This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0726
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on energy market integrity and transparency
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija
/* KUMM/2010/0726 finali - COD 2010/0363*/
/* KUMM/2010/0726 finali - COD 2010/0363*/ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 8.12.2010 KUMM(2010) 726 finali 2010/0363 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija {SEG(2010) 1510 finali}{SEG(2010) 1511 finali} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest tal-Proposta L-iżvilupp ta’ kambji tal-enerġija u kuntratti standardizzati f’suq barra l-Borża (OTC – over-the-counter) li jiġbdu firxa wiesgħa ta’ atturi inklużi l-produtturi u l-fornituri, l-utenti l-kbar tal-enerġija, in-negozjanti puri, l-istituzzjonijiet finanzjarji u faċilitaturi oħrajn tan-negozju kien eżitu pożittiv ta' għaxar snin ta’ liberalizzazzjoni tas-swieq tal-gass u tal-elettriku. Is-swieq tal-enerġija kompetittivi u integrati Ewropej jappoġġaw l-innovazzjoni u l-effiċjenza. Is-swieq fondi u likwidi tal-operaturi tal-gass u tal-elettriku jagħtu fiduċja lin-negozji li jistgħu jirreaġixxu b’mod flessibbli għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-swieq – billi jsostnu l-investiment f’ġenerazzjoni u f’infrastruttura ġodda, li huma meħtieġa bħala parti mit-trasformazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa. Il-prezzijiet fis-swieq tal-operaturi jiddeterminaw ukoll il-kostijiet tal-enerġija għad-djar u għan-negozji. Għalhekk, iċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet irid ikollhom fiduċja fl-integrità ta’ dawn is-swieq tal-enerġija tal-operaturi. Jekk ma jkunx indirizzat b’mod effettiv, il-potenzjal għal prattiki ta' negozjar żleali jdgħajjef il-fiduċja tal-pubbliku, jiskoraġġixxi l-investiment, iżid il-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija u jista’ jwassal għal prezzijiet ogħla tal-enerġija b’mod ġenerali. F’Diċembru 2007, il-Kummissjoni talbet il-parir tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRTE) u tal-Grupp Ewropew tar-Regolaturi għall-Elettriku u l-Gass (ERGEG) dwar kwistjonijiet relatati mat-trasparenza tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi u mal-abbuż tas-suq. It-tweġiba tagħhom kienet li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tiżviluppa u tevalwa proposti għal qafas bażiku dwar l-abbużi tas-suq magħmul apposta għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni dwar is-settur tal-enerġija għall-prodotti kollha tal-elettriku u tal-gass li mhumiex koperti mid-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq[1]. Dan il-parir kien ir-riżultat tas-sejbiet tagħhom li s-sistema eżistenti wasslet għal nuqqasijiet fir-regoli applikabbli u fil-livell ta’ trasparenza. 2. Konsultazzjoni tal-Partijiet Interessati F’Mejju 2009, id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (li kine id-DĠ TREN) organizza grupp ta' ħidma sabiex jiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati u jiddiskuti l-aħjar mod biex tkun żviluppata sistema ta’ monitoraġġ sabiex jiġu żgurati l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija. It-tieni grupp ta' ħidma ġie organizzat f’Ottubru 2009 b’parteċipazzjoni wiesgħa min-naħa tal-industrija u ppreżenta s-sisien bażiċi ta’ sistema ta’ integrità tas-swieq speċifika għas-settur. Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija ppreżenta abbozz ta’ dokument ta’ diskussjoni[2] fil-Forum Regolatorju Ewropew dwar l-Elettriku (il-Forum ta’ Firenze) f'Diċembru 2009 u fil-Forum Regolatorju Ewropew dwar il-Gass (il-Forum ta’ Madrid) f'Jannar 2010. Il-partijiet interessati ntalbu jressqu l-proposti u l-fehmiet tagħhom dwar l-għażliet ta’ politika ppreżentati sa Frar 2010. Bejn il-31 ta’ Mejju 2010 u t-23 ta’ Lulju 2010 ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika sħiħa. L-informazzjoni kollha dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, id-dokumenti u l-preżentazzjonijiet li ntużaw fil-laqgħat mal-partijiet interessati huma disponibbli fuq il-websajt tad-DĠ ENER[3]. 3. Valutazzjoni tal-Impatt Din il-proposta hija akkumpanjata minn Valutazzjoni tal-Impatt li teżamina fid-dettall l-għażliet sabiex ikunu żgurati l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija. Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni[4]. 4. Elementi Legali tal-Proposti 4.1. Bażi legali Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 194(2) TFUE. Dan l-artikolu jipprovdi li fil-kuntest tal-istabbiliment u tal-funzjonament tas-suq intern, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira, fost l-oħrajn, li tiżgura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija u għalhekk hija l-iktar bażi legali xierqa għal Regolament f’dan il-qasam. Regolament huwa l-iktar strument legali xieraq sabiex ikunu stabbiliti regoli konsistenti li japplikaw għas-swieq transkonfinali tal-enerġija, b’funzjoni ta’ monitoraġġ fil-livell Ewropew u infurzar ikkoordinat fl-Istati Membri kollha. 4.2. Sussidjarjetà u proporzjonalità 4.2.1. Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, japplika sa fejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Is-swieq tal-enerġija tal-operaturi huma kruċjali għall-benesseri taċ-ċittadini tal-Ewropa, u għall-kompetittività tan-negozji tal-Ewropa, kif ukoll għas-suċċess tal-politika tal-enerġija tal-UE. Kif għamluha ċara fil-parir tagħhom lill-Kummissjoni, ir-regolaturi finanzjarji u r-regolaturi tal-enerġija ma jistgħux jindirizzaw b’mod effettiv it-tħassib rigward l-abbuż tas-suq minħabba kombinazzjoni ta’ fallimenti marbuta mal-informazzjoni u r-regolamentazzjoni mhux kompluta. Kulma jmur, is-swieq tal-enerġija tal-UE qegħdin dejjem iktar jaqsmu l-fruntieri nazzjonali f’termini ta’ fejn isiru n-negozjar, il-produzzjoni u l-konsum. B’riżultat ta' dan, il-prezzijiet jiġu stabbiliti abbażi tal-provvista u tad-domanda f’diversi pajjiżi[5]. L-akkoppjar tas-swieq bejn il-kambji tal-enerġija mal-UE kollha[6], li huwa previst li jkun implimentat sal-2015, se jirrinforza dan, kif se tagħmel ukoll iċ-ċaqliqa għal negozju tal-gass ibbażat f'post ċentrali flimkien ma’ tariffi għat-trażmissjoni tad-dħul/ħruġ tal-gass. Barra minn hekk, is-swieq tal-enerġija tal-operaturi jinkludu kambji organizzati u ftehimiet ta' negozjar f’suq barra l-Borża (OTC). B’mod partikolari, it-tranżazzjonijiet OTC ta’ spiss jiġu konklużi barra l-pajjiż li miegħu jkunu relatati n-negozji. Ftehimiet ta’ negozjar ta’ din ix-xorta jinfluwenzaw ukoll in-negozjar fil-kambji tal-enerġija. Huwa evidenti li l-abbużi tas-suq li jseħħu f’suq speċifiku mhumiex se jkunu limitati għal Stat Membru wieħed imma, inevitabbilment, se jkollhom impatti fl-Unjoni Ewropea kollha, l-istess kif imġiba antikompetittiva fis-swieq tal-enerġija jista’ jkollha effetti fuq in-negozju bejn l-Istati Membri u tista’ taffettwa lill-klijenti fis-suq intern kollu[7] . Għalhekk, huma meħtieġa regoli konsistenti fis-suq intern kollu flimkien ma’ mekkaniżmu biex l-awtoritajiet ikollhom aċċess għal informazzjoni mill-Unjoni kollha ħalli jifhmu b’mod sħiħ l-iżviluppi fis-swieq. Qed isiru tentattivi fil-livell nazzjonali sabiex ikun implimentat il-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija[8]. Meta tiġi kkunsidrata l-organizzazzjoni tas-swieq tal-enerġija, se jkun diffiċli għall-Istati Membri individwali biex ikollhom aċċess għall-firxa ta’ dejta meħtieġa biex jiżguraw li l-abbuż tas-suq ikun individwat u skoraġġut b’mod effettiv. Mingħajr azzjoni fil-livell tal-UE, dawn l-inizjattivi jistgħu joktru u jirriskjaw li jesponu lill-parteċipanti fis-swieq għal sistemi kunfliġġenti u mhux ikkoordinati. Minħabba n-natura transkonfinali tal-problema, jidher ċar li l-azzjoni tal-UE għandha rwol essenzjali biex tkun żgurata l-integrità tas-swieq tal-enerġija Ewropej. Koordinazzjoni mal-UE kollha tista’ tiżgura li l-benefiċċji tas-suq intern fl-enerġija ma jintilfux minħabba mġiba fis-suq li ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negozji fil-proċess tal-formazzjoni tal-prezzijiet, meta l-imġiba sseħħ fi Stat Membru differenti minn fejn jinħassu l-effetti tagħha. Ir-Regolament se joħloq qafas li jiddefinixxi regoli li huma konsistenti u adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-enerġija u mfassla sabiex jindividwaw u jiskoraġġixxu b’mod effettiv l-abbuż tas-suq. Jipprevedi li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija)[9] se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti taħt id-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn sabiex is-swieq tal-elettriku u tal-gass jiġu mmonitorjati, u jkun żgurat li tittieħed azzjoni ta’ infurzar effettiva u kkoordinata. L-awtoritajiet tal-Istati Membri mhux biss għandhom interess dirett fl-eżiti tas-swieq tagħhom, imma jġibu wkoll fehim sinifikanti tal-evoluzzjoni tal-eżiti tas-swieq fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Għalhekk, ir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà se jkun kruċjali sabiex tkun żgurata l-effikaċja tal-azzjoni tal-UE. Dan ir-Regolament se jiffaċilita monitoraġġ iktar effiċjenti fil-livell nazzjonali, billi jagħti lill-awtoritajiet fil-livell nazzjonali aċċess għal dejta komprensiva, u anki billi jiżgura li l-Aġenzija tinkludi l-perspettiva Ewropea x-xierqa tas-swieq tal-elettriku u tal-gass, u l-għarfien espert meħtieġ fit-tħaddim tas-swieq u tas-sistemi tal-elettriku u u tal-gass Ewropej. 4.2.2. Prinċipju ta’ proporzjonalità Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 3(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-impatt tagħha fuq dawk li jinnegozjaw fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi, sabiex tikseb l-għan maħsub li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija billi tiżgura l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi. 4.3. Spjegazzjoni dettaljata 4.3.1. Regoli ċari u konsistenti Ir-Regolament jiżviluppa regoli li b’mod ċar jipprojbixxu l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-elettriku tal-operaturi u ta' prodotti relatati, u fis-swieq tal-gass naturali tal-operaturi u ta’ prodotti relatati. Dawn ir-regoli jinkludu projbizzjonijiet ċari fuq in-negozjar permezz ta’ informazzjoni privileġġata, u permezz ta’ manipulazzjoni tas-suq. Dawn ir-regoli huma fformulati b’tali mod li huwa konsistenti mad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq, u ma japplikawx għal strumenti finanzjarji li diġà huma koperti minn dik id-Direttiva. B’riżultat ta’ dan, in-nuqqasijiet identifikati mill-KRTE u mill-ERGEG se jiġu eliminati, u l-abbuż tas-suq se jkun ipprojbit b’mod espliċitu fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. 4.3.2. Regoli adattabbli u kompatibbli Ir-Regolament jippermetti li dawn ir-regoli jkunu speċifikati f’atti delegati tal-Kummissjoni. Ir-reazzjonijiet tal-industrija għall-konsultazzjoni pubblika ffavorixxew dan l-approċċ, li jippermetti li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-enerġija, li huma soġġetti għal bidla. Hawnhekk huwa rilevanti li l-adozzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk taħt il-leġiżlazzjoni dwar it-Tielet Pakkett tal-Liberalizzazzjoni tal-Enerġija, se ġġib bosta bidliet fil-mod li bih jaħdmu s-swieq transkonfinali. Dan l-approċċ se jippermetti li r-regolaturi finanzjarji jqisu regolamenti dettaljati ta’ din ix-xorta fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (MAD) għall-istrumenti finanzjarji relatati mal-enerġija. 4.3.3. Il-miżuri għal individwazzjoni u skoraġġiment effettivi Monitoraġġ tas-swieq Sabiex jiġi individwat abbuż tas-suq, huwa meħtieġ osservatorju tas-swieq li jiffunzjona b’mod effettiv u b’aċċess f’waqtu għal dejta tranżazzjonali kompluta. Il-monitoraġġ tas-swieq fil-livell tal-UE jista’ jadotta l-perspettiva olistika meħtieġa għall-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija. L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija) għandha l-għarfien espert meħtieġ fis-swieq tal-enerġija, u l-konnessjonijiet istituzzjonali mar-regolaturi tal-enerġija nazzjonali għal dan ir-rwol. Ir-Regolament jipprovdi biex l-Aġenzija tiġbor, tanalizza u tikkondividi dejta mis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. L-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ir-regolaturi finanzjarji u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, għandhom interess dirett fir-riżultati tas-swieq u joffru fehim vitali tas-swieq fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Għalhekk, il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali hija ċentrali għall-monitoraġġ previst. Rappurtar tad-Dejta Ir-Regolament jeżiġi li l-parteċipanti fis-suq jipprovdu lill-Aġenzija b’reġistru tat-tranżazzjonijiet tagħhom fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi. Il-forma, il-kontenut u l-iskedar tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta se jkunu stabbiliti fl-atti delegati tal-Kummissjoni. Dawn se jkunu bbażati fuq l-abbozz tal-linji gwida żviluppati mill-Aġenzija. Dawn il-linji gwida se jipprovdu għal diversi kanali għar-rappurtar tad-dejta. Dan se jimminimizza l-piż fuq il-parteċipanti fis-suq u se jevita obbligi ta’ rappurtar doppju fuq l-entitajiet koperti mid-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq. Investigazzjoni u Infurzar Fejn ikun issuspettat abbuż tas-suq, il-monitoraġġ tas-swieq se jkun akkumpanjat minn investigazzjoni effettiva li, fejn ikun meħtieġ, twassal għal sanzjonijiet xierqa. Ir-Regolament jagħti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali r-rwol ewlieni f’dan ir-rigward, u jeżiġi li l-Istati Membri jagħtuhom is-setgħat meħtieġa biex jinvestigaw abbuż tas-suq suspettat u jistipulaw regoli xierqa dwar is-sanzjonijiet applikabbli f’każ ta’ vjolazzjonijiet tar-Regolament. Ir-Regolament jirrikonoxxi wkoll li n-natura transkonfinali tas-swieq tal-enerġija tfisser li l-kooperazzjoni se tkun kruċjali. F’dan ir-rigward, l-ACER qed tingħata rwol importanti. F’kuntatt mill-qrib mar-regolaturi tal-enerġija u mas-superviżuri finanzjarji, hija se tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti fir-rigward ta’ abbuż tas-suq issuspettat, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiġu avżati dwar abbuż tas-suq potenzjali u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni. Dan ir-rwol ta’ koordinazzjoni se jkun partikolarment importanti meta investigazzjoni tkopri diversi Stati Membri jew ma jkunx ċar fejn seħħ tabilħaqq l-abbuż tas-suq issuspettat. Ir-Regolament jipprovdi għall-possibbiltà li jiġi stabbilit grupp investigattiv, ikkoordinat mill-Aġenzija imma li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. 5. Implikazzjonijiet Baġitarji Deskrizzjoni ġenerali tal-implikazzjoni ta’ din il-proposta hija ppreżentata fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanjaha. 2010/0363 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[10], Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[12], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi jkollhom fiduċja fl-integrità tas-swieq tal-elettriku u tal-gass u li l-prezzijiet stabbiliti fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi jirriflettu interazzjoni ġusta bejn il-provvista u d-domanda. (2) Il-parir tal-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u tal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Gass ikkonferma li l-ambitu tal-leġiżlazzjoni eżistenti jista’ ma jindirizzax b’mod xieraq il-kwistjonijiet tal-integrità tas-swieq fis-swieq tal-elettriku u tal-gass u rrakkomanda li jiġi kkunsidrat qafas leġiżlattiv xieraq fis-settur tal-enerġija, li jipprevjeni l-abbuż tas-suq. (3) Fl-Unjoni kollha, is-swieq tal-enerġija qegħdin isiru dejjem iktar interkonnessi. L-abbuż tas-suq fi Stat Membru wieħed jaffettwa l-prezzijiet tal-operaturi għall-elettriku u għall-gass min-naħa għall-oħra tal-fruntieri nazzjonali kollha. Għalhekk, l-interess li tkun żgurata l-integrità tas-swieq ma tistax tkun kwistjoni għall-Istati Membri individwali biss. (4) Is-swieq tal-enerġija tal-operaturi jinkludu kemm is-swieq tal-komoditajiet kif ukoll is-swieq ta’ derivati b’interkonnessjoni bejn il-formazzjoni tal-prezzijiet fiż-żewġ setturi. (5) Sa issa, il-prattiki tal-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija kienu speċifiċi għal kull Stat Membru u għal kull settur. Skont il-qafas kumplessiv tas-suq u s-sitwazzjoni regolatorja, dan jista’ jwassal biex l-attivitajiet ta’ negozjar jkunu soġġetti għal diversi ġurisdizzjonijiet u l-monitoraġġ jitwettaq minn diversi awtoritajiet differenti, possibbilment stabbiliti fi Stati Membri differenti. Dan jista’ jirriżulta f’nuqqas ta’ ċarezza rigward ta’ min hija r-responsabbiltà u anki f’sitwazzjoni fejn ma jeżistix monitoraġġ ta’ din ix-xorta. (6) Imġiba li ddgħajjef l-integrità tas-swieq tal-enerġija bħalissa mhijiex ipprojbita b’mod ċar f’uħud mill-iktar swieq tal-enerġija importanti. (7) In-negozjar tad-derivati u n-negozjar tal-komoditajiet jintużaw flimkien fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. Għalhekk huwa importanti li d-definizzjonijiet ta’ abbuż tas-suq, li jikkonsisti f’negozjar permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u f’manipulazzjoni tas-suq, ikunu kompatibbli bejn is-swieq tad-derivati u tal-komoditajiet. (8) Ir-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku[13] u li jħassar ir-Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali[14] jirrikonoxxu li jeħtieġ li jkun hemm aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u l-effiċjenza tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni kumplessiva tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għal bidliet fil-prezz tal-bejgħ tal-operaturi. (9) L-użu jew it-tentattiv li jsir użu minn informazzjoni privileġġata sabiex isir negozjar jew personali jew f’isem parti terza għandu jkun ipprojbit b’mod ċar. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata jista’ jikkonsisti wkoll fin-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi minn persuni li jafu, jew li suppost jafu, li l-informazzjoni li għandhom hija informazzjoni privileġġata. (10) Il-manipulazzjoni fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi tinvolvi li l-prezzijiet jinġiebu b’mod artifiċjali f’livell mhux iġġustifikat mid-disponibbiltà effettiva u mill-kostijiet effettivi tal-produzzjoni, mill-kapaċità effettiva tal-ħażna jew tat-trasport u mid-domanda effettiva. (11) L-ispeċifikazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-swieq hija meħtieġa sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi, li huma dinamiċi u soġġetti għal bidliet. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ regoli dettaljati ta’ din ix-xorta. (12) Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi[15] tal-Enerġija jippromwovi l-għanijiet tal-Artikolu 194 tat-Trattat. Li kieku dan l-Artikolu kien fis-seħħ meta kien adottat ir-Regolament (KE) Nru 713, kien jipprovdi l-bażi legali biex tiġi stabbilita l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija). (13) Monitoraġġ effiċjenti tas-swieq huwa vitali sabiex jiġi individwat u skoraġġut l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. L-Aġenzija qiegħda fl-aħjar pożizzjoni sabiex twettaq monitoraġġ ta’ din ix-xorta peress li għandha kemm perspettiva tal-Unjoni kollha fir-rigward tas-swieq tal-elettriku u tal-gass, kif ukoll l-għarfien espert meħtieġ fit-tħaddim tas-swieq u tas-sistemi tal-elettriku u tal-gass fl-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, peress li għandhom fehim sinifikanti tal-iżviluppi fis-swieq tal-enerġija fl-Istat Membru tagħhom, għandu jkollhom rwol importanti sabiex ikun żgurat monitoraġġ effiċjenti tas-swieq. (14) Monitoraġġ effiċjenti tas-swieq jeżiġi aċċess regolari għar-reġistri tat-tranżazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, il-parteċipanti fis-suq li jinnegozjaw prodotti tal-enerġija tal-operaturi għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu din l-informazzjoni lill-Aġenzija. (15) Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà meħtieġa fil-ġbir ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat li jistabbilixxu l-iskedar, il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li l-parteċipanti fis-suq ikunu meħtieġa jipprovdu. L-obbligi ta’ rappurtar ma għandhomx joħolqu kostijiet żejda għall-parteċipanti fis-suq. Persuni li jirrappurtaw tranżazzjonijiet lil awtorità kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[16] u lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet u awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati barra l-Borża, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom għalhekk ma jkunux soġġetti għal obbligi ta’ rappurtar addizzjonali taħt dan ir-Regolament. (16) Sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ effiċjenti tal-aspetti kollha ta’ negozjar fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex tagħti aċċess għall-informazzjoni li tirċievi dwar tranżazzjonijiet fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi lil awtoritajiet rilevanti oħrajn, b’mod partikolari lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) ---/---- tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [ir-Regolament dwar l-AETS – Proposta tal-Kummissjoni 2009/0144 (COD)], lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lill-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u lil awtoritajiet rilevanti oħrajn. (17) L-Aġenzija għandha tiżgura s-sigurtà operattiva tad-dejta li tirċievi, għandha tipprevjeni l-aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni miżmuma mill-Aġenzija u għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li d-dejta li tiġbor ma tintużax ħażin minn persuni b’aċċess awtorizzat għaliha. L-Aġenzija għandha wkoll tingħata assigurazzjoni li dawk l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għad-dejta miżmuma mill-Aġenzija se jkunu jistgħu jżomm livell daqstant għoli ta’ sigurtà. (18) Fejn l-informazzjoni ma tkunx kummerċjalment sensittiva, l-Aġenzija għandha tkun tista’ tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti fis-suq u ta’ pubbliku usa’. Trasparenza ta’ din ix-xorta tista’ tgħin sabiex tinbena fiduċja fis-suq u fl-iżvilupp ta’ għarfien dwar il-funzjonament tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi. (19) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi infurzat fl-Istat Membri. Għal dan il-għan, huma għandu jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu dan il-kompitu b’mod effiċjenti. (20) L-Aġenzija għandha tiżgura li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament issir b’mod ikkoordinat fl-Unjoni kollha, u tkun koerenti mal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)[17]. Peress li l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi ta’ spiss jaffettwa iktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandu jkollha rwol importanti sabiex tiżgura li l-investigazzjonijiet jitwettqu b’mod effiċjenti u koerenti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, hija għandha tkun tista’ tikkoordina l-ħidma tal-gruppi investigattivi magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati u, fejn ikun xieraq, ta’ awtoritajiet oħrajn. (21) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw approċċ ikkoordinat ħalli jingħeleb l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi li jinkludi kemm is-swieq tal-komoditajiet kif ukoll is-swieq tad-derivati. (22) Huwa importanti li l-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għal dawk li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. (23) Huwa importanti li s-sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament ikunu proporzjonati u dissważivi, u jirriflettu l-gravità tal-ksur u l-qligħ potenzjali minn negozjar abbażi ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq. Filwaqt li jirrikonoxxu l-interazzjonijiet bejn negozjar ta’ prodotti derivati tal-elettriku u tal-gass u negozjar effettiv tal-elettriku u tal-gass, is-sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mas-sanzjonijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE. (24) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun ipprovdut qafas armonizzat sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u l-integrità tas-swieq tal-enerġija, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-artikolu, dan ir-Regolament ma għandux imur lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jitwettaq dak il-għan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett, ambitu u relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jipprojbixxu prattiki abbużivi fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi koerenti ma’ dawk applikabbli fis-swieq finanzjarji. Huwa jipprovdi għall-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi mill-Aġenzija. Dan ir-Regolament japplika għan-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4 ma għandhomx japplikaw għall-prodotti tal-enerġija tal-operaturi li jkunu strumenti finanzjarji u li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/6/KE. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/6/KE u 2004/39/KE kif ukoll għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni Ewropea għall-prattiki koperti b’dan ir-Regolament. L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li jittieħed approċċ ikkoordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn l-azzjonijiet ikunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew iktar li fir-rigward tiegħu jew tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/6/KE u anki ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi wieħed jew iktar li għalih jew għalihom japplikaw id-dispożizzjonjiet tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1. “informazzjoni privileġġata” tfisser informazzjoni preċiża li ma saritx pubblika, relatata direttament jew indirettament ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi wieħed jew iktar u, li kieku ssir pubblika, tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l-prezzijiet ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi ta’ din ix-xorta; Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni li huwa probabbli li parteċipant raġonevoli fis-suq juża bħala parti mill-bażi għad-deċiżjoni tiegħu li jipparteċipa fi tranżazzjoni relatata ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi hija informazzjoni illi kieku ssir pubblika, huwa probbabbli li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi ta’ din ix-xorta. Informazzjoni ta’ din ix-xorta tinkludi informazzjoni relatata mal-kapaċità tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-tranżmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali, kif ukoll informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, ir-regoli tas-suq, u l-kuntratti jew l-użanzi fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi rilevanti. Pereżempju, l-informazzjoni li għandha ssir pubblika skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk ir-Regolamenti, jistgħu jikkostitwixxu informazzjoni privileġġata. 2. Manipulazzjoni tas-suq tfisser: 1. il-parteċipazzjoni fi tranżazzjonijiet jew il-ħruġ ta’ ordnijiet sabiex isir negozjar ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi, li: 2. tagħti, jew huwa probabbli li tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta’, id-domanda għal jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi; jew 3. tiżgura jew tipprova tiżgura, minn persuna jew persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni, il-prezz ta’ prodott jew ta’ diversi prodotti tal-enerġija tal-operaturi f’livell anormali jew artifiċjali, sakemm il-persuna li tkun ipparteċipat fit-tranżazzjonjiet jew ħarġet l-ordnijiet sabiex isir in-negozju ma tistabbilixxix li r-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan huma leġittimi u li dawn it-tranżazzjonijiet jew dawn l-ordnijiet biex isir negozju huma konformi mal-prattiki aċċettati tas-suq fis-suq tal-enerġija tal-operaturi konċernat; jew 4. tagħmel użu jew tipprova tagħmel użu minn mezzi fittizji jew minn kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew ta’ strataġemma; 5. tixrid ta’ informazzjoni li jagħti jew huwa probabbli li jagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward prodotti tal-enerġija tal-operaturi, inkluż it-tixrid ta’ għajdut u ta’ aħbarijiet foloz jew qarrieqa, fejn il-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew missha kienet taf, li din kienet falza jew qarrieqa. Fir-rigward tal-ġurnalisti, meta jaġixxu fil-kapaċità professjonali tagħhom, tixrid ta’ informazzjoni ta’ din ix-xorta għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-professjoni tagħhom, sakemm dawk il-persuni ma jiksbux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni inkwistjoni. Pereżempju, meta persuna tagħti l-impressjoni li d-disponibbiltà tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jew id-disponibbiltà tal-gass, jew id-disponibbiltà tal-kapaċità ta’ trażmissjoni tkun differenti mill-kapaċità li tkun effettivament u fiżikament disponibbli, dan jikkonsisti f’manipulazzjoni tas-suq. 3. “tentattiv sabiex ikun immanipulat is-suq” tfisser: 6. il-parteċipazzjoni fi tranżazzjoni, il-ħruġ ta’ ordni sabiex isir negozju jew it-teħid ta’ kwalunkwe azzjoni oħra relatata ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi bil-ħsieb li: 7. jingħataw sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta’, id-domanda għal jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi; 8. il-prezz ta’ prodott jew diversi prodotti tal-enerġija tal-operaturi jkun żgurat f’livell anormali jew artifiċjali; jew 9. isir użu minn mezzi fittizji jew minn kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew ta’ kompliċità relatata ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi 10. it-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż l-Internet, jew kwalunkwe mezz ieħor bil-ħsieb li jingħataw sinjali foloz jew qarrieqa rigward prodotti tal-enerġija tal-operaturi. 4. “prodotti tal-enerġija tal-operaturi” tfisser il-kuntratti u d-derivati li ġejjin, irrispettivament minn fejn jew kif jiġu nnegozjati: 11. kuntratti għall-provvista ta’ gass naturali jew ta’ elettriku; 12. derivati relatati ma’ gass naturali jew ma’ elettriku; 13. kuntratti relatati mat-trasport ta’ gass naturali jew ta’ elettriku; 14. derivati relatati mat-trasport ta’ gass naturali jew ta’ elettriku. Il-kuntratti għall-provvista ta’ gass naturali jew ta’ elettriku għall-użu tal-konsumaturi finali mhumiex prodotti tal-enerġija tal-operaturi. 5. “suq tal-enerġija tal-operaturi” tfisser kwalunkwe suq fl-Unjoni fejn jiġu nnegozjati prodotti tal-enerġija tal-operaturi; 6. “awtorità finanzjarja kompetenti” tfisser awtorità kompetenti nnominata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/6/KE; 7. “awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18] jew skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19]; 8. “operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni” għandha t-tifsira stabbilita fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/73/KE. Artikolu 3 Il-projbizzjoni tan-negozju permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni privileġġata 1. Persuni li jkollhom informazzjoni privileġġata b’rabta ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi għandhom jiġu pprojbiti milli: 15. jużaw dik l-informazzjoni billi jakkwistaw jew ibigħu, jew billi jippruvaw jakkwistaw jew ibigħu, għalihom infushom jew f’isem parti terza, kemm direttament kemm indirettament, prodotti tal-enerġija tal-operaturi li magħhom tkun relatata dik l-informazzjoni; 16. jiżvelaw dik l-informazzjoni lil kwalunkwe persuna oħra sakemm tali żvelar ma jsirx matul l-eżerċizzju normali tal-impjieg, tal-professjoni jew tad-dmirijiet tagħhom. F’dan il-każ, huma jridu jiżvelaw dik l-informazzjoni pubblikament b’mod komplet u effiċjenti. Fejn l-iżvelar ikun intenzjonali, l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni kollha fl-istess ħin. Fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonat, l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni kollha mill-iktar fis possibbli wara l-iżvelar mhux intenzjonat. Dan il-punt ma għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni jkollha obbligu ta’ kunfidenzjalità, irrispettivament minn jekk tali obbligu jkunx ibbażat fuq liġi, fuq regolamenti, fuq artikoli ta’ assoċjazzjoni jew fuq kuntratt; 17. jirrakkomandaw jew jipperswadu lil persuna oħra, fuq il-bażi ta’ informazzjoni privileġġata, biex takkwista jew tbigħ prodotti tal-enerġija tal-operaturi li magħhom tkun relatata dik l-informazzjoni 2. Il-projbizzjoni stabbilta fil-paragrafu 1 tapplika għall-persuni li ġejjin li jkollhom informazzjoni privileġġata relatata ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi: 18. membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ impriża; 19. persuni li jkollom ishma fil-kapital ta’ impriża; 20. persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju tal-impjieg, tal-professjoni jew tad-dmirijiet tagħhom; 21. persuni li akkwistaw tali informazzjoni permezz ta’ attività kriminali; 22. persuni li jafu, jew misshom jafu, li hija informazzjoni privileġġata. 3. Fejn il-persuna li jkollha informazzjoni privileġġata relatata ma’ prodott tal-enerġija tal-operaturi tkun persuna legali, il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-persuni naturali li jieħdu sehem fid-deċiżjoni biex titwettaq it-tranżazzjoni f’isem il-persuna legali konċernata. 4. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jiżvelaw pubblikament informazzjoni privileġġata dwar negozju jew faċilitajiet li l-parteċipant konċernat ikollu jew jikkontrolla jew li l-parteċipant ikun responsabbli għalih għal kwistjonijiet operattivi, jew b’mod sħiħ jew b’mod parzjali. Informazzjoni ta’ din ix-xorta għandha tinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali. Parteċipant fis-suq, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jista’ jdewwem l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata sabiex ma jippreġudikax l-interessi leġittimi tiegħu sakemm ma jkunx probabbli li omissjoni ta’ din ix-xorta tqarraq lill-pubbliku u sakemm il-parteċipant fis-suq ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni u ma jiħux deċiżjonijiet relatati ma’ negozju fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi bbażati fuq din l-informazzjoni. F’din is-sitwazzjoni, il-parteċipant fis-suq għandu jipprovdi din l-informazzjoni lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti filwaqt li jikkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(4). L-ewwel u t-tieni subparagrafi huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-parteċipanti fis-suq skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE, tad-Direttiva 2009/73/KE, tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk id-Direttivi u r-Regolamenti, b’mod partikolari rigward l-iskedar u l-metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni. 5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet li jsiru sabiex jitwettaq obbligu li jkun sar dovut ħalli jkunu akkwistati jew jinbigħu prodotti tal-enerġija tal-operaturi fejn dak l-obbligu jirriżulta minn ftehim li ġie konkluż qabel ma l-persuna konċernata kellha l-informazzjoni privileġġata. Il-paragrafi 1 (a) u (c) ma għandhomx japplikaw għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni meta jixtru l-gass jew l-elettriku sabiex jiżguraw li s-sistema taħdem f’sikurezza u f’sigurtà skont l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 12(d) u (e) tad-Direttiva 2009/72/KE jew l-Artikolu 13(1)(a) u (c) tad-Direttiva 2009/73/KE. Artikolu 4 Projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq Għandu jkun ipprojbit l-involviment fi jew it-tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. Artikolu 5 Speċifikazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq 1. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 17, li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) sa (5) . 2. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu tal-inqas: 23. il-funzjonament speċifiku tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi u l-interazzjoni bejn is-swieq tal-komoditajiet u s-swieq tad-derivati; 24. l-impatt potenzjali tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-użu tat-trażmissjoni jew tal-użu tal-kapaċità għall-ħżin effettiv(a) jew ippjanat(a) fuq il-prezzijiet tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi; 25. il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida ta’ qafas adottati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Artikolu 6 Il-monitoraġġ tas-swieq 1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-attività ta’ negozjar ta’ prodotti tal-enerġija tal-operaturi sabiex tiskopri u tipprevjeni negozjar ibbażat fuq informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Għandha tiġbor id-dejta għall-valutazzjoni u għall-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7. 2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija biex jitwettaq il-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi msemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Aġenzija li tkun ġabret skont il-paragrafu 1, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(2). 3. Mill-inqas fuq bażi annwali, l-Aġenzija għandha tressaq rapport quddiem il-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħha skont dan ir-Regolament. Rapporti ta’ din ix-xorta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar difetti fir-regoli, fl-istandards u fil-proċeduri tas-swieq li jistgħu jiffaċilitaw negozjar permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq jew idgħajfu s-suq intern. Ir-rapporti jistgħu jiġu kkombinati mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009. L-Aġenzija tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet rigward ir-reġistri tat-tranżazzjonijiet, inklużi ordnijiet biex isir negozju, li tikkunsidra li jkunu meħtieġa sabiex is-swieq tal-enerġija tal-operaturi jkunu mmonitorjati b’mod effettiv u effiċjenti. Qabel ma tagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ din ix-xorta, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-AETS, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-awtoritajiet finanzjarji kompetenti fl-Istati Membri. Artikolu 7 Ġbir tad-dejta 1. L-Aġenzija għandha tkun ipprovduta b’reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi, inklużi l-ordnijiet biex isir negozju. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati, skont l-Artikolu 15 u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 17, li jistipulaw l-iskedar, il-forma u l-kontenut ta’ din l-informazzjoni li tiġi rrapportata u, fejn ikun xieraq, li jiddefinixxu l-limiti għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet kif ukoll jispeċifikaw it-tipi ta’ kuntratti li għandhom jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet li jirrigwardawhom. 2. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fil-paragrafu 3 a), b) u c) li jkunu rrapportaw tranżazzjonijiet skont id-Direttiva 2004/39/KE[20] jew skont ir-Regolament (KE)---/---- tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej – 2010/0250(COD)] ma jkunux soġġetti għal obbligi ta’ rappurtar minbarra dawk stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu qafas mhux vinkolanti biex swieq organizzati u sistemi ta’ tqabbil jew rappurtar ta’ tranżazzjonijiet biex jipprovdu lill-Aġenzija b’reġistru ta’ tranżazzjonijet ta’ enerġija tal-operaturi. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta minn: 26. parteċipant fis-suq; 27. parti terza li qed taġixxi f’isem il-parteċipant fis-suq; 28. suq organizzat, sistema ta’ tqabbil jew ta' rappurtar tat-tranżazzjonijiet; 29. repożitorji ta’ tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE)---/---- tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej – 2010/0250(COD)]; 30. awtorità kompetenti li rċeviet din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE jew tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE)---/---- [ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej – 2010/0250(COD)]. 4. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’informazzjoni relatata mal-kapaċità tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali sabiex ikun immonitorjat in-negozjar fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 17, li jistabbilixxu l-iskedar, il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata. Artikolu 8 Kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u korpi oħrajn 1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mal-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn. L-Aġenzija għandha tagħti aċċess għall-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 biss lill-korpi li jkunu stabbilixxew sistemi li jagħtu l-possibbiltà lill-Aġenzija li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1). 2. Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE)---/---- [ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej – 2010/0250(COD)] għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija l-informazzjoni kollha li ġabru dwar il-prodotti tal-enerġija tal-operaturi. L-awtoritajiet finanzjarji kompetenti għandhom jittrażmettu lill-Aġenzija rapporti ta’ tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi li jkunu rċevew skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE u skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE)---/--- [ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej – 2010/0250(COD)]. Artikolu 9 Protezzjoni tad-dejta u affidabbiltà operattiva 1. L-Aġenzija għandha tiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 7. L-Aġenzija għandha tieħu passi sabiex tipprevjeni kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha. Fejn ikun rilevanti, l-Aġenzija għandha tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data[21]. L-Aġenzija għandha tidentifika s-sorsi ta’ riskju operattiv u timinimizzahom billi tiżviluppa sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa. 2. L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tagħmel pubblikament disponibbli partijiet mill-informazzjoni li jkollha sakemm ma tiġix rilaxxata informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali dwar parteċipanti individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. Artikolu 10 Implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq 1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 jiġu applikati. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa sabiex jeżerċitaw din il-funzjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b’mod proporzjonat. Dawn is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati: 31. direttament 32. f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet jew ma’ impriżi oħrajn fis-suq; 33. b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. 2. Is-setgħat investigattivi msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu d-dritt li: 34. jkun hemm aċċess għal kwalunkwe dokument rilevanti fi kwalunwke forma jkun, u li tiġi riċevuta kopja tiegħu; 35. tintalab informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li jkunu suċċessivament involuti fit-trażmissjoni tal-ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet konċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk ikun meħtieġ, tissejjaħ u tinstema’ kwalunkwe persuna ta’ din ix-xorta; 36. jitwettqu spezzjonijiet fil-post; 37. jintalbu r-reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti; 38. jintalab il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra dan ir-Regolament jew l-atti delegati tiegħu; 39. issir talba lil qorti għall-iffriżar jew għas-sekwestru ta’ assi; 40. tintalab projbizzjoni temporanja ta’ attività professjonali. 3. Kwalunkwe persuna li b’mod professjonali tagħmel arranġamenti għal tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi li raġonevolment tissuspetta li tranżazzjoni tista’ tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 jew 4 għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Il-persuni li b’mod professjonali jagħmlu arranġamenti għal tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija tal-operaturi għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi sabiex ikun identifikat il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 jew 4. Artikolu 11 Il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni 1. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b’mod ikkoordinat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija u ma’ xulxin sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament. 2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-Aġenzija b’mod kemm jista’ jkun speċifiku fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li qed jitwettqu jew twettqu atti li jmorru kontra dan ir-Regolament, jew f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tissuspetta li fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu atti li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija tal-operaturi jew il-prezz tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi f’dak l-Istat Membru, hija tista’ titlob lill-Aġenzija sabiex tieħu miżuri skont il-paragrafu 4. 3. Sabiex ikun żgurat approċċ ikkoordinat għall-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi: 41. l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-awtorità finanzjarja kompetenti tal-Istat Membru tagħhom u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi qed jitwettqu jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fit-tifsira tad-Direttiva 2003/6/KE, u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva; 42. l-Aġenzija għandha tinforma lill-AETS u lill-awtorità finanzjarja kompetenti xierqa fejn ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi qed jitwettqu jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq skont it-tifsira tad-Direttiva 2003/6/KE, u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva; 43. l-awtorità finanzjarja kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinforma lill-AETS u lill-Aġenzija fejn ikollha raġunijiet validi sabiex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 4. 4. Sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt il-paragrafu 1, fejn tissuspetta li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li: 44. titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tipprovdi/jipprovdu kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ksur issuspettat; 45. titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tibda/jibdew investigazzjoni tal-ksur issuspettat, u tieħu/jieħdu azzjoni xierqa sabiex issib/isibu rimedju għal kwalunkwe ksur ta’ din ix-xorta; 46. fejn tikkunsidra li l-ksur possibbli għandu, jew kellu, impatt transkonfinali, tlaqqa’ grupp investigattiv li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati sabiex jinvestiga jekk inkisrux id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u f’liema Stat Membru sar il-ksur; fejn ikun xieraq, l-Aġenzija tista’ titlob ukoll il-parteċipazzjoni fil-grupp investigattiv tar-rappreżentanti tal-awtorità finanzjarja kompetenti jew ta’ kwalunwke awtorità rilevanti oħra ta’ Stat Membru wieħed jew iktar. 5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom josservaw talba li tkun għamlet l-Aġenzija skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jirċievu talba għal informazzjoni skont il-paragrafu 4(a), jew li jirċievu talba sabiex jingħata bidu għal investigazzjoni ta’ ksur issuspettat skont il-paragrafu 4(b), għandhom jieħdu immedjatament il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ dik it-talba. Jekk awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx tista’ tipprovdi l-informazzjoni mitluba immedjatament, hija għandha tinforma mill-iktar fis possibbli lill-Aġenzija bir-raġunijiet għal dan. L-awtoritajiet regolatarji nazzjonali għandhom jipparteċipaw fi grupp investigattiv imlaqqa’ skont il-paragrafu 4(c), fejn jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa. Il-grupp investigattiv għandu jkun soġġett għall-koordinazzjoni tal-Aġenzija. 6. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 ma għandhiex tapplika għall-Aġenzija meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Artikolu 12 Is-segretezza professjonali 1. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4. 2. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għal: 47. persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu għall-Aġenzija; 48. awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-Aġenzija; 49. persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali; 50. awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. 3. L-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu l-persuni msemmija fil-paragrafu 2 matul il-qadi ta’ dmirijiethom ma tista’ tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f’forma mqassra jew aggregata b’tali mod li parteċipant individwali fis-suq jew suq individwali ma jkunx jista’ jiġi identifikat, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali jew minn dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament, jew minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra. 4. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti, l-AETS, il-korpi jew il-persuni naturali jew legali li jkunu rċevew informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, jistgħu jużawha biss biex iwettqu dmirijiethom u biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Awtoritajiet, korpi, persuni naturali jew legali oħrajn jistgħu jużaw din l-informazzjoni għall-fini li għalih kienet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikatament relatati mal-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet. Fejn l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti, l-AETS, il-korpi jew il-persuni naturali jew legali li jikkomunikaw l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal finijiet oħrajn. Artikolu 13 Sanzjonijiet L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjoniijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn[22]... u għandhom jinnotifikawha immedjatament bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. Artikolu 14 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi kuntatti ma’ awtoritajiet ta’ sorveljanza minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Artikolu 15 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħat sabiex ikunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5 u 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit. 2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Is-setgħat biex tadotta l-atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 16 u 17. Artikolu 16 Revoka tad-delega 1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 5 u 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tkun tat bidu għal proċedura interna biex ikun deċiż jekk id-delega tas-setgħat għandhiex tiġi rrevokata għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 17 Oġġezzjonijiet għall-atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar. 2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jagħmlux oġġezzjonijiet. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, huwa ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat. Artikolu 18 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 6. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 6.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva Ir-Regolament (KE) Nru xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija 6.2. Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB [23] Qasam tal-politika: Enerġija Attività: Is-suq intern tal-enerġija 6.3. Natura tal-proposta/inizjattiva ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[24] ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 6.4. Għanijiet 6.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirati bil-proposta/inizjattiva Jiġu pprovduti swieq tal-enerġija kbar, likwidi u integrati li jaqblu mal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex jintlaħaq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa. Din il-mira, teżiġi, fost l-oħrajn “swieq konnessi tajjeb, fejn il-kompetizzjoni u l-aċċess tal-konsumatur jistimulaw it-tkabbir u l-innovazzjoni”[25]. Il-ħolqien ta’ qafas xieraq għall-integrità u għat-trasparenza tas-swieq ta' negozjar tal-enerġija tal-Ewropa se jrawwem l-integrazzjoni mixtieqa tas-swieq u jsostni għanijiet kumplessivi tal-politika Ewropea 6.4.2. L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(ajiet) tal-ABM/ABB konċernata/i L-ACER mistennija tindividwa u tipprevjeni b’mod effiċjenti imġiba ħażina transkonfinali kif ukoll dik li timplika komoditajiet differenti fis-swieq tal-enerġija tal-operaturi. Huwa mistenni wkoll li l-azzjonijiet tagħha se jiskoraġġixxu tentattivi ta’ prattiki tas-suq li joħolqu distorsjoni. 6.4.3. Riżultat(i) u l-impatt mistennija Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Monitoraġġ regolari u f’waqtu tas-swieq tal-enerġija tal-operaturi, inklużi d-dettalji tat-tranżazzjonijiet tal-operaturi u l-operazzjoni tal-assi tal-enerġija (ċifri tal-produzzjoni diżaggregati, perjodi ta’ qtugħ tal-elettriku, dejta dwar il-fluss, operazzjoni tal-ħżin, eċċ.) se jippermetti li l-ACER tiskopri u tiskoraġġixxi b’mod effiċjenti l-abbużi tas-suq. Dan se jagħti fiduċja lill-parteċipanti fis-suq u se jżid il-fiduċja ġenerali fil-funzjonament xieraq tas-swieq. Barra minn hekk, primjums fuq ir-riskju li qed jonqsu mistennija jirriżultaw fi prezzijiet tal-enerġija iktar baxxi għall-utenti kollha tal-enerġija. 6.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. - L-għadd ta’ tranżazzjonijiet miġbura u mmonitorjati - L-għadd ta’ abbużi individwati - L-iżvilupp ta’ firxiet ta’ prezzijiet/offerti maż-żmien (bħala indikatur għall-primjums tar-riskju tas-suq) 6.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva 6.5.1. Ir-rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmiem L-għan tar-“Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija” (REMIT) huwa li jinħoloq qafas effiċjenti u effettiv li jiżgura li s-swieq ta' negozjar tal-enerġija tal-Ewropa jiffunzjonaw b’mod xieraq, jiġifieri l-eżiti tagħhom ma jkunux mgħawġa minn imġiba abbużiva fis-suq, imma jirriflettu tassew il-prinċipji fundamentali tas-swieq. L-element ċentrali ta’ dan il-qafas huwa l-istabbiliment ta’ funzjoni ta’ monitoraġġ tas-swieq fil-livell Ewropew. Din il-funzjoni għandha titwettaq mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) li ġiet stabbilita dan l-aħħar[26]. Sabiex tissodisfa l-għanijiet tagħha, jeħtieġ li l-ACER tistabbilixxi unità apposta li tikkonsisti fi speċjalisti b’esperjenza kbira kemm tas-swieq tal-enerġija kif ukoll ta’ dawk ta' negozjar finanzjarju. Se jkollha wkoll tagħmel użu minn infrastruttura tal-IT li tkun kapaċi titratta volum kbir ta’ dejta u minn softwer speċjalizzat għal finijiet ta’ analiżi awtomatizzata tad-dejta. 6.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE Il-monitoraġġ regolari tat-tranżazzjonijiet tal-operaturi flimkien ma’ informazzjoni fundamentali dwar is-swieq hija funzjoni essenzjali għall-integrità u għat-trasparenza regolatorja tas-swieq ta' negozjar tal-enerġija. Peress li s-swieq ta' negozjar tal-elettriku u tal-gass għandhom interkonnessjonijiet b’saħħithom, kwalunkwe manipulazzjoni li sseħħ f’suq wieħed awtomatikament se jkollha impatt fuq l-ieħor. Peress li dawn il-komoditajiet u d-derivati tagħhom ta’ spiss jiġu nnegozjati b'mod parallel fi Stati Membri differenti permezz ta’ kanali ta’ negozjar differenti, kwalunkwe manipulazzjoni li tinvolvi kombinazzjoni ta’ tranżazzjonijiet u/jew ta’ pjattaformi ta’ komoditajiet differenti tista’ tiġi individwata b’mod effettiv biss jekk il-monitoraġġ ikun organizzat ċentralment. Il-Valutazzjoni tal-Impatt għal din l-inizjattiva wriet li funzjoni ta’ monitoraġġ ċentrali mhux se tkun ipprovduta mis-suq imma tista’ tiġi organizzata bl-aħjar mod fil-livell Ewropew fi ħdan Aġenzija eżistenti bi profil ta’ enerġija. It-tqegħid tal-funzjoni tal-monitoraġġ tas-swieq fi ħdan l-ACER għandu jippermetti l-użu ta’ għarfien espert imprezzabbli fl-enerġija tal-persunal inkarigat tagħha u għandha tippermetti ħidma bl-inqas kostijiet possibbli billi jiġi kondiviż il-kost ġenerali diġà bbaġitjat tal-ACER 6.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat Ma teżisti l-ebda esperjenza simili 6.5.4. Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn Ir-regoli li jipprojbixxu mġiba ħażina fis-suq huma koerenti ma’ regoli paragunabbli fir-regolament finanzjarju applikabbli, partikolarment id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq. Barra minn hekk, il-proposta se tintroduċi funzjoni ta’ monitoraġġ ġenwin fil-livell Ewropew tat-tranżazzjonijiet tal-enerġija tal-operaturi. 6.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju ( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu L-impatt finanzjarju tal-inizjattiva għas-snin 2012 u 2013 huwa addizzjonali għal fondi diġà previsti fl-ipprogrammar finanzjarju multiannwali attwali. 6.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i) [27] Ir-riżorsi għandhom ikunu ġestiti mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija 7. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 7.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. L-ACER għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet tal-operaturi u dwar l-abbużi tas-suq li tkun identifikat u r-riżultati tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-infurzar 7.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 7.2.1. Riskju/i identifikat(i) Riskju ta’ ġestjoni mhux xierqa tad-dejta 7.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i) Il-proposta legali tinkludi għadd ta’ miżuri dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-responsabbiltà operattiva. Huma previsti wkoll iktar miżuri ta’ kontroll bir-regoli li jirregolaw lill-ACER. Ara wkoll, l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija. 7.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti. Il-ġestjoni tal-fondi fdata lill-Aġenzija taqa’ taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Awdituri (Artikolu 21), tal-Parlament Ewropew (Artikolu 21) u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (Artikolu 23). 8. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 8.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i - Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarj multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni | Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] | AD/AMD ([28]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[29] | mill-pajjiżi kandidati[30] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | 1 A | 32.04.10. – Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija | AD | IVA | LE | LE | IVA | 8.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 8.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | [Intestatura …1 A …………...……………………………………………………………….] | L-ewwel semestru 2012 | 0 | 0 | It-tieni semestru 2012 | +5 | 3 | 2 | L-ewwel semestru 2013 | +5 | 6 | 4 | It-tieni semestru 2013 | +5 | 9 | 6 | - Għall-kalkolu, assumejna li r-riżorsi umani addizzjonali se jkunu koperti għal 60% minn Aġenti Temporanji (EUR 127.000 p.a) u għal 40% minn Esperti Nazzjonali (EUR 74.000 p.a). Dan jirrifletti taħlita li tagħmel użu mill-għarfien espert eżistenti fis-swieq tal-enerġija mar-regolaturi nazzjonali tal-enerġija (ARN) u l-esperti li kisbu għarfien speċifiku fin-negozjar tal-komoditajiet u/jew tad-derivati tal-operaturi. Huwa inqas probabbli li esperti ta’ din ix-xorta jinstabu mal-ARN u għalhekk ikollhom jiġu rreklutati bħala Aġenti Temporanji. Sena 2012 | Sena 2013 | … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) | ( Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) | Aġenti temporanji fl-ACER | 0,191 | 0,952 | ( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[31] | SNEs assenjati lill-ACER | 0,074 | 0,370 | TOTAL | 0,265 | 1,323 | L-aġenzija se titlob persunal addizzjonali fil-qafas tal-abbozz tal-proċedura baġitarja tas-sena konċernata permezz tal-MASPP u d-dikjarazzjoni finanzjarja baġitarja. 8.2.3. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali - (Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. 8.2.4. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi - Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn pajjiżi terzi - Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Total | Speċifika l-korp tal-kofinanzjament | | | | | | | | | |TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati | | | | | | | | | | 8.3. Impatt stmat fuq id-dħul - (Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. [1] Il-parir tal-KRTE u l-ERGEG lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tat-Tielet Pakkett tal-Enerġija, tliet dokumenti separati (Ref: CESR/08-527, CESR/08-998, CESR/08-739) ippreżentati lill-Kummissjoni bejn Ottubru 2008 u Jannar 2009. [2] http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/forum_electricity_florence_en.htm [3] http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/consultations/2010_07_23_energy_markets_en.htm [4] http://ec.europa.eu/governance/impact/index_en.htm [5] Dan huwa appoġġat mill-korrelazzjoni għolja bejn il-prezzijiet ta' pajjiżi ġirien, pereżempju l-korrelazzjoni tal-prezzijiet ta’ jum bil-quddiem tal-elettriku tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja żdiedet minn 0.57 (2004) u 0.67 (2005) għal 0.85 u 0.91 fl-2008 u fl-2009, rispettivament. Dan huwa analizzat f’iktar dettall fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt. [6] Preżentazzjoni lill-Forum ta’ Firenze “Mudell fil-Mira għal Ġestjoni tal-Konġestjoni Interreġjonali [Target Model for Interregional Congestion Management]”, l-10 ta’ Diċembru 2009, http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/forum_electricity_florence_en.htm [7] Inkjesta dwar il-funzjonament tas-swieq tal-gass u tal-elettriku fl-2005, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament 1/2003 KE - http://ec.europa.eu/competition/sectors/energy/inquiry/index.html#final – u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28.11.2008 rigward il-kawżi COMP/39.388 – Is-Suq Ġermaniż tal-Operaturi tal-Elettriku u COMP/39.389 – Is-Suq Ġermaniż tal-Ibbilanċjar tal-Elettriku [8] Ir-regolatur Franċiż tal-enerġija (CRE) għandu setgħat wesgħin sabiex jissorvelja s-swieq tal-operaturi (inklużi tranżazzjonijiet fil-pront u ta’ derivati barra l-Borża) u beda jitlob dejta tranżazzjonali relatata mas-swieq Franċiżi mingħand il-parteċipanti fis-swieq mal-Ewropa kollha. Il-Monopolkommission Ġermaniża talbet li jiġi stabbilit osservatorju tas-swieq indipendenti fil-Ġermanja li jkun jista’ jkollu aċċess għal tranżazzjonijiet ta' kambju fis-suq u barra minnu għal konsenja fil-Ġermanja. F’Marzu 2009 Ofgem, ir-regolatur tal-enerġija tar-Renju Unit ippubblika dokument dwar il-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq. [9] L-Aġenzija ġiet stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, li l-bażi legali tiegħu dak iż-żmien kienet l-Artikolu 95 tat-Trattat. L-Aġenzija tippromwovi l-għanijiet tal-Artikolu 194 tat-Trattat. Li kieku dan l-Artikolu kien fis-seħħ meta kien adottat ir-Regolament (KE) Nru 713, kien jipprovdi l-bażi legali biex tiġi stabbilita l-Aġenzija. [10] ĠU C , , p. . [11] ĠU C , , p. . [12] ĠU C , , p. . [13] ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15. [14] ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36. [15] ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1. [16] ĠU L 145, 30.04.2004, p. 0001 – 0044. [17] ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16. [18] ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55. [19] ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94. [20] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. [21] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1 [22] ĠU daħħal id-data sena wara l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament [23] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet. [24] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [25] COM(2010) 2020, 3.3.2010: “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, p. 19. [26] Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, ĠU Volum 52, 14 ta' Awwissu 2009. [27] Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u tar-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [28] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [29] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [30] Il-pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [31] CA= Aġent b’kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija (“ Intérimaire ”); JED= “ Jeune Expert en Délégation ” (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;