Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0733

    Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on agricultural product quality schemes

    52010PC0733




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 10.12.2010

    KUMM(2010) 733 finali

    2010/0353 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli

    SEG(2010) 1524 finali SEG(2010) 1525 finali

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-Pakkett tal-Kwalità huwa magħmul minn sett ta’ proposti mfassla biex idaħħlu fis-seħħ politika koerenti dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, li għandha l-għan li tgħin lill-bdiewa jikkomunikaw aħjar il-kwalitajiet, il-karatteristiċi u l-attributi tal-prodotti agrikoli, u li tiżgura li l-konsumatur jingħata informazzjoni xierqa. Il-Pakkett tal-Kwalità jinkludi:

    - proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli [COM(2010) XXXX];

    - proposta sabiex jinbidel ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (l-organizzazzjoni komuni tas-suq unika) f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti agrikoli [COM(2010) XXXX];

    - linji gwida li jistabbilixxu l-aħjar prattika għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni marbutin mal-prodotti agrikoli u mal-oġġetti tal-ikel [C(2010) XXXX], u

    - linji gwida dwar it-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel li jużaw Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini (DPO) u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP) bħala ingredjenti [C(2010) XXXX].

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Il-bdiewa u l-produtturi tal-prodotti agrikoli qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjoni kompetittiva minħabba riformi fil-politika, il-globalizzazzjoni, il-konċentrazzjoni tas-setgħa fin-negozjar fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, u l-istat tal-ekonomija. Fl-istess ħin, il-konsumaturi qegħdin ifittxu dejjem aktar prodotti awtentiċi li jiġu prodotti bl-użu ta’ metodi speċifiċi u tradizzjonali. Biex jissodisfaw din id-domanda, id-diversità u l-kwalità tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu forza importanti u sors ta’ vantaġġ kompetittiv għall-bdiewa tal-Unjoni.

    Madankollu, sabiex il-konsumaturi u x-xerrejja jkunu infurmati sewwa dwar il-karatteristiċi u l-attributi tal-biedja ta’ prodott agrikolu, jeħtieġ li huma jirċievu informazzjoni fuq it-tikketti li tkun korretta u ta’ min jafdaha. Li l-produtturi jkollhom l-għodod it-tajba biex jikkomunikaw il-karatteristiċi tal-prodott u l-attributi tal-biedja lix-xerrejja u lill-konsumaturi, u li huma jitħarsu minn prattiki kummerċjali li ma jkunux ġusti, huma l-qalba tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli.

    Diġà jeżistu ħafna għodod fil-livell tal-Unjoni Ewropea. L-analiżi u d-diskussjoni mal-partijiet interessati wrew li dawn jistgħu jittejbu, jiġu ssimplifikati u jsiru aktar koerenti. Il-Pakkett tal-Kwalità għandu l-għan li jtejjeb il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kwalità, kif ukoll fit-tħaddim ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni nazzjonali u privati, sabiex dawn isiru aktar sempliċi, iktar trasparenti u iktar faċli biex wieħed jifhimhom, u sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu adattati għall-innovazzjoni u jkunu inqas ta’ piż għall-produtturi u għall-amministrazzjonijiet.

    Il-kuntest ġenerali

    Mis-snin disgħin ’l hawn, il-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli ġiet identifikata mill-qrib ma’ tliet skemi tal-Unjoni, jiġifieri dik għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, dik għall-biedja organika, u dik għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Barra minn hekk, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni pprovdew qafas leġiżlattiv għall-kompetizzjoni ġusta u għat-tħaddim bla xkiel tas-suq sa minn mindu nħolqot il-politika agrikola komuni. F’dawn l-aħħar għaxar snin, ma’ dawn l-istandards u l-iskemi tal-Unjoni ngħaqdu għadd kbir ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni fis-settur privat – li jfittxu li jiżguraw lill-konsumaturi l-karatteristiċi u l-attributi ta’ valur miżjud, kif ukoll il-ħarsien ta’ standards bażiċi permezz taċ-ċertifikazzjoni tal-iżgurar tal-kwalità.

    Fl-2006, fil-kuntest tar-riformulazzjoni tal-iskema għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, il-Kummissjoni ħadet l-impenn li twettaq analiżi futura tal-politika dwar it-tħaddim tar-Regolament u l-iżvilupp tiegħu fil-ġejjieni[1].

    Fl-2007 saret konferenza kbira msejħa “Iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-ikel — inżidu l-valur għall-prodotti agrikoli”, li ġabet flimkien it-tipi kollha tal-iskemi tal-kwalità. Il-Konferenza wasslet għall-Green Paper tal-2008 dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli[2], li siltet aktar minn 560 tweġiba ddettaljata mingħand il-partijiet interessati u pprovdiet il-kontenut għall-Komunikazzjoni rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli[3] fl-2009. Din stabbiliet l-orjentazzjonijiet strateġiċi li ġejjin:

    - titjib fil-komunikazzjoni bejn il-bdiewa, ix-xerrejja u l-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli;

    - żieda fil-koerenza tal-istrumenti tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli; u

    - tnaqqis tal-kumplessità biex ikun aktar faċli għall-bdiewa, għall-produtturi u għall-konsumaturi li jużaw u jifhmu d-diversi skemi u termini ta’ ttikkettar.

    Dispożizzjonijiet eżistenti dwar dan il-qasam

    Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea tipprovdi għall-protezzjoni tas-sistema tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel. Fl-1992 ġiet stabbilita sistema regolatorja armonizzata fl-Unjoni Ewropea sabiex jiġu rreġistrati ismijiet ta’ valur ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jkunu ġew prodotti skont speċifikazzjoni f’żona ġeografika partikulari minn produtturi li għandhom għarfien rikonoxxut[4].

    Fl-1992 ukoll, l-iskema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti stabbiliet reġistru ta’ ismijiet ta’ speċjalitajiet tal-ikel li għandhom karattru tradizzjonali, li ġej jew mill-kompożizzjoni tradizzjonali tagħhom jew mill-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali użati[5].

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, jeżisti korp estensiv ta’ liġijiet li ġie żviluppat l-aktar fuq bażi settorjali, fil-forma ta’ regolamenti u direttivi adottati kemm fil-livell tal-Kunsill kif ukoll f’dak tal-Kummissjoni.

    Barra minn hekk, termini tal-kwalità mhux obbligatorji, irregolati fi ħdan l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, jiżguraw li t-termini li jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-valur miżjud jew l-attributi tal-biedja jew tal-ipproċessar ma jintużawx ħażin fis-suq u li l-konsumaturi jkunu jistgħu joqogħdu fuqhom meta jiġu biex jidentifikaw kwalitajiet differenti ta’ prodott.

    Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn

    Il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli tifforma parti mill-politika agrikola komuni. Il-Komunikazzjoni ta’ dan l-aħħar[6] tal-Kummissjoni dwar il-politika fil-perjodu ta’ wara l-2013 identifikat diversi sfidi importanti, fosthom li tinżamm id-diversità tal-attivitajiet agrikoli fiż-żoni rurali u li tissaħħaħ il-kompetittività, u l-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli għandha tikkontribwixxi għalihom. Il-politika hija konformi wkoll mal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-2020[7], b’mod partikulari mal-għanijiet li titmexxa ’l quddiem ekonomija aktar kompetittiva, minħabba li l-politika tal-kwalità hija waħda mill-politiki ewlenin tal-kompetittività tal-agrikoltura tal-UE.

    Din il-proposta hija marbuta mal-politiki dwar il-ħarsien tal-konsumatur u l-informazzjoni li tingħatalu, is-suq uniku u l-kompetizzjoni, kif ukoll mal-politika dwar il-kummerċ barrani, u hija konsistenti magħhom.

    RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Il-konsultazzjonijiet

    Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati b’mod estensiv. Il-modi ewlenin li bihom saret il-konsultazzjoni kienu permezz tal-Grupp ta’ Konsulenza dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper[8], li ġiet konkluża b’konferenza ta’ livell għoli f’Marzu tal-2009, li kienet organizzata mill-Presidenza Ċeka. Il-Kunsill tal-Ministri adotta l-konklużjonijiet[9] dwar il-Komunikazzjoni fil-laqgħa tiegħu f’Ġunju tal-2009. Il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni msejħa “Il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu?” [10] f’Marzu tal-2010. L-opinjonijiet ġew adottati mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’Jannar tal-2010[11] u mill-Kumitat tar-Reġjuni fi Frar tal-2010[12].

    L-eżitu ewlieni tal-konsultazzjonijiet

    B’mod ġenerali, il-partijiet interessati laqgħu l-orjentazzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-2009. L-opinjonijiet ewlenin espressi kienu dawn li ġejjin:

    - Għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, ma kienx hemm qbil dwar is-simplifikazzjoni tal-iskema permezz tal-għaqda flimkien taż-żewġ strumenti (dak tad-“denominazzjoni protetta tal-oriġini” u dak tal-“indikazzjoni ġeografika protetta”). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-partijiet interessati qiesu bħala pożittiv il-fatt li s-sistemi eżistenti (għall-inbid, l-ispirti, l-inbejjed aromatizzati u l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel) jingħaqdu flimkien, ħlief għal dawk fis-setturi tal-inbid u tal-ispirti. Il-Kummissjoni kienet imħeġġa tissimplifika u tiċċara iżjed is-sistemi u ttejjeb ir-rikonoxximent internazzjonali tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

    - Għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, kien hemm appoġġ kważi unanimu min-naħa tal-partijiet interessati biex titkompla l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dan juri kemm din l-iskema għandha potenzjal u kemm hija importanti għall-produtturi ta’ prodott tradizzjonali li ma jikkwalifikax għall-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Xi wħud mill-partijiet interessati talbu biex l-iskema tiġi ssimplifikata, b'mod partikulari billi ma titkompliex tingħata l-possibbiltà li wieħed jirreġistra isem mingħajr ma jirriżervah. Il-partijiet interessati li jirrappreżentaw lill-produtturi ta’ prodotti koperti mid-denominazzjonijiet tal-oriġini u mill-indikazzjonijiet ġeografiċi ssuġġerew li l-iskema tista’ tipprovdi opportunità għal dawn il-prodotti, b’mod partikulari meta dawn ikunu jintużaw fir-riċetti.

    - Għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod ġenerali l-partijiet interessati laqgħu s-simplifikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, l-informazzjoni fuq it-tikketti dwar il-post tal-biedja, u t-tkomplija tal-iżvilupp ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji.

    - Issemmiet ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ produtturi li jipproduċu fuq skala żgħira li għalihom l-iskemi tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti tal-Unjoni huma ta’ piż kbir wisq.

    Il-valutazzjoni tal-impatt

    Wara l-Komunikazzjoni tal-2009 u t-tweġibiet ewlenin li ngħataw dwarha, tħejjew żewġ valutazzjonijiet tal-impatt bil-għan li jiġu esplorati l-għażliet identifikati fil-Komunikazzjoni. Dawn kienu jkopru d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal- indikazzjonijiet ġeografiċi , l-analiżi wriet li hemm ġustifikazzjoni b’saħħitha għal skema ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi f’livell tal-Unjoni filwaqt li warrbet alternattivi għal skema tal-Unjoni Ewropea minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza u effikaċja baxxa (inklużi l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni mis-settur, l-ebda azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni permezz tal-Ftehim internazzjonali ta’ Liżbona[13], is-sostituzzjoni permezz ta’ sistema ta’ notifika għal indikazzjonijiet ġeografiċi nazzjonali, u l-protezzjoni permezz tat-trademark kollettiva eżistenti tal-Komunità). Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat raġunijiet konsiderevoli biex titnaqqas il-kumplessità u jiġi ffaċilitat l-infurzar billi l-iskema tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel tingħaqad ma’ dawk tas-setturi tax-xorb alkoħoliku, filwaqt li jibqgħu jkunu żgurati l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull sistema. Madankollu, l-valutazzjoni tal-impatt għarfet li ċerti partijiet interessati kienu kontra din l-għażla.

    Analiżi tad-dejta dwar il-prezzijiet uriet li d-dħul tal-produtturi għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini (DPO) u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) huwa ogħla minn dak għal prodott li m’għandux denominazzjoni, u li prodott bit-tikketta tad-DPO iġib iktar minn wieħed b’tikketta tal-IĠP. Il-valur ġenerali tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel li jinbiegħu b’tikketti tad-DPO u tal-IĠP huwa ta’ EUR 14.2 biljun (fl-1997) fi prezzijiet bl-ingrossa, u huwa stmat li jlaħħaq il-21 biljun Euro fi prezzijiet tal-konsumatur. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċ fis-suq intern, 18.4 % tal-prodotti tad-DPO u tal-IĠP jinbiegħu barra l-Istat Membru fejn jiġu prodotti.

    Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li l-għaqda flimkien tal-istrumenti tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (id-DPO) u tal-indikazzjoni ġeografika protetta (l-IĠP) se tnaqqas il-benefiċċji ta’ valur miżjud tal-identifikazzjoni tad-DPO. F’dak li għandu x’jaqsam mal-impatti ambjentali, l-istudji wrew li ċerti prodotti tad-DPO u tal-IĠP ġejjin minn sistemi ta’ biedja ta’ intensità baxxa li huma assoċjati ma’ valur ambjentali għoli. Dawn il-prodotti tad-DPO u tal-IĠP jipprovdu bażi ekonomika għall-prodotti pubbliċi ambjentali. Fl-għażliet li nżammu għall-analiżi, il-produtturi jistgħu jinkludu l-kundizzjonijiet ambjentali f’każijiet xierqa.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal- ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti , ġew analizzati tliet għażliet: li jiddaħħal it-terminu “tradizzjonali” bħala terminu tal-kwalità mhux obbligatorju u li titneħħa l-iskema attwali; li ma jkun hemm l-ebda azzjoni min-naħa tal-UE; u li tiġi ssimplifikata l-iskema attwali (billi titħalla ssir biss ir-reġistrazzjoni bir-riservar tal-isem). Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li t-tneħħija tal-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti se twassal biex isem protett jitlef il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta’ protezzjoni mal-UE kollha, u nstab li dan ma kienx aċċettabbli għall-partijiet interessati u għal-leġiżlatur tal-UE. Barra minn hekk, l-għażla li l-ismijiet jiġu protetti fis-suq uniku kienet identifikata bħala funzjoni li tista’ titwettaq b’mod effettiv biss fil-livell tal-Unjoni. L-użu baxx li hemm bħalissa tal-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (STG) fisser li d-dejta kienet limitata. L-istudji tal-każijiet u stħarriġ ieħor urew impatti ekonomiċi u soċjali pożittivi, inklużi l-preservazzjoni ta’ forom tradizzjonali tal-produzzjoni, l-aċċess għal derogi minn regolamenti dwar l-iġjene għall-metodi tradizzjonali, kif ukoll il-benefiċċji ekonomiċi ta’ valur miżjud meta prodott jiġi rreġistrat bħala STG.

    Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ismijiet mhux protetti, ftit li xejn deher li hemm impatt ekonomiku u soċjali għall-għażla tat-tneħħija, minħabba li din il-funzjoni setgħet issir minn skemi nazzjonali jew reġjonali u diġà qed issir b’suċċess minn diversi skemi nazzjonali; għalhekk kien diffiċli li wieħed jiġġustifika azzjoni tal-Unjoni f’dan ir-rigward permezz tas-sussidjarjetà.

    F’termini soċjali, instab li d-denominazzjonijiet tad-DPO, tal-IĠP u tal-iSTG kienu qed jikkontribwixxu għall-kontinwazzjoni ta’ forom tradizzjonali tal-produzzjoni għall-benefiċċju kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi.

    Madankollu, kemm il-valutazzjoni tal-impatt għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll dik għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti enfasizzaw in-nuqqas kbir ta’ dawn l-iskemi li jattiraw il-parteċipazzjoni ta’ produtturi li jipproduċu fuq skala żgħira ħafna, u minkejja l-fatt li l-produtturi li jipproduċu fuq skala żgħira ħafna drabi huma assoċjati ma’ prodotti tal-artiġjanat, ma’ metodi tradizzjonali u ma’ kummerċjalizzazzjoni lokali, l-iskemi tal-Unjoni Ewropea huma meqjusin bħala piż f’termini tal-applikazzjoni tagħhom, jeħtieġu kontrolli li jiswew ħafna flus, u jeħtieġu l-konformità ma’ speċifikazzjoni. Għalhekk se jitwettqu iktar studji u iktar analiżi sabiex jiġu vvalutati l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-produtturi li jipproduċu fuq skala żgħira li jieħdu sehem fi skemi tal-kwalità tal-Unjoni. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tista’ tipproponi sewgitu adattat.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal- istandards tal-kummerċjalizzazzjoni , minbarra x-xogħol li sar diġà fuq il-valutazzjoni tal-impatt fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-2009, xogħol ieħor fuq dan se jiġi assoċjat, kif xieraq, mal-proposti dwar l-istandards speċifiċi fil-kuntest tas-setgħat iddelegati, li għalihom ġie stabbilit qafas legali fl-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mat-Trattat ta’ Liżbona.

    It-testi tal-valutazzjonijiet tal-impatt jinsabu fuq is-sit elettroniku li ġej:

    http://ec.europa.eu/ agriculture/quality/policy/backdocuments-links/index_en.htm

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Sommarju tal-azzjoni proposta

    Ir-Regolament waħdieni għall-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli jippreżenta tliet skemi kumplimentari (id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi; l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti; it-termini tal-kwalità mhux obbligatorji) fi struttura regolatorja waħda, ssorveljata minn kumitat wieħed għall-politika tal-kwalità. Regolament separat ikopri l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

    Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, ħlief għall-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati u l-ispirti.

    Il-proposta żżomm u ssaħħaħ l-iskema għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel, iżda ma tiġborx flimkien l-iskemi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed, għall-ispirti, jew għall-inbejjed aromatizzati. Fid-dawl tar-riformi relattivament riċenti tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid u l-ispirti, f’dan l-istadju, l-iskemi għandhom jibqgħu distinti. Din il-kwistjoni tista’ terġa’ titqies iktar tard. Sadanittant, se ssir konverġenza, fejn ikun xieraq, tar-regoli għall-iskema tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel mar-regoli għall-inbejjed.

    L-elementi ewlenin li tfasslu biex isaħħu u jissimplifikaw l-iskema huma dawn li ġejjin:

    - ir-rikonoxximent tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-gruppi[14] li japplikaw għar-reġistrazzjoni tal-ismijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ, il-promozzjoni u l-komunikazzjoni;

    - it-tisħiħ u l-kjarifika tal-livell ta’ protezzjoni tal-ismijiet irreġistrati u tas-simboli komuni tal-Unjoni;

    - il-proċedura sabiex jiġu rreġistrati l-ismijiet qed titqassar;

    - ir-rwoli rispettivi tal-Istati Membri u tal-gruppi li japplikaw għar-reġistrazzjoni ġew iċċarati f’dak li għandu x’jaqsam mal-infurzar tal-protezzjoni tal-ismijiet irreġistrati fl-Unjoni Ewropea, u

    - id-definizzjonijiet tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi huma allinjati aktar mill-qrib mal-użu internazzjonali.

    Il-proposta tissimplifika l-proċess ta’ bħalissa għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi tqassar id-dewmien fiż-żmien. Barra minn hekk, ċerti kwistjonijiet legali ġew iċċarati, filwaqt li t-terminoloġija ġiet allinjata mal-liġi li ġiet adottata dan l-aħħar dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid. Ġew stabbiliti wkoll ir-regoli minimi komuni dwar il-kontrolli uffiċjali biex ikun żgurat li prodott isegwi l-ispeċifikazzjoni u biex ikun żgurat it-tikkettar korrett fis-suq. Qed jinżamm l-ambitu tar-Regolament (il-prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem u ċerti prodotti oħrajn), filwaqt li qed tiżdied iċ-ċikkulata skura.

    L-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    Il-proposta żżomm l-iskema għar-riservar tal-ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti madwar l-Unjoni Ewropea, iżda twaqqaf l-għażla li wieħed jirreġistra ismijiet mingħajr ma jirriżervahom. Il-funzjoni li tingħata pubbliċità, iżda mhux protezzjoni, lill-prodotti tradizzjonali tinkiseb l-aħjar fil-livell nazzjonali (jew reġjonali), u azzjoni tal-Unjoni Ewropea ma tistax tiġi ġġustifikata. L-iskema mġedda tal-Unjoni Ewropea għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti qed tiġi ssimplifikata (il-proċess tar-reġistrazzjoni qed jiġi ssimplifikat billi jitnaqqas id-dewmien fiż-żmien, il-proċeduri qed jiġu allinjati ma’ dawk tad-DPO u tal-IĠP) u hija ngħatat mira f’diversi aspetti: il-kriterju ta’ tradizzjoni ġie estiż għal 50 sena (minn 25 sena) biex isaħħaħ il-kredibbiltà tal-iskema; l-iskema hija ristretta għall-ikel ippreparat u għal prodotti oħra pproċessati; u d-definizzjonijiet u r-rekwiżiti proċedurali ġew issimplifikati b’mod sostanzjali sabiex jittejjeb il-fehim tal-iskema.

    It-termini tal-kwalità mhux obbligatorj i

    F’dak li għandu x’jaqsam mat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji, li, bħall-iskemi tal-kwalità, mhumiex obbligatorji u jgħinu lill-bdiewa jidentifikaw karatteristiċi u attributi ta’ valur miżjud tal-prodott fis-suq, qed jiġi propost li dawn jiddaħħlu f’dan ir-Regolament. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji mhux qed jinbidel il-kontenut tagħhom, iżda qed jiġu adattati għall-qafas leġiżlattiv tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Se jitwettqu iktar studji u analiżi sabiex jiġu vvalutati l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-produtturi tal-prodotti tal-muntanji fit-tikkettar tal-prodotti tagħhom fis-suq. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tista’ tipproponi segwitu adattat.

    L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

    Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli u d-dibattiti sussegwenti, huwa ċar li l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għat-titjib tal-kwalità tat-tali prodotti. Fil-miżuri għall-ġestjoni tas-suq diġà jeżisti rekwiżit minimu ta’ “kwalità tajba, ġusta u li tista’ titqiegħed fis-suq”. Li dawn ir-rekwiżiti minimi jiġu estiżi għal dawk il-prodotti li mhumiex koperti minn standards speċifiċi jista’ jkun utli sabiex il-konsumaturi jserrħu moħħhom dwar il-kwalità bażika tal-prodotti li jixtru.

    Il-proposta tqis ukoll il-ħtieġa li jkun hemm allinjament mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant is-setgħat sabiex jiġu adottati u żviluppati standards fil-ġejjieni se jiġu ddelegati lill-Kummissjoni.

    F’dan il-qafas il-ġdid, għas-setturi kollha se tkun introdotta bażi legali għat-tikkettar obbligatorju tal-post tal-biedja. Dan jippermetti lill-Kummissjoni, wara li jkunu saru l-valutazzjonijiet tal-impatt ix-xierqa u fuq bażi ta’ każ b’każ, biex tadotta atti delegati dwar it-tikkettar obbligatorju possibbli tal-post tal-biedja fil-livell ġeografiku x-xieraq sabiex ikunu ssodisfati d-domandi tal-konsumaturi għat-trasparenza u għall-informazzjoni. Wieħed mill-ewwel setturi li se jkun eżaminat se jkun dak tal-ħalib. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tipprevedi li, għall-ġejjieni, se tinżamm l-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini għal dawk is-setturi li fihom teżisti diġà.

    Bażi legali (jekk ikun meħtieġ, iġġustifika l-għażla tal-bażi legali)

    L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għat-Titolu II, l-Artikolu 118(1) tiegħu wkoll.

    Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

    F’dak li għandu x’jaqsam mas- sussidjarjetà , l-iskemi għad- denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u għat- termini tal-kwalità mhux obbligatorji jipprovdu għall-protezzjoni jew għar-riservar ta’ ismijiet u termini ta’ valur miżjud fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu l-effett li l-produtturi li ma jikkwalifikawx jiġu ristretti milli jużaw dawn it-termini. Li kieku jkunu protetti mill-Istati Membri b’mod individwali, it-termini u l-ismijiet igawdu minn livelli differenti ta’ protezzjoni f’kull Stat Membru. Dan jista’ jiżgwida lill-konsumaturi, ifixkel il-kummerċ fl-Unjoni, u joħloq spazju għal kompetizzjoni li ma tkunx ġusta fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti identifikati b’ismijiet u termini ta’ kwalità. Id-determinazzjoni ta’ dawn id-drittijiet fl-Unjoni Ewropea tista’ ssir b’mod effettiv u effiċjenti biss fil-livell tal-Unjoni. 18 % tal-ammont totali ta’ prodotti mibjugħa skont l-iskema tad-DPO u tal-IĠP jiġu nnegozjati barra l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom u jiddependu fuq il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali mogħtija mill-iskema mifruxa mal-UE kollha. Għall-ismijiet protetti skont l-iskema tal-iSTG, il-bejgħ fis-suq intern huwa sinifikanti għall-produtturi kkonċernati. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji japplikaw ukoll għal flussi kummerċjali sinifikanti fl-Unjoni, u definizzjonijiet u tifsiriet diverġenti se jfixklu t-tħaddim tas-suq.

    L-iskemi għad- denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall- ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jiddependu fuq simboli tal-Unjoni mfassla b’tali mod biex iwasslu informazzjoni dwar in-natura ta’ kull skema tal-kwalità. Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea kollha jagħrfu dawn is-simboli, u b’hekk jiġu ffaċilitati l-fehim tal-iskema u l-kummerċ fil-prodotti ta’ kwalità min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, is-simboli jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni.

    L-ipproċessar u l-analiżi tal-applikazzjonijiet għal denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti huma ħidmiet li m’għandhomx għalfejn jitwettqu fil-livell tal-Unjoni Ewropea, ħlief safejn ikunu kkonċernati ċerti elementi. Dawn jinkludu l-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għall-protezzjoni tal-ismijiet fl-Unjoni Ewropea kollha, iż-żamma tad-drittijiet ta’ dawk li qabel kienu jużaw dawn l-ismijiet (speċjalment dawk li jinsabu barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni), u l-verifika tal-applikazzjonijiet għal żbalji evidenti. Madankollu, l-analiżi ddettaljata ta’ applikazzjoni li ssir fil-bidu tista’ titwettaq b’mod aktar effiċjenti u effettiv f’livell nazzjonali.

    It-tħaddim tal-iskemi ta’ ttikkettar imfassla biex jidentifikaw prodott li jkollu ċerti kwalitajiet, iżda li ma jaffettwawx il-protezzjoni jew ir-riservar tal-ismijiet fl-Unjoni Ewropea, jista’ jsir bl-aktar mod effettiv mill-awtoritajiet nazzjonali. Għal din ir-raġuni, ir-reviżjoni proposta tal-iskema tal- ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti twaqqaf l-għażla li jiġu rreġistrati ismijiet li mhumiex protetti.

    B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar kontrolli uffiċjali għall-għalf u l-ikel, il-ħidma tal-verifika tal-iskemi kollha għandha ssir l-ewwel nett taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jeħtieġ li s-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ verifika tal-Istati Membri titwettaq fil-livell tal-Unjoni sabiex tinżamm il-kredibbiltà fl-iskemi tal-liġi dwar l-ikel fl-Unjoni Ewropea kollha, skont il-prinċipji stabbiliti f’dak ir-Regolament.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal- proporzjonalità , l-iskemi għad- denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall- ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jinvolvu l-konformità ma’ speċifikazzjoni stretta tal-prodott kif ukoll kontrolli effettivi fuq il-produzzjoni li jistgħu jkunu ta’ piż għall-produtturi. Madankollu, dan huwa meħtieġ u proporzjonat biex tingħata bażi għall-kredibbiltà tal-iskema u biex il-konsumatur jingħata garanzija effettiva tal-konformità. Mingħajr dik il-garanzija, il-konsumatur ma jistax ikun mistenni jħallas prezz ġust għall-prodotti ta’ kwalità offruti. Għall-kuntrarju, l-iskemi għat- termini tal-kwalità mhux obbligatorji jiddependu primarjament fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tal-produtturi stess, appoġġati minn verifiki agrikoli normali mill-Istati Membri, li jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju. Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni f’dawn l-iskemi hija eħfef milli fil-każ tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, is-sistema ta’ parteċipazzjoni u verifiki li hija inqas ta’ piż hija waħda proporzjonata.

    L-iskemi tal-kwalità huma parti essenzjali mill-istrateġija ta’ żvilupp tal-politika agrikola komuni biex tippermetti u tħeġġeġ lill-bdiewa tal-Unjoni Ewropea jiżviluppaw l-għarfien espert tagħhom fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità għolja li jkollhom karatteristiċi u attributi tal-produzzjoni ta’ valur miżjud. Minħabba f’hekk, huwa importanti li l-bdiewa kollha jkollhom aċċess għall-iskemi. Għalhekk, waqt li l-bdiewa jridu jagħmlu għażla għaqlija biex iġorru l-piżijiet u l-impenn li jikkummerċjalizzaw prodotti ta’ kwalità taħt l-iskemi, bl-istess mod il-benefiċċji ta’ din il-politika għas-settur agrikolu u għall-konsumaturi jistgħu jinkisbu biss jekk kull bidwi li jkun jixtieq, ikollu aċċess għall-iskemi. Għal din ir-raġuni, hija ħaġa proporzjonata mal-għan tal-iskemi li dawn iridu jiġu applikati minn kull Stat Membru fit-territorju kollu tagħhom.

    L-għażla tal-istrumenti

    Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli tieħu post ir-Regolamenti tal-Kunsill eżistenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006, u tinkorpora fiha d-dispożizzjonijiet eżistenti marbutin mat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji li hemm dal-ħin fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli[15] u fid-Direttiva 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel[16].

    Ir-Regolament għandu miegħu proposta leġiżlattiva parallela dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni li tikkonsisti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jibdel ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u li huwa allinjat mar-regoli tat-TFUE.

    4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    L-ebda waħda mill-iskemi tal-Unjoni Ewropea m’għandha implikazzjonijiet baġitarji.

    Madankollu, intweriet il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha rwol aktar attiv biex jitħarsu l-ismijiet tal-iskemi tal-kwalità u s-simboli tal-Unjoni, b’mod partikulari f’pajjiżi terzi. Sabiex jinkiseb dan, huma meħtieġa riżorsi baġitarji addizzjonali. Dawn qed jidhru fid-dikjarazzjoni finanzjarja.

    5. ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI: IS-SIMPLIFIKAZZJONI

    Ir-Regolament propost jissimplifika l-amministrazzjoni tal-iskemi billi jiġbor flimkien, fi strument leġiżlattiv wieħed, l-iskemi differenti tal-kwalità tal-prodotti agrikoli u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji. Huwa jiżgura l-koerenza bejn l-istrumenti u jagħmilha iktar faċli għall-partijiet interessati li jifhmu l-iskemi. Il-proposta tiċċara u tissimplifika d-dispożizzjonijiet għall-Istati Membri, li huma responsabbli primarjament għall-implimentazzjoni u l-kontroll tal-iskemi.

    L-elementi ewlenin tas-simplifikazzjoni huma:

    - il-kombinament, fejn ikun possibbli, tar-regoli għall-proċessi u l-verifiki tal-applikazzjonijiet, li se jkollu benefiċċji f’termini ta’ koerenza tar-regoli bejn l-iskemi, u li jtemm id-diverġenzi li hemm dal-ħin fil-proċeduri;

    - il-proċeduri qed jitqassru u jiġu ssimplifikati fejn dan ikun possibbli;

    - qed jiddaħħlu kjarifiki b’mod partikulari b’rabta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

    - qed jiddaħħlu kunċetti aktar sempliċi li l-konsumaturi jifhmuhom b’mod aktar faċli, b’mod partikulari fl-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

    - qed jiġi stabbilit kumitat wieħed (il-kumitat għall-politika tal-kwalità) għall-iskemi kollha. Dan qed jieħu post iż-żewġ kumitati li qed jitħaddmu bħalissa għall-iskemi tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għal dik tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

    Għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bidla proposta tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 se tirrappreżenta simplifikazzjoni f’termini tal-proċeduri u se żżid it-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

    2010/0353 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 118(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[17],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[18],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    1. Il-kwalità u d-diversità tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni Ewropea huma forza importanti u vantaġġ kompetittiv għall-produtturi tal-Unjoni Ewropea, u huma parti mill-patrimonju kulturali u gastronomiku ħaj tal-Unjoni. Dan minħabba l-ħiliet u d-determinazzjoni tal-bdiewa u tal-produtturi tal-Unjoni Ewropea li żammew ħajja t-tradizzjonijiet filwaqt li qiesu l-iżviluppi ta’ metodi tal-produzzjoni u ta’ materjali ġodda.

    2. Iċ-ċittadini u l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea qed jitolbu dejjem iżjed prodotti ta’ kwalità u prodotti tradizzjonali. Huma jixtiequ wkoll iżommu d-diversità tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni Ewropea. Dan qed joħloq domanda għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jkollhom speċifiċità li tista’ tiġi identifikata, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-oriġini ġeografika.

    3. Il-produtturi jistgħu jkomplu jipproduċu prodotti varjati u ta’ kwalità biss jekk dawn jingħataw kumpens ġust għall-isforzi tagħhom. Għal dan, jeħtieġ li huma jkunu jistgħu jikkomunikaw lix-xerrejja u lill-konsumaturi l-karatteristiċi tal-prodotti tagħhom b’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Jeħtieġ ukoll li l-prodotti tagħhom ikunu identifikati b’mod korrett fis-suq.

    4. Li l-produtturi jiġu megħjuna, permezz tat-tħaddim ta’ skemi tal-kwalità, biex jingħataw kumpens għall-isforzi tagħhom biex jipproduċu varjetà ta’ prodotti ta’ kwalità, jista’ jkun ta’ ġid għall-ekonomija rurali. Dan huwa l-każ b’mod partikulari f’żoni żvantaġġati li fihom is-settur tal-biedja jammonta għal parti sinifikanti mill-ekonomija. B’dan il-mod, l-iskemi tal-kwalità jikkontribwixxu għall-politika tal-iżvilupp rurali kif ukoll għall-politiki tas-suq u ta’ appoġġ għad-dħul tal-politika agrikola komuni (il-PAK), u jikkumplimentawhom.

    5. Il-prijoritajiet tal-politika tal-UE għall-2020, kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”[19], jinkludu l-għanijiet li tinkiseb ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni u li titrawwem ekonomija b’rata għolja ta’ nies li jaħdmu li twassal għall-koeżjoni soċjali u territorjali. Għalhekk, il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli għandha tagħti lill-produtturi l-għodod it-tajba biex jidentifikaw aħjar u jippromwovu l-prodotti tagħhom li jkollhom karatteristiċi speċifiċi, filwaqt li tħarishom minn prattiki li ma jkunux ġusti.

    6. Is-sett ta’ miżuri kumplimentari differenti previst għandu jħares il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

    7. Il-miżuri tal-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli huma stabbiliti fir-Regolamenti li ġejjin:

    8. ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid[20];

    9. id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel[21] u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tagħha;

    10. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni[22] u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tat-Titolu IV tiegħu, imsejjaħ “Simbolu grafiku”;

    11. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti[23];

    12. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel[24];

    13. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[25] u b’mod partikulari t-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tiegħu, imsejħa “Regoli tal-kummerċjalizzazzjoni” u s-Sottotaqsima I tat-Taqsima Ia tiegħu, imsejħa “Denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi”;

    14. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91[26];

    15. ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89[27].

    16. It-tikkettar tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel għandu jkun suġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel[28].

    17. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli[29] identifikat bħala prijorità l-kisba ta’ aktar koerenza u konsistenza b’mod ġenerali fil-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli.

    18. L-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, u r-regoli għat-tikkettar volontarju għandhom ċerti għanijiet u dispożizzjonijiet komuni.

    19. L-Unjoni Ewropea ilha għal xi żmien tfittex li tilħaq l-għan li tissimplifika l-ambjent regolatorju tal-PAK. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-Regolamenti tal-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli.

    20. Ċerti Regolamenti li jiffurmaw parti mill-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli ġew riveduti dan l-aħħar u għadhom ma ġewx implimentati b’mod sħiħ. F’dan il-kuntest, dan ir-Regolament m’għandux jinkludi dawk il-miżuri. Madankollu, jista’ jkun previst li dawn jiddaħħlu fih fi stadju aktar tard, ladarba l-leġiżlazzjoni tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

    21. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu amalgamati f’qafas legali wieħed:

    22. id-dispożizzjonijiet il-ġodda jew aġġornati tar-Regolamenti (KE) Nru 510/2006 u (KE) Nru 509/2006;

    23. id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 510/2006 u (KE) Nru 509/2006 li nżammu;

    24. id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u tad-Direttiva 2001/110/KE dwar ir-regoli għat-tikkettar volontarju;

    25. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 għandhom jitħassru u jinbidlu b’dan ir-Regolament.

    26. L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-prodotti agrikoli li huma maħsubin għall-konsum mill-bniedem u li huma mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat u għal lista ta’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istess Anness li huma marbutin mill-qrib mal-produzzjoni agrikola jew mal-ekonomija rurali.

    27. Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jaffettwaw il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati, l-ispirti, il-prodotti tal-biedja organika, jew ir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

    28. L-ambitu għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandu jkun limitat għal prodotti li għalihom teżisti rabta intrinsika bejn il-karatteristiċi tal-prodott jew tal-oġġett tal-ikel u l-oriġini ġeografika. L-inklużjoni, fl-iskema ta’ qabel, ta’ ċerti tipi ta’ ċikkulata biss bħala prodotti tal-ħelu hija anomalija li għandha tiġi kkoreġuta.

    29. L-għanijiet speċifiċi tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi huma biex il-bdiewa u l-produtturi jiżguraw dħul ġust għall-kwalitajiet tal-prodotti u biex jipprovdu informazzjoni ċara dwar il-prodotti li jkollhom karatteristiċi speċifiċi marbutin mal-oriġini ġeografika li permezz tagħha l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet tax-xiri aktar infurmati.

    30. Li fl-Unjoni kollha jiġi żgurat il-ħarsien, b’mod uniformi, tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali marbutin ma’ ismijiet protetti fl-Unjoni huwa wkoll għan li jista’ jintlaħaq b’mod aktar effettiv fil-livell tal-Unjoni.

    31. Qafas tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, bl-inklużjoni tagħhom f’reġistru, jippermetti l-iżvilupp tagħhom minħabba li, billi jipprovdi approċċ aktar uniformi, it-tali qafas jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi ta’ prodotti li jkollhom it-tali indikazzjonijiet u jsaħħaħ il-kredibbiltà tal-prodotti f’għajnejn il-konsumatur. Għandha ssir dispożizzjoni għall-iżvilupp tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-livell tal-Unjoni.

    32. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba wara l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel[30] u tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet biex ċerti regoli jiġu ċċarati u ssimplifikati u biex il-proċeduri ta’ din l-iskema jiġu ssimplifikati.

    33. Fid-dawl tal-prattika eżistenti, żewġ strumenti differenti li jidentifikaw ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu għandhom jiġu ddefiniti u għandhom jinżammu, jiġifieri d-denominazzjoni protetta tal-oriġini u l-indikazzjoni ġeografika protetta. Madankollu, mingħajr ma jinbidel il-kunċett tagħhom bħala tali, għandhom jiġu adottati ċerti emendi tad-definizzjonijiet biex titqies aħjar id-definizzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita fil-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ u biex jiġi ċċarat u ssimplifikat il-fehim tagħhom mill-operaturi.

    34. Prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li jkollu deskrizzjoni ġeografika bħal din għandu jilħaq ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fi speċifikazzjoni.

    35. Biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fit-territorji tal-Istati Membri, id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu rreġistrati biss fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu protezzjoni tranżizzjonali fil-livell nazzjonali mingħajr ma jaffettwaw il-kummerċ fl-Unjoni jew dak internazzjonali, b’effett mid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Il-protezzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament, suġġetta għar-reġistrazzjoni, għandha tkun miftuħa wkoll għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżi terzi li jilħqu l-kriterji korrispondenti u li huma protetti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

    36. Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu fi Stat Membru, għajr dak tal-applikazzjoni, jew f’pajjiż terz, teżerċita d-drittijiet tagħha billi tinnotifika l-oppożizzjoni tagħha.

    37. Id-dħul fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lil dawk li huma involuti fil-kummerċ u lill-konsumaturi.

    38. L-Unjoni qed tinnegozja ftehimiet internazzjonali mal-imsieħba kummerċjali tagħha li jinkludu l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Sabiex tiffaċilita l-informazzjoni pubblika dwar l-ismijiet protetti b’dan il-mod, u b’mod partikulari biex tiżgura l-protezzjoni u l-kontroll tal-użu tagħhom, dawn l-ismijiet jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku bħala denominazzjonijiet tal-oriġini f’dawn il-ftehimiet, l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    39. Minħabba n-natura speċifika tagħhom, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar it-tikkettar tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, li jġiegħlu lill-produtturi jużaw is-simboli jew l-indikazzjonijiet ix-xierqa tal-Unjoni fuq il-pakkett. L-użu ta’ dawn is-simboli jew ta’ dawn l-indikazzjonijiet għandu jkun obbligatorju fil-każ ta’ ismijiet tal-Unjoni, minn naħa waħda sabiex din il-kategorija ta’ prodotti u l-garanziji marbutin magħhom ikunu aktar magħrufin mill-konsumaturi u, min-naħa l-oħra, sabiex tkun permessa identifikazzjoni aktar faċli ta’ dawn il-prodotti fis-suq biex ikunu ffaċilitati l-verifiki. Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-użu ta’ simboli jew indikazzjonijiet bħal dawn għandu jkun volontarju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini li joriġinaw f’pajjiż terz.

    40. Għandha tingħata protezzjoni lill-ismijiet inklużi fir-reġistru, bil-għan li jiġi żgurat użu ġust u li jiġu evitati prattiki li x’aktarx jiżgwidaw lill-konsumaturi. Barra minn hekk, għandhom jiġu ċċarati l-mezzi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rwol tal-gruppi tal-produtturi u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    41. Għandhom ikunu previsti derogi speċifiċi li jippermettu l-użu ta’ isem irreġistrat flimkien ma’ ismijiet oħra għal perjodu limitat taż-żmien, għalkemm dawn iridu jkunu ssimplifikati u ċċarati. F’każijiet speċifiċi, sabiex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fit-tul, il-produtturi kollha jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet, jistgħu jingħataw derogi speċifiċi sa perjodu ta’ għaxar snin.

    42. L-ambitu tal-protezzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament għandu jiġi ċċarat, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitazzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks[31] li jkunu f’kunflitt mar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif inhu diġà l-każ għar-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda fil-livell tal-Unjoni. It-tali kjarifika għandha tiddaħħal ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mas-sidien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ qabel, b’mod partikulari fir-rigward ta’ trademarks u ta’ ismijiet omonimi li jkunu ġew irreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    43. Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandha tiġi estiża għall-abbużi, l-imitazzjonijiet u l-evokazzjonijiet ta’ ismijiet irreġistrati kemm fuq il-prodotti kif ukoll fuq is-servizzi, sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex dik il-protezzjoni tkun allinjata ma’ dik li tapplika fis-settur tal-inbid.

    44. L-ismijiet li jkun diġà ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu protetti skont dan ir-Regolament u għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru.

    45. L-għan speċifiku tal-iskema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huwa li jgħin lill-produtturi ta’ prodotti tradizzjonali jikkomunikaw lill-konsumaturi l-attributi ta’ valur miżjud tal-prodotti tagħhom. Madankollu, l-iskema attwali għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, li fiha ftit ismijiet biss ġew irreġistrati, ma laħqitx il-potenzjal tagħha. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet attwali għandhom jittejbu u għandhom jiġu ċċarati u ffukati sabiex din l-iskema tkun tiftiehem iktar, u sabiex hija ssir iktar operattiva u iktar attraenti għall-applikanti potenzjali.

    46. L-iskema ta’ qabel kienet tagħti l-għażla li isem jiġi rreġistrat għall-għanijiet tal-identifikazzjoni mingħajr ma jiġi rriżervat fl-Unjoni. Minħabba li din l-għażla ma kinitx tiftiehem sewwa mill-partijiet interessati, u minħabba li l-funzjoni li jiġi identifikat prodott tradizzjonali tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell reġjonali, b’applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, din l-għażla m’għandhiex titkompla. Fid-dawl tal-esperjenza miskuba, l-iskema għandha tikkonċerna biss ir-riservar ta’ ismijiet madwar l-Unjoni.

    47. Biex ikun żgurat li ismijiet ta’ prodotti tradizzjonali ġenwini jiġu rreġistrati fl-iskema, kriterji u kundizzjonijiet oħra għar-reġistrazzjoni ta’ isem għandhom jiġu rriveduti, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-kelma “tradizzjonali”, li għandha tinbidel sabiex tkopri prodotti li jkunu ilhom jiġu prodotti għal perjodu twil ħafna taż-żmien. Sabiex titjieb il-protezzjoni tal-patrimonju kulinari tal-Unjoni, l-ambitu tal-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandu minn issa ’l quddiem ikun iffukat b’mod aktar ċar fuq l-ikliet ippreparati u l-prodotti pproċessati.

    48. Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u l-konsistenza tagħhom, il-produtturi li jkunu organizzati fi gruppi għandhom jiddefinixxu l-prodott huma stess fi speċifikazzjoni. L-għażla li wieħed jirreġistra isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun miftuħa għall-produtturi ta’ pajjiżi terzi.

    49. Sabiex jikkwalifikaw għar-riservar, l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom jiġu rreġistrati fil-livell tal-Unjoni. Id-dħul f’reġistru għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lil dawk li huma involuti fil-kummerċ u lill-konsumaturi.

    50. Sabiex jiġi evitat milli jinħolqu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li mhumiex ġusti, kwalunkwe produttur, inklużi l-produtturi ta’ pajjiżi terzi, għandu jkun jista’ juża isem irreġistrat u, fejn ikun xieraq, is-simbolu tal-Unjoni assoċjat mal-indikazzjoni “Speċjalità tradizzjonali garantita”, dejjem jekk il-prodott ikun konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni rilevanti u l-produttur ikun kopert minn sistema ta’ verifiki.

    51. Sabiex l-ismijiet irreġistrati jitħarsu minn xi abbuż jew minn prattiki li jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi, l-użu tagħhom għandu jkun riżervat.

    52. Għall-ismijiet li jkun diġà ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 509/2006 li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mhumiex se jkunu koperti minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw, għal perjodu tranżizzjonali, it-termini tal-użu stabbiliti f’dak ir-Regolament.

    53. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll dwar miżuri tranżizzjonali li japplikaw għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni li l-Kummissjoni tkun irċeviet qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

    54. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jinqasmu b’mod ċar bejn ir-regoli obbligatorji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji, li għandhom jiddaħħlu fil-qafas tal-iskemi tal-kwalità. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom ikomplu jappoġġaw l-għanijiet tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u, għaldaqstant, għandhom ikunu limitati fl-ambitu tagħhom għall-prodotti mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat.

    55. Fid-dawl tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u fl-interess taċ-ċarezza, it-termini tal-kwalità mhux obbligatorji li diġà jeżistu għandhom jiġu rregolati minn dan ir-Regolament.

    56. Sabiex ikun hemm l-iżvilupp koerenti ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji li jiddeskrivu karatteristiċi u attributi speċifiċi ta’ prodott, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirriżerva terminu addizzjonali, li temenda l-kopertura tal-prodott jew il-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu, jew li tħassar terminu tal-kwalità mhux obbligatorju permezz ta’ atti delegati.

    57. Il-valur miżjud tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huwa bbażat fuq il-fiduċja tal-konsumatur, u dan huwa kredibbli biss jekk ikun akkumpanjat minn verifiki u kontrolli effettivi. Dawn l-iskemi tal-kwalità għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta’ monitoraġġ permezz ta’ kontrolli uffiċjali, li tkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare [il-benesseri] tal-annimali[32], inkluża sistema ta’ verifiki fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Sabiex l-Istati Membri jkunu megħjuna japplikaw aħjar id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, f’dan ir-Regolament qed isiru referenzi għall-iktar artikoli rilevanti.

    58. Sabiex il-konsumatur ikun żgurat li l-prodotti jkollhom il-karatteristiċi speċifiċi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, l-operaturi għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta’ verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    59. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jilħqu għadd ta’ kriterji operattivi sabiex jiżguraw li huma jkunu imparzjali u effettivi. Għandhom ikunu previsti dispożizzjonijiet dwar id-delega ta’ ċerti kompetenzi lill-entitajiet ta’ verifika sabiex dawn iwettqu ħidmiet ta’ verifika speċifiċi.

    60. L-istandards Ewropej (l-istandards EN) żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), kif ukoll l-istandards internazzjonali żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) għandhom jintużaw għat-tħaddim u għall-akkreditament tal-entitajiet ta’ verifika. L-akkreditament ta’ dawk l-entitajiet għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti[33].

    61. L-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ verifika għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandha tiddaħħal fil-pjanijiet ta’ verifika nazzjonali multiannwali u fir-rapport annwali mħejji mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    62. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jitolbu ħlas biex ikopru l-ispejjeż li jkunu ġarrbu.

    63. Ir-regoli eżistenti dwar it-tkomplija fl-użu ta’ ismijiet ġeneriċi għandhom ikunu ċċarati b’tali mod li dawk it-termini ġeneriċi li huma simili għal parti minn isem jew terminu protett jew riżervat, jew li jiffurmaw parti minnu, għandhom ikomplu jżommu dak l-istatus ġeneriku.

    64. Id-dati biex tiġi stabbilita l-anzjanità ta’ trademark u ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika għandhom ikunu d-data tal-applikazzjoni tat-trademark biex tiġi rreġistrata fl-Unjoni jew fl-Istati Membri u d-data tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika.

    65. Id-dispożizzjonijiet għaċ-ċaħda jew għall-koeżistenza ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika minħabba kunflitt ma’ trademark ta’ qabel għandhom jitkomplew.

    66. Il-kriterji li bihom trademarks li jiġu wara għandhom jiġu miċħuda jew, jekk ikunu rreġistrati, jiġu invalidati minħabba kunflitt ma’ denominazzjoni tal-oriġini jew ma’ indikazzjoni ġeografika ta’ qabel għandhom jikkorrispondu mal-ambitu stabbilit għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

    67. Id-dispożizzjonijiet ta’ sistemi li jistabbilixxu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u b’mod partikulari dawk stabbiliti bl-iskema tal-kwalità għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u dawk stabbiliti skont il-liġi tat-trademarks, għandu jkollhom preċedenza fuq ir-riservar ta’ ismijiet u l-istabbiliment ta’ indikazzjonijiet u simboli skont l-iskemi tal-kwalità għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji.

    68. Ir-rwol tal-gruppi għandu jkun iċċarat u rrikonoxxut. Il-gruppi għandhom rwol importanti fil-proċess tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, inkluż għall-emendi fl-ispeċifikazzjonijiet u talbiet għat-tħassir. Il-grupp jista’ jiżviluppa wkoll attivitajiet marbutin mas-sorveljanza tal-infurzar tal-protezzjoni tal-ismijiet irreġistrati, mal-konformità tal-produzzjoni mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, mal-informazzjoni u l-promozzjoni tal-isem irreġistrat kif ukoll, b’mod ġenerali, kwalunkwe attività li jkollha l-għan li ttejjeb il-valur tal-ismijiet irreġistrati u l-effikaċja tal-iskemi tal-kwalità. Madankollu, dawn l-attivitajiet m’għandhomx jiffaċilitaw u lanqas m’għandhom iwasslu għal imġiba antikompetittiva li ma tkunx konformi mal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat.

    69. Sabiex ikun żgurat li l-ismijiet irreġistrati tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, suġġetti għall-konformità ma’ dispożizzjonijiet minimi komuni, inkluża proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni. Wara l-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żbalji evidenti u li l-liġi tal-Unjoni u l-interessi tal-partijiet interessati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni jkunu tqiesu.

    70. Ir-reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandha tkun miftuħa għall-ismijiet relatati ma’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi.

    71. Is-simboli, l-indikazzjonijiet u t-taqsiriet li jidentifikaw il-parteċipazzjoni fi skema tal-kwalità u d-drittijiet tagħha li jappartienu lill-Unjoni għandhom ikunu protetti fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi bil-għan li jiġi żgurat li dawn is-simboli, l-indikazzjonijiet u t-taqsiriet jintużaw fuq prodotti ġenwini u li l-konsumaturi ma jkunux żgwidati dwar il-kwalitajiet tal-prodott. Barra minn hekk, sabiex il-protezzjoni tkun waħda effettiva, il-Kummissjoni għandu jkollha riżorsi baġitarji raġonevoli fuq bażi ċentralizzata fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[34] u skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[35].

    72. Il-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini, ta’ indikazzjoni ġeografika protetta u ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, inklużi l-iskrutinju u l-perjodu ta’ oppożizzjoni, għandha tiqsar u titjieb, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mat-teħid ta’ deċiżjonijiet. It-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni għandu jkun f’idejn il-Kummissjoni, u f’ċerti kundizzjonijiet bl-għajnuna tal-Istati Membri. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu li speċifikazzjonijiet ta’ prodott ikunu jistgħu jiġu emendati wara r-reġistrazzjoni, u li jkunu jistgħu jitħassru ismijiet irreġistrati, b’mod partikulari jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti jew jekk isem ma jkunx għadu jintuża fis-suq.

    73. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda jew iżżid ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. L-elementi li għalihom tista’ tiġi eżerċitata din is-setgħa għandhom jiġu ddefiniti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega.

    74. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Ħlief hekk kif speċifikat b’mod ċar mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar …[36],

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Titolu I

    DISPOŻIZZJONIJIET TAL-BIDU

    Artikolu 1 Suġġett

    75. Dan ir-Regolament huwa mfassal biex jgħin lill-produtturi ta’ prodotti agrikoli jikkomunikaw lix-xerrejja u lill-konsumaturi l-karatteristiċi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja ta’ dawk il-prodotti, billi jiżgura:

    76. kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u għall-produtturi ta’ prodotti agrikoli li jkollhom karatteristiċi u attributi ta’ valur miżjud,

    77. li l-konsumaturi jkollhom informazzjoni affidabbli dwar dawn il-prodotti,

    78. li jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u

    79. l-integrità tas-suq intern.

    Il-miżuri mogħtija f’dan ir-Regolament huma maħsubin biex ikattru attivitajiet agrikoli u ta’ pproċessar kif ukoll sistemi tal-biedja assoċjati ma’ prodotti ta’ kwalità għolja, u b’hekk jikkontribwixxu għas-suċċess tal-politika tal-iżvilupp rurali.

    2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi “skemi tal-kwalità” li jipprovdu l-bażi għall-identifikazzjoni u, fejn xieraq, għall-protezzjoni ta’ ismijiet u termini li jindikaw jew li jiddeskrivu b’mod partikulari prodotti agrikoli li jkollhom:

    (a) karatteristiċi ta’ valur miżjud, jew

    (b) attributi ta’ valur miżjud minħabba l-metodi tal-biedja jew ta’ pproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew minħabba l-post tal-produzzjoni jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

    Artikolu 2 Ambitu

    1. Dan ir-Regolament ikopri l-prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem li huma mniżżlin fl-Anness I għat-Trattat u l-prodotti l-oħra mniżżlin fl-Anness I għal dan ir-Regolament, safejn hu indikat fih.

    Madankollu, l-iskema tal-kwalità stabbilita fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tapplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati.

    Sabiex tiżgura li l-prodotti koperti b’dan ir-Regolament ikunu marbutin mill-qrib ma’ prodotti agrikoli jew mal-ekonomija rurali, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, temenda l-Anness I għal dan ir-Regolament.

    2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-prodotti tad-dwieli, ħlief għall-ħall tal-inbid, jew għall-ispirti jew għall-inbejjed aromatizzati.

    3. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni marbutin mat-tqegħid tal-prodott fis-suq, b’mod partikulari dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika jew it-tikkettar tal-ikel.

    4. Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[37] m’għandhiex tapplika għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti b’dan ir-Regolament.

    Artikolu 3 Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (1) “skemi tal-kwalità” tfisser l-iskemi stabbiliti skont it-Titoli II, III u IV;

    (2) “grupp” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni, tkun liema tkun il-forma jew il-kompożizzjoni legali tagħha, li hija magħmula b’mod ewlieni minn produtturi jew proċessuri li jaħdmu bl-istess prodott;

    (3) “tradizzjonali” tfisser użu, fis-suq intern, li hemm provi dwaru, għal perjodu li jippermetti t-trażmissjoni bejn il-ġenerazzjonijiet; dan il-perjodu taż-żmien għandu jkun dak li ġeneralment jingħata lil żewġ ġenerazzjonijiet, jiġifieri tal-inqas ħamsin sena;

    (4) “it-tikkettar” għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/13/KE;

    (5) “speċifiċità” f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodott tirreferi għall-karatteristika u l-attributi tal-produzzjoni li jiddistingwu prodott b’mod ċar minn prodotti simili oħrajn tal-istess kategorija;

    (6) “termini ġeneriċi” tfisser it-termini li jinkludu dawk l-ismijiet ta’ prodott li, għalkemm huma marbutin mal-post, mar-reġjun jew mal-pajjiż fejn il-prodott kien magħmul jew ikkummerċjalizzat oriġinarjament, ikunu saru l-isem komuni ta’ prodott fl-Unjoni.

    Titolu II

    DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI TAL-ORIĠINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

    Artikolu 4 Għan

    Qed tiġi stabbilita skema għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti sabiex tgħin lill-produtturi ta’ prodotti marbuta ma’ żona ġeografika billi:

    (a) tiżgura li jkollhom dħul ġust għall-kwalitajiet tal-prodotti tagħhom;

    (b) tiżgura li jkun hemm protezzjoni uniformi tal-ismijiet bħala dritt tal-proprjetà intellettwali fit-territorju tal-Unjoni Ewropea;

    (c) tagħti lill-konsumatur informazzjoni ċara dwar l-attributi ta’ valur miżjud tal-prodott.

    Artikolu 5 Definizzjonijiet ta’ denominazzjoni tal-oriġini u ta’ indikazzjoni ġeografika

    1. Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) “denominazzjoni tal-oriġini” huwa isem li jidentifika prodott:

    (i) li joriġina f’post, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż speċifiku,

    (ii) li fih il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott ikunu essenzjalment jew esklużivament ġejjin minn ambjent ġeografiku partikulari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu, u

    (iii) li l-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fl-istess żona ġeografika ddefinita;

    (b) “indikazzjoni ġeografika” huwa isem li jidentifika prodott:

    (i) li joriġina f’post, f’reġjun jew f’pajjiż speċifiku,

    (ii) li fih kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra partikulari tal-prodott li jkunu jistgħu essenzjalment jiġu attribwiti lill-oriġini ġeografika tiegħu, u

    (iii) li jkollu tal-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

    2. Minkejja l-punt (a) tal-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala denominazzjonijiet tal-oriġini, meta l-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm:

    (a) iż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima tkun iddefinita;

    (b) ikunu jeżistu kundizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima; u

    (c) ikun hemm arranġamenti dwar verifiki biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati.

    Id-denominazzjonijiet tal-oriġini kkonċernati jridu jkunu ġew irrikonoxxuti bħala denominazzjonijiet tal-oriġini fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

    3. Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet marbutin ma’ ċerti setturi jew ma’ ċerti żoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta restrizzjonijiet u derogi dwar il-fażijiet tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita jew dwar ix-xiri tal-materja prima.

    Artikolu 6 Natura ġenerika, kunflitti ma’ ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti u ta’ razez ta’ annimali, ma’ omonimi u ma’ trademarks

    1. Ismijiet li saru ġeneriċi ma jistgħux jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    2. Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika meta dan ikun f’kunflitt ma’ isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali u x’aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

    3. Isem propost għar-reġistrazzjoni li huwa kompletament jew parzjalment omonimu ma’ isem li jkun diġà ddaħħal fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 11 jista’ jiġi rreġistrat, sakemm ikun hemm, fil-prattika, distinzjoni biżżejjed bejn il-kundizzjonijiet tal-użu u l-preżentazzjoni tal-omonimu li jkun ġie rreġistrat wara u l-isem li jkun diġà ddaħħal fir-reġistru, sabiex il-konsumatur ma jiġix żgwidat.

    4. Isem propost għar-reġistrazzjoni bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika m’għandux jiġi rreġistrat meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, kif ukoll tat-tul ta’ żmien li din tkun ilha tintuża, ir-reġistrazzjoni tal-isem propost bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika x’aktarx li tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott.

    Artikolu 7 L-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    1. Biex ikun eliġibbli għal denominazzjoni protetta tal-oriġini jew għal indikazzjoni ġeografika protetta, prodott għandu jkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:

    (a) l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika;

    (b) deskrizzjoni tal-prodott, inklużi l-materja prima, jekk ikun xieraq, u l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi u organolettiċi ewlenin tal-prodott;

    (c) id-definizzjoni taż-żona ġeografika u, fejn xieraq, id-dettalji li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(2);

    (d) evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 5(1);

    (e) deskrizzjoni tal-metodu ta’ kif jinkiseb il-prodott u tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll, fejn ikun japplika, informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp li jkun qed jagħmel l-applikazzjoni jistabbilixxi hekk u jagħti raġunijiet għaliex l-ippakkjar irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità jew biex tkun żgurata l-oriġini jew biex tkun żgurata l-verifika;

    (f) dettalji li juru dan li ġej:

    (i) ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) jew, skont il-każ;

    (ii) ir-rabta bejn kwalità partikulari, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel u l-oriġini ġeografika msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1);

    (g) l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 34 u l-ħidmiet speċifiċi tagħhom;

    (h) kwalunkwe regola ta’ ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat;

    3. Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi iktar regoli dwar il-kontenut tal-ispeċifikazzjoni ta’ prodott.

    Artikolu 8 Il-kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

    1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 46(2) jew fl-Artikolu 46(5) għandu jkun fiha mill-inqas:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-grupp li jkun qed jagħmel l-applikazzjoni;

    (b) l-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 7;

    (c) dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:

    (i) il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tal-prodott, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-ippakkjar u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

    (ii) deskrizzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 5(1), skont il-każ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.

    Applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 46(5), għandu jkun fiha wkoll prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.

    2. L-inkartament ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 46(4) għandu jinkludi:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-grupp li jkun qed jagħmel l-applikazzjoni;

    (b) id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

    (c) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp li jkun qed jagħmel l-applikazzjoni u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;

    (d) ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha tkun ġiet ibbażata d-deċiżjoni favorevoli dwaru skont l-Artikolu 46(4), tiġi ppublikata, u huwa għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    Artikolu 9 Protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali

    Stat Membru jista’, fuq bażi tranżizzjonali biss, jagħti protezzjoni lil isem skont dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

    It-tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

    L-Istat Membru kkonċernat biss għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi ta’ protezzjoni nazzjonali bħal din, fejn isem ma jkunx ġie rreġistrat skont dan ir-Regolament.

    Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont l-ewwel paragrafu għandu jkollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

    Artikolu 10 Raġunijiet għal oppożizzjoni

    1. Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1) għandha tkun aċċettata biss jekk din tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit u jekk din:

    (a) turi nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5;

    (b) turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost se tkun qed tmur kontra l-paragrafi 2 jew 3 tal-Artikolu 6;

    (c) turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost se thedded l-eżistenza ta’ isem identiku b’mod sħiħ jew parzjalment jew ta’ trademark, jewinkella li din se thedded l-eżistenza ta’ prodotti li kienu legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punt (a) tal-Artikolu 47(2); jew

    (d) tagħti dettalji li permezz tagħhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni huwa wieħed ġeneriku.

    2. Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni għandhom jiġu vvalutati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 11 Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

    1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rrikonoxxuti skont din l-iskema, li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

    2. Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li fih l-Unjoni hija parti kontraenti, jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru. Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku fit-tali ftehim bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini skont dan ir-Regolament, it-tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tistabbilixxi l-forma u l-kontenut tar-reġistru.

    Artikolu 12 Ismijiet, simbolu u indikazzjonijiet

    1. Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

    2. Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jagħmlu reklam tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    3. Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, li jiġu kkummerċjalizzati skont denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-indikazzjonijiet “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta. Barra minn hekk, fuq it-tikketta jistgħu jidhru wkoll it-taqsiriet korrispondenti “DPO” jew “IĠP”.

    4. Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati skont isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

    5. Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni x-xierqa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tiddefinixxi l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli dwar it-tikkettar tal-prodotti kkummerċjalizzati skont denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi l-verżjonijiet lingwistiċi x-xierqa li għandhom jintużaw.

    Artikolu 13 Protezzjoni

    1. L-ismijiet irreġistrati għandhom jitħarsu minn:

    (a) kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta’ isem irreġistrat fir-rigward ta’ prodotti li ma jkunux koperti mir-reġistrazzjoni, safejn dawn ikunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew safejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett;

    (b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew tas-servizz huwa indikat jew jekk l-isem protett huwa tradott jew għandu miegħu espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni” jew xi espressjoni simili;

    (c) kwalunkwe indikazzjoni falza jew li tiżgwida oħra dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta’ riklamar jew fuq dokumenti marbutin mal-prodott ikkonċernat, u mill-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li x’aktarx jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

    (d) kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

    Meta denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta’ prodott li jitqies li huwa ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku m’għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

    2. Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma jistgħux isiru ġeneriċi.

    3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi amministrattivi u ġudizzjarji x-xierqa sabiex jevitaw jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikulari fuq talba ta’ grupp ta’ produtturi kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 42.

    Artikolu 14 Relazzjonijiet bejn it-trademarks, id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi

    1. Meta denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun irreġistrata skont dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13 u li għandha x’taqsam ma’ prodott mal-istess tip ta’ prodott għandha tiġi miċħuda jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tintbagħat wara d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-Kummissjoni.

    It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

    2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(4), trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13, li għaliha tkun intbagħtet applikazzjoni, li tkun ġiet irreġistrata jew li tkun ġiet stabbilita bl-użu, jekk il-leġiżlazzjoni kkonċernata tkun tagħti dik il-possibbiltà, b’rieda tajba, fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, qabel id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni, tista’ tibqa’ tintuża u tiġġedded għal dak il-prodott minkejja r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. Dan sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja[38] jew skont id-Direttiva 2008/95/KE. F’każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun permess flimkien mal-użu tat-trademarks rilevanti.

    3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/95/KE.

    Artikolu 15 Derogi temporanji għall-użu ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

    1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 14, prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz ħlief dak tal-applikant li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn isem li jikser l-Artikolu 13(1) jew tinkludi t-tali isem, jistgħu jkomplu jużaw dak l-isem protett għal perjodu tranżizzjonali sa ħames snin biss meta dikjarazzjoni aċċettabbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 48 tkun turi li:

    (a) ir-reġistrazzjoni tal-isem se thedded l-eżistenza ta’ isem identiku b’mod sħiħ jew parzjalment jew;

    (b) it-tali prodotti ilhom ikkummerċjalizzati legalment b’dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 47(2).

    2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li testendi l-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għal ħmistax-il sena f’każijiet iġġustifikati kif xieraq meta jintwera li l-użu tad-denominazzjoni li ma tirrispettax l-ispeċifikazzjoni, fl-ebda mument ma kellu l-għan li jieħu benefiċċju mir-reputazzjoni tal-isem irreġistrat u meta jintwera li l-konsumatur ma ġiex żgwidat u lanqas ma seta’ jiġi żgwidat dwar l-oriġini vera tal-prodott.

    3. Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tintwera fuq it-tikketta b’mod ċar u li jidher.

    4. F’każijiet speċifiċi, sabiex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fit-tul, il-produtturi kollha jkunu konformi mal-ispeċifikazzjoni, l-Istat Membru jista’ jagħti perjodu tranżizzjonali sa perjodu ta’ għaxar snin, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li l-produtturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati legalment u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma titressaq l-applikazzjoni lill-Kummissjoni.

    L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni protetta tal-oriġini li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz.

    Dawn il-perjodi tranżizzjonali għandhom ikunu indikati fl-inkartament tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).

    Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1. L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma dawk l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7. Kwalunkwe dispożizzjoni tranżizzjonali speċifika assoċjata mat-tali reġistrazzjonijiet għandha tkompli tapplika.

    2. Sabiex tħares id-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli tranżizzjonali oħrajn.

    3. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għad-dritt tal-koeżistenza tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi minn naħa waħda, u tat-trademarks min-naħa l-oħra, li kien japplika skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006.

    Titolu III

    SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI

    Artikolu 17 Għan

    Qed tiġi stabbilita skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex tgħin lill-produtturi ta’ prodott tradizzjonali jikkummerċjalizzaw il-prodott u jikkomunikaw l-attributi ta’ valur miżjud tiegħu lill-konsumaturi.

    Artikolu 18 Kriterji

    1. Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita meta dan jiddeskrivi prodott ipproċessat speċifiku li:

    (a) jkun ġej minn tip ta’ produzzjoni u minn kompożizzjoni li jikkorrispondu mal-prattika tradizzjonali ta’ dak il-prodott, u

    (b) jkun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment.

    2. Sabiex jiġi rreġistrat, isem għandu:

    (a) ikun intuża b’mod tradizzjonali biex jirreferi għall-prodott speċifiku; jew

    (b) jidentifika l-forma tradizzjonali tal-prodott.

    3. Isem m’għandux jiġi rreġistrat jekk dan ikun jirreferi biss għal pretensjonijiet ta’ natura ġenerali użati għal sett ta’ prodotti, jew għal dawk li dwarhom hemm dispożizzjoni f’liġi partikulari tal-Unjoni.

    4. Sabiex tiżgura t-tħaddim bla xkiel tal-iskema, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tiddefinixxi aktar il-kriterji tal-eliġibbiltà meħtieġa.

    Artikolu 19 L-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    1. Biex ikun eliġibbli għal speċjalità tradizzjonali garantita, prodott għandu jkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandha tinkludi:

    (a) l-isem propost għar-reġistrazzjoni, fil-verżjonijiet lingwistiċi x-xierqa;

    (b) deskrizzjoni tal-prodott, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li turi l-ispeċifiċità tal-prodott;

    (c) deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi n-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ tħejjija tal-prodott; u

    (d) l-elementi ewlenin tan-natura tradizzjonali tal-prodott.

    2. Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli dwar it-tħejjija tal-ispeċifikazzjoni ta’ prodott.

    Artikolu 20 Il-kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

    1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 46(2) jew fl-Artikolu 46(5) għandha tinkludi:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-grupp li jkun qed jagħmel l-applikazzjoni;

    (b) l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 19.

    2. L-inkartament ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 46(4) għandu jinkludi:

    (a) l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u

    (b) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu.

    Artikolu 21 Raġunijiet għal oppożizzjoni

    1. Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1) għandha tkun aċċettata biss jekk din tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit u jekk din:

    (a) tagħti raġunijiet debitament sostanzjati għaliex ir-reġistrazzjoni proposta mhix kompatibbli mat-termini ta’ dan ir-Regolament, jew

    (b) tagħti dettalji ta’ użu preċedenti ta’ isem li jista’ jiġi mhedded bir-reġistrazzjoni proposta.

    2. Il-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 22 Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rrikonoxxuti skont din l-iskema, li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

    2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tistabbilixxi l-forma u l-kontenut tar-reġistru.

    Artikolu 23 Ismijiet, simbolu u indikazzjoni

    1. Isem irreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

    2. Għandu jiġi stabbilit simbolu tal-Unjoni maħsub biex jagħmel reklam tal-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

    3. Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati skont speċjalità tradizzjonali garantita rreġistrata skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jidher fuq it-tikketta mingħajr ħsara għall-paragrafu 4.

    Is-simbolu m’għandux ikun obbligatorju fuq it-tikketta ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li huma prodotti barra l-Unjoni.

    Mas-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 tista’ tiżdied l-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita”, jewinkella din tista’ teħodlu postu.

    4. Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni x-xierqa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tiddefinixxi l-karatteristiċi tekniċi tas-simbolu tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli dwar it-tikkettar tal-prodotti li jkollhom l-isem ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, inklużi l-verżjonijiet lingwistiċi x-xierqa li għandhom jintużaw.

    Artikolu 24 Restrizzjoni dwar l-użu ta’ ismijiet irreġistrati

    1. L-ismijiet irreġistrati għandhom jitħarsu minn kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, jew minn kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jintużaw fil-livell nazzjonali ma joħolqu l-ebda konfużjoni mal-ismijiet irreġistrati.

    3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli għall-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

    Artikolu 25 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1. Ismijiet irreġistrati skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 li jiddeskrivu prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan it-Titolu għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma dawk l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19. Kwalunkwe dispożizzjoni tranżizzjonali speċifika assoċjata mat-tali reġistrazzjonijiet għandha tkompli tapplika. It-tali ismijiet li jiddeskrivu prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan it-Titolu jistgħu jkomplu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2017 bil-kundizzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 509/2006.

    2. Ismijiet irreġistrati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, inklużi dawk irreġistrati skont l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2017 bil-kundizzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 509/2006.

    3. Sabiex tħares id-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli tranżizzjonali oħrajn.

    Titolu IV

    TERMINI TAL-KWALITÀ MHUX OBBLIGATORJI

    Artikolu 26 Għan

    Qed tiġi stabbilita skema għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji biex tgħin lill-produtturi ta’ prodott agrikolu li jkollu karatteristiċi jew attributi ta’ valur miżjud jikkomunikaw dawn il-karatteristiċi jew attributi fis-suq intern, u b’mod partikulari sabiex din tagħti appoġġ lil standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni u tikkumplimentahom.

    Artikolu 27 It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji li diġà jeżistu

    1. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji koperti minn din l-iskema fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huma mniżżlin fl-Anness II għal dan ir-Regolament, flimkien mal-atti li jistabbilixxu t-termini kkonċernati u l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dawk it-termini.

    2. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu emendati jew sakemm jitħassru skont l-Artikolu 28.

    Artikolu 28 Riservar, emenda u tħassir

    Sabiex jitqiesu dak li jistennew il-konsumaturi, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, il-qagħda tas-suq u l-iżviluppi fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati:

    (a) tirriżerva terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu,

    (b) temenda l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ terminu tal-kwalità mhux obbligatorju, jew

    (c) tħassar terminu tal-kwalità mhux obbligatorju.

    Artikolu 29 Termini tal-kwalità mhux obbligatorji addizzjonali

    1. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

    (a) it-terminu għandu x’jaqsam ma’ karatteristika ta’ prodott, jew ma’ attribut tal-biedja jew tal-ipproċessar,

    (b) l-użu tat-terminu jżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ wieħed ta’ tip simili, u

    (c) il-prodott tqiegħed fis-suq bil-karatteristika jew l-attribut imsemmi fil-punt (a) identifikat għall-konsumaturi f’diversi Stati Membri.

    Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti.

    2. Termini mhux obbligatorji li jiddeskrivu l-kwalitajiet tekniċi ta’ prodott sabiex jiġu implimentati standards tal-kummerċjalizzazzjoni obbligatorji u li m’għandhomx l-għan li jgħarrfu lill-konsumaturi dwar dawk il-kwalitajiet tal-prodott m’għandhomx ikunu rriżervati skont din l-iskema.

    3. Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti setturi kif ukoll dak li jistennew il-konsumaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli ddettaljati marbutin mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 30 Restrizzjonijiet fuq l-użu

    1. Terminu tal-kwalità mhux obbligatorju jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-użu korrispondenti.

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa sabiex jiżguraw li t-tikkettar tal-prodott ma joħloq l-ebda konfużjoni mat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji.

    3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli għall-użu ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji.

    Artikolu 31 Il-monitoraġġ

    L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, ibbażati fuq analiżi tar-riskju, biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu u, f’każ ta’ ksur, għandhom japplikaw il-penali amministrattivi x-xierqa.

    Titolu V

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI Kapitolu I Verifiki uffiċjali għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    Artikolu 32 Ambitu

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.

    Artikolu 33 Ħatra tal-awtorità kompetenti

    1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-verifiki uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti legali marbutin mal-iskemi tal-kwalità stabbiliti b’dan ir-Regolament.

    Il-proċeduri u r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżit legali marbut mal-iskemi tal-kwalità għall-prodotti kollha koperti mill-Anness I għal dan ir-Regolament.

    2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal ikkwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

    3. Il-verifiki uffiċjali għandhom ikopru:

    (a) verifika tal-konformità ta’ prodott mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti, u

    (b) sorveljanza tal-użu tal-ismijiet irreġistrati biex jiġi deskritt prodott imqiegħed fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 13 għall-ismijiet irreġistrati skont it-Titolu II u f’konformità mal-Artikolu 24 għall-ismijiet irreġistrati skont it-Titolu III.

    Artikolu 34 Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    1. Għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi żgurata minn:

    (a) awtorità kompetenti waħda jew iktar imsemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament u/jew

    (b) entità ta’ verifika waħda jew aktar fit-tifsira tal-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

    L-ispejjeż ta’ dawn il-verifiki tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jitħallsu mill-operaturi li huma suġġetti għal dawk il-verifiki.

    2. Għad-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet, qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi żgurata minn:

    (a) awtorità pubblika waħda jew iktar maħtura mill-pajjiż terz, u/jew

    (b) entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti waħda jew aktar.

    3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jaġġornawhom b’mod regolari.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u għandha taġġornahom b’mod regolari.

    4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tiddefinixxi mezzi li permezz tagħhom l-isem u l-indirizz tal-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati.

    Artikolu 35 Sorveljanza tal-użu tal-isem fis-suq

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 33. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz ta’ dawk l-awtoritajiet.

    Artikolu 36 Delega lill-entitajiet ta’ verifika

    1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ħidmiet speċifiċi marbutin mal-verifiki uffiċjali tal-iskemi tal-kwalità lil entità ta’ verifika waħda jew iktar f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    2. It-tali entitajiet ta’ verifika għandhom jiġu akkreditati skont l-istandard Ewropew EN 45011 jew il-Gwida 65 tal-ISO/IEC (Rekwiżiti ġenerali għal entitajiet li jħaddmu sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti).

    3. L-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jitwettaq biss minn:

    (a) entità nazzjonali ta’ akkreditament fl-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew

    (b) entità ta’ akkreditament barra l-Unjoni li hija firmatarja ta’ arranġament multilaterali ta’ rikonoxximent taħt il-patroċinju tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditament.

    Artikolu 37 Ippjanar u rrappurtar tal-attivitajiet ta’ verifika

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifika tal-obbligi skont dan il-Kapitolu tkun inkluża b’mod speċifiku f’taqsima separata fil-pjanijiet ta’ verifika nazzjonali multiannwali skont l-Artikoli 41, 42 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    2. Ir-rapporti annwali dwar il-verifika tal-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom jinkludu taqsima separata li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    Kapitolu IIGaranziji għal ċerti użijiet ta’ qabel

    Artikolu 38 Termini ġeneriċi

    1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 13, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-użu ta’ termini li huma ġeneriċi fl-Unjoni, anke jekk it-terminu ġeneriku jkun parti minn isem li huwa protett skont skema tal-kwalità.

    3. Sabiex jiġi stabbilit jekk terminu sarx ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi kollha, b’mod partikulari:

    (a) is-sitwazzjoni li teżisti fl-Istati Membri u fiż-żoni ta’ konsum;

    (b) l-atti legali nazzjonali jew tal-Unjoni rilevanti.

    4. Sabiex tħares bis-sħiħ id-drittijiet tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli oħrajn biex wieħed jiddeċiedi dwar l-istatus ġeneriku tal-ismijiet jew it-termini msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 39 Varjetajiet ta’ pjanti u razez ta’ annimali

    1. Meta isem jew terminu, protett jew riżervat skont skema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, fit-Titolu III jew fit-Titolu IV, ikun fih jew ikun jinkludi l-isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali, dan ir-Regolament m’għandux jevita milli fis-suq jitqiegħed prodott li t-tikketta tiegħu tkun tinkludi t-tali isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza tal-annimali, dejjem jekk:

    (a) il-prodott ikkonċernat ikun jinkludi l-varjetà jew ir-razza indikata jew ikun ġej minnha;

    (b) il-konsumaturi ma jiġux żgwidati,

    (c) l-użu tal-isem tal-varjetà jew tar-razza jkun jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta,

    (d) l-użu ma jkunx qed jisfrutta r-reputazzjoni tat-terminu protett, u

    (e) fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott tal-varjetà jew tar-razza taħt dan l-isem ikunu evadew iż-żona tal-oriġini tiegħu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.

    2. Sabiex tiċċara aktar il-limitu tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jużaw l-isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli biex tiddeteremina l-użu tat-tali ismijiet.

    Artikolu 40 Rabta mal-proprjetà intellettwali

    L-iskemi tal-kwalità deskritti fit-Titoli III u IV għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-regoli tal-Unjoni jew għal dawk tal-Istati Membri li jirregolaw il-proprjetà intellettwali u b’mod partikulari dawk li għandhom x’jaqsmu mad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u mat-trademarks.

    Kapitolu IIIIndikazzjonijiet u simboli tal-iskemi tal-kwalità u r-rwol tal-produtturi

    Artikolu 41 Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet u tas-simboli

    1. L-indikazzjonijiet, it-taqsiriet u s-simboli li jirreferu għall-iskemi tal-kwalità jistgħu jintużaw biss fit-tikkettar ta’ prodotti magħmula b’mod konformi mar-regoli tal-iskema tal-kwalità li għaliha japplikaw. Dan japplika b’mod partikulari għall-indikazzjonijiet, it-taqsiriet u s-simboli li ġejjin:

    (a) “denominazzjoni protetta tal-oriġini”, “indikazzjoni ġeografika protetta”, “indikazzjoni ġeografika”, “DPO”, “IĠP”, u s-simboli assoċjati magħhom, kif previst fit-Titolu II;

    (b) “speċjalità tradizzjonali garantita”, “STG”, u s-simbolu assoċjat magħha, kif previst fit-Titolu III.

    2. F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rural (l-FAEŻR) jista’ jiffinanzja, fuq bażi ċentralizzata, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jewinkella f’isimha, appoġġ amministrattiv li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp, max-xogħol ta’ tħejjija, mal-monitoraġġ, mal-appoġġ amministrattiv u legali, mad-difiża legali, mal-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni, mal-ħlasijiet għat-tiġdid, mal-ħlasijiet għas-sorveljanza tar-reġistrazzjoni tal-marki, mal-ħlasijiet tal-litigazzjoni u ma’ kwalunkwe miżura oħra relatata li tkun meħtieġa biex jitħares l-użu tal-indikazzjonijiet, tat-taqsiriet u tas-simboli li jirreferu għall-iskemi tal-kwalità minn użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, jew minn kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli għall-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, it-taqsiriet u s-simboli msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 42 Ir-rwol tal-gruppi

    Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet li jiġbru fihom diversi fergħat tas-settur kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, grupp għandu d-dritt li:

    (a) jikkontribwixxi biex jiżgura li l-kwalità tal-prodotti tagħhom tkun żgurata fis-suq billi jissorvelja l-użu tal-isem fin-negozju u, jekk ikun meħtieġ, jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 33, fil-qafas tal-Artikolu 13(3);

    (b) jiżviluppa attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkollhom l-għan li jikkomunikaw l-attributi tal-valur miżjud tal-prodott lill-konsumaturi;

    (c) jiżviluppa attivitajiet marbutin mal-iżgurar tal-konformità ta’ prodott mal-ispeċifikazzjoni tiegħu;

    (d) jieħu azzjoni biex itejjeb il-prestazzjoni tal-iskema, inkluż billi jiżviluppa l-għarfien espert ekonomiku, billi jwettaq analiżi ekonomika, billi jqassam informazzjoni ekonomika dwar l-iskema u billi jagħti pariri lill-produtturi.

    Artikolu 43 Dritt għall-użu tal-iskemi

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jkun konformi mar-regoli tat-Titolu II u tat-Titolu III jkun intitolat li jiġi kopert minn sistema ta’ verifika, kif imsemmi fl-Artikolu 34.

    2. L-operaturi li jħejju u jaħżnu speċjalità tradizzjonali, denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew li jqiegħdu fis-suq it-tali speċjalità tradizzjonali garantita, denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta għandhom ukoll ikunu suġġetti għas-sistema ta’ verifiki msemmija fil-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.

    3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu jixtiequ josservaw ir-regoli ta’ skema tal-kwalità stabbilita fit-Titoli III u IV jkunu jistgħu jagħmlu dan u li huma ma jħabbtu wiċċhom ma’ ebda ostaklu biex jieħdu sehem fihom li jkun disriminatorju jew li ma jkollux raġuni oġġettiva warajh.

    Artikolu 44 Ħlasijiet

    Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u b’mod partikulari għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI tat-Titolu II tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu ħlas biex ikopru l-ispejjeż tagħhom għall-ġestjoni tal-iskemi tal-kwalità, inklużi dawk l-ispejjeż li huma jagħmlu biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni, l-applikazzjonijiet għal emendi u t-talbiet għat-tħassir li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament.

    Kapitolu IV

    Il-proċessi tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni għal denominazzjonijiet tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    Artikolu 45 Ambitu tal-proċessi tal-applikazzjoni

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.

    Artikolu 46 Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet

    1. Il-gruppi biss jistgħu jressqu applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet skont l-iskemi tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 45.

    F’kundizzjonijiet straordinarji, persuna fiżika jew ġuridika tista’ tiġi ttrattata bħala grupp.

    Sabiex ikun evitat kwalunkwe rekwiżit sproporzjonat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tiddefinixxi l-kundizzjonijiet straordinarji msemmija fit-tieni subparagrafu.

    2. Meta l-applikazzjoni skont l-iskema stabbilita fit-Titolu II tkun marbuta ma’ żona ġeografika fi Stat Membru, jew applikazzjoni skont l-iskema stabbilita fit-Titolu III tkun imħejjija minn grupp stabbilit fi Stat Membru, l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru.

    L-Istat Membru għandu jeżamina bir-reqqa l-applikazzjoni b’mezzi xierqa biex jivverifika li din hija ġġustifikata u li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-iskema rispettiva.

    3. Bħala parti mill-eżami bir-reqqa msemmi fit-tieni subparagrafu, l-Istat Membru għandu jagħti bidu għal proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u li tipprovdi għal perjodu raġonevoli taż-żmien li matulu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tkun tista’ tressaq oppożizzjoni għall-applikazzjoni.

    4. Jekk, wara li jivvaluta kull oppożizzjoni li jkun irċieva, l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, huwa jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jibgħat l-inkartament tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni.

    L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha l-mezzi biex tagħmel appell.

    5. Meta l-applikazzjoni skont l-iskema stabbilita fit-Titolu II tkun marbuta ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz, jew applikazzjoni skont l-iskema stabbilita fit-Titolu III tkun imħejjija minn grupp stabbilit f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni jew direttament jewinkella permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

    6. Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

    7. Biex tiffaċilita l-proċess tal-applikazzjoni u biex tiċċara aħjar il-forma u l-kontenut tal-applikazzjonijiet, inklużi tal-applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ iktar minn territorju nazzjonali wieħed, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi r-regoli meħtieġa.

    Artikolu 47 Eżami bir-reqqa mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għall-għanijiet tal-oppożizzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa, b’mezzi xierqa, applikazzjoni li tkun irċeviet skont l-Artikolu 46, sabiex tivverifika li din hija ġġustifikata u li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-iskema rispettiva. Dan l-eżami bir-reqqa m’għandux jieħu iktar minn sitt xhur.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tippubblika l-lista tal-ismijiet li għalihom ikunu tressqulha applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tat-tressiq tagħhom lill-Kummissjoni.

    2. Meta, fuq il-bażi tal-eżami bir-reqqa mwettaq skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, din għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tippubblika f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea :

    (a) id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-applikazzjonijiet skont l-iskema stabbilita fit-Titolu II;

    (b) l-ispeċifikazzjoni għall-applikazzjonijiet skont l-iskema stabbilita fit-Titolu III.

    Artikolu 48 Il-proċedura tal-oppożizzjoni

    1. Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu u li hija stabbilita f’pajjiż terz, jistgħu jressqu dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

    Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista’ tibgħat dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun stabbilita, f’perjodu taż-żmien li jippermetti li ssir oppożizzjoni skont il-paragrafu 1.

    2. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-ammissibbiltà tad-dikjarazzjonjiet ta’ oppożizzjoni.

    3. Meta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni tkun aċċettabbli, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew lill-persuna li tkun bagħtet l-oppożizzjoni u lill-awtorità jew lill-entità li tkun bagħtet l-applikazzjoni sabiex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa ma’ xulxin għal perjodu raġonevoli li m’għandux jaqbeż it-tliet xhur.

    4. Meta, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet ix-xierqa msemmija fil-paragrafu 3, id-dettalji ppubblikati skont l-Artikolu 47(2) ikunu ġew emendati b’mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-eżami bir-reqqa msemmi fl-Artikolu 47(1).

    5. Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni u d-dokumenti relatati magħha li jintbagħtu lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

    6. Sabiex tistabbilixxi proċeduri ċari u l-limiti taż-żmien għall-oppożizzjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi r-regoli għall-proċess tal-oppożizzjoni.

    Artikolu 49 Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni

    1. Meta, fuq il-bażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, u wara l-eżami bir-reqqa mwettaq skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma jkunux ġew issodisfati, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tiddeċiedi li tirrifjuta l-applikazzjoni.

    2. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda oppożizzjoni aċċettabbli skont l-Artikolu 48, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tirreġistra l-isem.

    3. Jekk il-Kummissjoni tirċievi oppożizzjoni aċċettabbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet ix-xierqa msemmija fl-Artikolu 48(3), u filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet, jew:

    (a) f’każ li jkun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, u, jekk ikun hemm bżonn, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 47(2), dejjem jekk it-tali emendi ma jkunux sostanzjali jew,

    (b) f’każ li ma jkunx intlaħaq ftehim, tieħu deċiżjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    4. L-atti tar-reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar ir-rifjut għandhom jiġu ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 50 Emenda għal speċifikazzjoni ta’ prodott

    1. Grupp li jkollu interess leġittimu jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda għal speċifikazzjoni ta’ prodott.

    L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu r-raġunijiet għall-emendi mitluba.

    2. Meta l-emenda tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar għall-ispeċifikazzjoni li ma jkunux minuri, l-applikazzjoni għall-emenda għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 46, 47, 48 u 49.

    Madankollu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. F’każ li tapprovaha, hija għandha tippubblika l-elementi msemmija fl-Artikolu 46(2) f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Emenda ma tistax titqies bħala waħda minuri jekk din ikollha x’taqsam ma’ bidla fl-isem irreġistrat jew jekk din iżżid ir-restrizzjonijiet fuq it-tħaddim tas-suq uniku.

    3. Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv tal-applikazzjoni għal emenda, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi d-definizzjoni u l-ambitu tal-emendi minuri, kif ukoll il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni għal emenda.

    Artikolu 51 Tħassir

    1. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita fil-każijiet li ġejjin:

    (a) meta ma tkunx żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni,

    (b) meta ma jkun tqiegħed fis-suq l-ebda prodott taħt l-ispeċjalità tradizzjonali garantita, id-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas ħames snin.

    Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat bl-isem irreġistrat, tħassar ir-reġistrazzjoni korrispondenti.

    2. Sabiex tiddefinixxi proċeduri ċari u sabiex tiżgura li l-partijiet kollha jkollhom l-opportunità li jiddefendu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi r-regoli dwar il-proċess ta’ tħassir.

    Titolu VI

    DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U FINALI Kapitolu I Ir-regoli proċedurali

    Artikolu 52 Setgħat tal-Kummissjoni

    Ħlief hekk kif speċifikat b’mod ċar mod ieħor f’dan ir-Regolament, f’każ fejn jingħataw setgħat lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 53 fil-każ tal-atti delegati u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 fil-każ tal-atti ta’ implimentazzjoni.

    Artikolu 53 Atti delegati

    1. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat jew le għandha tgħarraf lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni, tal-inqas xahar qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u għandha tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet li jista’ jkun hemm għar-revoka.

    Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iżjed tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiżdied b’xahrejn.

    Jekk meta jiskadi dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

    L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebhom joġġezzjonaw għalih.

    Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għall-att delegat għandha tiddikjara għaliex qiegħda toġġezzjona għalih.

    Artikolu 54 Atti ta’ implimentazzjoni

    [Meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna tal-Kumitat għall-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli u għandha tapplika l-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy]( għandu jimtela wara li jiġi adottat ir-Regolament dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li qed jiġi diskuss dal-ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ).]

    Kapitolu IIRevoka u regoli finali

    Artikolu 55 Revoka

    1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 b’dan għandhom jitħassru.

    Madankollu, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandhom ikomplu japplikaw f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjonijiet marbutin ma’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu tat-Titolu III li l-Kummissjoni tirċievi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassrin għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 56 Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President […] […]

    ANNESS I

    Prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)

    I. DENOMINAZZJONIJIET TAL-ORIġINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIċI

    - birra,

    - ċikkulata u prodotti miksubin minnha,

    - ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,

    - xarbiet magħmulin mill-estratti tal-pjanti,

    - għaġin,

    - melħ,

    - gomma u raża naturali,

    - għaġna tal-mustarda,

    - ħuxlief,

    - żjut essenzjali,

    - sufra,

    - kuċċinilja,

    - fjuri u pjanti ornamentali,

    - qoton,

    - suf,

    - qasab,

    - kittien imħabbat (mimxut – bil-fibri separati).

    II. Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    - ikliet ippreparati,

    - birra,

    - ċikkulata u prodotti miksubin minnha,

    - ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,

    - xarbiet magħmulin mill-estratti tal-pjanti,

    - għaġin.

    ANNESS II

    Termini tal-kwalità mhux obbligatorji

    Kategorija tal-prodott (b’referenza għall-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda fejn japplika) | Terminu tal-kwalità mhux obbligatorju | Att li jagħti definizzjoni tat-terminu u l-kundizzjonijiet tal-użu |

    Laħam tat-tjur (kodiċi tan-NM bin-numru 0207, kodiċi tan-NM bin-numru 0210) | Mitmugħin | L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 |

    Trobbija estensiva ġewwa / ġol-matmura |

    Trobbija barra |

    Trobbija barra tradizzjonali |

    Trobbija barra – libertà totali |

    L-età meta jinqatlu |

    It-tul tal-perjodu tat-tismin |

    Bajd (kodiċi tan-NM bin-numru 0407) | Frisk | L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 |

    Ekstra jew frisk ħafna | L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 |

    Indikazzjoni dwar kif it-tiġieġ tal-bajd ikunu ntemgħu | L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 |

    Għasel (kodiċi tan-NM bin-numru 0409) | Oriġini mill-fjuri jew mill-ħaxix | L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/110/KE |

    Oriġini reġjonali |

    Oriġini territorjali |

    Oriġini topografika |

    Kriterji speċifiċi tal-kwalità |

    Żejt taż-żebbuġa (kodiċi tan-NM bin-numru 1509) | L-ewwel għasir kiesaħ | L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 |

    Estrazzjoni kiesħa |

    Aċidità |

    Qawwi |

    Togħma ta’ frott: misjur jew aħdar |

    Qares |

    Intens |

    Medju |

    Ħafif |

    Ibbilanċjat sew |

    Żejt mhux qawwi |

    Ħalib u prodotti tal-ħalib (kodiċi tan-NM bin-numru 04) | Butir tradizzjonali | L-Artikolu 115 u l-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 |

    Xaħmijiet li jistgħu jiddelku (kodiċijiet tan-NM bin-numri 0405 u ex 2106, bin-numru ex 1517, bin-numri ex 1517 u ex 2106) | Kontenut imnaqqas tax-xaħam |

    ANNESS III

    Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(3)

    IR-REGOLAMENT (KE) NRU 509/2006

    Ir-Regolament (KE) Nru 509/2006 | Dan ir-Regolament |

    L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 2(1) |

    L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 2(3) |

    L-Artikolu 1(3) | L-Artikolu 2(4) |

    L-Artikolu 2(1)(a) | L-Artikolu 3(6) |

    L-Artikolu 2(1)(b) | L-Artikolu 3(4) |

    L-Artikolu 2(1)(ċ) | - |

    L-Artikolu 2(1)(d) | L-Artikolu 3(3) |

    L-ewwel sat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) | - |

    Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 46(1) |

    L-Artikolu 3 | L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) |

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 18(1) |

    L-Artikolu 4(2) | L-Artikolu 18(2) |

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) | - |

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) | L-Artikolu 18(3) |

    L-Artikolu 5(1) | L-Artikolu 40(1) |

    L-Artikolu 5(2) | L-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 40(2) |

    L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 19(1) |

    L-Artikolu 6(1)(a) | L-Artikolu 19(2)(a) |

    L-Artikolu 6(1)(b) | L-Artikolu 19(2)(b) |

    L-Artikolu 6(1)(ċ) | L-Artikolu 19(2)(c) |

    L-Artikolu 6(1)(d) | - |

    L-Artikolu 6(1)(e) | L-Artikolu 19(2)(d) |

    L-Artikolu 6(1)(f) | - |

    L-Artikolu 7(1) u (2) | L-Artikolu 46(1) |

    L-Artikolu 7(3)(a) u (b) | L-Artikolu 20(1)(a) u (b) |

    L-Artikolu 7(3)(ċ) | - |

    L-Artikolu 7(3)(d) | - |

    L-Artikolu 7(4) | L-Artikolu 46(2) |

    L-Artikolu 7(5) | L-Artikolu 46(3) |

    L-Artikolu 7(6)(a) sa (ċ) | L-Artikolu 46(4) |

    L-Artikolu 7(6)(d) | L-Artikolu 20(2) |

    L-Artikolu 7(7) | L-Artikolu 46(5) |

    L-Artikolu 7(8) | L-Artikolu 46(6) |

    L-Artikolu 8(1) | L-Artikolu 47(1) |

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) | It-tieni inċiż tal-Artikolu 47(2) |

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) | L-Artikolu 49(1) |

    L-Artikolu 9(1) u (2) | L-Artikolu 48(1) |

    L-Artikolu 9(3) | L-Artikolu 21(1) u (2) |

    L-Artikolu 9(4) | L-Artikolu 49(2) |

    L-Artikolu 9(5) | L-Artikolu 49(3) u (4) |

    L-Artikolu 9(6) | L-Artikolu 48(5) |

    L-Artikolu 10 | L-Artikolu 51 |

    L-Artikolu 11 | L-Artikolu 50 |

    L-Artikolu 12 | L-Artikolu 23 |

    L-Artikolu 13(1) | - |

    L-Artikolu 13(2) | L-Artikolu 23(1) |

    L-Artikolu 13(3) | - |

    L-Artikolu 14(1) | L-Artikolu 33(1) |

    L-Artikolu 14(2) | L-Artikolu 43(1) |

    L-Artikolu 14(3) | It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(3) |

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) | L-Artikolu 33(3)(a) u l-Artikolu 34(1) |

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 15(1) | L-Artikolu 36(1) |

    L-Artikolu 15(2) | L-Artikolu 34(2) |

    L-Artikolu 15(3) | L-Artikolu 36(2) |

    L-Artikolu 15(4) | L-Artikolu 33(2) |

    L-Artikolu 16 | - |

    L-Artikolu 17(1) u (2) | L-Artikolu 24(1) |

    L-Artikolu 17(3) | L-Artikolu 24(2) |

    L-Artikolu 18 | L-Artikolu 54 |

    L-Artikolu 19(1)(a) | L-Artikolu 19(3) |

    L-Artikolu 19(1)(b) | L-Artikolu 46(8) |

    L-Artikolu 19(1)(ċ) | L-Artikolu 46(8) |

    L-Artikolu 19(1)(d) | L-Artikolu 22(2) |

    L-Artikolu 19(1)(e) L-Artikolu 19(1)(f) | L-Artikolu 21(3) L-Artikolu 51(2) |

    L-Artikolu 19(1)(g) | L-Artikolu 23(5) |

    L-Artikolu 19(1)(h) | L-Artikolu 50(3) |

    L-Artikolu 19(1)(i) | - |

    L-Artikolu 19(2) | L-Artikolu 25(1) |

    L-Artikolu 19(3)(a) | - |

    L-Artikolu 19(3)(b) | L-Artikolu 25(2) |

    L-Artikolu 20 | L-Artikolu 44 |

    L-Artikolu 21 | L-Artikolu 55 |

    L-Artikolu 22 | L-Artikolu 56 |

    L-Anness I | L-Anness I |

    IR-REGOLAMENT (KE) NRU 510/2006

    Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 | Dan ir-Regolament |

    L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) |

    L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 2(3) |

    L-Artikolu 1(3) | L-Artikolu 2(4) |

    L-Artikolu 2 | L-Artikolu 5 |

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 6(1) |

    It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 38(1), (2) u (3) |

    L-Artikolu 3(2), (3) u (4) | L-Artikolu 6(2), (3) u (4) |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 7 |

    L-Artikolu 5(1) | L-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 46(1) |

    L-Artikolu 5(2) | L-Artikolu 46(1) |

    L-Artikolu 5(3) | L-Artikolu 8(1) |

    L-Artikolu 5(4) | L-Artikolu 46(2) |

    L-Artikolu 5(5) | L-Artikolu 46(3) |

    L-Artikolu 5(6) | L-Artikolu 9 u l-Artikolu 15(3) |

    L-Artikolu 5(7) | L-Artikolu 8(2) |

    L-Artikolu 5(8) | - |

    L-Artikolu 5(9) | It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) |

    L-Artikolu 5(10) | L-Artikolu 46(6) |

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 47(1) |

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) | L-ewwel inċiż tal-Artikolu 47(2) |

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) | L-Artikolu 49(1) |

    L-Artikolu 7(1) | L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1) |

    L-Artikolu 7(2) | It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(1) |

    L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 10 |

    L-Artikolu 7(4) | L-Artikolu 49(2) u l-Artikolu 49(4) |

    L-Artikolu 7(5) | L-Artikolu 49(3) u (4) u l-Artikolu 48(4) |

    L-Artikolu 7(6) | L-Artikolu 11 |

    L-Artikolu 7(7) | L-Artikolu 48(5) |

    L-Artikolu 8 | L-Artikolu 12 |

    L-Artikolu 9 | L-Artikolu 50 |

    L-Artikolu 10(1) | L-Artikolu 33(1) |

    L-Artikolu 10(2) | L-Artikolu 43(1) |

    L-Artikolu 10(3) | It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(3) |

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 11(1) | L-Artikolu 33(3)(a) u l-Artikolu 34(1) |

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) | L-Artikolu 36(1) |

    L-Artikolu 11(2) | L-Artikolu 34(2) |

    L-Artikolu 11(3) | L-Artikolu 36(2) |

    L-Artikolu 11(4) | L-Artikolu 33(2) |

    L-Artikolu 12 | L-Artikolu 51 |

    L-Artikolu 13(1) | L-Artikolu 13(1) |

    L-Artikolu 13(2) | L-Artikolu 13(2) |

    L-Artikolu 13(3) | L-Artikolu 15(1) |

    L-Artikolu 13(4) | L-Artikolu 15(2) |

    L-Artikolu 14 | L-Artikolu 14 |

    L-Artikolu 15 | L-Artikolu 54 |

    L-Artikolu 16(a) | L-Artikolu 5(3) |

    L-Artikolu 16(b) | L-Artikolu 7(3) |

    L-Artikolu 16(ċ) | L-Artikolu 46(7) |

    L-Artikolu 16(d) | L-Artikolu 46(8) |

    L-Artikolu 16(e) | - |

    L-Artikolu 16(f) | L-Artikolu 48(6) |

    L-Artikolu 16(g) | L-Artikolu 12(5) |

    L-Artikolu 16(h) | L-Artikolu 50(3) |

    L-Artikolu 16(i) | L-Artikolu 11(4) |

    L-Artikolu 16(j) | - |

    L-Artikolu 16(k) | L-Artikolu 51(2) |

    L-Artikolu 17 | L-Artikolu 16 |

    L-Artikolu 18 | L-Artikolu 44 |

    L-Artikolu 19 | L-Artikolu 55 |

    L-Artikolu 20 | L-Artikolu 56 |

    L-Anness I u l-Anness II | L-Anness I |

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | CM/JGS/tm/10/717666 Rev1 6.0.2010.1 |

    DATA: 24/11/2010 |

    1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 04 05 02 | APPROPRJAZZJONIJIET: Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) ta’ EUR 22.5 miljun Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) ta’ EUR 9 miljun |

    2. | TITLU: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli. |

    3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |

    4. | GĦANIJIET: Sabiex tiddaħħal fis-seħħ politika koerenti dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, li għandha l-għan li tgħin lill-bdiewa jikkomunikaw aħjar il-kwalitajiet, il-karatteristiċi u l-attributi tal-prodotti agrikoli lill-konsumaturi. |

    5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | FUQ PERJODU TA’ TNAX-IL XAHAR (f’miljuni ta’ Euro) | IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI l-2010 (f’miljuni ta’ Euro) | IS-SENA FINANZJARJA TA’ WARA l-2011 (f’miljuni ta’ Euro) |

    5.0 | NEFQA - IMĦALLSA MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - IMĦALLSA MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI - IMĦALLSA MINN SETTURI OĦRAJN | AI: 0.150 AĦ: 0.150 | - | - |

    5.1 | DĦUL - MIR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - FIL-LIVELL NAZZJONALI | - | - |

    Għall-2012 | Għall-2013 | Għall-2014 | Għall-2015 |

    5.0.1 | IN-NEFQA STMATA | AI: 0.110 AĦ: 0.110 | AI: 0.150 AĦ: 0.150 | AI: 0.150 AĦ: 0.150 | AI: 0.150 AĦ: 0.150 |

    5.1.1 | ID-DĦUL STMAT |

    5.2 | METODU TAL-KALKOLU: |

    6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLIN FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

    6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

    6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

    6.3 | SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE |

    OSSERVAZZJONIJIET: L-istima inizjali tal-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-miżuri previsti fl-Artikolu 46(3), b’mod partikulari għar-reġistrazzjoni u l-ħarsien tal-lowgos, tal-indikazzjonijiet u tat-taqsiriet f’pajjiżi terzi, tammonta għal EUR 110 000 għall-2012 u għal EUR 150 000 għal kull sena mill-2013 ’il quddiem. Il-fondi previsti għall-2014 u għall-2015 huma suġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet f’dawk is-snin. |

    [1] Żieda mal-abbozz tal-minuti; l-2720 laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (l-Agrikoltura u s-Sajd), l-20 ta’ Marzu 2006 (7702/06 ADD1).

    [2] COM(2008) 641, 15.10.2008.

    [3] COM(2009) 234, 28.5.2009.

    [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12), li ħassar u ħa post ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-iskemi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi jeżistu wkoll fis-settur tal-inbid, kif ukoll għall-ispirti u għall-inbejjed aromatizzati.

    [5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1-11).

    [6] COM(2010) 672 finali, 18.11.2010.

    [7] COM(2010) 2020, 3.3.2010.

    [8] Mill-15 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2008.

    [9] http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/09/st10/st10722.mt09.pdf

    [10] http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0088+0+DOC+XML+V0//MT

    [11] http://eescopinions.eesc.europa.eu/EESCopinionDocument.aspx?identifier=ces\nat\nat448\ces105-2010_ac.doc&language=MT

    [12] http://coropinions.cor.europa.eu/CORopinionDocument.aspx?identifier=cdr\deve-iv\dossiers\deve-iv-048\cdr315-2009_fin_ac.doc&language=MT

    [13] Il-Ftehim ta’ Liżbona dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u r-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom (1958).

    [14] Kwalunkwe assoċjazzjoni, tkun liema tkun il-forma jew il-kompożizzjoni legali tagħha, ta’ produtturi jew proċessuri li jaħdmu bl-istess prodott.

    [15] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 45.

    [16] ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

    [17] ĠU C , , p. .

    [18] ĠU C , , p. .

    [19] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, COM(2010) 2020.

    [20] ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

    [21] ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

    [22] ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

    [23] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

    [24] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    [25] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 45.

    [26] ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    [27] ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

    [28] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

    [29] COM(2009) 234 finali.

    [30] ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament imħassar u mibdul bir-Regolament (KE) Nru 510/2006.

    [31] ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

    [32] ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

    [33] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

    [34] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

    [35] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    [36]

    [37] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    [38] ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

    Top