Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0366

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 (ippreżentata mill-Kummissjoni)

/* KUMM/2010/0366 finali - NLE 2010/0196 */

52010PC0366

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 (ippreżentata mill-Kummissjoni) /* KUMM/2010/0366 finali - NLE 2010/0196 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 8.7.2010

KUMM(2010)366 finali

2010/0196 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11

(ippreżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli[1] (minn issa ’l quddiem: "il-Ftehim Agrikolu") daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

Il-Konfederazzjoni Svizzera talbet biex tiġġedded id-deroga preċedentement mogħtija għall-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi għat-tismin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla b'kapaċità baxxa.

Billi dawn il-karkassi u l-laħmijiet tal-ħnieżer domestiċi, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom, ma jistgħux ikunu oġġett ta' skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tal-Ordinanza Svizzera tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817.022.108), din it-talba tista' tiġi sodisfatta. L-iskadenza tad-deroga preċedentement mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2009 tressqet għall-31 ta' Diċembru 2014.

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan tal-aħħar. Il-punti ta' kuntatt stabbiliti fl-Appendiċi 11 għandhom jiġu aġġornati.

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.

L-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jwaqqaf Kumitat Konġunt Veterinarju, li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Huwa inkarigat biex jeżamina kull kwistjoni dwar l-Anness imsemmi u l-implimentazzjoni tiegħu u biex jagħmel il-ħidmiet li hemm speċifikati fih. Il-Kumitat Konġunt Veterinarju b’mod partikolari għandu poter ta’ deċiżjoni fil-każijiet imsemmija fl-Anness 11. L-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jawtorizza lill-Kumitat Konġunt Veterinarju li jemenda l-Appendiċi tal-Anness imsemmi, b’mod partikolari biex jaddattahom u jaġġornahom.

L-Unjoni Ewropea għandha tieħu deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta fi ħdan il-Kumitat Konġunt Veterinarju f’dak li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa tal-Anness 11. B’konformità mal-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu tad-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Euratom[2], il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea hija deċiża mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni.

Id-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju se tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

2010/0196 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Euratom[3], tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta' sebgħa ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera jistipula li l-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt Veterinarju għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni.

2. Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera relatat mal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Ġunju 1999[4] (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

3. L-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jwaqqaf Kumitat Konġunt Veterinarju li huwa inkarigat li jeżamina kull kwistjoni relatata mal-Anness imsemmi u huwa wkoll responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu u għat-twettiq tal-kompiti msemmija fih. Skont il-paragrafu 3 tal-istess Artikolu, il-Kumitat Konġunt Veterinarju jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Appendiċi tal-Anness 11, b’mod partikolari biex jaddattahom u jaġġornahom.

4. L-Unjoni Ewropea għandha tieħu deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt f’dak li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bl-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli fir-rigward tal-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 hija msejsa fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mehmuż fl-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea malli tiġi adottata.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Proposta għal

DEĊIŻJONI NRU 1/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT VETERINARJU

MWAQQAF BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA

U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA

DWAR IL-KUMMERĊ TA’ PRODOTTI AGRIKOLI

tal-…2010

dwar l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11

(2010/.../UE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim Agrikolu”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Ftehim Agrikolu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2) L-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jistabbilixxi Kumitat Konġunt Veterinarju li huwa inkarigat li jeżamina kull kwistjoni relatata mal-Anness imsemmi u huwa wkoll responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu u għat-twettiq tal-kompiti msemmija fih. Skont il-paragrafu 3 tal-istess Artikolu, il-Kumitat Konġunt Veterinarju jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Appendiċi tal-Anness 11, b’mod partikolari biex jaddattahom u jaġġornahom.

(3) L-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim[5].

(4) L-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar mid-deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tat-23 ta’ Diċembru 2008 dwar l-emenda tal-Appendiċi 2, 3, 4, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim[6].

(5) Il-Konfederazzjoni Svizzera talbet biex tiġġedded id-deroga preċedentement mogħtija għall-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi maħsuba għat-tismin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla b'kapaċità baxxa. Billi dawn il-karkassi u l-laħmijiet tal-ħnieżer domestiċi, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom, ma jistgħux ikunu oġġett ta' skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tal-Ordinanza Svizzera tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817.022.108), din it-talba tista' tiġi sodisfatta. L-iskadenza tad-deroga preċedentement mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2009 tressqet għall-31 ta' Diċembru 2014.

(6) Wara l-aħħar emenda tal-Appendiċi tal-Anness 11 tal-ftehim imsemmi, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-appendiċi 1, 2, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati. Il-punti ta' kuntatt stabbiliti fl-Appendiċi 11 għandhom jiġu aġġornati.

(7) Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi emendat it-test tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli huma emendati b'konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Annessi I sa VI ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, hija ffirmata mill-Kopresidenti jew persuni oħra bis-setgħa li jaġixxu f’isem il-partijiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Hi tidħol fis-seħħ mid-data meta ssir l-aħħar firma.

Iffirmata f’Berne, il-... Iffirmata fi Brussell, il-...

F’isem il-Konfederazzjoni Svizzera F’isem il-Kummissjoni Ewropea

Il-kap tad-delegazzjoni Il-kap tad-delegazzjoni

_____________

ANNESS I

I. It-taqsima V tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 qed titbiddel kif ġej:

« V. INFLUWENZA AVJARJA

A. LEĠIŻLAZZJONIJIET *

* Kull referenza għal Att, ħlief jekk ikun hemm indikazzjoni kuntrarja, hija bħal referenza għall-Att imsemmi kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.

L-Unjoni Ewropea | L-Isvizzera |

Id-Direttiva 2005/94/KE tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 010, 14.1.2006, p. 16). | 1. Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar l-epiżutija (LFE; RS 916.40), b'mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżuri kontra l-epiżutija li tittieħed ħafna, l-għanijiet tal-ġlieda) u 57 (dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ta' natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali). 2. L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916.401), b’mod partikolari l-Artikoli 2, (epiżutija li tittieħed ħafna), 49 (manipulazzjoni ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar l-epiżutija li tittieħed ħafna), 122 sa 125 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-influwenza avjarja). 3. L-Ordinanza tal-14 ta' Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment federali tal-ekonomija (Org DFE; RS 172.216.1), b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta' referenza). |

B. KUNDIZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1. Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-influwenza avjarja huwa: Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal attivitajiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness VII, il-punt 2, tad-Direttiva 2005/94/KE.

2. Skont l-Artikolu 97 tal-Ordinanza dwar l-epiżutija, l-Isvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Uffiċċju Veterinarju Federali.

3. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2005/94/KE u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar l-epiżutija. »

II. It-Taqsima VII tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 qed titbiddel kif ġej:

« VII. MARD TAL-ĦUT U TAL-MOLLUSKI

A. LEĠIŻLAZZJONIJIET *

* Kull referenza għal Att, ħlief jekk ikun hemm indikazzjoni kuntrarja, hija bħal referenza għall-Att imsemmi kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.

L-Unjoni Ewropea | L-Isvizzera |

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). | 1. Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar l-epiżutija (LFE; RS 916.40), b'mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżuri kontra l-epiżutija) u 57 (dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ta' natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali). 2. L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916.401) u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 (l-epiżutija speċifikata), 18a (reġistrazzjoni tal-unitajiet tat-trobbija tal-ħut, 61 (obbligi ta’ kuntratti għal dritt ta’ sajd u l-organi inkarigati biex jissorveljaw is-sajd), 62 sa 76 (miżuri għall-ġlieda b’mod ġenerali), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ mard tal-ħut, laboratorju ta’ dijanjożi). |

B. KUNDIZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1. Bħalissa t-trobbija tal-gajdri ċatti mhijiex prattikata fl-Isvizzera. Fil-każ li jfeġġu l-Bonamiosis jew il-Marteiliosis, l-Uffiċċju Veterinarju Federali jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza meħtieġa b’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar l-epiżutija.

2. Fid-dawl tal-ġlieda kontra l-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Isvizzera tapplika l-ordinanza dwar l-epiżutija, b'mod partikolari l-Artikoli 61 (obbligu tal-proprjetarji u kuntratti għal dritt ta’ sajd u l-organi inkarigati biex jissorveljaw is-sajd), 62 sa 76 (miżuri għall-ġlieda b’mod ġenerali), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi dwar il-mard tal-ħut, laboratorji ta' dijanjożi) kif ukoll 291 (epiżutija li trid tiġi sorveljata).

3. Il-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-mard tal-krustaċji huwa s-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit. Il-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-mard tal-ħut huwa n-National Veterinary Institute, Technical University of Denmarkiet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. Il-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-mard tal-molluski huwa l-Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Isvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal attivitajiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-ħidmiet ta’ dawn il-laboratorji huma dawk speċifikati fl-Anness VI, il-parti I tad-Direttiva 2006/88/KE.

4. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt Veterinarju, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar l-epiżutija.»

ANNESS II

I. L-ittra d) tal-punt 7., il-Parti B "Kundizzjonijiet partikolari għall-implimentazzjoni", il-Kapitolu "I. Annimali bovini u ħnieżer", l-Appendiċi 2 tal-Anness 11 qed titbiddel kif ġej:

«d) l-iżolament jintemm meta, wara t-tneħħija tal-annimali infettati, żewġ eżamijiet seroloġiċi tal-annimali kollha ta’ trobbija u ta’ numru rappreżentattiv ta’ annimali tat-tismin li jsiru f’intervall ta’ mill-inqas 21 jum jagħtu riżultat negattiv.

Minħabba l-għarfien tal-istatus tal-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/185/KE (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2009/248/KE (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 22), huma applikabbli mutatis mutandis .

Il-punt 11., il-Parti B "Kundizzjonijiet partikolari għall-implimentazzjoni", il-Kapitolu "I. Annimali bovini u ħnieżer", l-Appendiċi 2 tal-Anness 11 qed jitbiddel kif ġej:

«11. L-annimali bovini u l-ħnieżer li huma l-oġġett ta' skambju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi mal-mudelli li jidhru fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE. Il-modifiki li ġejjin huma applikabbli:

- għall-mudell 1, fit-taqsima C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati kif ġej:

fil-punt 4, relatat mal-garanziji addizzjonali, l-inċiżi jimtlew kif ġej:

«mard: rinotrakeite bovina infettuża,

- b’konformità mad-Deċiżjoni 2004/558/KE tal-Kummissjoni, li għandha d-dispożizzjonijiet tagħha applikabbli mutatis mutandis ;»;

- għall-mudell 2, fit-taqsima C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati kif ġej:

fil-punt 4, relatat mal-garanziji addizzjonali, l-inċiżi jimtlew kif ġej:

«mard: ta’ Aujeszky

- b’konformità mad-Deċiżjoni 2008/185/KE tal-Kummissjoni, li għandha d-dispożizzjonijiet tagħha applikabbli mutatis mutandis ;».

II. Il-punt 4., il-Parti B "Kundizzjonijiet partikolari għall-implimentazzjoni", il-Kapitolu "IV. Tjur u bajd għat-tfaqqis", l-Appendiċi 2 tal-Anness 11 qed jitbiddel kif ġej:

«4. F’każ ta’ kunsinni ta’ bajd għat-tfaqqis lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jirrispettaw ir-regoli ta’ mmarkar speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 617/2008 tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (ĠU L 168. 28.6.2008, p. 5).

III. Il-Kapitolu V tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 qed jitbiddel kif ġej:

« V. ANNIMALI U PRODOTTI TAL-AKKWAKULTURA

A. LEĠIŻLAZZJONIJIET *

* Kull referenza għal Att, ħlief jekk ikun hemm indikazzjoni kuntrarja, hija bħal referenza għall-Att imsemmi kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.

L-Unjoni Ewropea | L-Isvizzera |

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (ĠU L 328 24.11.2006, p. 14). | 1. L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916.401) b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 (l-epiżutija speċifikata), 18a (reġistrazzjoni tal-unitajiet tat-trobbija tal-ħut), 61 (obbligi ta’ kuntratti għal dritt ta’ sajd u l-organi inkarigati biex jissorveljaw is-sajd), 62 sa 76 (miżuri għall-ġlieda b’mod ġenerali), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ mard tal-ħut, laboratorju ta’ dijanjostika). 2. L-Ordinanza tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti magħmula mill-annimali (OITE; RS 916.443.10). 3. L-Ordinanza tat-18 ta April 2007 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali bl-ajru minn pajjiżi terzi (OITA; RS 916.443.12). |

B. KUNDIZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Anness preżenti, hu rikonoxxut li l-Isvizzera hi uffiċjalment ħielsa mill-Anemija infettiva tas-salamun u minn infezzjonijiet mill- Marteilia refringens u mill- Bonamia ostreae.

2. L-applikazzjoni eventwali tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44, 50 tad-Direttiva 2006/88/KE hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt Veterinarju.

3. Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali, annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inkluż fiż-żoni għall-purifikazzjoni, ta' sajd b'ripopolazzjoni artifiċjali u ta' faċilitajiet ornamentali miftuħa, kif ukoll għar-ripopolazzjoni u tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tal-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).

4. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt Veterinarju, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar l-epiżutija.»

ANNESS III

It-taqsima A. "Identifikazzjoni tal-annimali" tal-Kapitolu V. "Dispożizzjonijiet speċifiċi", l-Appendiċi 5, tal-Anness 11, qed titbiddel kif ġej:

« A. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ANNIMALI

A. LEĠIŻLAZZJONIJIET *

* Kull referenza għal Att, ħlief jekk ikun hemm indikazzjoni kuntrarja, hija bħal referenza għall-Att imsemmi kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.

L-Unjoni Ewropea | L-Isvizzera |

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal- 15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ispeċi suwina (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31). 2. Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1). | 1. L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916.401), b'mod partikolari l-Artikoli 7 sa 20 (reġistrazzjoni u identifikazzjoni). 2. L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar id-database tat-traffikar tal-annimali (Ordinanza dwar il-BDTA; RS 916.404). |

B. KUNDIZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

a. L-applikazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/71/KE hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

b. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1760/2000 u tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar l-epiżutija kif ukoll tal-Artikolu 1 tal-Ordinanza tal-14 ta' Novembru 2007 dwar il-koordinazzjoni tal-ispezzjonijiet fl-azjendi agrikoli (OCI, RS 910.15).»

ANNESS IV

I. Il-punt (6) tas-Subkapitolu "Kundizzjonijiet speċjali", Kapitolu 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11, qed jitbiddel kif ġej:

«(6). L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu ma jagħmlux l-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi maħsuba għat-tismin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla b'kapaċità baxxa.

Din id-dispożizzjoni hija applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2014.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt it-tbiċċir tal-annimali (OhyAb; RS 817.190.1 ) u tal-Artikolu 9(8), tal-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817.022.108 ), dawn il-karkassi u l-laħmijiet tal-ħnieżer domestiċi maħsuba għat-tismin u għall-biċċerija, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom, ikollhom timbru speċjali tas-saħħa konformi mal-mudell definit fl-Anness 9, l-aħħar subparagrafu, tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt it-tbiċċir tal-annimali (OhyAb; RS 817.190.1 ). Dawn il-prodotti ma jistgħux ikunu oġġett ta' skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tal-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817.022.108 ).»

II. Il-punt (11) tas-Subkapitolu "Kundizzjonijiet speċjali", Kapitolu I, Appendiċi 6 tal-Anness 11, qed jitbiddel kif ġej:

«1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1);

2. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta' taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1);

3. Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1);

4. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

5. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

6. Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16);

7. Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24);

8. Id-Deċiżjoni 1999/217/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 1999 li taddotta reġistru ta' sustanzi tat-taħwir użati ġewwa jew fuq oġġetti tal-ikel imfassal f'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 27.3.1999, p. 1);

9. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għat-tneħħija ta' radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40);

10. Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1);

11. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5);

12. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-użu ta’ E 128 Aħmar 2Ġ bħala kulur alimentari (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 8);

13. Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7);

14. Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16);

15. Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34);

16. Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3);

17. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17);

18. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta' Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1);

19. Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009).».

ANNESS V

Il-Kapitolu V tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 qed jitbiddel kif ġej:

«a) Il-punti 3, 6, 7, 8, 9 u 14 tal-parti 1.A qegħdin jitħassru.

b) Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-parti 1.A:

31. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17).

32. Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

33. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta' Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1)».

ANNESS VI

L-Appendiċi 11 tal-Anness 11 qed titbiddel kif ġej:

« V. PUNTI TA' KUNTATT

I. Għall-Unjoni Ewropea:

Id-Direttur

Is-saħħa u l-benessri tal-annimali

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Il-Kummissjoni Ewropea, B-1049 Brusell

II. Għall-Isvizzera:

Id-Direttur

Uffiċċju veterinarju federali

CH-3003 Berna

Kuntatt ieħor importanti:

Il-Kap ta' Diviżjoni

Uffiċċju federali tas-saħħa pubblika

Diviżjoni tas-sikurezza tal-ikel

CH-3003 Berna[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

[2] ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1-5.

[3] ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

[4] ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

[5] ĠU L 23 28.1.2004, p. 27.

[6] ĠU L 6, 10.1.2009, p. 89.

Top