | --- |

Anness V, punti 3-6 | Anness V, I, punti 2-5 |

--- | Anness V, I, punt 6 |

Anness V, punti 7-10 | Anness V, II, punti 2-5 |

Anness V, punt 11 | Anness V, I, punt 7 |

--- | Anness V, II, punti I u 6 |

Anness VI, I | Anness VI, I |

Anness VI, II | --- |

--- | Anness VII |

--- | Anness VIII |

[pic][pic][pic]

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

[5] ĠU L 326, 3.12.1998, p. 1.

[6] ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1

[7] ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

[8] ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

[9] ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

[10] COM(2008) 46 finali.

[11] ĠU L 107, 25.4.2007, p. 1.

[12] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

[13] ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

[14] ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

[15] ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

[16] In-numru tal-CAS qed jintwera biss bħala indikazzjoni.

[17] ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1

[18] Aktar gwida dwar ir-rinunzja tat-test tista’ tinsab fid-deskrizzjoni tal-metodu A.14, ara r-Regolament (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1)

[19] ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

[20] 15.75 % ta’ kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 45 % ta’ nitrat tal-ammonju.

[21] 24.5 % ta’ kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 70 % ta’ nitrat tal-ammonju.

[22] ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

[23] 28 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 80 % ta’ nitrat tal-ammonju.

Top