EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0395

Proposta għal REGOLAMENT (UE) Nru …/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

/* KUMM/2010/0395 finali - COD 2010/0212 */

52010PC0395




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 23.8.2010

KUMM(2010) 395 finali

2010/0212 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT (UE) Nru …/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

(Test ta’ relevanza għaż-ŻEE)SEG(2010) 934 SEG(2010) 933

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta

- Raġunamenti bażiċi għall-proposta, u l-għanijiet tagħha

L-għan tal-proposta huwa li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar il-produzzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (tratturi, karrijiet u makkinarju rmunkat) bl-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin jiġi pprovdut livell għoli ta’ sikurezza stradali u okkupazzjonali flimkien ma’ protezzjoni ambjentali. Il-leġiżlazzjoni eżistenti se tiġi sostitwita biex tiġi allinjata mal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni u Simplifikazzjoni Aħjar. Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza tal-vetturi billi tintroduċi rekwiżiti għall-kategoriji kollha tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija. Finalment, il-proposta tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija billi tissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, ittejjeb it-trasparenza u tnaqqas il-piż amministrattiv. |

Kuntest ġenerali Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi fir-rigward tal-elementi numerużi ta’ sikurezza u dawk ambjentali ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza stradali u okkupazzjonali u ta’ protezzjoni ambjentali madwar il-Komunità kollha u biex ikun hemm sistema armonizzata tal-approvazzjoni tat-tip fl-UE. Illum il-ġurnata, teknoloġiji ġodda bħall-ABS (sistemi ta’ brejkijiet anti-lock) huma disponibbli u jistgħu jiġu implimentati fil-futur qarib, fatt li se jtejjeb bil-kbir is-sikurezza tal-vetturi. Ir-riċerka wriet li f’każ li tali teknoloġiji jiġu introdotti bħala rekwiżit standard f’vetturi ġodda, dan iwassal għal benefiċċji sinifikanti. Jekk jiġu stipulati rekwiżiti mandatorji komuni, dan ikun ifisser li nkunu nistgħu nipprevienu l-frammentazzjoni tas-suq intern li tirriżulta mid-differenzi fl-istandards tal-prodotti li qed jiġu introdotti madwar l-Istati Membri. Fil-Komunikazzjoni tagħha “Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21”[1], il-Kummissjoni laqgħet ir-rakkomandazzjoni tar-rapport CARS 21[2] għas-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju attwali dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi. Il-proposta mxiet fuq ir-rakkomandazzjoni, billi hija tissimplifika b’mod sinifikanti l-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip bis-sostituzzjoni ta’ 24 Direttiva bażika (u madwar 35 Direttiva li temenda relatata) fil-qasam tar-rekwiżiti tekniċi għall-vetturi agrikoli u forestali b’Regolament wieħed tal-Kunsill u tal-Parlament. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi hija rregolata bl-atti tal-UE li ġejjin: id-Direttivi tal-Kunsill 74/347/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE, 87/402/KEE; id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/25/KE, 2003/37/KE, 2009/57/KE, 2009/58/KE, 2009/59/KE, 2009/60/KE, 2009/61/KE, 2009/63/KE, 2009/64/KE, 2009/66/KE, 2009/68/KE, 2009/75/KE, 2009/76/KE u 2009/144/KE. L-abbozz tal-proposta u l-atti implimentattivi u delegati tiegħha se jkomplu jagħmlu użu mir-rekwiżiti eżistenti stipulati fl-atti msemmija hawn fuq. Meta mqabbel mal-atti eżistenti, ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti ġodda dwar miżura waħda avvanzata ta’ sikurezza, jiġifieri s-sistemi ta’ brejkijiet anti-lock, flimkien ma’ xi aġġornamenti oħra fir-rekwiżiti tal-brejkijiet bħal pereżempju distanzi tal-ibbrejkjar iqsar u l-introduzzjoni ta’ sistemi idrostatiċi. Barra minn hekk, il-proposta se tintroduċi rekwiżiti dwar sensiela ta’ aspetti tekniċi għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi li għalihom dawn l-aspetti għadhom ma ġewx iddefiniti skont id-Direttiva 2003/37/KE, f’livell simili għal dak li jeżisti llum il-ġurnata fid-Direttivi msemmija aktar ’il fuq. Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Il-proposta hija konsistenti mal-għan tal-UE li t-toroq isiru aktar sikuri kif muri, b’mod partikolari, fil-White Paper dwar il-Politika ta’ Trasport fl-Ewropa[3]. Din ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-2001 u tipprovdi qafas komuni għall-Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq. Barra minn hekk, fir-rigward tal-aspetti ambjentali tal-proposta, mhu propost l-ebda tibdil fil-livelli eżistenti ta’ protezzjoni. L-unika bidla hi li r-Regolament għandu jirreferi għad-Direttiva 97/68/KE dwar l-emissjonijiet minn Makkinarju Mobbli Mhux tat-Triq minflok ma jkollu waħda speċifika għat-tratturi, biex b’hekk jiġi ssimplifikat il-proċess ta’ implimentazzjoni attwali filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi prinċipali għal żviluppi futuri. Finalment, il-proposta hija konsistenti mal-istrateġija tal-UE għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Aġġornament u s-Simplifikazzjoni tal-Acquis Komunitarju”[4] li tidentifika s-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bħala qasam prijoritarju għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. |

2. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Fil-proċess tat-tħejjija tal-proposta, il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet interessati permezz ta’ metodi differenti: Kien hemm konsultazzjoni ġenerali fuq l-internet li kopriet l-aspetti kollha tal-proposta. L-Istati Membri (il-ministeri), il-manifatturi tat-tratturi (rappreżentanti Ewropej u nazzjonali u kumpaniji individwali) u l-manifatturi tal-komponenti, l-organizzazzjonijiet tat-trasport u r-rappreżentanti tal-utenti taw ir-reazzjonijiet tagħhom. Fil-kuntest tal-istudju tal-valutazzjoni tal-impatt, konsulent estern stieden 200 parti interessata biex jikkontribwixxu u jibagħtu l-kummenti tagħhom. Barra minn hekk, ġiet organizzata laqgħa ma’ dawk interessati. Il-proposta ġiet diskussa f’diversi laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar it-Tratturi użati fis-Settur Agrikolu. |

Sommarju tat-tweġibiet u l-mod kif dawn ġew ikkunsidrati Matul il-konsultazzjoni fuq l-Internet, tqajmu numru ta’ kwistjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tipprovdi rendikont sħiħ tal-kwistjonijiet sostantivi mqajma u tiddiskuti l-mod li bih ġew ikkunsidrati. |

Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet bejn it-3/07/2008 u t-12/09/2008. Il-Kummissjoni rċeviet 19-il tweġiba. Ir-riżultati huma disponibbli fis-sit: http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/consultation/agricultural_vehicles/call.htm. |

Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi |

Sferi xjentifiċi/ta’ kompetenza kkonċernati Il-proposta kienet teħtieġ l-evalwazzjoni ta’ għażliet ta’ politika differenti kif ukoll tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali marbuta magħha. |

Il-metodoloġija użata Il-konsulent, TRL Ltd., għamel stħarriġ fost il-partijiet interessati relevanti kollha (l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija tal-manifattura u l-organizzazzjonijiet tal-utenti); abbozz ta’ rapport ġie diskuss f’laqgħa ma’ dawk interessati, li wassal għal aktar kontribuzzjonijiet. |

Mezzi użati biex il-pariri tal-esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku Ir-rapport tat-TRL huwa disponibbli fuq il-websajt tad-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija. |

Valutazzjoni tal-impatt Għal kull wieħed mill-aspetti prinċipali tal-proposta, ġew ikkunsidrati għażliet differenti: 1. Aspetti ta’ Simplifikazzjoni – I: Direttivi jew Regolamenti a) L-ebda bidla fil-politika. Dan ikun ifisser li l-24 Direttiva eżistenti jinżammu u jsirulhom emendi addizzjonali fejn ikun meħtieġ. b) Sostituzzjoni tad-Direttivi separati eżistenti b’Regolament wieħed. c) Sostituzzjoni tad-Direttivi eżistenti b’Regolament permezz ta’ kodeċizjoni u numru limitat ta’ atti tematiċi delegati u implimentattivi. Din hija l-għażla li saret. 2. Aspetti ta’ Simplifikazzjoni – II: kollha f’leġiżlazzjoni dettaljata tal-UE jew referenza għall-istandards internazzjonali a) L-ebda bidla fil-politika. Dan ikun ifisser li l-24 Direttiva eżistenti jinżammu u jsrulhom emendi addizzjonali fejn ikun meħtieġ. Id-Direttivi jibqgħu joperaw flimkien mar-Regolamenti UNECE u l-Kodiċi OECD eżistenti, u r-rekwiżiti tekniċi normalment (iżda mhux dejjem) jibqgħu l-istess. Attwalment, dan huwa l-kaġun ta’ konfużjoni kbira fost il-partijiet interessati li mhumiex involuti mill-qrib fis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip, u qed iwassal għal sitwazzjoni ta’ sistema regolatorja li hija ’l bogħod ħafna milli tkun għalkollox trasparenti. b) Sostituzzjoni tad-Direttivi separati eżistenti, fejn ikun possibbli, b’Regolamenti UNECE ekwivalenti. c) Sostituzzjoni tad-Direttivi separati eżistenti, fejn ikun possibbli, b’Regolamenti UNECE ekwivalenti, jew Kodiċi OECD (sistemi ta’ protezzjoni f’każ li l-vettura tinqaleb) jew possibilment standards CEN/CENELEC jew ISO. Din hija l-għażla li saret peress li hija timmassimizza l-vantaġġi tas-simplifikazzjoni għall-benefiċċju, b’mod partikolari, tal-awtoritajiet u l-industriji nazzjonali. 3. It-tlestija kompleta tas-suq intern a) L-ebda bidla fil-politika. Dan ikun ifisser li bil-mod il-mod il-pakkett, kif previst mid-Direttiva 2003/37/KE, ikun tlesta. b) Jiġu kompletati r-rekwiżiti għat-TA (l-approvazzjoni tat-tip) tal-UE u ssir mandatorja d-WVTA (l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa) tal-UE għall-kategoriji kollha. c) Jiġu kompletati r-rekwiżiti TA tal-UE iżda d-WVTA tal-UE titħalla fakultattiva għal ċerti kategoriji (T4, T5, C, R u S). Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt kif elenkata fil-Programm ta’ Ħidma; ir-rapport huwa aċċessibbli fuq [CIRCA WEBPAGE] 3. Elementi legali tal-proposta Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tissimplifika b’mod sinifikanti s-sistema tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura għall-agrikoltura fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi dwar is-sikurezza u l-emissjonijiet billi tirrevoka 24 Direttiva. Permezz tal-atti delegati previsti fiha, il-proposta se tistipula fid-dettall ir-rekwiżiti mandatorji ġodda dwar il-brejkijiet. B’mod partikolari, l-atti delegati adottati skont din il-proposta se jkunu jeħtieġu, fost affarijiet oħra: l-iffittjar mandatorju ta’ sistemi ta’ brejkijiet anti-lock fuq xi kategoriji (tratturi ta’ veloċità għolja tat-tip T5 u l-karrijiet tagħhom adattati għal veloċitajiet ogħla minn 40 km fis-siegħa); tnaqqis tal-veloċità aktar effiċjenti; il-kumpatibbiltà bejn tratturi u karrijiet/makkinarju rmunkat Bażi legali Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika billi l-proposta ma taqax fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. Biex tkun permessa sistema ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura tal-UE, ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tal-elementi ta’ sikurezza u dawk ambjentali għandhom jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. L-azzjoni min-naħa tal-Istati Membri waħedhom ma tistax twassal għal sistema ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. L-azzjoni tal-Unjoni Ewropea hija neċessarja minħabba l-ħtieġa li jiġu evitati l-limitazzjonijiet għas-suq uniku. Azzjoni min-naħa tal-Unjoni tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta peress li din tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern li tirriżulta mingħajr tali azzjoni, u ttejjeb il-prestazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sikurezza u l-ambjent. Għalhekk, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Kif jidher fil-valutazzjoni tal-impatt, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal- proporzjonalità għaliex hija ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet li jkun iggarantit il-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin jiġi pprovdut livell ogħla ta’ sikurezza pubblika u protezzjoni ambjentali. Is-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi tal-awtoritajiet u tal-industrija nazzjonali. Għażla ta’ strumenti Strumenti proposti: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. L-użu ta’ Regolament huwa kkunsidrat bħala xieraq biex tingħata ċ-ċertezza meħtieġa għall-konformità filwaqt li ma tkunx meħtieġa t-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Il-proposta tuża “approċċ ta’ livell maqsum” li oriġinarjament ġie introdott fuq talba tal-Parlament Ewropew u ntuża f’leġiżlazzjonijiet oħra fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura bil-mutur fl-UE. Dan l-approċċ jipprevedi leġiżlazzjoni f’żewġ stadji: l-ewwel, id-dispożizzjonijiet fundamentali jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f’Regolament imsejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; it-tieni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fundamentali jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 4. Implikazzjoni baġitarja Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. 5. Informazzjoni addizzjonali Simulazzjoni, fażi pilota u perjodu tranżitorju Fil-proposta hemm perjodu tranżitorju ġenerali biex ikun hemm il-possibbiltà ta’ perjodu ta’ tħejjija suffiċjenti għall-manifatturi tal-vetturi u l-komponenti u għall-amministrazzjonijiet. Simplifikazzjoni Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. 24 Direttiva dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura se jiġu revokati. Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi. Il-proposta hija inkluża fil-programm kontinwu tal-Kummissjoni għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni tal-‘acquis communautaire’ u tal-Programm ta’ Ħidma Leġiżlattiv tagħha li jġib ir-referenza 2009/ENTR/001. Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

2010/0212 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-approvazzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

( Test ta’ relevanza għaż-ŻEE )

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Billi kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Billi kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5]

Wara li ġiet trażmessa l-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

Billi jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Biex jiġi promoss is-suq intern, sistema komprensiva Komunitarja għall-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi, il-karrijiet u l-makkinarju rmunkat interkambjabbli tagħhom ġiet stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u l-makkinarju irmunkat interkambjabbli [irmunkat interkambjabbli], flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE[6].

2. Għall-iskopijiet tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-Unjoni, ikun xieraq li s-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri jiġu sostitwiti bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni abbazi tal-prinċipju ta’ armonizzazzjoni totali, filwaqt li fl-istess ħin tiġi kkunsidrata, kif dovut, il-vijabilità finanzjarja, u tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju.

3. Wara t-talba tal-Parlament Ewropew u bl-għan li l-proċedura tiġi ssimplifikata u mgħaġġla, ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, skont liema approċċ il-leġiżlatur fil-proċess leġiżlattiv ordinarju jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji fundamentali biss u jiddelega l-leġiżlazzjoni ta’ aktar dettalji tekniċi lill-Kummissjoni. Fir-rigward tar-rekwiżiti sostantivi, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi biss id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza stradali, is-sikurezza okkupazzjonali u l-prestazzjoni ambjentali u jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi fl-atti delegati.

4. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-miżuri li jikkonċernaw l-użu ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija fit-triq, bħal pereżempju r-rekwiżiti għal-liċenzji tas-sewqan speċifiċi, il-limitazzjonijiet tal-veloċità massima jew il-miżuri li jirregolaw l-aċċess għal ċerti toroq.

5. Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza stradali, sikurezza okkupazzjonali u protezzjoni ambjentali, ir-rekwiżiti tekniċi u l-istandards ambjentali li japplikaw għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu armonizzati.

6. Billi d-Direttivi dwar makkinarju mobbli mhux tat-triq[7] ma jkoprux rekwiżiti armonizzati għas-sikurezza stradali, huwa xieraq li l-manifatturi ta’ makkinarju mobbli jingħataw l-opportunità li jkollhom il-prodotti tagħhom approvati bi qbil mal-istandards Ewropej dwar ir-rekwiżiti għas-sikurezza stradali skont dan ir-Regolament; għalhekk, il-makkinarju mobbli għandu jiġi inkluż f’dan ir-Regolament fuq bażi fakultattiva fir-rigward tal-approvazzjonijiet tat-tip tas-sistema fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza stradali, b’mod partikolari billi r-rekwiżiti applikabbli għal makkinarju mobbli, li mhumiex inklużi f’dan ir-Regolament, ma jinkludu l-ebda aspett ta’ sikurezza stradali.

7. Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21[8] (“CARS 21”), huwa xieraq li jiġu revokati d-Direttivi separati kollha mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ protezzjoni. Ir-rekwiżiti stipulati f’dawn id-Direttivi għandhom jintużaw mill-ġdid f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati tiegħu u għandhom jiġu sostitwiti, fejn meħtieġ, b’referenzi għar-Regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), kif introdotti fil-liġi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bl-għan li l-Unjoni Ewropea taderixxi mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir jew komponenti li jistgħu jiġu ffittjati fuq vetturi bir-roti u/jew użati fuqhom u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“ir-Reviżjoni tal-Ftehim 1958”)[9]. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip wieħed jirrakkomanda li l-manifatturi tal-vetturi jingħataw il-permess li jwettqu approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fejn meħtieġ, direttament billi jiksbu l-approvazzjoni skont ir-Regolament relevanti tal-UNECE kif elenkat fl-Anness I.

8. Konsegwentement, ir-Regolamenti tal-UNECE li magħhom taderixxi l-Unjoni, permezz tad-Deċiżjoni 97/836/KE, u l-emendi fir-Regolamenti tal-UNECE li magħhom l-Unjoni diġà taderixxi għandhom jiġu inkorporati fi ħdan il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fl-UE: jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fl-UE jew inkella bħala alternattivi għal-liġi eżistenti tal-Unjoni. B’mod partikolari, meta l-Unjoni tiddeċiedi li Regolament tal-UNECE għandu jsir parti mir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fl-UE u jissostitwixxi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, is-setgħa għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex din tadotta l-adattamenti meħtieġa għal dan ir-Regolament jew tadotta l-atti implimentattivi meħtieġa.

9. Bħala alternattiva, fl-atti delegati tista’ ssir referenza għall-Kodiċijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) jew għall-istandards tas-CEN/CENELEC jew tal-ISO li huma direttament disponibbli għall-pubbliku.

10. Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni bl-isem ‘Nissimplifikaw u ntejbu l-ambjent regolatorju’[10].

11. Huwa tabilħaqq importanti li l-miżuri futuri proposti abbażi ta’ dan ir-Regolament jew proċeduri li għandhom jiġu implimentati fl-applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu konformi ma’ dawn il-prinċipji, li reġgħu ġew iddikjarati mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha CARS 21. B’mod partikolari, għal skopijiet ta’ regolamentazzjoni u simplifikazzjoni mtejba u biex jiġi evitat aġġornament kontinwu tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, dan ir-Regolament għandu jirreferi għall-istandards u r-regolamenti internazzjonali eżistenti li huma disponibbli għall-pubbliku mingħajr ma jerġgħu jiġu riprodotti fil-qafas legali tal-UE.

12. Id-Direttiva 2003/37/KE, fi stadju primarju, illimitat l-applikazzjoni mandatorja tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa fl-UE għall-kategoriji tal-vetturi T1, T2 u T3 u ma koprietx ir-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa fil-KE fuq bażi volontarja għal kategoriji oħra. Għall-ikkompletar tas-suq intern u biex jiġi żgurat li dan ikun qed jiffunzjona kif suppost, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-manifatturi japplikaw approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa fl-UE għall-kategoriji kollha koperti minn dan ir-Regolament fuq bażi volontarja, biex b’hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq intern permezz ta’ approvazzjoni tat-tip fl-UE.

13. Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-prinċipju li jistipula li l-vetturi għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ inċidenti għal min ikun fil-vettura u għal utenti stradali oħra. Għal dan l-għan, huwa meħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu, iżda m’għandhomx ikunu limitati għal, rekwiżiti relatati mal-integrità strutturali tal-vettura, mas-sistemi li jkunu ta’ għajnuna għas-sewwieq biex dan ikun jista’ jikkontrolla l-vettura, mas-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibbiltà u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u ż-żona ċirkostanti, mas-sistemi tad- dawl fil-vetturi, mas-sistemi ta’ protezzjoni għal min ikun fil-vettura, mal-partijiet esterni u l-aċċessorji tal-vettura, mal-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vettura u mat-tajers tal-vettura.

14. Biex jiġi żgurat li l-proċedura għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni, li hija waħda mill-elementi bażiċi tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità, tkun ġiet implimentata kif suppost u tkun qed tiffunzjona tajjeb, il-manifatturi għandhom jiġu mmonitorjati regolarment mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kwalifikat adegwatament maħtur apposta għal dan il-għan.

15. Biex ma jkunx hemm abbuż, il-proċedura ssimplifikata għal vetturi ta’ serje żgħira ta’ produzzjoni għandha tiġi ristretta għal numru limitat ta’ vetturi; għalhekk hija meħtieġa definizzjoni preċiża tal-kunċett ta’ serje żgħira f’termini ta’ numru ta’ vetturi prodotti.

16. Huwa importanti li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni individwali tal-vetturi, biex tkun permessa biżżejjed flessibbiltà fis-sistema ta’ approvazzjoni b’diversi stadji.

17. L-għan ewlieni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tal-vetturi huwa li jiġi żgurat li l-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda li jitqiegħdu fis-suq jipprovdu livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali. Dan l-għan m’għandux jiġi mxekkel mill-iffittjar ta’ ċerti komponenti jew tagħmir wara li l-vetturi jkunu tqiegħdu fis-suq jew ikunu bdew jintużaw. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi żgurat li komponenti jew tagħmir li jistgħu jiġu ffittjati fuq il-vetturi u li jistgħu jxekklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali f’termini ta’ sikurezza jew protezzjoni ambjentali, ikunu soġġetti għal kontroll minn qabel minn awtorità tal- approvazzjoni qabel ma jinħarġu għall-bejgħ. Dawn il-miżuri għandhom jikkonsistu f’dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti li dawn il-komponenti jew tagħmir għandhom jikkonformaw magħhom.

18. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw biss għal numru limitat ta’ komponenti u tagħmir. Il-lista ta’ dawn tal-aħħar għandha tiġi stabbilita wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Tali miżuri għandhom jiżguraw li l-komponenti u t-tagħmir inkwistjoni ma jnaqqsux is-sikurezza jew il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, filwaqt li fl-istess ħin, fejn hu possibbli, jippreservaw kompetizzjoni fis-suq sekondarju (aftermarket).

19. Huwa importanti li l-manifatturi jipprovdu lis-sidien tal-vetturi bl-informazzjoni relevanti biex ma jsirx użu ħażin mill-apparat ta’ sikurezza.

20. Biex il-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati jkunu jistgħu japplikaw għal approvazzjoni tat-tip fl-UE għal komponenti jew għal unitajiet tekniċi separati jew għal awtorizzazzjoni, huwa importanti wkoll li dawn il-manifatturi jkollhom aċċess għal ċerta informazzjoni li hija disponibbli biss mingħand il-manifattur tal-vettura, bħal pereżempju l-informazzjoni teknika, inklużi tpinġijiet, meħtieġa għall-iżvilupp ta’ komponenti għas-suq sekondarju.

21. Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija ta’ vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża biex tinġabar informazzjoni teknika, u kompetizzjoni effettiva fis-suq għal servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vettura huma meħtieġa biex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Proporzjon kbir ta’ din l-informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi djanjostiċi abbord (OBD) u mal-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi ta’ vetturi oħra. Ta’ min wieħed jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi li l-websajts tal-manifatturi għandhom isegwu, flimkien ma’ miżuri fil-mira biex jiġi żgurat aċċess raġonevoli għall-impriżi ta’ daqs żgħir u medju.

22. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

23. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tas-sikurezza stradali (inkluża s-sistema tal-brejkijiet), is-sikurezza okkupazzjonali u l-prestazzjoni ambjentali, l-ittestjar, l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni u l-inkarigar u ta’ xogħlijiet awtorizzati speċifiċi għal servizzi tekniċi, biex jiġu miżjuda jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

24. Xi wħud mis-suġġetti koperti minn dan ir-Regolamentjeħtieġu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni fl-Istati Membri, biex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tas-suq intern billi jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jittieħdu minn Stati Membri differenti u għall-aċċettazzjoni ta’ dokumenti maħruġa minn manifatturi tal-vetturi, biex b’hekk il-partijiet interessati ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-suq intern b’mod aktar faċli. Għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi f’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin: lista ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta wieħed japplika għall-approvazzjoni tat-tip, proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip, mudelli għall-pjanċi addizzjonali tal-manifatturi, ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip fl-UE, lista ta’ approvazzjonijiet tat-tip mogħtija, sistema ta’ enumerar għall-approvazzjonijiet tat-tip fl-UE u proċeduri biex tiġi żgurata konformità mal-produzzjoni.

25. Skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, regoli u prinċipji ġenerali li jirrigwardaw il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-mod kif il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat implimentattivi tagħha, għandhom jiġu stabbiliti minn qabel minn Regolament adottat f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-Regolament il-ġdid, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi kkonferiti fuq il-Kummissjoni tkompli tapplika, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli.

26. Bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tas-sistema regolatorja ġdida li ġiet stabbilita minn dan ir-Regolament, id-Direttiva 2003/37/KE u d-Direttivi li ġejjin għandhom jiġu revokati: id- 74/347/KEE tal-Kunsill[11] tal-25 ta' Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 76/432/KEE tal-Kunsill[12] tas-6 ta’April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 76/763/KEE tal-Kunsill[13] tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 77/537/KEE tal-Kunsill[14] tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 78/764/KEE tal-Kunsill[15] tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 80/720/KEE tal-Kunsill[16] tal-24 ta’ Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-ispazju għal manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 86/297/KEE tal-Kunsill[17], tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardaw il-power take-offs ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-protezzjoni tagħhom, id-Direttiva 86/298/KEE tal-Kunsill[18] tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġjata dejqa, id-Direttiva 86/415/KEE tal-Kunsill[19] tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 87/402/KEE tal-Kunsill[20] tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa, id-Direttiva 2000/25/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, id-Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22] tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 2009/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23] tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġigħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 2009/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24] tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-forestrija, id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25] tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, id-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26] tas-17 ta’ Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, id-Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27] tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[28] tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija, id-Direttiva 2009/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[29] tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija, id-Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [30] tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[31] tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku), id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32] tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[33] tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (dimensjonijiet u mases li jinġibdu, eċċ).

27. Huwa importanti għall-partijiet interessati kollha li tiġi stabbilita relazzjoni ċara bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/42/KE dwar is-sikurezza tal-makkinarju[34], biex jiġi stabbilit b’mod ċar liema huma dawk ir-rekwiżiti li prodott speċifiku jeħtieġ li jissodisfa.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip fl-UE tal-vetturi ġodda kollha msemmija fl-Artikolu 2.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-komponenti u tat-tagħmir maħsuba għall-vetturi approvati skont dan ir-Regolament u għall-projbizzjoni ta’ tali bejgħ u dħul fis-servizz.

Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni dwar is-sikurezza stradali.

Artikolu 2Ambitu

28. Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip u għall-approvazzjoni individwali ta’ vetturi mfassla u mibnija fi stadju wieħed jew aktar, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal tali vetturi.

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi li ġejjin:

(a) tratturi (kategoriji T u C),

(b) karrijiet (kategorija R),

(c) makkinarju rmunkat interkambjabbli (kategorija S) u

(d) makkinarju mobbli (kategorija U).

29. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal makkinarju interkambjabbli li jintrefa’ kompletament mill-art meta l-vettura li jkun marbut magħha tkun qed tintuża fit-triq.

30. Għall-vetturi li ġejjin, il-manifattur jista’ jagħżel jekk japplikax għal approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament jew għal approvazzjoni tat-tip nazzjonali:

(a) makkinarju mobbli;

(b) karrijiet u vetturi rmunkati, kategoriji R u S;

(c) f’każ ta’ approvazzjoni individwali, prototipi ta’ vetturi użati taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur biex iwettaq programm ta’ ttestjar speċifiku u li kienu speċifikament iddisinjati u mibnija għal dan il-għan.

Artikolu 3Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti elenkati fl-Anness I, għajr fejn ikun ipprovdut mod ieħor fihom:

31. “approvazzjoni tat-tip” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

32. “approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa” tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura sħiħa tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

33. “approvazzjoni tat-tip tas-sistema” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li sistema mmuntata f’vettura ta’ tip speċifiku tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

34. “approvazzjoni tat-tip ta’ komponent” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li komponent, indipendentement mill-vettura, jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

35. “approvazzjoni tat-tip ta’ unità separata teknika” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li l-unità separata teknika użata f’tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vetturi tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

36. “approvazzjoni tat-tip nazzjonali” tfisser proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip stabbilita bil-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, fejn il-validità ta’ tali approvazzjoni tkun limitata għat-territorju ta’ dan l-Istat Membru;

37. “approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

38. “trattur” tfisser kull vettura bil-mutur, bir-roti jew jew bil-katina għall-agrikoltura jew il-forestrija li jkollha tal-anqas żewġ fusijiet u veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux anqas minn 6 km fis-siegħa, li l-funzjoni prinċipali tagħha hija l-potenza tal-ġibda u li tkun ġiet speċifikament iddisinjata biex tiġbed, timbotta, iġġorr u tattiva ċertu tagħmir interkambjabbli maħsub biex iwettaq xogħol agrikolu jew forestali, jew biex tirmonka karrijiet tal-agrikoltura jew tal-forestrija; tista’ tiġi adattata biex iġġorr tagħbija fil-kuntest ta’ xogħol agrikolu jew forestali u/jew tista’ tiġi mgħammra b’post wieħed jew aktar għall-passiġġieri;

39. “karru” tfisser kull karru agrikolu jew forestali rmunkat maħsub l-aktar biex iġorr tagħbijiet u magħmul biex ikun irmunkat minn trattur għal skopijiet ta’ agrikoltura jew forestrija u li mhuwiex iddisinjat biex jipproċessa materjali u fejn il-proporzjon bejn il-massa grossa teknikament permissibbli u l-massa bla tagħbija ta’ dik il-vettura jkun daqs jew aktar minn 3,0;

40. “tagħmir irmunkat interkambjabbli” tfisser kwalunkwe vettura użata għall-agrikoltura u l-forestrija li hija ddisinjata biex tiġi rmunkata minn trattur, li tibdel jew iżżid il-funzjonijiet tagħha, tinkorpora element ta’ għodda b’mod permanenti jew tkun iddisinjata biex tipproċessa l-materjali, li tista’ tinkludi pjattaforma ta’ tagħbija ddisinjata u mibnija biex tirċievi kwalunkwe tip ta’ għodda u tagħmir meħtieġ għal dawn l-iskopijiet u biex temporanjament jinħażen kwalunkwe materjal prodott jew meħtieġ matul ix-xogħol u fejn il-proporzjon bejn il-massa grossa teknikament permissibbli u l-massa bla tagħbija ta’ dik il-vettura jkun anqas minn 3,0;

41. “makkinarju mobbli” tfisser kwalunkwe vettura awtopropellenti, bl-esklużjoni ta’ makkinarju mmuntat fuq ix-xażi tal-vettura bil-mutur, li tkun imfassla u mibnija speċifikament biex tagħmel xogħol, u li minħabba l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha ma tkunx adattata għall-ġarr ta’ passiġġieri jew għat-trasport ta’ oġġetti.

42. “vettura” tfisser kwalunkwe trattur, karru, tagħmir irmunkat interkambjabbli jew makkinarju mobbli kif definit fil-punti 8, 9, 10 u 11;

43. “tip ta’ vettura” tfisser vetturi ta’ kategorija partikolari li mhumiex differenti tal-inqas, fl-aspetti essenzjali msemmija fil-punt 41, irrispettivament minn jekk jappartjenux għal varjanti u verżjonijiet differenti kif definiti fil-punti 42 u 43;

44. “vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;

45. “vettura mhux kompleta” tfisser kwalunkwe vettura li jonqosha mill-inqas stadju ieħor biex tkun kompleta u tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

46. “vettura kompleta” tfisser vettura li tirriżulta mill-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

47. “vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tilħaq ir-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

48. “vettura ta’ serje mitmuma” tfisser kwalunkwe vettura li hi parti minn stokk li ma jistax jiġi reġistrat jew mibjugħ jew imdaħħal fis-servizz minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ rekwiżiti tekniċi ġodda li għalihom ma ġietx approvata;

49. “sistema” tfisser assemblaġġ ta’ apparat ikkombinat biex iwettaq funzjoni speċifika waħda jew aktar f’vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ xi att regolatorju;

50. “komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ att regolatorju, maħsub biex ikun parti minn vettura, li t-tip tiegħu jista’ jiġi approvat indipendentement mill-vettura fejn l-att regolatorju jagħmel dispożizzjonijiet espressament għal dan;

51. “unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ att regolatorju, maħsub biex ikun parti minn vettura, li t-tip tagħha jista’ jiġi approvat separatament, iżda biss fir-rigward ta’ tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vettura fejn l-att regolatorju jagħmel dispożizzjonijiet espressament għal dan;

52. “komponenti jew tagħmir oriġinali” tfisser komponenti jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-produzzjoni ta’ komponenti jew tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura partikolari, inklużi dawk il-komponenti jew tagħmir manifatturati fl-istess linja ta’ produzzjoni bħal dawn il-komponenti jew tagħmir u, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, komponenti jew tagħmir li l-manifattur jiċċertifika li huma ta’ kwalità identika għall-komponenti użati fl-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni u ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni tal-manifattur tal-vettura;

53. “manifattur” tfisser il-persuna jew l-entità responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni, irrelevanti mill-fatt jekk il-persuna jew l-entità jkunux involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li huma l-oġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni;

54. “rappreżentant tal-manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni debitament maħtura mill-manifattur biex tirrappreżentah quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni u biex taġixxi f’ismu fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

55. “awtorità tal-approvazzjoni” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru stabbilita jew maħtura minn Stat Membru u nnotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru skont l-Artikolu 5 b’kompetenza għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, ta’ sistema, ta’ komponent jew unità teknika separata jew tal-approvazzjoni individwali ta’ vettura, għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni, għall-ħruġ u, jekk meħtieġ, l-irtirar ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni biex taġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, biex taħtar servizzi tekniċi u biex tiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi tiegħu rigward il-konformità tal-produzzjoni;

56. “servizz tekniku” tfisser organizzazzjoni jew entità maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru bħala laboratorju tal-ittestjar, jew bħala entità għall-valutazzjoni tal-konformità biex iwettaq il-valutazzjoni inizjali u testijiet jew spezzjonijiet oħra, f’isem l-awtorità tal-approvazzjoni;

57. “ittestjar mill-manifattur innifsu” tfisser it-twettiq ta’ testijiet fil-faċilitajiet tiegħu stess, ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u s-sottomissjoni ta’ rapport, inklużi l-konklużjonijiet, lill-awtorità tal-approvazzjoni minn manifattur li nħatar bħala servizz tekniku biex tiġi evalwata l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti;

58. “metodu ta’ ttestjar virtwali” tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter li tinkludi kalkoli li juru jekk vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi ta’ att regolatorju mingħajr ma jkun meħtieġ l-użu ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fiżiċi;

59. “ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni uffiċjalment tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu ġew approvati;

60. “ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser iċ-ċertifikat abbażi tal-mudell stabbilit f’dan ir-Regolament jew il-formola ta’ komunikazzjoni stabbilita fir-Regolamenti relevanti u ekwivalenti tal-UNECE jew tal-Kodiċijiet OECD elenkati fl-Anness I;

61. “ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali” tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni uffiċjalment tiċċertifika li vettura partikolari hi approvata;

62. “ċertifikat ta’ konformità” tfisser id-dokument, abbażi tal-mudell stabbilit b’dan ir-Regolament u maħruġ mill-manifattur, li jiċċertifika li fil-mument tal-produzzjoni tagħha, vettura li tapparteni għas-serje tat-tip approvat skont dan ir-Regolament tikkonforma mat-tip approvat fl-approvazzjoni tat-tip u tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji kollha elenkati fih;

63. “sistema dijanjostika abbord” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet li kapaċi tidentifika dik il-parti li x’aktarx tkun qed taħdem ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ difetti maħżuna fil-memorja tal-kompjuter;

64. “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u lil min isewwi, inklużi l-emendi u s-supplimenti kollha għal tali informazzjoni;

65. “operatur indipendenti” tfisser impriżi li mhumiex bejjiegħa awtorizzati u dawk li jsewwu li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari dawk li jsewwu, manifatturi jew distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodda jew komponenti ta’ rikambju, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi tal-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru taħriġ għall-istallaturi, il-manifatturi dawl li jsewwi t-tagħmir fir-rigward ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

66. “vettura ġdida” tfisser vettura li:

(a) qatt ma ġiet irreġistrata qabel, jew

(b) tkun ilha rreġistrata inqas minn sitt xhur meta ssir l-applikazzjoni għall- approvazzjoni individwali.

67. “reġistrazzjoni” tfisser li l-vettura, wara l-identifikazzjoni, tkun kisbet awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz fit-traffiku stradali, kemm jekk għal perjodu permanenti, temporanju jew għal żmien qasir u li jkun inħareġ numru ta’ reġistrazzjoni;

68. “tqegħid fis-suq” tfisser li vettura ssir disponibbli għall-ewwel darba fl-Unjoni bl-għan li tiġi distribwita jew użata, sew jekk bi ħlas u sew jekk bla ħlas;

69. “dħul fis-servizz” tfisser l-ewwel użu, għall-iskop maħsub għaliha, fl-Unjoni, ta’ vettura koperta b’dan ir-Regolament;

70. “bejgħ” tfisser kwalunkwe tip ta’ bejgħ, mill-manifattur tal-vetturi lill-bejjiegħ bl-ingrossa jew il-bejgħ lill-utent aħħari;

71. “tip ta’ vettura” tfisser vetturi tal-istess kategorija li mhumiex differenti tal-anqas fl-aspetti essenzjali li ġejjin:

72. il-manifattur;

73. id-deskrizzjoni tat-tip tal-manifattur;

74. il-kostruzzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn ewlenin;

75. il- backbone chassis b’ side members / articulated chassis (differenzi ovvji u fundamentali);

76. għall-kategorija T: fusijiet (numru) jew, għal kategorija C: fusijiet/tracks (numru);

u, għat-tratturi biss:

- il-magna (kombustjoni interna/elettrika/ibrida).

- “varjant” tfisser vetturi tal-istess tip li ma jkunux differenti tal-inqas fl-aspetti li ġejjin:

(a) Għal tratturi:

- il-magna,

- il-prinċipju ta’ kif jaħdmu,

- in-numru u l-konfigurazzjoni taċ-ċilindri,

- differenza fil-potenza ta’ mhux aktar minn 30 % (bl-ogħla potenza ma tisboqx l-anqas potenza b’1,3 darbiet),

- differenza fil-volum taċ-ċilindri ta’ mhux aktar minn 20 % (bl-ogħla ċifra ma tisboqx l-anqas ċifra b’1,2 darbiet);

- il-fusijiet potenzjati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni);

- il-fusijiet iggwidati (numru u pożizzjoni);

- il-piż b’tagħbija massima ma jvarjax b’aktar minn 10 %;

- it-trażmissjoni (tip);

- l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib;

- il-fusijiet ibbrejkjati (numru);

(b) Għal karrijiet jew tagħmir irmunkat:

- il-fusijiet iggwidati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni);

- il-piż b’tagħbija massima ma jvarjax b’aktar minn 10 %;

- il-fusijiet ibbrejkjati (numru);

- “verżjoni ta’ varjant” tfisser vetturi li jikkonsistu f’kombinazzjoni ta’ elememti murija fil-pakkett tal-informazzjoni.

Artikolu 4Kategoriji tal-Vetturi

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji tal-vetturi li ġejjin japplikaw:

77. “kategorija T” tinkludi t-tratturi bir-roti kollha;

78. “kategorija T1” tinkludi tratturi bir-roti b’veloċità ddisinjata massima ta’ mhux aktar minn 40 km fis-siegħa, bl-eqreb fus lejn is-sewwieq li jkollu wisa’ minimu tat-track ta’ mhux anqas minn 1 150 mm, b’massa mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, ta’ aktar minn 600 kg, u b’għoli mill-art ta’ mhux aktar minn 1 000 mm;

79. “kategorija T2” tinkludi tratturi bir-roti b’wisa’ minimu ta’ track ta’ anqas minn 1 150 mm, b’piż bla tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ aktar minn 600 kg u b’għoli mill-art ta’ mhux aktar minn 600 mm u b’veloċità ddisinjata massima ta’ mhux aktar minn 40 km fis-siegħa, sakemm l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tat-trattur (imkejjel b’relazzjoni mal-art) diviż bit-track medja minima għal kull fus ma jeċċedix 0,90, u f’dal każ il-veloċità ddisinjata massima hija ristretta għall-30 km fis-siegħa;

80. “kategorija T3” tinkludi tratturi bir-roti b’veloċità ddisinjata massima ta’ mhux aktar minn 40 km fis-siegħa, u b’piż mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 600 kg;

81. “kategorija T4” tinkludi tratturi oħrajn bir-roti, għal skopijiet partikolari, b’veloċità ddisinjata massima ta’ mhux aktar minn 40 km fis-siegħa;

82. “kategorija T4.1” (tratturi bi clearance għolja) tinkludi tratturi intiżi biex jaħdmu f’uċuħ tar-raba’ li jikbru fl-għoli p.e. dwieli. Ikollhom xażi jew sezzjoni tax-xażi mgħolli, li jippermettilhom li javvanzaw f’pożizzjoni parallella mal-wiċċ tar-raba’ bir-roti tax-xellug u tal-lemin fuq kull naħa ta’ filliera waħda jew aktar ta’ wċuħ. Huma intiżi biex iġorru għodod tat-tħaddim, li jistgħu jkunu mmuntati fuq quddiem, bejn il-fusijiet, fuq wara jew fuq pjattaforma. Meta t-trattur ikun f’pożizzjoni tat-tħaddim, il- clearance perpendikolari mill-art fuq il-fillieri tal-uċuħ jeċċedi l-1 000 mm. Meta l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tat-trattur (imkejjel b’relazzjoni mal-art, bit-tajers normalment immuntati), diviż bit-track medja minima tal-fusijiet kollha jeċċedi 0,90, il-veloċità massima ddisinjata m’għandhiex teċċedi t-30 km fis-siegħa;

83. “kategorija T4.2” (tratturi b’wisa’ addizzjonali) tinkludi tratturi karatterizzati bid-dimensjonijiet kbar tagħhom, primarjament intiżi biex jaħdmu wċuħ tar-raba’ kbar;

84. “kategorija T4.3” (tratturi bi clearance baxxa) tinkludi tratturi four-wheel drive li t-tagħmir interkambjabbli tagħhom huwa maħsub għall-użu fl-agrikoltura jew fil-forestrija u li huma karatterizzati minn frejm ta’ sapport, huma mgħammrin b’power take-off waħda, jew aktar, ikollhom massa massima teknikamemt permessibbli ta’ mhux aktar minn 10 tunnellati, li għalihom il-proporzjon ta’ din il-massa mal-massa massima mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, huwa ta’ inqas minn 2,5 u b’ċentru ta’ gravità, [ara l-ex nota tal-qiegħ Nru 38] li jitkejjel b’relazzjoni mal-art bl-użu ta’ tajers li jiġu ffittjati normalment, ta’ inqas minn 850 mm;

85. “kategorija T5” tinkludi tratturi bir-roti b’veloċità ddisinjata massima ta’ aktar minn 40 km fis-siegħa;

86. “kategorija C” tinkludi track – laying tractors propelled by endless tracks or by a combination of wheels and endless tracks, b’sottokategoriji definiti b’analoġija ma’ kategorija T;

87. “kategorija R” tinkludi karrijiet; kull kategorija ta’ karru deskritta fil-punti minn 12 sa 15 tinkludi wkoll indiċi ‘a’ jew ‘b’, skont il-veloċità tad-disinn tal-karru:

88. (a) ‘a’ għal karrijiet b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa – jew anqas,

89. (b) ‘b’ għal karrijiet b’veloċità ddisinjata massima ta’ aktar minn 40 km fis-siegħa;

90. “kategorija R1” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom ma jaqbiżx l-1 500 kg;

91. “kategorija R2” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż l-1 500 kg iżda mhux it-3 500 kg;

92. “kategorija R3” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż it-3 500 kg iżda mhux il-21 000 kg;

93. “kategorija R4” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż il-21 000 kg;

94. “kategorija S” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli.

Kull kategorija ta’ tagħmir irmunkat interkambjabbli tinkludi indiċi ‘a’ jew ‘b’, skont il-veloċità ddisinjata tiegħu:

- ‘a’ għal tagħmir irmunkat interkambjabbli b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa – jew anqas,

- ‘b’ għal tagħmir irmunkat interkambjabbli b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa;

- “kategorija S1” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli ma jaqbiżx it-3 500 kg;

- “kategorija S2” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli jaqbeż it-3 500 kg;

- “kategorija U” tinkludi makkinarju kif definit fid-Direttiva 2006/42/KE, li għandu l-propulsjoni tiegħu stess u li huwa intiż għall-użu fl-agrikoltura u l-forestrija.

CHAPTER IIGENERAL OBLIGATIONS

Artikolu 5 Awtoritajiet Nazzjonali

95. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jaħtru awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tali twaqqif u ħatra skont l-Artikolu 53.

L-att ta’ notifika tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandu jinkludi isimhom, l-indirizz - inkluż dak elettroniku - u l-qasam ta’ responsabilità tagħhom.

96. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-manifatturi li japplikaw għall-approvazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

97. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni japprovaw biss dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet separati tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

98. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jirreġistraw jew joħorġu permess għall-bejgħ jew għad-dħul fis-servizz fil-każ biss ta’ dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet separati tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament biss. Huma m’għandhomx jipprojbixxu, ifixklu jew jimpedixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew iċ-ċirkulazzjoni fit-triq ta’ vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-aspetti tal-kostruzzjoni u l-funzjonament tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, jekk huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu.

Artikolu 6Obbligi ġenerali tal-manifatturi

99. Il-manifattur jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-awtorità tal-approvazzjoni fil-każ tal-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni u biex tiġi żgurata konformità fil-proċess ta’ produzzjoni, irrelevanti mill-fatt jekk il-manifattur huwiex direttament involut fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

100. Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kull manifattur huwa responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati miżjuda fl-istadju ta’ tlestija tal-vettura min-naħa tal-manifattur. Il-manifattur li jimmodifika l-komponenti jew is-sistemi li diġà ġew approvati fi stadji aktar bikrin għandu jkun responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni ta’ dawk il-komponenti u sistemi.

101. Il-manifattur, li jimmodifika l-vettura mhux kompleta b’tali mod li hija tiġi kwalifikata bħala kategorija differenti ta’ vettura bil-konsegwenza li rekwiżiti legali li diġà ġew evalwati fi stadju preċedenti ta’ approvazzjoni jinbidlu, huwa responsabbli wkoll mill-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

102. Għall-iskopiijiet ta’ dan ir-Regolament, manifattur stabbilit barra mill-Komunità għandu jaħtar rappreżentant uniku stabbilit fil-Komunità biex jirrappreżentah quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni.

Bit-terminu ‘manifattur’, wieħed għandu jifhem li qiegħda ssir referenza jew għall-manifattur innifsu inkella għal dan ir-rappreżentant.

KAPITOLU IIIREKWIŻITI SOSTANTIVI

Artikolu 7Rekwiżiti dwar is-sikurezza fit-toroq

103. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ korriment għal kull min ikun fihom u għall-utenti stradali l-oħra.

104. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:

(a) l-integrità tal-istruttura tal-vettura;

(b) is-sistemi li jgħinu lis-sewwieq jikkontrolla l-vettura, inklużi s-sistemi ta’ steering, tal-ibbrekjar, inklużi s-sistemi tal-brejkijiet anti-lock u s-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabilità;

(c) is-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibbiltà u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u ż-żona tal-madwar, inklużi l-ħġieġ, il-mirja u s-sistemi ta’ informazzjoni għas-sewwieq;

(d) is-sistemi ta’ dwal tal-vettura;

(e) il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistrieħ ir-ras, iċ-ċintorini ta’ sikurezza, il-bibien tal-vettura;

(f) l-estern u l-aċċessorji tal-vettura;

(g) il-kompatibbiltà elettromanjetika;

(h) l-apparat ta’ twissija li jinstema’;

(i) is-sistemi tat-tisħin;

(j) tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat;

(k) is-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(l) il-piżijiet u d-dimensjonijiet;

(m) is-sikurezza elettrika;

(n) strutturi protettivi n-naħa ta’ wara;

(o) protezzjoni laterali;

(p) pjattaformi tat-tagħbija;

(q) apparat tal-igganċjar u tal-irriversjar;

(r) kontrolli;

(s) tajers;

(t) sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir.

105. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom stess, sakemm jiġu ddikjarati applikabbli għall-kategorija ta’ vettura relevanti stipulata fl-Artikolu 4.

106. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta, f’konformità mal-Artikolu 57, att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati li jinkludu proċeduri għall-ittestjar u valuri ta’ limitu, fejn meħtieġ, għas-suġġetti elenkati fil-paragrafu 2 biex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ sikurezza stradali.

Artikolu 8Rekwiżiti dwar is-sikurezza okkupazzjonali

107. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ korriment għal kull min ikun jaħdem fuqhom jew bihom.

108. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:

(a) sistemi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (minn hawn ’il quddiem ROPS);

(b) sistemi ta’ protezzjoni kontra oġġetti li jaqgħu (minn hawn ’il quddiem FOPS);

(c) sedili tal-passiġġieri;

(d) livelli ta’ ħoss fuq ġewwa;

(e) is-sedil tas-sewwieq;

(f) l-ispazju għall-manuvrar u l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan;

(g) power take-offs;

(h) protezzjoni tal-komponenti tas-sewqan;

(i) ankoraġġi għaċ-ċintorini ta’ sikurezza;

(j) ċintorini ta’ sikurezza;

(k) protezzjoni tas-sewwieq kontra oġġetti penetranti (minn hawn ’il quddiem OPS);

(l) protezzjoni tas-sewwieq kontra sustanzi perikolużi;

(m) manwal tal-operaturi.

109. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-każ ta’ vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom stess, sakemm jiġu ddikjarati applikabbli għall-kategorija relevanti tal-vetturi minn dan ir-Regolament.

110. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta, f’konformità mal-Artikolu 57, att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati li jinkludu proċeduri għall-ittestjar u valuri ta’ limitu, fejn meħtieġ, għas-suġġetti elenkati f’paragrafu 2 biex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ sikurezza okkupazzjonali.

Artikolu 9Rekwiżiti dwar prestazzjoni ambjentali

111. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi mminimizzat l-impatt fuq l-ambjent.

112. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:

(a) emissjonijiet li jniġġsu;

(b) livelli ta’ ħsejjes minn barra.

113. Il-valuri ta’ limitu speċifiċi, proċeduri u rekwiżiti għat-testijiet ta’ emissjonijiet li jniġġsu stipulati għall-makkinarju mobbli fid-Direttiva 97/68/KE[35] għandhom japplikaw.

114. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-każ ta’ vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom stess, sakemm jiġu ddikjarati applikabbli għall-kategorija relevanti tal-vetturi minn dan ir-Regolament.

115. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta, f’konformità mal-Artikolu 57, att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati li jinkludu proċeduri għall-ittestjar u valuri ta’ limitu, fejn meħtieġ, għal-livell ta’ ħsejjes minn barra kif deskritt fil-paragrafu 2(b) u l-installazzjoni ta’ magni approvati f’vettura u d-dispożizzjonijiet relatati għall-flessibbiltà kif deskritt fil-paragrafi 2(a) u 3 biex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ prestazzjoni ambjentali.

KAPITOLU IVPROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 10Proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa tal-UE

116. Il-manifattur jista’ jagħżel waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) approvazzjoni tat-tip stadju wara l-ieħor;

(b) approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed;

(c) approvazzjoni tat-tip imħallta;

(d) approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji.

117. Il-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip stadju wara l-ieħor hija proċedura ta’ approvazzjoni tal-vetturi li tikkonsisti f’ġabra pass pass ta’ sett komplut ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jirrigwardaw il-vettura, u li fl-aħħar mill-aħħar twassal għall-approvazzjoni tal-vettura sħiħa.

L-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed hija proċedura li tikkonsisti fl-approvazzjoni ta’ vettura sħiħa li sseħħ fi stadju wieħed.

L-approvazzjoni tat-tip imħallta hija proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip pass pass li għaliha approvazzjoni tas-sistema waħda, jew aktar, tintlaħaq matul l-istadju finali tal-approvazzjoni tal-vettura sħiħa, mingħajr ma jkun meħtieġ li jinħarġu ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dawk is-sistemi.

Il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji hija proċedura ta’ approvazzjoni li fiha awtorità tal-approvazzjoni waħda, jew aktar, jiċċertifikaw li, abbażi tal-istat ta’ kkompletar, tip ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti u r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament.

118. Approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji għandha tingħata fir-rigward ta’ tip ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta li jikkonforma mal-partikolaritajiet fil-folder ta’ informazzjoni u li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi speċifikati mill-atti relevanti elenkati fl-Anness I, wara li jiġi kkunsidrat l-istat tal-ikkompletar tal-vettura.

119. L-approvazzjoni tat-tip għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li l-approvazzjoni(jiet) tat-tip maħruġa għall-vettura mhux kompleta tiċċertifika/jiċċertifikaw li l-vettura li tkun ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip fl-aħħar stadju tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi kollha applikabbli meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kkompletata, u applikabbli wkoll għall-kategorija ta’ vettura li għaliha tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kompleta.

120. L-għażla tal-proċedura ta’ approvazzjoni m’għandhiex taffettwa r-rekwiżiti regolatorji applikabbli li magħhom għandu jikkonforma t-tip ta’ vettura approvata meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa.

121. Jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti mudelli għad-dettalji tal-arranġamenti fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip fl-Artikolu 54.

Artikolu 11Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

122. Il-manifattur għandu jissottometti l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip lill-awtorità tal-approvazzjoni.

123. Applikazzjoni waħda biss tista’ tiġi sottomessa fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ vettura u tista’ tiġi sottomessa fi Stat Membru wieħed biss.

124. Applikazzjoni separata għandha tiġi sottomessa għal kull tip li għandu jiġi approvat.

Artikolu 12Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

125. Dokument ta’ informazzjoni, kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni implimentattiva, jippreskrivi l-informazzjoni li għandha tingħata mill-applikant.

L-applikant għandu jipprovdi l-awtorità tal-approvazzjoni b’folder ta’ informazzjoni. Dan il-folder ta’ informazzjoni għandu jinkludi d-dokument ta’ informazzjoni u d-dejta, it-tpinġijiet, ir-ritratti u l-informazzjoni l-oħra kollha li dan jirrikjedi. Tali informazzjoni tista’ tiġi pprovduta bil-miktub jew inkella f’format elettroniku.

Jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti mudelli għal dokument ta’ informazzjoni u folder ta’ informazzjoni fl-Artikolu 54.

126. Meta japplika għal approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jispeċifika l-proċedura magħżula b’konformità mal-Artikolu 10 (1) a) sa d), u jipprovdi l-folder ta’ informazzjoni.

Artikolu 13Rekwiżiti speċifiċi biex tiġi pprovduta informazzjoni fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont proċeduri differenti

127. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandu jkollha magħha folder ta’ informazzjoni u għandu jkollha magħha sett komplut ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip meħtieġa skont kull wieħed mill-atti separati applikabbli u r-Regolamenti UNECE jew il-Kodiċi OECD elenkati fl-Anness I.

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema jew unità teknika separata, skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness I, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta’ informazzjoni relatat sa dakinhar li l-approvazzjoni tingħata jew inkella tiġi rifjutata.

128. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandu jkollha magħha folder ta’ informazzjoni li jkun fih informazzjoni relevanti fir-rigward tal-atti elenkati fl-Anness I.

129. Fil-każ ta’ proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip imħallta, il-folder ta’ informazzjoni għandu jkollu miegħu ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip wieħed jew aktar li huma meħtieġa skont kull wieħed mill-atti separati applikabbli u r-Regolamenti UNECE jew il-Kodiċi OECD elenkati fl-Anness I u għandhom jinkludu, sakemm ma jiġix ippreżentat ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, l-informazzjoni relevanti mitluba fil-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan ir-Regolament, fir-rigward tal-atti elenkati fl-Anness I.

130. Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata għal skopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji:

(a) Fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE meħtieġa għal vettura kompluta li huma relevanti għall-istat ta’ kompletezza ta’ vettura bażika;

(b) Fit-tieni stadju u f’dawk sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma relevanti għall-istadju kurrenti tal-kostruzzjoni, flimkien ma’ kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura maħruġ fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni; barra minn hekk, il-manifattur għandu jipprovdi dettalji kompleti dwar kwalunkwe kambjament jew żieda li jkun għamel lill-vettura.

L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) tista’ tingħata f’konformità mal-paragrafu 2.

131. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’, fuq talba mmotivata, tistieden lill-manifattur biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex ikun possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar liema testijiet huma meħtieġa jew biex jiġi ffaċilitat il-mod li bih jitwettqu dawn it-testijiet.

Artikolu 14Proċedura li wieħed għandu jsegwi għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tas-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

Il-manifattur għandu jissottometti l-applikazzjoni għand l-awtorità tal-approvazzjoni.

Applikazzjoni waħda biss tista’ tiġi sottomessa fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata u tista’ tiġi sottomessa fi Stat Membru wieħed biss.

Applikazzjoni separata għandha tiġi sottomessa għal kull tip li għandu jiġi approvat.

KAPITOLU VTWETTIQ TA’ PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 15Dispożizzjonijiet Ġenerali

132. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE biss wara li jiġi żgurat li l-konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19 tkun ġiet attwata u jekk it-tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

133. Approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jingħataw skont l-Artikoli 16 u 17.

134. Jekk awtorità tal-approvazzjoni ssib li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li mibni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rikjesti, jippreżenta riskju serju għas-sikurezza stradali jew jikkawża dannu serju għall-ambjent u s-saħħa pubblika jew, fil-każ tat-tratturi, jippreżenta riskju serju għas-sikurezza okkupazzjonali, tista’ wkoll tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE. F’dan il-każ, hija għandha immedjatament tibgħat lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha u li jispjega l-evidenza tas-sejbiet tagħha.

135. Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu nnumerati f’konformità ma’ sistema armonizzata.

136. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol, tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mal-hemżiet, għal kull tip ta’ vettura li tkun approvat. Il-kopja bil-miktub tista’ tiġi sostitwita b’fajl elettroniku.

137. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar ir-rifjut jew l-irtirar min-naħa tagħha ta’ kwalunkwe approvazzjoni ta’ vettura, kif ukoll dwar ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tagħha.

138. Darba kull tliet xhur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE tas-sistema, il-komponent jew l-unità teknika li tkun tat, emendat, irrifjutat li tagħti jew irtirat matul il-perjodu preċedenti.

139. Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi din it-talba, tibgħat lill-awtorità l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE inkwisjtoni, flimkien mal-hemżiet. Il-kopja bil-miktub tista’ tiġi sostitwita b’fajl elettroniku.

140. Jekk il-Kummissjoni titlob dan, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tissottometti l-informazzjoni deskritta fil-paragrafi minn 5 sa 8 anki lill-Kummissjoni.

141. L-awtorità ta’ informazzjoni għandha tħejji pakkett ta’ informazzjoni li jkun fih folder ta’ informazzjoni kif ukoll ir-rapporti dwar it-testijiet u d-dokumenti l-oħra kollha miżjuda mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder ta’ informazzjoni matul it-twettiq ta’ xogħolhom. Il-folder ta’ informazzjoni għandu jikkonsisti f’indiċi li jelenka l-kontenuti tal-pakkett ta’ informazzjoni, innumerati kif dovut jew inkella mmarkati b’xi mod ieħor biex jiġu identifikati b’mod ċar il-paġni kollha, b’tali format li bih id-dokument ikun jista’ jiġi ppreżentat bħala reġistru tal-passi suċċessivi fl-immaniġġjar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b’mod partikolari d-dati tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti.

Artikolu 16Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip

142. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jikkonsisti f’dan li ġej, f’forma ta’ hemżiet:

(a) il-pakkett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 15;

(b) ir-riżultati tat-testijiet;

(c) l-isem/l-ismijiet u l-kampjun(i) tal-firma/firem tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ konformità u dikjarazzjoni tal-kariga tagħhom fil-kumpanija.

143. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jinħareġ abbażi tal-mudell stabbilit fl-att implimentattiv ta’ dan ir-Regolament:

144. Fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a) timla s-sezzjonijiet relevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inkluża l-folja mehmuża miegħu li fuqha jkun hemm ir-riżultati tat-testijiet, f’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-att implimentattiv ta’ dan ir-Regolament;

(b) tħejji l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni;

(c) toħroġ ċertifikat komplut, flimkien mal-hemżiet tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.

145. Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE li fuqha ġew imposti ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-validità tagħha jew li fir-rigward tagħha ma ġewx applikati ċerti dispożizzjonijiet tal-atti skont l-Artikolu 26, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawn ir-restrizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet li ma ġewx applikati.

146. Fil-każ li l-manifattur jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip imħallta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tniżżel fid-dokument ta’ informazzjoni r-referenzi għar-rapporti tat-testijiet stabbiliti mill-atti regolatorji li għalihom l-ebda ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE mhuwa disponibbli. Jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit mudell ta’ tali dokument fl-Artikolu 54.

147. Fil-każ li l-manifattur jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip pass pass, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ rekwiżiti jew atti applikabbli u tehmiżha maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit mudell ta’ tali lista fl-Artikolu 54.

Artikolu 17Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati

148. Approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tingħata lil sistema li tikkonforma mad-dettalji fil-folder ta’ informazzjoni u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-att relevant elenkati fl-Anness I.

149. Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ komponent jew unità teknika separata għandha tingħata lil komponent jew unità teknika separata li jikkonformaw mad-dettalji fil-folder ta’ informazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-att separat relevanti elenkati fl-Anness I.

150. Fil-każ fejn komponenti jew unitajiet tekniċi separati, kemm dawk intiżi għat-tiswija, għas-service jew għall-manutenzjoni kif ukoll dawn li mhumiex, huma koperti wkoll minn approvazzjoni tat-tip tas-sistema fir-rigward ta’ vettura, l-ebda approvazzjoni ta’ komponent jew unità teknika separata mhi se tkun meħtieġa sakemm dan ma jkunx stipulat fl-att relevanti elenkat fl-Anness I.

151. Fil-każ li komponent jew unità teknika separata jissodisfaw il-funzjoni tagħhom jew joffru karatteristika speċifika unikament meta jiġu ma’ partijiet oħra tal-vettura, b’tali mod li jkun possibbli biss li tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti meta komponent jew unità teknika separata jkunu qed joperaw unikament ma’ dawk il-partijiet l-oħra tal-vettura, l-ambitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent jew tal-unità teknika separata għandu jiġi ristrett skont dan.

F’każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu tagħhom u għandu jindika l-kundizzjonijiet speċjali għall-immuntar tagħhom.

Meta tali komponent jew unità teknika separata jkunu mmuntati minn manifattur tal-vetturi, il-konformità ma’ kwalunkwe restrizzjoni applikabbli fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet għall-immuntar għandha tiġi vverifikata meta l-vettura tiġi approvata.

Artikolu 18Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

152. Konformità mad-dispożizzjonijiet tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati l-Anness I għandha tiġi ppruvata permezz ta’ testijiet adegwati mwettqa minn servizzi tekniċi maħtura.

Il-proċeduri għall-ittestjar u t-tagħmir u l-għodod speċifiċi maħsuba għat-twettiq ta’ dawk it-testijiet huma deskritti f’dawk l-atti.

153. Il-manifattur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni numru kemm jista’ jkun kbir ta’ vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont kif mitlubfl-atti relevanti għat-twettiq tat-testijiet rikjesti.

154. It-testijiet rikjesti għandhom jitwettqu fuq vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jirrappreżentaw it-tip li għandu jiġi approvat.

Madankollu, il-manifattur jista’ jagħżel, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni, vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li, filwaqt li ma jirrappreżentawx it-tip li għandu jiġi approvat, jikkombinaw numru ta’ karatteristiċi mill-aktar sfavorevoli fir-rigward tal-livell mistenni ta’ prestazzjoni. Metodi virtwali għall-ittestjar jistgħu jintużaw bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-proċess ta’ selezzjoni.

155. Metodi virtwali għall-ittestjar jistgħu jintużaw bħala alternattivi għall-proċeduri għall-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1 u huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, fuq talba tal-manifattur f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti elenkati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

156. Metodi virtwali għall-ittestjar għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

157. Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta, bi qbil mal-Artikolu 57, att delegat li jispeċifika liema rekwiżiti jistgħu jkunu soġġetti għal ittestjar virtwali u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitwettaq tali ttestjar virtwali biex jiġi żgurat li r-riżultati miksuba permezz tal-ittestjar virtwali jkunu tal-istess valur bħal dawk li nkisbu permezz ta’ ttestjar fiżiku.

Artikolu 19Konformità mal-arranġamenti għall-produzzjoni

158. L-awtorità tal-approvazzjoni li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tivverifika, jekk hemm bżonn f’koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, li jkunu saru l-arranġamenti adegwati biex jiġi żgurat li vetturi ta’ produzzjoni, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, skont il-każ, jikkonformaw mat-tip approvat.

159. L-awtorità tal-approvazzjoni li tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri neċessarji fir-rigward ta’ dik l-approvazzjoni biex tivverifika, jekk hemm bżonn f’koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jibqgħu adegwati u li vetturi ta’ produzzjoni, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, skont il-każ, jikkonformaw mat-tip approvat.

Il-verifika biex jiġi żgurat li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mat-tip approvat għandha tiġi limitata għall-proċeduri stabbiliti fl-atti implimentattivi għal dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istat Membru li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tista’ twettaq kull test preskritt fir-rigward tar-rekwiżit regolatorju li huwa soġġett għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet ta’ produzzjoni.

160. Meta awtorità tal-approvazzjoni li tat approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex qed ikunu applikati, qed jiddevjaw b’mod sinifikanti mill-arranġamenti u l-pjanijiet ta’ kontroll miftiehma, ma baqgħux jiġu applikati jew m’għadhomx ikkunsidrati bħala adegwati, minkejja li l-produzzjoni tkompli, dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-konformità tal-proċedura tal-produzzjoni tiġi segwita b’mod korrett jew inkella tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU VIEMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 20Dispożizzjonijiet ġenerali

161. Il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE dwar kwalunkwe tibdil fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni.

Dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi, f’konformità mar-regoli stipulati f’dan il-Kapitolu, liema proċedura għandha tiġi segwita.

Fejn huwa neċessarju, jista’ jagħti l-każ li tiddeċiedi, f’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida jew approvazzjoni individwali ġdida.

162. Applikazzjoni biex tkun emendata approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tiġi sottomessa b’mod esklussiv lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.

163. Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tiskopri li, għal skopijiet ta’ emenda, ir-ripetizzjoni tal-ispezzjonijiet jew tat-testijiet hija neċessarja, hija għandha tinforma b’dan lill-manifattur.

Il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 19 għandhom japplikaw biss jekk, abbażi ta’ dawk l-ispezzjonijet jew testijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ikkonkludiet li r-rekwiżiti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE qed ikomplu jiġu ssodisfati.

Artikolu 21Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

164. Jekk dettalji rreġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni jkunu nbidlu, mingħajr il-ħtieġa għal ripetizzjoni ta’ spezzjonijiet jew testijiet, l-emenda tissejjaħ “reviżjoni”.

F’każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ il-paġna riveduta tal-pakkett tal-informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex tiġi mmarkata b’mod ċar in-natura tal-kambjament u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni kkonsolidata u aġġornata tal-pakkett tal-informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-kambjamenti, għandha titqies bħala waħda li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

165. L-emenda għandha tibda tissejjaħ “estensjoni” jekk, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, ikun hemm xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) aktar spezzjonijiet jew testijiet ikunu meħtieġa;

(b) xi informazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-hemżiet tiegħu, tkun inbidlet;

(c) rekwiżiti ġodda skont kwalunkwe att applikabbli għat-tip ta’ vettura approvata jew għas-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata approvati jidħlu fis-seħħ.

F’każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE rivedut, iddenotat b’numru ta’ estensjoni, miżjud skont in-numru ta’ estensjonijiet suċċessivi li ngħataw diġà. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu juri b’mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid.

Kull meta jinħarġu paġni emendati jew verżjonijiet ikkonsolidati u aġġornati, l-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi emendat kif suppost biex tintwera d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti, jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.

Artikolu 22Il-ħruġ u n-notifikazzjoni tal-emendi

166. F’każ ta’ estensjoni tas-sezzjonijiet kollha relevanti taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-hemżiet ta’ miegħu, u l-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni għandhom jiġu aġġornati. Iċ-ċertifikat aġġornat u l-hemżiet tiegħu għandhom jinħarġu lill-applikant minnufih.

167. F’każ ta’ reviżjoni, id-dokumenti riveduti jew il-verżjoni kkonsolidata u aġġornata, skont il-każ, inkluż l-indiċi rivedut tal-pakkett tal-informazzjoni, għandhom jinħarġu mill-awtorità tal-approvazzjoni lill-applikant minnufih.

168. Bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 15, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati mill-awtorità tal-approvazzjoni dwar kwalunkwe emenda li ssir fl-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE.

KAPITOLU VIIVALIDITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 23Tmiem tal-validità

169. Approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jinħarġu għal perjodu ta’ żmien mhux limitat.

170. Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura ma tibqax valida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) rekwiżiti ġodda fi kwalunkwe att applikabbli għat-tip ta’ vettura approvata jsiru mandatorji għar-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda, u ma jkunx possibbli li tiġi aġġornata l-approvazzjoni tat-tip skont dawn;

(b) il-produzzjoni tal-vettura approvata titwaqqaf definittivament b’mod volontarju;

(c) il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tiskadi minħabba restrizzjoni speċjali bi qbil mal-Artikolu 26.

171. Fejn varjant wieħed biss fi ħdan tip jew verżjoni waħda fi ħdan varjant ma jibqgħux validi, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vettura inkwistjoni ma tibqax valida biss fir-rigward tal-varjant jew il-verżjoni partikolari.

172. Meta l-produzzjoni ta’ tip partikolari ta’ vettura titwaqqaf definittivament, il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dik il-vettura.

Meta tirċievi notifikazzjoni bħal din, l-awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra kif suppost, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol.

173. Bla ħsara għall-paragrafu 4, f’każijiet meta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura tkun waslet biex tiskadi, il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra biex, fejn hu possibbli, ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 34.

Dik il-komunikazzjoni għandha tispeċifika, b’mod partikolari, id-data tal-produzzjoni u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura tal-aħħar vettura prodotta.

KAPITOLU VIIIĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ U MARKINGS

Artikolu 24 Ċertifikat ta’ konformità

174. Il-manifattur, fil-kapaċità tiegħu ta’ detentur ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa, għandu jagħti ċertifikat ta’ konformità bħala dokument bil-miktub ma’ kull vettura, kemm jekk kompluta, mhux kompleta jew kompleta, li hija mmanifatturata f’konformità mat-tip ta’ vettura approvat.

Tali ċertifikat għandu jinħareġ flimkien mal-vettura mingħajr ħlas lix-xerrej, u dan m’għandux ikun jiddipendi minn talba espliċita jew mis-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.

175. Il-manifattur għandu juża l-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità mogħti fil-miżuri implimentattivi bi qbil mal-Artikolu 54.

176. Sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim differenti max-xerrej tal-vettura, iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jitħejja bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru minn fejn se tinxtara l-vettura.

177. Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jiġi ddisinjat b’mod li tiġi evitata l-falsifikazzjoni. Għal dak il-għan, il-karta użata għandha tiġi protetta jew permezz ta’ grafiki kkuluriti jew inkella permezz ta’ watermark li sservi bħala marka ta’ identifikazzjoni tal-manifattur.

178. Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jimtela kompletament u m’għandux ikollu restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu tal-vettura minbarra dawk imsemmija fl-att regolatorju.

179. Fil-każ ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta , il-manifattur għandu jimla biss dawk il-partijiet fuq it-2 faċċata taċ-ċertifikat ta’ konformità li ġew miżjuda jew inbidlu fl-istadju attwali ta’ approvazzjoni u, jekk ikun applikabbli, għandu jehmeż maċ-ċertifikat iċ-ċertifikati kollha ta’ konformità maħruġa fl-istadju preċedenti.

180. Iċ-ċertifikat ta’ konformità kif stabbilit fl-att implimentattiv għal dan ir-Regolament għal vetturi approvati f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 26 għandu jkollu fit-titolu tiegħu l-frażi “Għal vetturi kompleti/kompluti, li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip bi qbil mal-Artikolu 26 tar-Regolament […][dan ir-Regolament](approvazzjoni provviżorja).”

181. Iċ-ċertifikat ta’ konformità kif stabbilit fl-att implimentattiv għandu, għal vetturi li jkunu għaddew mill-proċess tal-approvazzjoni tat-tip bi qbil mal-Artikolu 28, ikollu fit-titolu tiegħu l-frażi “Għal vetturi kompleti/kompluti, li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip ta’ serje żgħira”, u fil-viċin tal-istess titolu, is-sena ta’ produzzjoni li warajha jkollha numru sekwenzjali, bejn 1 u l-limitu indikat fit-tabella stabbilit fl-ewwel Parti tal-Anness II, li jiddenota, għal kull sena ta’ produzzjoni, il-pożizzjoni ta’ dik il-vettura fi ħdan il-produzzjoni allokata għal dik is-sena.

182. Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-manifattur jista’ jittrażmetti elettronikament dejta jew informazzjoni li tkun fiċ-ċertifikat ta’ konformità lill-awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru.

183. Il-manifattur biss jista’ joħroġ kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher ċar fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ kull ċertifikat idduplikat.

Artikolu 25Marka tal-approvazzjoni tat-tip

184. Il-manifattur ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata, irrelevanti jekk dawn humiex parti minn sistema jew le, għandu jwaħħal ma’ kull komponent jew unità mmanifatturati f’konformità mat-tip approvat il-marka tal-approvazzjoni tat-tip, mitluba mill-att delegat relevanti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament UNECE jew il-Kodiċi OECD relevanti.

185. Fejn tali marka tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx mitluba, il-manifattur għandu tal-anqas iwaħħal l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur, u n-numru tat-tip u n-numru ta’ identifikazzjoni.

186. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha titpenġa skont il-mudell stabbilit fil-leġiżlazzjoni implimentattiva għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU IXEŻENZJONIJIET U TEKNOLOĠIJI ĠODDA JEW KUNĊETTI INKOMPATIBBILTÀ MAL-ATTI DELEGATI JEW MAR-REGOLAMENTI UNECE

Artikolu 26Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

187. Il-manifattur jista’ japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata li jinkorpora teknoloġiji jew kunċetti ġodda li mhumiex kompatibbli ma’ att wieħed, jew aktar, jew mar-rekwiżiti elenkati fl-Anness I.

188. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, msemmija fil-paragrafu 1 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-applikazzjoni tiddikkjara r-raġunijiet għala t-teknoloġiji jew il-kunċetti inkwistjoni jagħmlu s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata inkompatibbli mar-rekwiżiti;

(b) l-applikazzjoni tiddeskrivi l-implikazzjonijiet ta’ sikurezza u dawk ambjentali tat-teknoloġija l-ġdida u l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat, tal-inqas, livell indaqs ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali b’paragun mar-rekwiżiti li huma l-bażi tal-eżenzjoni rikjesta;

(c) deskrizzjonijiet u riżultati tat-testijiet huma ppreżentati u jservu ta’ prova li l-kundizzjoni fil-punt (b) tiġi ssodisfata.

189. Sakemm tistenna li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tagħti approvazzjoni provviżorja, valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, għat-tip ta’ vettura koperta mill-eżenzjoni mitluba. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan minnufih permezz ta’ fajl li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

190. Awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw l-approvazzjoni provviżorja msemmija fil-paragrafu 3 fit-territorju tagħhom.

191. L-għoti ta’ eżenzjoni għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2).

192. Fejn suppost, id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika wkoll jekk il-validità tagħha hijiex soġġetta għal xi restrizzjonijiet. Fil-każijiet kollha, il-validità tal-approvazzjoni m’għandhiex tkopri perjodu ta’ inqas minn 36 xhar.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrifjuta awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha immedjatament tinnotifika lid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip provviżorja msemmija fil-paragrafu 3 li l-approvazzjoni provviżorja se tiġi rrevokata sitt xhur qabel id-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Madankollu, vetturi mmanifatturati f’konformità mal-approvazzjoni provvizorja qabel ma tkun ġiet irrevokata għandhom jitħallew jiġu rreġistrati, mibjugħa jew jidħlu fis-servizz fi kwalunkwe Stat Membru li aċċetta l-approvazzjoni provviżorja.

Artikolu 27Azzjoni meħtieġa

193. F’każ li l-Kummissjoni tawtorizza l-għoti ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 26, hija għandha tieħu immedjatament il-passi meħtieġa biex tadatta l-atti delegati jew ir-rekwiżiti inkwistjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi.

F’każ li l-eżenzjoni skont l-Artikolu 26 tkun assoċjata ma’ Regolament tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għar-Regolament rilevanti tal-UNECE f’konformità mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim tal-1958 Rivedut.

194. Hekk kif l-atti jew ir-rekwiżiti rilevanti jkunu ġew emendati, kwalunkwe restrizzjoni relatata mal-eżenzjoni taqa’.

Jekk il-passi meħtieġa biex jiġu adattati l-atti delegati jew ir-rekwiżiti ma jkunux ittieħdu, il-validità tal-eżenzjoni tista’ tiġi estiża, fuq talba tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni, permezz ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2).

KAPITOLU XVETTURI PRODOTTI F’SERJE ŻGĦIRA

Artikolu 28Approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira

195. Il-manifattur jista’ jitlob approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira ta’ tip ta’ vettura fi ħdan limiti kwantitattivi stabbiliti fl-ewwel Parti tal-Anness II.

Għal approvazzjoni bħal din, l-awtorità nazzjonali għandha, jekk ikun hemm raġunijiet validi għal dan, tneħħi dispożizzjoni waħda jew aktar tal-atti elenkati fl-Anness I, kemm-il darba hija tkun stipulat rekwiżiti alternattivi.

196. Ir-rekwiżiti alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw livell ta’ sikurezza stradali, protezzjoni ambjentali, u sikurezza okkupazzjonali li huwa ekwivalenti għall-massimu prattikabbli għal-livell previst fl-att rilevanti elenkat fl-Anness I.

197. Għall-iskop ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi skont dan l-Artikolu, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jgħaddu minn proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-atti elenkati fl-Annessx I għandhom jiġu aċċettati.

198. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jispeċifika n-natura tal-eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi abbozzat skont il-mudell stabbilit fil-leġiżlazzjoni implimentattiva iżda m’għandux ikollu l-intestatura “Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi”. Ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu nnumerati skont dan ir-Regolament.

199. Il-validità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Istat Membru li l-awtorità tal-approvazzjoni tiegħu tkun tat l-approvazzjoni.

200. Madankollu, jekk il-manifattur jitlob dan, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu għandha tintbagħat bil-posta rreġistrata jew bil-posta elettronika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżula mill-manifattur.

201. Fi żmien 60 ġurnata mill-wasla tagħha, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżula mill-manifattur għandhom jiddeċiedu jekk humiex se jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip jew le. Huma għandhom jikkomunikaw formalment dik id-deċizjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

202. Approvazzjoni tat-tip m’għandhiex tiġi rrifjutata sakemm l-awtorità tal-approvazzjoni ma jkollhiex raġunijiet validi biex temmen li d-dispożizzjonijiet tekniċi, li skonthom ġiet approvata l-vettura, mhumiex ekwivalenti għal tagħha.

203. Fuq talba ta’ applikant li jixtieq ibigħ, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vettura fi Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni għandha tipprodvi lill-applikant kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż il-pakkett tal-informazzjoni. L-awtorità nazzjonali għandha tagħti l-permess għall-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ din il-vettura sakemm ma jkollhiex raġunijiet validi biex temmen li d-dispożizzjonijiet tekniċi, li skonthom ġiet approvata l-vettura, mhumiex ekwivalenti għal tagħha.

KAPITOLU XIAPPROVAZZJONIJIET INDIVIDWALI

Artikolu 29Approvazzjonijiet individwali

204. Applikazzjoni għal approvazzjoni individwali għandha tiġi sottomessa mill-manifattur jew minn sid il-vettura. Tista’ tiġi wkoll sottomessa minn persuna, stabbilita fil-Komunità, li tkun qed taġixxi f’isem il-manifattur jew sid il-vettura.

205. Fil-proċedura tal-approvazzjoni individwali, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiċċertifikaw li l-vettura tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti u r-rekwiżiti tekniċi.

206. Approvazzjoni individwali għandha tapplika għal vettura partikolari, irrilevanti jekk hix unika jew le.

207. Applikazzjonijiet għal approvazzjoni individwali għandhom ikopru massimu ta’ 15-il vettura tal-istess tip.

208. Dan l-Artikolu għandu japplika għal vetturi li fi żmien l-applikazzjoni għal approvazzjoni individwali ma jkunu kisbu qatt l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ tan-numru tar-reġistrazzjoni, inklużi reġistrazzjonijiet temporanji jew għal żmien limitat jew reġistrazzjoni professjonali jew dħul fis-servizz, jew dħul fis-servizz jew reġistrazzjoni għal inqas minn sitt xhur.

Artikolu 30Eżenzjonijiet għal approvazzjonijiet individwali

209. Awtorità tal-approvazzjoni tista’ teżenta l-vettura mill-konformità b’att wieħed, jew aktar mill-atti elenkati fl-Anness I, bil-kundizzjoni li l-awtorità tal-approvazzjoni timponi rekwiżiti alternattivi u jkollha raġunijiet validi għal tali eżenzjoni.

Rekwiżiti alternattivi għandhom jiżguraw livell ta’ sikurezza stradali, protezzjoni ambjentali, u sikurezza okkupazzjonali li huwa ekwivalenti għall-massimu prattikabbli għal-livell previst mill-att rilevanti elenkat fl-Anness I.

210. Awtoritajiet tal-approvazzjoni m’għandhomx iwettqu testijiet li jikkawżaw ħsara. Huma għandhom jużaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta mill-applikant biex tiġi stabbilita konformità mar-rekwiżiti alternattivi.

211. Awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jaċċettaw kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistema, komponent jew unità teknika separata minflok ir-rekwiżiti alternattivi.

212. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni individwali jekk il-vettura tikkonforma mad-deskrizzjoni mehmuża mal-applikazzjoni u jekk din tkun tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli, u l-awtorità għandha, mingħajr dewmien, toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali.

Il-format taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jkun ibbażat fuq il-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE stipulat fl-Anness V u għandu jkun jinkludi, tal-inqas, l-informazzjoni meħtieġa biex timtela l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE[36].

Ċertifikati ta’ approvazzjoni individwali m’għandhomx ikollhom l-intestatura “Approvazzjoni tal-vettura/i tal-UE”. Ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali għandu jkollu fuqu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura inkwistjoni.

Artikolu 31Validità u aċċettazzjoni tal-approvazzjoni individwali

213. Il-validità ta’ approvazzjoni individwali għandha tkun limitata għat-territorju tal-Istat Membru li fih tkun ingħatat.

214. Meta applikant ikun jixtieq ibigħ, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz fi Stat Membru ieħor vettura li ngħatat approvazzjoni individwali, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni għandha, fuq talba, tipprovdi lill-applikant dikjarazzjoni tad-dispożizzjonijiet tekniċi li skonthom ġiet approvata l-vettura u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tispjega fid-dettall in-natura tar-rekwiżiti tekniċi li dik il-vettura partikolari tissodisfa.

215. Fir-rigward ta’ vettura li ngħatat approvazzjoni individwali minn awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru wieħed, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29, l-Istati Membri l-oħra għandhom jippermettu li l-vettura tinbiegħ, tiġi rreġistrata jew tidħol fis-servizz sakemm ma jkollhomx raġunijiet validi biex jemmnu li d-dispożizzjonijiet tekniċi, li skonthom ġiet approvata l-vettura, mhumiex ekwivalenti għal tagħhom.

216. Fuq talba tal-manifattur jew ta’ sid il-vettura, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu approvazzjoni individwali lil vettura li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. F’każ bħal dan, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni individwali u għandhom jippermettu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz tal-vettura.

Artikolu 32Dispożizzjonijiet speċifiċi

217. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jistgħu japplikaw għal vetturi li għaddew minn proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li ġew immodifikati qabel ma ġew irreġistrati jew qabel ma ddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba.

218. Il-proċedura stabbilita f’dan il-Kapitolu tista’ tapplika għal vettura partikolari matul l-istadji li jiġu wara t-tlestija tagħha, f’konformità mal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji.

219. Il-proċedura stabbilita f’dan il-Kapitolu ma tistax tissostitwixxi stadju intermedju fi ħdan sekwenza normali ta’ proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji u ma tistax tapplika għall-kisba ta’ approvazzjoni tal-ewwel stadju ta’ vettura.

KAPITOLU XIIREĠISTRAZZJONI, BEJGĦ U DĦUL FIS-SERVIZZ

Artikolu 33Reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi

220. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37, vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura sħiħa hija mandatorja jew li għalihom il-manifattur kiseb tali approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandhom jiġu rreġistrati, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz biss f’każ li jkollhom ċertifikat ta’ konformità validu, maħruġ skont l-Artikolu 24.

Fil-każ ta’ vetturi inkompleti, il-bejgħ ta’ vetturi bħal dawn huwa permess, iżda l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw reġistrazzjoni permanenti u dħul fis-servizz ta’ tali vetturi għal dak iż-żmien li fih il-vettur jibqgħu inkompleti.

221. Fir-rigward ta’ vetturi ta’ serje żgħira, in-numru ta’ vetturi rreġistrati, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz matul sena waħda m’għandux jaqbeż in-numru ta’ unitajiet stabbilit fl-ewwel Parti tal-Anness II.

222. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal vetturi intiżi għall-użu mill-forzi armati, mill-protezzjoni ċivili, mill-iskwadri tat-tifi tan-nar jew mis-servizzi tal-ordni pubblika jew għal vetturi li għaddew minn proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikoli 28 jew 32.

Artikolu 34Reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ta’ serje mitmuma

223. Soġġett għal-limiti speċifikati fit-tieni Parti tal-Anness II u għal perijodu limitat ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 2, vetturi li jikkonformaw ma’ tip ta’ vettura li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha m’għadhiex aktar valida jistgħu jiġu rreġistrati, mibjugħa u mdaħħla fis-servizz.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b’approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-mument tal-produzzjoni tagħhom, iżda li ma kinux ġew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.

224. Il-Paragrafu 1 għandu japplika, fil-każ ta’ vetturi kompleti, għal perjodu ta’ tnax-il xhar mid-data li fiha skadiet il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, fil-każ ta’ vetturi kompluti, għal perjodu ta’ tmintax-il xhar minn dik id-data.

225. Manifattur li jixtieq igawdi mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandu jibgħat talba lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat mid-dħul fis-servizz tal-vetturi inkwistjoni. It-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li minħabba fihom dawk il-vetturi mhumiex konformi mar-rekwiżiti tekniċi l-ġodda.

L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiddeċiedu, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba bħal din, jekk jippermettux ir-reġistrazzjoni ta’ dawk il-vetturi fit-territorju tagħhom, u f’liema kwantità.

226. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantità ta’ vetturi li jiġu rreġistrati jew li jiddaħħlu fis-servizz fil-qafas tal-proċedura skont dan l-Artikolu tkun kontrollata b’mod effikaċi.

227. Dan l-Artikolu għandu japplika biss f’każ ta’ sospensjoni kawża ta’ skadenza tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip fil-każ imsemmi fl-Artikolu 23(2)(a).

Artikolu 35Bejgħ u dħul fis-servizz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati

228. Komponenti u unitajiet tekniċi separati jistgħu jinbiegħu u jidħlu fis-servizz fil-każ biss li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-atti rilevanti elenkati fl-Anness 1 u li huma mmarkati kif suppost skont l-Artikolu 25.

229. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma speċifikament mibnija jew imfassla għal vetturi ġodda li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament.

230. B’deroga mill-Paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li ġew eżentati minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta’ att regolatorju bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26 jew huma maħsuba għall-immuntar fuq vetturi koperti bl-approvazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 28 jew 29 li jikkonċernaw il-komponent jew l-unità teknika separata inkwistjoni.

231. B’deroga mill-Paragrafu 1, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma maħsuba għall-immuntar fuq vetturi li, fil-mument tad- dħul tagħhom fis-servizz, ma kinux mitluba minn dan ir-Regolament jew mid-Direttiva 2003/37/KE, li jkollhom approvazzjoni tat-tip tal-UE.

KAPITOLU XIIIKLAWSOLI TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 36Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi ma’ dan ir-Regolament

232. Jekk awtorità nazzjonali ssib li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda, għalkemm konformi mar-rekwiżiti applikabbli jew immarkati kif suppost, jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza stradali, jew huma ta’ dannu gravi għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika jew, fil-każ tat-tratturi, jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza okkupazzjonali, dik l-awtorità nazzjonali tista’, għal perjodu massimu ta’ sitt xhur, tiċħad ir-reġistrazzjoni ta’ tali vetturi jew il-permess għall-bejgħ jew id-dħul fis-servizz fit-territorju tagħha ta’ tali vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.

F’dawn il-każijiet, l-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha minnufih tinnotifika lill-manifattur, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kif xieraq, billi tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha u, b’mod partikolari, jekk hix ir-riżultat ta’:

(a) nuqqasijiet fl-atti rilevanti;

(b) applikazzjoni mhux korretta tar-rekwiżiti rilevanti.

233. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati mill-aktar fis possibbli u, b’mod partikolari, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip biex titħejja d-deċiżjoni.

234. Meta l-miżuri msemmija fil-Paragrafu 1 ikunu attribwiti għal nuqqasijiet fl-atti rilevanti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a) fejn huma kkonċernati l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha temenda l-atti kif suppost;

(b) fejn huma kkonċernati Regolamenti tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-abbozz tal-emendi meħtieġa għar-Regolamenti rilevanti tal-UNECE bi qbil mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim tal-1958 Rivedut.

235. Meta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jiġu attribwiti għal applikazzjoni mhux korretta tar-rekwiżiti rilevanti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata tikkonforma ma’ tali rekwiżiti. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha għandhom jiġu infurmati dwar passi bħal dawn.

Artikolu 37Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mat-tip approvat

236. Jekk vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità jew li għandhom fuqhom marka ta’ approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip li tkun approvat, l-awtorità nazzjonali li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip, biex jiġi żgurat li vetturi ta’ produzzjoni, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, skont il-każ, jinġiebu f’konformità mat-tip approvat. Hija għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol.

237. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew fil-pakkett ta’ informazzjoni għandhom jitqiesu li huma nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat. Vettura m’għandhiex titqies li tiddevja mit-tip approvat jekk l-atti regolatorji rilevanti jippermettu t-tolleranzi u dawk it-tolleranzi huma rispettati.

238. Jekk awtorità tal-approvazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor turi li vetturi, komponenti jew unitajiet separati tekniċi ġodda akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità jew li għandhom marka ta’ approvazzjoni mhumiex konformi mat-tip approvat, hija tista’ titlob lill-awtorità nazzjonali li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE biex tivverifika li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat. Mal-wasla ta’ tali talba, l-awtorità nazzjonali li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu miżuri mitluba malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 60 ġurnata tax-xogħol mid-data tat-talba.

239. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità nazzjonali, li tat lis-sistema, lill-komponent, lill-unità teknika separata jew lill-vettura mhux kompleta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li vetturi fi produzzjoni jinġiebu mill-ġdid f’konformità mat-tip approvat fil-każijiet li ġejjin:

(a) f’każ ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura huwa attribwibbli esklużivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b) f’każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ diversi stadji, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura kompleta huwa attribbwibbli esklużivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata li tkun parti mill-vettura mhux kompleta, jew mill-vettura mhux kompleta fiha nnifisha.

Mal-wasla ta’ tali talba, l-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, jekk hemm bżonn flimkien mal-Istat Membru li jagħmel it-talba, malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 60 ġurnata tax-xogħol mid-data tat-talba.

Fejn jiġi stabbilit nuqqas ta’ konformità, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istat Membru li tat lis-sistema, lill-komponent jew lill-unità teknika separata approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-approvazzjoni ta’ vettura mhux kompleta għandha tieħu l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1.

240. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol bi kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE u bir-raġunijiet għal dan.

241. Jekk l-awtorità nazzjonali li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE toġġezzjona għan-nuqqas ta’ konformità nnotifkat lilha, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħdmu biex isolvu l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u, fejn meħtieġ, għandha torganizza konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

Artikolu 38Komponenti u tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta’ sistemi essenzjali

242. Il-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew tagħmir, li jistgħu jippreżentaw riskju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta’ sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha, għandhom ikunu pprojbiti, sakemm ma jkunux ġew awtorizzati minn awtorità tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4 u l-Artikolu 39, il- paragrafi 1 u 2.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ tali komponenti jew tagħmir, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57, billi tiġi kkunsidrata l-informazzjoni disponibbli dwar dan li ġej:

(a) is-serjetà tar-riskju għas-sikurezza jew għall-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi mmuntati bil-komponenti u t-tagħmir inkwistjoni;

(b) l-effett fuq il-konsumaturi u l-manifatturi, fis-suq ta’ wara, tal-impożizzjoni skont dan l-Artikolu ta’ talba ta’ awtorizzazzjoni possibbli fil-każ ta’ komponenti u tagħmir.

243. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal komponenti u tagħmir oriġinali u għal komponenti jew tagħmir li għaddew minn proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ wieħed mill-atti elenkati fl-Anness I, minbarra meta l-approvazzjoni tirrigwarda aspetti differenti minn dawk koperti fil-paragrafu 1.

244. Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta, fejn huwa xieraq, f’konformità mal-Artikolu 57, att delegat biex jiġu identifikati l-komponenti u t-tagħmir imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta jitpoġġew fis-suq.

245. Il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’ tiġi aġġornata u, safejn huwa meħtieġ, il-mudell u s-sistema tal-innumerar taċ-ċertifikat imsemmija fil-paragrafu 4 kif ukoll l-aspetti relatati mal-proċedura, ir-rekwiżiti li tali komponenti għandhom jissodisfaw, l-immarkar, l-imballaġġ u t-testijiet adegwati jistgħu jiġu stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57.

246. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu bbażati fuq l-atti elenkati fl-Anness I jew jistgħu jikkonsistu f’paragun tal-komponent jew tat-tagħmir mal-prestazzjoni tal-vettura oriġinali, jew ta’ kwalunkwe komponent oħra tagħha, kif xieraq. F’dawn il-każijiet, ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li l-komponenti jew it-tagħmir ma jkunux ta’ xkiel għall-funzjonament ta’ dawk is-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew tal-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Artikolu 39Komponenti u tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta’ sistemi essenzjali – rekwiżiti relatati

247. Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 38, il-manifattur ta’ partijiet jew tagħmir għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni rapport tat-test abbozzat minn servizz tekniku maħtur li jiċċertifika li l-komponenti jew it-tagħmir li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni huma konformi mar-rekwiżiti imsemmija fil- paragrafu 3. Il-manifattur jista’ jintroduċi biss applikazzjoni waħda għal kull tip għal kull parti ma’ awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.

L-applikazzjoni għandha tinkludi dettalji li jikkonċernaw il-manifattur tal-komponenti jew tat-tagħmir, it-tip, in-numri ta’ identifikazzjoni u tal-komponenti jew tat-tagħmir li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni, kif ukoll l-isem tal-manifattur tal-vettura, it-tip ta’ vettura u, jekk xieraq, is-snin ta’ kostruzzjoni jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vettura li għaliha l-immuntar ta’ tali komponenti jew tagħmir hu intiż.

Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun sodisfatta, b’kunsiderazzjoni tar-rapport tat-test u evidenza oħra, li l-komponenti jew it-tagħmir inkwistjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, hi għandha toħroġ ċertifikat lill-manifattur mingħajr dewmien. Dan iċ-ċertifikat għandu jawtorizza l-komponenti jew it-tagħmir li għandu jinbiegħ, jiġi offrut għall-bejgħ jew immuntat f’vetturi fil-Komunità soġġett għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

248. Il-manifattur għandu jinforma, mingħajr dewmien, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ. Dik l-awtorità tal-approvazjoni għandha tiddeċiedi jekk iċ-ċertifikat għandux jiġi rivedut jew maħruġ mill-ġdid u jekk hemmx bżonn isiru testijiet ġodda.

Il-manifattur għandu jkun responsabbli biex jiġi żgurat li l-komponenti u t-tagħmir huma prodotti u se jibqgħu jiġu prodotti taħt il-kundizzjonijiet li taħthom inħareġ iċ-ċertifikat.

249. Qabel tagħti kwalunkwe awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti biex jiġi żgurat kontroll effikaċi tal-konformità tal-produzzjoni.

Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni mhumiex iżjed issodisfati, hi għandha titlob lill-manifattur jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-komponenti jew it-tagħmir jinġabu lura f’konformità. Jekk meħtieġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

250. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni minn Stati Membri differenti għandhom iressqu kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fir-rigward ta’ ċertifikati msemmija fil-paragrafu 4 għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex issib soluzzjoni għan-nuqqas ta’ qbil, inkluża, fejn meħtieġ, it-talba għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni.

251. Sakemm il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ma tkunx ġiet stabbilita, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu jirrigwardaw komponenti u tagħmir li għandhom il-kapaċità li jaffettwaw il-funzjoni korretta ta’ sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura u għall-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Artikolu 40Ġabra lura tal-vetturi

252. Fejn manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura sħiħa jkun obbligat, f’konformità mar-Regolament (KE) 765/2008[37], li jiġbor lura vetturi diġà mibjugħa, irreġistrati jew impoġġija fis-servizz għaliex

253. sistema, komponent jew unità teknika separata mmuntata fil-vettura, kemm jekk approvati kif dovut f’konformità ma’ dan ir-Regolament u anki jekk le,

254. jew parti li mhijiex soġġetta għal xi rekwiżit speċifiku taħt leġiżlazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza stradali, is-sikurezza okkupazzjonali, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni ambjentali, dak il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni.

255. Il-manifattur għandu jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni sett ta’ rimedji xierqa biex ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 jiġi newtralizzat. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkomunika l-miżuri proposti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri huma implimentati b’mod effikaċi fit-territorji rispettivi tagħhom.

256. Jekk il-miżuri huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti mill-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata jew ma ġewx implimentati malajr biżżejjed, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura għandha mbagħad tinforma lill-manifattur. Jekk il-manifattur ma jipproponix u ma jimplimentax miżuri effettivi u korrettivi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri protettivi kollha meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura tal-UE. F’każ li tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-manifattur, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra rreġistrata jew mezzi elettroniċi ekwivalenti fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol.

Artikolu 41Notifika ta’ deċiżjonijiet u rimedji disponibbli

Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet kollha li jirrifjutaw jew jirtiraw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew li jir- rifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, għandhom jiddikjaraw fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Kwalunkwe tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti kkonċernata li għandha, fl-istess waqt, tiġi infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-limiti ta’ żmien permissibbli għall-eżerċitar ta’ tali rimedji.

KAPITOLU XIVREGOLAMENTI INTERNAZZJONALI

Artikolu 42Regolamenti UNECE meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

257. Regolamenti UNECE li għalihom aderixxiet l-Unjoni u li huma elenkati fl-Anness I għandhom ikunu parti mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-atti delegati taħt dawn ir-Regolamenti. Huma għandhom japplikaw għall-kategoriji ta’ vetturi elenkati fil-kolonni rilevanti fit-tabella tal-Anness I.

258. Meta l-Unjoni tkun iddeċidiet li tapplika fuq bażi obbligatorja Regolament UNECE għall-finijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[38], l-annessi għal dan ir-Regolament għandhom jiġu emendati kif xieraq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(2). L-att li jemenda l-annessi għal dan ir-Regolament għandu jispeċifika wkoll id-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolament UNECE jew tal-emendi tiegħu.

Artikolu 43Regolamenti UNECE u approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi ta’ serje żgħira

259. Ir-Regolamenti UNECE elenkati fl-Anness I għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma ekwivalenti għall-atti delegati korrispondenti bl-istess mod kif huma jikkondividu l-istess ambitu u suġġett.

260. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet mogħtija skont dawk ir-Regolamenti UNECE u, fejn applikabbli, il-marki ta’ approvazzjoni relevanti, minflok l-approvazzjonijiet korrispondenti u l-marki ta’ approvazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament u l-atti delegati korrispondenti tiegħu.

261. Fejn il-Komunità tkun iddeċidiet li tapplika, għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, Regolament UNECE ġdid jew Regolament UNECE kif emendat, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 44Ekwivalenza ma’ regolamenti oħra

262. Il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jirrikonoxxi l-ekwivalenza bejn il-kundizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati stabbiliti b’dan ir-Regolament u l-proċeduri stabbiliti b’Regolamenti internazzjonali ta’ pajjiżi terzi, fil-qafas ta’ ftehimiet multilaterali jew bilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

263. Ir-rapporti tat-test kompleti maħruġa abbażi tal-Kodiċi OECD standardizzati elenkati fl-Anness I, approvati skont ir-regoli ġenerali tal-OECD, jistgħu jintużaw bħala alternattiva għar-rapporti tat-test li tħejjew skont dan ir-Regolament jew ir-Regolamenti separati.

KAPITOLU XVFORNIMENT TA’ INFORMAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 45Informazzjoni intiża għall-utenti

264. Il-manifattur ma jistax iforni kwalunkwe informazzjoni teknika relatata mad-dettalji previsti f’dan ir-Regolament, fl-atti implimentattivi jew fl-atti delegati tiegħu elenkati fl-Anness I li tiżvija mid-dettalji approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.

265. Fejn att implimentattiv, jew delegat, elenkat fl-Anness I jitlob dan, il-manifattur għandu jagħmel iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti l-informazzjoni rilevanti kollha u l-istruzzjonijiet meħtieġa li jiddeskrivu kwalunkwe kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċjali marbuta mal-użu ta’ vettura, komponent jew unità teknika speċjali.

Dik l-informazzjoni għandha tiġi fornita fil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri fejn se tinbiegħ il-vettura. Għandha tiġi fornita, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni, fil-manwal tal-utent.

Artikolu 46Informazzjoni intiża għal manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati

266. Il-manifattur tal-vettura għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati dawk id-dettalji kollha li huma meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, jew meħtieġa biex tinkiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 38 inklużi, kif jista’ jkun il-każ, tpinġijiet elenkati fl-att delegat elenkat fl-Anness I.

Il-manifattur tal-vettura jista’ jimponi ftehim vinkolanti fuq il-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati biex jipproteġi l-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe informazzjoni li mhix fl-isfera pubblika, inkluż dak li hu relatat mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

267. Il-manifattur tal-komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE li, skont l-Artikolu 17(4), jinkludi restrizzjonijiet fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet speċjali ta’ mmuntar jew it-tnejn, għandu jipprovdi l-informazzjoni dettaljata kollha dwar il-manifattur tal-vettura.

Fejn att delegat elenkat fl-Anness I jirrikjedi dan, il-manifattur tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati prodotti għandu jipprovdi, flimkien mal-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, struzzjonijet rigward restrizzjonijiet fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet speċjali ta’ mmuntar jew it-tnejn.

KAPITOLU XVIAċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

Artikolu 47 Obbligi tal-manifatturi

268. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess illimitat u standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lill-operaturi indipendenti permezz ta’ websajts b’mod li jkun aċċessibbli mill-ewwel u mingħajr telf ta’ żmien. B’mod partikolari, dan l-aċċess għandu jingħata b’mod li ma jkunx diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjoni jew mal-aċċess mogħtija lill-bejjiegħa awtorizzati u lil min isewwi.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni meħtieġa għall-immuntar ta’ komponenti jew tagħmir fuq vetturi.

269. Il-manifatturi għandhom ipoġġu materjal ta’ taħriġ għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti u ta’ bejjiegħa awtorizzati u ta’ min isewwi.

270. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas il-punti kollha li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;

(b) il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords dwar tiswija u manutenzjoni;

(c) il-manwali tekniċi;

(d) l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

(e) il-pjanti tal-wiring;

(f) il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat, inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur;

(g) in-numru tal-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;

(h) l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;

(i) l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta u d-dejta bidirezzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar;

(j) unitajiet ta’ ħidma.

271. Bejjiegħa awtorizzati jew min isewwi fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ manifattur tal-vetturi partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament safejn huma jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vetturi.

272. L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni.

273. Għal skopijiet ta’ manifattura u manutenzjoni ta’ komponenti ta’ rikambju jew għall-manutenzjoni kompatibbli mal-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil kwalunkwe komponent interessat u lil kwalunkwe persuna li timmanifattura jew issewwi għodod dijanjostiċi jew apparat għall-ittestjar.

274. Għall-iskopijiet tat-tfassil u l-manifattura ta’ tagħmir ta’ vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u dwar il-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja lil kwalunkwe manifattur interessat, lil kwalunkwe persuna li tinstalla jew issewwi t-tagħmir ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv.

275. Meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip UE jew għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni evidenza ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Artikolu.

F’każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak il-waqt, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tat-tip.

276. Jekk tali evidenza ta’ konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-mi¿uri xierqa biex ti¿gura l-konformità.

277. Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli l-emendi u s-supplimenti sussegwenti fl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.

278. Meta rekords ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vettura jkunu jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vetturi jew f’ismu, dawk li għandhom negozju indipendenti tat-tiswija għandu jkollhom aċċess mingħajr ħlas għal tali rekords u għandu jkollhom il-possibbiltà li jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu wettqu.

279. Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta, skont l-Artikolu 57, att delegat li jistipula r-rekwiżiti ddettaljati fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, b’mod partikolari speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-mod li bih l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tiġi pprovduta.

Artikolu 48 Qsim tal-obbligi fir-rigwad ta’ detenturi diversi ta’ approvazzjoni tat-tip

Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip pass pass, inkluża l-approvazzjoni tat-tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip rispettiva għandu jkun responsabbli wkoll li jikkomunika informazzjoni dwar it-tiswija relatata ma’ sistema, komponent, unità teknika separata partikolari jew ma’ stadju partikolari kemm lill-manifattur finali kif ukoll lill-operaturi indipendenti.

Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-vettura sħiħa lill-operaturi indipendenti.

Artikolu 49Ħlasijiet mitluba għal aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vettura

280. Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura koperta minn dan ir-Regolament.

281. Ħlas mitlub ma jkunx raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra l-ammont ta’ użu li operatur indipendenti jkun se jagħmel minnha. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq bażi kwotidjana, mensili u annwali, u l-ħlasijiet mitluba għandhom ivarjaw skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi ta’ aċċess mogħti.

Artikolu 50 Penali

282. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali ddeterminanti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe modifika sussegwenti li taffettwahom mingħajr dewmien.

283. It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għall-penali għandhom jinkludu:

(a) l-iddikjarar falz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew proċeduri li jwasslu għal ġbir lura;

(b) l-iffalsifikar tar-riżultati tat-testijiet għal approvazzjoni tat-tip jew in-service conformity;

(c) it-trażżin ta’ dejta jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jista’ jwassal għal ġbir lura jew ir-revoka ta’ approvazzjoni tat-tip;

(d) l-użu ta’ tagħmir għar-riduzzjoni tal-kontroll;

(e) ir-rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni.

KAPITOLU XVIIGĦAŻLA U NOTIFIKA TA’ SERVIZZI TEKNIĊI

Artikolu 51Ħatra ta’ servizzi tekniċi

284. Is-servizzi tekniċi, maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

285. Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu jew jagħmlu superviżjoni tat-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni jew spezzjonijiet speċifikati f’dan ir-Regolament jew f’wieħed mill-atti elenkati fl-Anness I, ħlief fejn proċeduri alternattivi huma permessi. Huma ma jistgħux iwettqu testijiet jew spezzjonijiet li għalihom ma ġewx maħtura kif dovut.

286. Is-servizzi tekniċi għandhom jaqgħu f’wieħed jew aktar mill-ħames kategoriji ta’ attivitajiet sussegwenti, skont il-qasam ta’ kompetenza tagħhom:

(a) kategorija A, servizzi tekniċi li jwettqu fil-faċilitajiet tagħhom stess it-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I;

(b) kategorija B, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni għat-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I, imwettqa fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta’ parti terza;

(c) kategorija C, servizzi tekniċi li jivvalutaw u jissorveljaw fuq bażi regolari l-proċeduri tal-manifattur biex tiġi kontrollata l-konformità tal-produzzjoni;

(d) kategorija D, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni jew iwettqu testijiet jew spezzjonijiet fil-qafas tas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni;

(e) kategorija E, servizzi tekniċi li jieħdu ħsieb l-approvazzjonijiet individwali.

287. Servizzi tekniċi għandhom juru ħiliet xierqa, għarfien tekniku speċifiku u xhieda ta’ esperjenza fl-oqsma speċifiċi koperti b’dan ir-Regolament u bl-atti elenkati fl-Anness I. Is-servizzi tekniċi għandhom jikkonformaw mal-istandards stipulati fl-att delegat li huma rilevanti għall-attivitajiet li huma jwettqu. Madankollu, tali konformità mhijiex meħtieġa għall-iskopijiet tal-aħħar stadju ta’ proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’ diversi stadji kif imsemmija fl-Artikolu 32(1).

288. Awtorità tal-approvazzjoni tista’ taġixxi bħala servizz tekniku għal waħda jew iżjed mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

289. Manifattur jew parti subkontraenti li taġixxi f’ismu tista’ tiġi maħtura bħala servizz tekniku għal attivitajiet ta’ kategorija A fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi li għalihom huwa permess awtottestjar f’att delegat adottat skont dan ir-Regolament.

290. Servizzi tekniċi ta’ pajjiż terz, ħlief dawk maħtura skont il-paragrafu 6, jistgħu jiġu nnotifikati għall-iskopijiet tal-Artikolu 53 biss fil-qafas ta’ ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz inkwistjoni.

291. Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat delegati biex tadotta, f’konformità mal-Artikolu 57, att delegat li jistipula standards li s-servizzi tekniċi għandhom ikunu konformi magħhom u l-proċedura għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi biex jiġi żgurat li dawn is-servizzi jilħqu l-istess livell għoli ta’ standards ta’ prestazzjoni fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 52Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi

292. Il-ħiliet imsemmija fl-Artikolu 51 għandhom jintwerew permezz ta’ rapport ta’ valutazzjoni stabbilit minn awtorità kompetenti. Dan jista’ jinkludi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni maħruġ minn entità ta’ akkreditazzjoni.

293. Il-valutazzjoni li fuqha huwa bbażat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’att delegat f’konformità mal-Artikolu 51 (8) skont dan ir-Regolament. Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jiġi rivedut wara perjodu massimu ta’ tliet snin.

294. Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni fuq talba.

295. L-awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala servizz tekniku għandha turi konformità permezz ta’ evidenza f’dokumenti. Din għandha tinkludi valutazzjoni li għandha titwettaq minn awdituri indipendenti tal-attività li tkun qed tiġi vvalutata. Tali awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni sakemm huma ġestiti b’mod awtonomu mill-persunal li jwettaq l-attività vvalutata.

296. Manifattur, jew parti subkontraenti li taġixxi f’ismu, maħtur bħala servizz tekniku, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 53Proċeduri għal notifika

297. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem, l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku, il-persuni responsabbli u l-kategorija ta’ attivitajiet fir-rigward ta’ kull servizz tekniku maħtur. Huma għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe modifikazzjonijiet sussegwenti. L-att ta’ notifika għandu jiddikjara għal liema suġġetti elenkati fl-Anness I intgħażlu s-servizzi tekniċi.

298. Servizz tekniku jista’ jwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 50 għall-iskopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip għall-Istat Membru li għażlu biss jekk ikun ġie nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni.

299. L-istess servizz tekniku jista’ jiġi maħtur u nnotifikat minn bosta Stati Membri irrispettivament mill-kategorija ta’ attivitajiet li jwettaq.

300. Fejn organizzazzjoni speċifika jew entità kompetenti, li l-attività tagħha mhix inkluża ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 51, tkun teħtieġ li tinħatar għall-applikazzjoni ta’ att elenkat fl-Anness I, in-notifika għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

301. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u d-dettalji dwar l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi fuq il-websajt tagħha.

KAPITOLU XVIIIMIŻURI IMPLIMENTATTIVI U DELEGAZZJONI

Artikolu 54Miżuri implimentattivi

Biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55, tadotta atti implimentattivi li jistipulaw il-miżuri implimentattivi li ġejjin:

302. id-dettalji tal-arranġamenti fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 10 (6) ta’ dan ir-Regolament;

303. mudelli għall-folder ta’ informazzjoni u d-dokument ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 (1) ta’ dan ir-Regolament;

304. sistema ta’ nnumerar għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;

305. mudell għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament;

306. mudell għal-lista ta’ approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati f’konformità mal-Artikolu 16 (5) ta’ dan ir-Regolament;

307. mudell tal-lista tar-rekwiżiti applikabbli jew l-atti regolatorji f’konformità mal-Artikolu 16(6) ta’ dan ir-Regolament;

308. id-dettalji tal-arranġamenti fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament;

309. mudell ta’ ċertifikat ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament;

310. mudell tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 55Kumitat

311. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħruf bħala l-“Kumitat Tekniku – Vetturi Agrikoli” (TC-AV).

312. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

313. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 56 Emenda tal-Annessi

314. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 emendi għall-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

315. Meta, fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, jiġu adottati Regolamenti ġodda tal-UNECE jew emendi għal Regolamenti eżistenti tal-UNECE li magħhom aderixxiet l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att delegat f’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59, temenda l-Anness I ta’ dan ir-Regolament kif suppost.

Artikolu 57Eżerċitar tad-delegazzjoni

316. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7 (4), 8 (4), 9 (5), 18 (7), 38 (1), (2) u (3), 47 (10), 51 (8) u 56 għal perjodu ta’ żmien mhux determinat.

317. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

318. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-Artikoli 58 u 59.

Artikolu 58 Revoka tad-delegazzjoni

319. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 (4), 8 (4), 9 (5), 18 (7), 38 (1), (2) u (3), 47 (10), 51 (8) u 56 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

320. L-istituzzjoni li tkun nediet proċedura interna biex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delegazzjoni tas-setgħa jew le għandha tieħu r-responsabbiltà li tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli li jiġġustifikaw ir-revoka.

321. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tiġi implimentata immedjatament jew inkella f’data aktar tard li tiġi speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkun hemm diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 59Objezzjonijiet għal atti delegati

322. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

323. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel din id-data, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ddeċidew li ma jressqux oġġezzjonijiet, l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

324. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat adottat, huwa ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tal-att delegat.

KAPITOLU XIXDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 60Dispożizzjonijiet Transitorji

325. Dan ir-Regolament m’għandu jinvalida l-ebda approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija għal vetturi jew għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati qabel id-data stipulata fl-Artikolu 64 (2).

326. Awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont il-kundizzjonijiet tad-Direttivi elenkati fl-Artikolu 56 (2).

Artikolu 61Rapport

327. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni tal-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f’dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, bl-applikazzjoni tal-proċess f’diversi stadji.

328. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 62Tħassir

329. Id-Direttiva 2003/37/KE kif ukoll id-Direttivi 74/347/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE, 87/402/KEE, 2000/25/KE, 2009/57/KE, 2009/58/KE, 2009/59/KE, 2009/60/KE, 2009/61/KE, 2009/63/KE, 2009/64/KE, 2009/66/KE, 2009/68/KE; 2009/75/KE, 2009/76/KE, 2009/144/KE jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

330. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw, fir-rigward tad-Direttiva 2003/37/KE, f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness III.

Artikolu 63Emenda tad-Direttiva 2006/42/KE

L-ewwel inċiż tal-punt (e) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/42/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“- tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, bl-esklużjoni ta’ makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi,”.

Artikolu 64Dħul fis-seħħ

331. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

332. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu u għandu jiġi applikat direttament fl-Istati Membri kollha.

Imħejji fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[...] [...]

A NNESS I – Lista ta’ rekwiżiti għal skopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi

Nru. | Artikolu | Suġġett | Referenza tad-Dokument | MV | Kategoriji tal-vetturi |

Kategorija | Unitajiet (għal kull tip) |

T | 150 |

C | 50 |

R | 75 |

S | 50 |

Parti 2 - Limiti għal vetturi ta’ serje mitmuma

In-numru massimu ta’ vetturi ta’ tip wieħed jew aktar li jiddaħħlu fis-servizz f’kull Stat Membru, f’konformità mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14, m’għandux jaqbeż l-10 % tan-numru ta’ vetturi tat-tipi kollha kkonċernati li ddaħħlu fis-servizz fis-sentejn preċedenti fl-Istat Membru inkwistjoni; madankollu, ma jistax ikun inqas minn 20.

Vetturi li jiddaħħlu fis-servizz skont din il-proċedura għandhom jiġu identifikati minn referenza speċifika fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità.

A NNESS III – Tabella ta’ Korrelazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 56)

Id-Direttiva 2003/37/KE | Dan ir-Regolament |

- | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3 | Artikoli 10, 11 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 5 | Artikoli 18 – 21 |

L-Artikolu 6 | Artikoli 23, 24 |

L-Artikolu 7 | Artikoli 31 – 33 |

L-Artikolu 8 (1) L-Artikolu 8 (2) | L-Artikolu 25 (1) Artikoli 27, 28, 32 |

L-Artikolu 9 | Artikoli 27, 28 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 11 | Artikoli 25, 26 |

L-Artikolu 12 | L-Artikoli 40, 41 |

L-Artikolu 13 | L-Artikoli 5, 12, 16 |

L-Artikolu 14 | L-Artikoli 35 (5) |

L-Artikolu 15 | Il-Kapitolu XII |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 35 (2) |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 35 (3) |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 48 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 49 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 4 + Kapitolu VII |

L-Artikolu 22 | - |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 2 (3) |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 56 |

- | L-Artikolu 57 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 58 |

L-Artikolu 26 | - |

[1] COM(2007) 22.

[2] CARS 21 , Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21: ISBN 92-79-00762-9 .

[3] COM(2001) 370.

[4] COM(2003) 71.

[5] ĠU C[…], […], p. […]

[6] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

[7] Ara d-Direttivi 97/68/KE u 2006/42/KE.

[8] COM(2007)22 finali.

[9] ĠU L 346, 17.12.1997, p.78.

[10] COM(2002)278 finali, 5.6.2002.

[11] ĠU L 191, 15.07.1974, p. 5.

[12] ĠU L 122, 8.05.1976, p. 1.

[13] ĠU L 262, 27.09.1976, p. 135.

[14] ĠU L 220, 29.08.1977, p. 38.

[15] ĠU L 255, 18.09.1978, p. 1.

[16] ĠU L 194, 28.07.1980, p. 1.

[17] ĠU L 186, 8.07.1986, p. 19.

[18] ĠU L 186, 8.07.1986, p. 26.

[19] ĠU L 240, 26.08.1986, p. 1.

[20] ĠU L 220, 8.08.1987, p. 1.

[21] ĠU L 173, 12.07.2000, p. 1.

[22] ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1.

[23] ĠU L 198, 30.7.2009, p. 4.

[24] ĠU L 198, 30.7.2009, p. 9.

[25] ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15.

[26] ĠU L 203, 5.8.2009, p. 19.

[27] ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23.

[28] ĠU L 216, 20.8.2009, p. 1.

[29] ĠU L 201, 1.8.2009, p. 11.

[30] ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52.

[31] ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40.

[32] ĠU L 201, 1.8.2009, p. 18.

[33] ĠU L 27, 30.1.2010, p.33.

[34] ĠU L 157, 9.6.2006, p.24.

[35] ĠU L 59 tas-27.2.1998, p.1.

[36] ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

[37] ĠU L 218 of 13.8.2008, p. 30.

[38] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

Top