EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010IP0039
Green Paper on reform of the common fisheries policy European Parliament resolution of 25 February 2010 on the Green Paper on the reform of the Common Fisheries Policy (2009/2106(INI))
Green Paper dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (2009/2106(INI))
Green Paper dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (2009/2106(INI))
ĠU C 348E, 21.12.2010, p. 15–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 348/15 |
Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2010
Green Paper dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd
P7_TA(2010)0039
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (2009/2106(INI))
2010/C 348 E/04
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2002 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Politika Komuni tas-Sajd (2),
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982,
wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokk ta’ Ħut li hu Komuni f’Aktar minn Żona Waħda u Stokk ta’ Ħut li hu Migratorju Ħafna (“Il-Ftehim ta’ New York” tal-4 ta’ Awwissu 1995),
wara li kkunsidra l-Kodiċi tal-Kondotta tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għal Industrija tas-Sajd Responsabbli, li ġie adottat fil-31 ta’ Ottubru 1995,
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Prattika għas-Sajd Rikreattiv tal-EIFAC, li ġie adottat f'Mejju 2008,
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li saret fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar mis-26 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru 2002 f’Johannesburg,
wara li kkunsidra l-Istrateġija Mġedda tal-UE dwar l-Iżvilupp sostenibbli kif adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 2006,
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (3),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-PKS fl-implimentazzjoni tal-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tal-ibħra (COM(2008)0187) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta’ Jannar 2009 dwar il-PKS u l-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tal-ibħra (4),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għodod ta’ ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (COM(2007)0073) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ April 2008 dwar l-għodod ta’ ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (5),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “t-twettiq tas-sostenibilità tas-sajd fl-UE permezz tar-rendiment massimu sostenibbli” (COM(2006)0360) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta’ Settembru 2007 dwar it-twettiq tas-sostenibilità tas-sajd fl-UE permezz tar-rendiment massimu sostenibbli (6),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta’ ħut fis-sajd Ewropew” (COM(2007)0136) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta’ ħut fis-sajd Ewropew (7),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar “Il-Governanza fi ħdan il-Politika Komuni dwar is-Sajd: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra” (8), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni 2006-2008 għas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-Politika Komuni tas-Sajd (9),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2008 bit-titolu “Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima: Qafas koerenti ta’ Żona Ewropea ta’ Riċerka b'appoġġ ta’ użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (COM(2008)0534) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-riċerka applikata li jkollha x'taqsam mal-politika komuni tas-sajd (10),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar il-proposta għal-regolament tal-Kunsill dwar Fond tas-Sajd Ewropew (11), tal-15 ta’ Ġunju 2006 dwar sajd qrib il-kosta u l-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet tas-sajd qrib il-kosta (12), tal-15 ta’ Diċembru 2005 dwar in-netwerks tan-nisa: Sajd, biedja u diversifikazzjoni (13), u tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika fl-industrija tas-sajd (14),
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 7/2007 dwar is-sistemi ta’ kontroll, spezzjoni u sanzjoni relatati mar-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (15), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (16) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 (17) li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Frar 2005 (18), tal-15 ta’ Frar 2007 (19), tal-5 ta’ Ġunju 2008 (20), tal-10 ta’ April 2008 (21) u tat-22 ta’ April 2009 (22),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (23),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “It-tnedija ta’ dibattitu dwar approċċ Komunitarju rigward is-sistema tal-ittikkettar tal-prodotti tas-sajd” (COM(2005)0275) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar l-istess suġġett (24),
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona (25),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-12 ta’ Lulju 2007 dwar Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra (26) u tat-2 ta’ Settembru 2008 dwar is-sajd u l-akkwakultura fil-kuntest ta’ Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (27),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2009 bit-titolu “L-2050: il-Ġejjieni jibda llum – rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima” (28),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (29),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2008 dwar l-adozzjoni ta’ Pjan Ewropew ta’ Kontroll tal-Istokkijiet tal-Marguni sabiex jitnaqqas l-effett dejjem jiżdied tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akkwakultura (30),
wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar politika marittima integrata, b’mod partikulari, il-komunikazzjonijiet bit-titolu “Linjigwida għal Strateġija Integrata għall-Politika Marittima: lejn l-aqwa prassi fil-governanza marittima integrata u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati” (COM(2008)0395), “Pjan ta’ Tmexxija għall-Ippjanar Spazjali Marittimu: il-Ksib ta’ Prinċipji Komuni fl-UE” (COM(2008)0791) u “Niżviluppaw id-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2009)0536), u r-rapport riċenti dwar il-progress tal-politika marittima integrata tal-UE (COM(2009)0540),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-bini ta’ futur sostenibbli għall-akkwakultura - Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea” (COM(2009)0162),
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd” (COM(2009)0163),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0014/2010),
A. |
wara li kkunsidra l-ħtieġa fundamentali tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut sabiex is-settur tas-sajd ikun jista' jforni l-ħut lill-pubbliku u għall-bilanċ tal-ikel kemm fl-Istati Membri individwali u kemm fl-UE inġenerali, kif ukoll il-kontribut ewlieni tiegħu għall-benessri soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-kosta, għall-iżvilupp lokali, għall-impjiegi, għall-preservazzjoni u l-ħolqien ta’ attività ekonomika 'l fuq u 'l isfel (upstream u downstream), għall-provvista ta’ ħut frisk u għall-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali lokali, |
B. |
billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar għandha tintuża b’mod konsistenti bħala bażi għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), b’referenza partikulari għad-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni internazzjonali tas-settur tas-sajd, |
C. |
billi r-riforma tal-PKS għandha tqis il-politika tal-UE fil-qasam tal-ambjent, kif jistipulaw it-Trattati, u d-Dikjarazzjoni ta’ Bali ta’ Diċembru 2007, |
D. |
billi l-Unjoni Ewropea (UE) hija entità ggvernata mil-liġi internazzjonali li, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati tagħha u tar-regoli ta’ operazzjoni, hija intiża b’mod speċifiku biex tiggarantixxi l-integrazzjoni ekonomika, soċjali u politika tal-politiki tagħha, fosthom il-PKS, |
E. |
billi l-għan bażiku tal-PKS, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hu li tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u l-vijabilità ekonomika u soċjali tas-settur tas-sajd kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar, li huwa premessa fundamentali għall-eżerċitar tal-attività tas-sajd issa u fil-ġejjieni, |
F. |
billi l-PKS falliet fl-għan bażiku tagħha u wriet li politika li tkun iċċentralizzata żżejjed minn fuq għal isfel ma taħdimx, |
G. |
wara li kkunsidra d-diversità tal-ibħra tal-Ewropa u n-natura speċifika tal-flotta u l-prattiki tas-sajd f'kull wieħed minn dawk l-ibħra, |
H. |
billi fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Novembru 1976, b'mod partikulari fl-Anness VII tagħha, il-Kunsill ipprovda azzjoni għas-salvagwardja tal-ħtiġijiet partikulari ta’ reġjuni fejn il-popolazzjonijiet lokali huma dipendenti b'mod speċjali mis-sajd u minn attivitajiet relatati, |
I. |
billi l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jistipula li l-PKS tkopri l-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, l-akkwakultura, u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fejn attivitajiet bħal dawn jiġu prattikati fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ibħra komunitarji jew minn bastimenti tas-sajd Komunitarji, jew bla ħsara għar-responsabilità primarja tal-istat tal-bandiera, minn ċittadini tal-Istati Membri, |
J. |
billi 88 % tal-istokkijiet tal-Komunità qegħdin jinqabdu lil hinn mill-MSY u 30 % ta’ dawn l-istokkijiet qegħdin 'il barra mil-limiti bijoloġiċi siguri, u dan għandu konsegwenzi serji fuq il-vijabilità tal-industrija, |
K. |
billi l-implimentazzjoni tal-PKS tinteraġixxi direttament ma’ oqsma kbar bħall-protezzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima, is-sikurezza, is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumaturi, l-iżvilupp reġjonali, il-kummerċ intern u internazzjonali, ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u l-koperazzjoni fl-iżvilupp, u billi hija essenzjali għall-garanzija ta’ armonizzazzjoni xierqa u bil-ħsieb bejn dawn l-oqsma kollha, filwaqt li jiġi rispettat għal kollox il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
L. |
billi, skont id-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb fl-ilmijiet tal-ibħra tal-Unjoni Ewropea sa mhux iżjed tard mis-sena 2020, u billi dan ser jesiġi r-regolamentazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jaqgħu taħt il-PKS, |
M. |
billi hemm disparità ċara fil-livell tad-dħul bejn persuni li jgħixu mis-sajd u setturi oħrajn tal-popolazzjoni; billi hu meħtieġ li dawn ta’ ewwel jiġu garantiti livell ta’ għixien ekwu, partikularment permezz ta’ żieda fid-dħul individwali tagħhom, |
N. |
billi s-sitwazzjoni ġeopolitika ekonomika u soċjali attwali u t-tfassil ta’ strateġija u ta’ pjan ta’ azzjoni għall-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra fl-Ewropa u d-dinja (politika marittima integrata – IMP) jiġġustifikaw l-impenn tagħna li nistabbilixxu PSK li tkun sostenibbli f'sens ambjentali u soċjoekonomiku u li fiha s-setgħa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Parlament fir-rigward tal-PKS tkun imsaħħa kif stipulat fit-Trattat ta’ Lisbona, |
O. |
billi s-sajd huwa waħda mill-attivitajiet li l-aktar li jużaw il-baħar u r-riżorsi tiegħu, u għalhekk għandu jitqies bħala parti ewlenija tal-ġestjoni tal-Politika Marittima Integrata (IMP), |
P. |
billi l-Grupp Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li jiġbor flimkien esperti mid-dinja kollha, ivvaluta l-impatt tat-tibdil fil-klima u kkonkluda li bosta ekosistemi huma mhedda minħabba l-kombinazzjoni bla preċedenti ta’ fatturi u ta’ tfixkil marbuta mat-tibdil fil-klima, |
Q. |
billi l-liġi primarja tal-UE u, dan l-aħħar it-TFUE rrikonoxxew in-natura tad-diffikultajiet li jolqtu lir-reġjuni l-aktar imbiegħda li, minħabba l-karattru permanenti u pervażiv u l-preżenza konġunta tagħhom, jiddifferenzjaw dawn ir-reġjuni mir-reġjuni l-oħra tal-Unjoni li għandhom żvantaġġi ġeografiċi u/jew problemi ta’ popolazzjoni, |
R. |
billi, sabiex tkun aktar inklużiva u effikaċi, il-PKS għandha tkun organizzata b'tali mod li tieħu approċċ multidixxiplinari li jinvolvi l-gruppi kollha marbuta direttament u indirettament mas-settur, bħas-sajjieda kummerċjali u rikreattivi, prodotti tal-akkwakultura, is-settur tal-ipproċessar, il-bejjiegħa bl-imnut, is-sidien tal-bastimenti, ir-rappreżentanti ta’ dawn il-gruppi, is-soċjetà ċivili (fosthom l-NGOs ambjentali u tal-iżvilupp), il-komunità xjentifika u l-partijiet interessati tal-istituzzjonijiet, |
S. |
billi din ir-riforma l-ġdida tal-PKS minn issa għandha tqarreb aktar il-politika dwar is-sajd mar-regoli tas-suq uniku, |
T. |
billi, minkejja li sar xi progress wara r-reviżjoni tal-PKS fl-2002, għad fadal problemi serji marbuta mal-kapaċità żejda tal-flotot u l-iskarsezza tar-riżorsi tas-sajd, li jvarjaw fid-daqs minn reġjun għall-ieħor, u dawn marru għall-agħar fl-aħħar snin, filwaqt li kkaġunaw impatti negattivi serji fuq speċijiet mhux immirati u fuq l-ambjent tal-ibħra inġenerali u ħallew l-ekosistemi f'kundizzjoni fqira, |
U. |
billi problemi bħall-kapaċità żejda u l-iskarsezza tar-riżorsi tas-sajd ma għandhomx jitqiesu endemiċi jew universali ġaladarba hemm varjazzjonijiet kbar fil-flotot u ż-żoni tas-sajd differenti, u billi s-soluzzjonijiet ta’ dawn il-problemi għandhom jiġu żviluppati u implimentati b'mod li jagħraf il-varjazzjonijiet reġjonali wiesgħa li hemm fl-UE kollha, |
V. |
billi l-ibħra tagħna kapaċi jsostnu volumi akbar ta’ ħut minn dak li qegħdin isostnu bħalissa, u billi jekk l-istokkijiet jitħallew jirkupraw ikunu jistgħu jiġu stabbiliti limiti li jippermettu l-qbid ta’ kwantitajiet ferm akbar ta’ ħut filwaqt li tinżamm is-sostenibbiltà, |
W. |
billi l-livelli ta’ rimi huma għoljin fi proporzjonijiet xejn aċċettabbli, u f'każi estremi s-sajjieda jirrapportaw li saħansitra jlaħħqu t-80 % tal-qabdiet tagħhom, |
X. |
billi l-politika ta’ konservazzjoni u ġestjoni kienet l-ikbar falliment tal-PKS u mindu nħolqot baqgħet ma ġiet emendata jew aġġornata qatt, u billi għalhekk jeħtieġ li nikkonċentraw fuq it-tfassil ta’ mudell ġdid ta’ konservazzjoni u ġestjoni tas-settur tas-sajd, |
Y. |
billi l-Unjoni Ewropea, bis-saħħa tal-impenji li daħlet għalihom fil-fora internazzjonali, iddefiniet l-objettivi tal-politika tas-sajd tagħha li għandhom ikunu mmaniġġjati permezz tal-Ogħla Rendiment Sostenibbli (MSY) tal-approċċ prekawzjonarju u bl-approċċ tal-ekosistema, |
Z. |
billi l-manutenzjoni tal-flotot tas-sajd moderni, kompetittivi, sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent mhijiex inkompatibbli mat-tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd, li fil-fatt twettqet b'modi differenti minn bosta Stati Membri, fuq il-bażi ta’ riċerka xjentifika affidabbli, sabiex toqrob aktar lejn id-disponibilità tar-riżorsi, u billi l-partijiet interessati kienu dejjem favur miżuri li ma jnaqqsux is-saħħa tas-settur u li jkollhom effetti pożittivi u gradwali, bħall-isforzi biex tiżdied il-bijomassa tal-ħut, jitnaqqsu l-ġranet tas-sajd, biex jiġu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni bijoloġiċi u jiġi mmodernizzat is-sajd fuq skala żgħira, |
AA. |
billi s-sajd huwa waħda mill-attivitajiet ekonomiċi l-aktar milquta mit-tifqir tal-istokkijiet tal-ħut ikkawżat mill-istat ħażin tas-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar, u billi s-sostenibbiltà tiegħu fil-ġejjieni se tiddependi mill-ħila li din ix-xejra titreġġa' lura, permezz tar-restawr tas-saħħa u tal-bilanċ fl-ekosistema marittima kollha kemm hi; billi s-settur innifsu għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-isforzi biex jerġa' jinħoloq bilanċ li għandu jippermetti s-sostenibbiltà fil-ġejjieni u jiżgura żieda fil-vijabbilità fil-perjodu medju u fit-tul, |
AB. |
billi s-sajd huwa essenzjali għall-għajxien ta’ bosta komunitajiet li jgħixu mal-kosta, li ilhom f’din l-attività għal bosta ġenerazzjonijiet u għaldaqstant ikkontribwew ukoll għad-dinamika ekonomika u soċjali tar-reġjuni konċernati u għall-wirt kulturali tal-UE, u ġaladarba l-politika tas-sajd għandha tiġi żviluppata b'mod li tipproteġi l-għajxien fir-reġjuni tradizzjonali tas-sajd Ewropej kollha billi tirrispetta d-drittijiet storiċi, |
AC. |
billi d-drittijiet storiċi dari kienu protetti mill-prinċipju tal-istabbiltà relattiva u, irrispettivament mill-forma tar-reġimi ta’ ġestjoni tal-ġejjieni, il-benefiċċji li jgawdu l-komunitajiet tal-kosta u li ġew akkumulati mill-istabbilità relattiva għandhom jibqgħu jitgawdew minn dawn il-komunitajiet, |
AD. |
billi l-flotta tas-sajd ta’ skala żgħira u ż-żoni li huma dipendenti ħafna mis-sajd jeħtieġu trattament differenti u appoġġ soċjoekonomiku akbar skont il-PKS il-ġdida, |
AE. |
billi, minkejja l-livell baxx ta’ rappreżentanza li għandhom fis-sottosettur tal-qbid, in-nisa huma grupp importanti fid-dawl tar-rwol fundamentali tagħhom f'oqsma direttament marbuta mal-PKS, bħalma huma l-akkwakultura, l-ipproċessar, l-ikkumerċjalizzar, ir-riċerka, il-ġestjoni kummerċjali, it-taħriġ u s-sikurezza marittima, |
AF. |
billi, kif diġà ġie rikonoxxut fis-settur agrikolu, in-nisa jbatu wkoll mill-inugwaljanzi fis-settur tas-sajd fil-forma ta’ pagi aktar baxxi (jew tabilħaqq l-ebda ħlas), inqas benefiċċji soċjali, u f'xi każi tfixkil fil-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom f'korpi amministrattivi f'ċerti komunitajiet jew assoċjazzjonijiet, |
AG. |
billi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma sors importanti u li dejjem qed jiżdied l-użu ta’ proteini ta’ kwalità għolja u tax-xaħmijiet tajbin għas-saħħa li huma essenzjali għall-ħtiġijiet alimentari tal-UE, |
AH. |
billi l-flotta u s-settur tas-sajd Komunitarji huma sors ta’ ikel ta’ kwalità għolja u għandhom sehem importanti fir-rigward tal-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u d-dinamiżmu fir-reġjuni tal-kosta, f'dawk remoti, f’dawk l-iktar imbiegħda u fil-gżejjer tal-UE, |
AI. |
billi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd li jġorru ċertifikazzjoni akkreditata tal-ikel mill-punt tal-qbid mit-tismin sal-ipproċessar (jiddependi mill-industrija involuta) għall-ikkumerċjalizzar għandu jkun ibbażat fuq kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u għandu jikkontribwixxi għal għarfien akbar tas-sajd sostenibbli, kemm fost il-produtturi u kemm fost il-konsumaturi, |
AJ. |
billi l-FAO għamlet xogħol sinifikanti fil-qasam tat-tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u billi f'Marzu 2005, il-Kumitat tal-FAO għas-Sajd (COFI) fassal linji gwida dwar dan is-suġġett li għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni Ewropea, |
AK. |
billi l-azzjoni biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli ta’ reġjun partikolari għandha ssaħħaħ l-interazzjoni bejn il-komponenti tal-ambjent naturali u l-komponenti umani tiegħu u tippromwovi l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tal-kosta tagħha; billi kull politika għas-sajd għandha tibda mill-preżunzjoni tal-interdipendenza bejn il-benessri ta’ dawn il-komunitajiet u s-sostenibbiltà tal-ekosistemi li huma parti integrali minnhom, |
AL. |
billi l-flotot ta’ skala żgħira u dawk li għandhom natura industrijali ta’ skala akbar għandhom karatteristiċi u problemi differenti ħafna u problemi li ma jistgħux jiddaħħlu f'mudell uniformi u għalhekk għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti, |
AM. |
billi llum huwa aċċettat b’mod ġenerali li hemm għadd ta’ strumenti li joffru approċċ differenti għall-ġestjoni tas-sajd li jistgħu jissupplimentaw is-sistemi eżistenti u jkollhom sehem sinifikanti fil-ġestjoni Komunitarja tas-settur, |
AN. |
billi xi Stati Membri diġà stabbilixxew l-iskemi tagħhom, bħal skemi ta’ kreditu ta’ konservazzjoni maħsuba biex iħeġġu l-innovazzjoni pożittiva fl-industrija, u billi azzjonijiet bħal dawn li jittieħdu fuq il-livell ta’ Stat Membru jistgħu jiġu aġġustati biex jitqiesu ċirkostanzi lokali b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati, |
AO. |
billi studju tal-mudelli ta’ ġestjoni tas-settur tas-sajd għandu jkun suġġett li jiġi kkunsidrat bir-reqqa, waqt li jitqiesu d-differenzi fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali u d-differenzi fiċ-ċirkostanzi relatati mas-settur tas-sajd fid-diversi Stati Membri, mingħajr ma jiġi injorat ir-rwol tas-sussidjarjetà, bil-ħsieb li tiġi żgurata ġestjoni globali bbilanċjata tar-riżorsi u li ssir promozzjoni tal-aċċess proporzjonat għad-diversi flotot, |
AP. |
billi l-attività tal-industrija tas-sajd hija qabelxejn ikkonċentrata f'reġjuni li għandhom ekonomija fraġli li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma reġjuni tal-Objective 1, u billi s-sitwazzjoni ta’ kriżi fl-industrija qed ikollha impatt profond fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni, |
AQ. |
billi l-valur tar-riżervi tal-baħar fejn il-qbid huwa pprojbit bħala waħda mill-għodod effiċjenti biex jiġu protetti l-ekosistemi tal-baħar u biex jiġu pprovduti benefiċċji fil-ġestjoni tas-settur tas-sajd huwa rrikonoxxut b'mod wiesa', sakemm l-istabbiliment u l-protezzjoni tagħhom jissodisfaw għadd ta’ standards minimi, |
AR. |
billi l-akbar attenzjoni possibbli għandha tingħata lill-importanza strateġika tal-akkwakultura u tal-iżvilupp tagħha f'livell Komunitarju, kemm f’termini soċjoekonomiċi u kemm f'termini ambjentali kif ukoll rigward is-sikurezza tal-ikel; billi madankollu, l-industrija għandha tevita li ssir ħsara fl-ambjent tal-baħar lokali jew li jinħlew l-istokkijiet selvaġġi, speċjalment il-pelaġiċi żgħar li jinqabdu biex jintgħalfu lil bosta speċijiet fl-akkwakultura, |
AS. |
billi l-attivitajiet tas-sajd għall-frott tal-baħar jiffurmaw parti integrali mis-settur u għandhom importanza kunsiderevoli f'ċerti zoni tal-kosta u, fil-każ tas-sajd għall-frott tal-baħar li jsir bil-mixi, ġeneralment isiru minn nisa; billi dawn l-attivitajiet għandhom jinġiebu għalkollox fl-ambitu tal-PKS il-ġdida, |
AT. |
billi l-UE teħtieġ tikkoordina l-politika tagħha ta’ żvilupp u l-PKS u tiddedika aktar riżorsi umani, tekniċi u baġitarji għas-settur tas-sajd fil-kuntest tal-politika għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp ma’ pajjiżi terzi, |
AU. |
billi l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) u l-ftehimiet tas-sħubija tas-sajd għandu jkollhom sehem vitali u kull ma jmur aktar importanti fl-użu u fl-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra Komunitarji u internazzjonali, għalkemm bosta reviżjonijiet reċenti dwar il-prestazzjoni tal-RFMOs identifikaw nuqqasijiet serji fil-funzjonament tagħhom, li wasslu lill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex titlob li jittieħdu miżuri urġenti ħalli tittejjeb il-prestazzjoni tagħhom, |
AV. |
billi l-korpi ta’ ġestjoni reġjonali għandhom rwol vitali u importanti fl-użu u fl-isfruttament sostenibbli tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità stess, billi jippermettu t-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi fuq livell aktar xieraq li jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti, |
AW. |
billi l-politika esterna tal-PKS hija essenzjali biex ikunu ggarantiti l-provvisti lill-industrija u lill-konsumaturi, peress li aktar minn terz tal-produzzjoni Komunitarja ġej minn zoni tas-sajd internazzjonali u minn ilmijiet li jidħlu fi ħdan l-EEZs ta’ pajjiżi terzi, |
AX. |
billi s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) jikkostitwixxi waħda mill-aktar theddidiet serji għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u jipperikola l-bażi tal-PKS, kif ukoll l-isforzi internazzjonali għall-promozzjoni ta’ governanza aħjar tal-oċeani, u billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll, li għandha tiġi implimentata dalwaqt, huwa maħsub biex ikompli jippromwovi l-monitoraġġ tal-ġestjoni u tal-koordinazzjoni, |
AY. |
billi 60 % tal-ħut ikkunsmat fl-Unjoni Ewropea jinqabad barra mill-ilmijiet tal-UE, u l-proporzjon huwa daqstant għoli fil-parti minħabba li, fost raġunijiet oħra, il-PKS ma rnexxilhiex iżżomm il-livelli tal-istokkijiet tal-ħut meħtieġa biex tiġi ssodisfata d-domanda taċ-ċittadini tal-UE, |
AZ. |
billi l-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li fis-suq Komunitarju diġà daħlu prodotti li ma jirrispettawx id-daqsijiet minimi stabbiliti fl-UE, b'mod partikolari minħabba l-falliment li jiġu implimentati regoli dwar l-ikkumerċjalizzar ta’ prodotti ffriżati, |
BA. |
billi ħafna mill-impjiegi fis-settur tas-sajd bħalissa qed jimtlew minn ħaddiema li jiġu minn pajjiżi terzi, għax dan ix-xogħol qed isir anqas u anqas attraenti għaż-żgħażagħ li jgħixu fil-Komunità, |
BB. |
billi t-tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tal-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tal-ħut f'dawn l-aħħar snin kellu impatt negattiv ħafna fuq id-dħul tal-produtturi, filwaqt li dawn il-produtturi, fl-istess ħin, kellhom żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom li ma jistgħux jagħmlu tajjeb għalihom fil-prezz tal-bejgħ inizjali, |
BC. |
billi kien hemm bidla fl-istrutturi tas-suq għall-prodotti tas-sajd u tluq minn bilanċ aċċettabbli bejn il-produtturi u x-xerrejja għal sitwazzjoni li dawn tal-aħħar jistgħu jqisuha dejjem iżjed bħala waħda ta’ oligopolija, kaġun tal-konċentrazzjoni tad-distribuzzjoni u tal-katini tax-xiri, |
BD. |
billi ħafna mill-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi qed joħolqu problema serja għall-kompetittività tas-settur tal-Komunità, peress li dawn la jikkonformaw mal-istandards u mas-sistemi ta’ kontroll li japplikaw għall-produtturi tal-Komunità u għall-konsumaturi, u li jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-produtturi Komunitarji, |
BE. |
billi, għal żmien fit-tul, din is-sitwazzjoni ta’ prezzijiet li qegħdin jitbaxxew mhix ta’ benefiċċju lanqas għall-konsumatur, |
Ġenerali
1. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tissottometti l-Green Paper, li qiegħda tifforma l-bażi għal proċedura ta’ konsultazzjoni u għal diskussjonijiet importanti dwar id-diffikultajiet u l-isfidi li għandha l-PKS attwali, bil-ħsieb li ssirilha riforma urġenti u profonda, u jitlob li jitqiesu wkoll il-fehmiet tal-partijiet interessati; |
2. |
Iqis li r-riforma attwali hija kruċjali għall-ġejjieni tal-industrija tas-sajd Ewropea u li kull falliment fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ riforma radikali jista' jwassal biex saż-żmien tar-riforma li jmiss la jkun hemm ħut u lanqas industrija tas-sajd; |
3. |
Jaqbel mal-Green Paper li s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali teħtieġ stokkijiet tal-ħut produttivi u ekosistemi tal-baħar li jaħdmu sewwa, biex is-sostenibbiltà ekoloġika ssir premessa bażika għall-ġejjieni ekonomiku u soċjali tas-settur tas-sajd Ewropew; |
4. |
Jilqa' wkoll iż-żewġ prinċipji ewlenin stabbiliti mill-Kummissjoni bil-ħsieb li ssir riforma effikaċi u li tirnexxi tal-PKS, b'mod partikolari l-ħtieġa li tingħata aktar responsabilità lis-settur, ibbażata fuq it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-prattika tajba tas-sajd biex jiġu pprovduti mudelli ta’ ġestjoni għal perjodu twil ta’ żmien u biex dawn jiġu aġġustati sabiex jinħolqu għodod li jikkomplementaw u jtejbu s-sistema unika tradizzjonali tat-TAC (il-qabda totali permessa) u l-kwoti li bħalissa hemm fis-seħħ kif ukoll sabiex jinstab tarf tal-problema tal-kapaċità żejda tal-flotot; |
5. |
Jilqa' l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-ħames nuqqasijiet strutturali tal-PKS eżistenti, u jaqbel mal-fehma tagħha li hemm ħames aspetti li għandha tingħatalhom importanza ċentrali fir-riforma, jiġifieri: il-problema profonda ta’ kapaċità żejda tal-flotta; l-għanijiet politiċi mhux preċiżi li jirriżultaw fi gwida insuffiċjenti għad-deċiżjonijiet u għall-implimentazzjoni; sistema tat-teħid ta’ deċiżjoni li tinkoraġġixxi fokus fil-medda l-qasira; qafas li ma jagħtix responsabbiltà suffiċjenti lill-industrija; u n-nuqqas ta’ rieda politika li tiġi żgurata l-konformità, flimkien mal-konformità fqira min-naħa tal-industrija; |
6. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li jiġi implimentat qafas aktar sempliċi sabiex ikun żgurat li jinkiseb l-aqwa riżultat tal-azzjonijiet li għandhom jiġu adottati, u għaldaqstant jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi f'din id-direzzjoni; |
7. |
Itenni li l-għan ewlieni tal-PKS għandu jkun li jiggarantixxi l-futur tar-riżorsi tas-sajd u tas-sajjieda, billi jiġi ggarantit l-irkupru tal-popolazzjonijiet tal-ħut u tar-restawr tal-vijabilità ekonomika tas-settur; |
8. |
Itenni li l-PKS għandha trid tiżgura s-sostenibbiltà għal perjodu twil ta’ żmien tas-setturi tas-sajd sabiex l-industrija tkun tista' tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-vijabbiltà soċjoekonomika tal-komunitajiet kostali, filwaqt li tiggarantixxi l-provvista tal-ħut lill-pubbliku u s-sovranità u s-sigurtà tal-ikel, u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tas-sajjieda, biex b'hekk tiżgura l-iżvilupp konsistenti taż-żoni tal-kosta li jiddependu b'mod l-aktar qawwi mis-sajd; |
9. |
Jemmen li l-ġestjoni tas-sajd għandha titfassal bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq speċijiet assoċjati u dipendenti, u li d-deċiżjonijiet prinċipali għandhom jittieħdu wara li tkun saret valutazzjoni tal-impatt ambjentali, kif isir fil-biċċa l-kbira tal-industriji l-oħra; |
10. |
Jenfasizza li l-PKS attwali hija waħda fost l-aktar politiki Komunitarji integrati, u dan jagħti setgħat wesgħin lill-Komunità, u għalhekk responsabilitajiet, fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar, u jistieden ukoll lill-partijiet interessati biex jinvolvu ruħhom iżjed mill-qrib; |
11. |
Jenfasizza li, minkejja li kienet riformata b'mod estensiv fl-2002, 27 sena wara li ġiet stabbilita, il-PKS qiegħda tħabbat wiċċha ma’ problemi serji f'ċerti setturi tas-sajd li l-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma s-sajd eċċessiv, il-kapaċità żejda f'xi sezzjonijiet tal-flotta, l-ineffiċjenza fl-enerġija u l-ħela, in-nuqqas ta’ riċerka affidabbli dwar l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll fatturi oħrajn, bħar-rigress ekonomiku u soċjali li bħalissa qiegħed jolqot lis-settur, il-globalizzazzjoni tas-sajd u s-suq tal-akkwakultura, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u t-tifqir progressiv tar-riżorsi kkawżat mill-istat fqir tas-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar; |
12. |
Hu tal-fehma li kwalunkwe u kull politika tas-sajd għandha tqis għadd kbir ta’ dimensjonijiet, soċjali, ambjentali u ekonomiċi, li jeħtieġu approċċ integrat u bbilanċjat li jkun inkompatibbli mal-viżjoni tal-ħolqien ta’ ġerarkija fosthom abbażi ta’ definizzjoni a priori tal-prijoritajiet; |
13. |
Jenfasizza li s-salvagwardja tal-vijabilità tas-sajd, li huwa industrija strateġika, u tal-komunitajiet tas-sajd u l-konservazzjoni tas-sostenibilità tal-ekosistemi tal-baħar mhumiex objettivi irrikonċiljabbli; |
14. |
Iqis li problemi bħalma huma s-sajd żejjed, il-kapaċità żejda, l-investiment żejjed u l-ħela ma għandhomx jitqiesu endemiċi jew universali, iżda pjuttost problemi speċifiċi għal flotot u setturi tas-sajd partikolari, u li għandhom jiġu rranġati b'mod li jirrikonoxxi dawn l-ispeċifiċitajiet; |
15. |
Jirrimarka li l-Parlament, f'leġiżlaturi preċedenti, ġibed l-attenzjoni għall-fatt li r-regoli tal-PKS ma kinux qegħdin jiġu osservati mill-operaturi kollha u kemm-il darba stieden lill-entitajiet kompetenti tal-UE u l-Istati Membri kollha biex itejbu l-kontrolli, jarmonizzaw il-kriterji tal-ispezzjonijiet u s-sanzjonijiet u s-sistemi ta’ rrappurtar dwar il-qbid, jiżguraw it-trasparenza tal-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet u jsaħħu s-sistemi ta’ spezzjonijiet tal-Komunità biex tinħoloq kultura ta’ konformità bl-involviment tal-partijiet interessati ewlenin sabiex jingħatawlhom aktar responsabilitajiet; |
16. |
Jinnota li r-regolament il-ġdid ta’ kontroll fih għadd ta’ miżuri li huma suxxettibbli għall-kritika f'termini tas-suċċess tagħhom u tal-effikaċja tal-infiq tagħhom fil-kuntest tar-riforma tal-PKS; |
17. |
Jenfasizza li ħafna mill-problemi tal-PKS jirriżultaw minn falliment fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-governanza tajba; |
18. |
Jenfasizza li, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament mhuwiex se jkun biss entità ta’ konsultazzjoni iżda se jsir koleġiżlatur fis-settur tas-sajd, u b'hekk ikun qiegħed jaqsam is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet mal-Kunsill, ħlief fl-iffissar tat-TACs u tal-kwoti; |
19. |
Jenfasizza li l-RFMOs u l-ftehimiet dwar is-sħubijiet tas-sajd għandu jkollhom sehem importanti fil-governanza u fl-applikazzjoni xierqa tal-prattika tajba tas-sajd fi ħdan l-ispazji rispettivi tagħhom ta’ kompetenza u l-oqsma ta’ applikazzjoni, u jenfasizza wkoll li l-pożizzjoni tal-UE għandha tkun li tippromwovi l-ogħla standards possibbli tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni tas-sajd; |
20. |
Iqis li għandhom jinħolqu korpi ta’ ġestjoni reġjonali fl-ilmijiet tal-UE, li jinvolvu lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati rilevanti, sabiex ikollhom sehem ewlieni fil-governanza u fl-applikazzjoni ta’ prattika tajba tas-sajd fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-UE; |
21. |
Jenfasizza li l-proċess ta’ riforma tal-PKS għandu jkun iffinalizzat sal-bidu tal-2011, sabiex ikun żgurat li din tiġi kkunsidrata kif jixraq fid-diskussjonijiet tal-qafas finanzjarju li jmiss tal-UE u li l-PKS irriformata tkun implimentata bis-sħiħ; |
22. |
Jenfasizza li l-għarfien xjentifiku u r-riċerka teknika applikata għall-ħtiġijiet tas-settur għandhom jitqiesu biex jonqsu kemm jistgħu l-impatti negattivi fuq l-ekosistemi tal-baħar u li politika għall-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd għandha tkun stabbilita u rfinata progressivament, bl-involviment, is-sehem u l-koperazzjoni tal-ħaddiema tar-riċerka tas-settur bħala osservaturi u rappreżentanti sħaħ tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs); jenfasizza, barra minn hekk, li n-nuqqas ta’ data xjentifika preċiża dwar is-sajd u l-ekosistemi tal-baħar m'għandhiex tfixkel l-adozzjoni ta’ approċċ prekawzjonarju fil-politika komuni l-ġdida dwar is-sajd; |
23. |
Jenfasizza li, minkejja l-grad ta’ komplessità ta’ xi proċeduri għall-modifika tal-mudelli tal-ġestjoni tas-sajd u d-diffikultajiet, b'mod partikolari ta’ natura legali, li jistgħu jidhru fil-proċess, dawn mhumiex insuperabbli, kif jidher mill-applikazzjoni b'suċċess ta’ mudelli oħrajn ta’ ġestjoni f'partijiet oħra tad-dinja, jistieden lill-Kummissjoni teżamina bl-attenzjoni jekk jistgħux jiddaħħlu mudelli ġodda tal-ġestjoni sabiex jikkomplementaw mudelli eżistenti tal-ġestjoni tas-sajd; |
24. |
Jenfasizza li, minkejja l-miżuri għall-irtirar ta’ bastimenti mis-servizz, il-kapaċità żejda għadha problema serja u xi setturi tal-flotta Ewropea, speċjalment il-flotta ta’ skala żgħira, għadhom ma ġġeddux kif jixraq u fadal xi bastimenti li żmienhom għadda jew li huma qodma ħafna u li jeħtieġ li jiġu mmodernizzati jew jinbidlu bil-ħsieb li abbord ikun hemm aktar sikurezza u li dawn iħallu impatt inqas negattiv fuq l-ambjent, bla ma tikber il-kapaċità għas-sajd; |
25. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet oħra fis-settur għall-operazzjoni bla xkiel u l-iżvilupp tas-settur; |
26. |
Jenfasizza li s-suċċess tal-akkwakultura sostenibbli se jiddependi minn ambjent li jkun favorevoli għall-intrapriżi fil-livell nazzjonali u/jew lokali u li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom ikunu kapaċi jistrieħu fuq qafas Komunitarju xieraq għall-iżvilupp armonjuż tas-settur u għall-ilħiq tal-ġid sħiħ tiegħu u tal-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi li jagħti preferenza lil dawk is-sajjieda li l-attivitajiet tagħhom qegħdin jonqsu; |
27. |
Jenfasizza li t-tkabbir fil-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u t-tkabbir tal-UE fil-ġejjieni, kif ukoll il-fatturi tat-tibdil fil-klima, jista' jkollhom impatt konsiderevoli fuq l-istruttura attwali tal-ġestjoni tas-sajd u tal-azjendi għat-trobbija tal-ħut; |
28. |
B'sorpriża jinnota li r-rwol kruċjali tal-portijiet tas-sajd fis-settur tas-sajd ma jissemmiex fil-Green Paper, minkejja li l-portijiet huma atturi ewlenin għall-ħatt tal-ħut, għall-ħażna tiegħu u għall-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tenfasizza r-rwol tal-portijiet fis-settur tas-sajd, fid-dawl tal-iżviluppi li ħolqu l-ħtieġa li tiġi aġġornata l-infrastruttura; iqis, barra minn hekk, li fil-ġejjieni l-portijiet tas-sajd tal-Ewropa se jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-provvediment ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ traċċabilità aħjar tal-qabdiet tal-ħut; |
29. |
Jenfasizza li l-involviment sħiħ tan-nisa fl-attivitajiet fis-settur fuq bażi ugwali mal-irġiel, huwa objettiv fundamentali li għandu jkun rifless fil-politiki u l-miżuri kollha mfassla u adottati għas-settur; |
30. |
Itenni li s-sajd huwa attività importanti ħafna, mhux biss f'termini alimentari, iżda wkoll f'termini soċjali, rikreattivi u kulturali, u li f'bosta reġjuni tal-kosta fl-Ewropa, jikkostitwixxi l-mezz ewlieni – u f'xi każijiet l-uniku – ta’ għajxien għal bosta familji li jiddependu minnu b'mod dirett jew indirett, filwaqt li jgħin biex jagħti l-ħajja lill-kosta u jgħaqqad it-tessut soċjoekonomiku, flimkien ma’ attivitajiet marittimi oħrajn; |
31. |
Iqis li jeħtieġ li jiġi apprezzat u rrispettat ir-rwol tan-nisa fis-setturi tas-sajd u fl-iżvilupp sostenibbli taz-zoni tas-sajd; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konjuġi ta’ għajnuna jgawdu minn livell ta’ protezzjoni li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak illi jgawdu dawk li jaħdmu għal rashom u li jkollu l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn tal-aħħar anke fir-rigward tal-aċċess għall-professjoni u d-dritt għall-ħut; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkooperaw sabiex jippromwovu u jinkorporaw il-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs fl-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-istadji ta’ valutazzjoni), kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-aktar gruppi vulnerabbli fis-settur tas-sajd, speċjalment il-ħaddiema nisa, is-sajjieda nisa u n-nisa li jiġbru l-frott tal-baħar, ma jkunux żvantaġġati fl-allokazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għar-riżorsi, billi tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tagħhom fl-RACs; |
33. |
Itenni li l-miżuri finanzjarji ta’ akkumpanjament għall-ġejjieni għandhom iqisu dawn l-objettivi ġodda tal-PKS; iqis, f'dan ir-rigward, li r-riżorsi finanzjarji li għandhom jiġu nnegozjati fi ħdan il-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2014-2020 għandhom jagħmlu dispożizzjoni għal żieda fil-baġit tal-PKS li toħloq il-kundizzjonijiet finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa u għall-iżvilupp prattiku tal-linji gwida tar-riforma li ġew adottati; jenfasizza li Politika Komuni tas-Sajd tippresupponi finanzjament Komunitarju ġust bil-għan li jiggarantixxi li r-riżorsi akkwatiċi jkunu sfruttati b'mod li jissalvagwarda s-sostenibilità f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali; jiċħad kull tentattiv biex l-ispejjeż tal-PKS jerġgħu jiġu nazzjonalizzati; |
34. |
Hu tal-fehma li t-tnaqqis konsekuttiv fl-appoġġ Komunitarju għas-settur, stipulat fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali 2007-2013, b'mod partikolari t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-Fond Ewropew għas-Sajd, u l-organizzazzjoni komuni tas-suq, huma fost il-fatturi li wasslu biex is-sitwazzjoni tas-settur tkompli teħżien; |
35. |
Jenfasizza li l-prinċipju ta’ konverġenza fl-allokazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni, fosthom il-Fond Ewropew għas-Sajd, għandu jinżamm, skont il-prinċipju ta’ solidarjetà u mal-koeżjoni ekonomika u soċjali; |
36. |
Iqis li jeħtieġ ikun stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni sabiex din ir-riforma tal-PKS tkun tista' tiġi armonizzata mal-qafas attwali ta’ din il-politika komuni; |
Aspetti speċifiċi
Il-ħarsien u l-konservazzjoni tar-riżorsi u t-tagħrif xjentifiku
37. |
Iqis li l-impenji tal-PKS biex jitreġġgħu lura l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-possibilità ta’ tnaqqis tas-sajd kif ukoll il-livelli għoljin ta’ tniġġis u l-kompetizzjoni internazzjonali akbar għandhom ikun jaqblu mas-sostenibilità fit-tul tas-settur; |
38. |
Hu tal-fehma li l-PKS għandha tadotta strateġija ta’ ekosistema, li tkun ikkunsidrata bl-istess mod fl-attivitajiet ekonomiċi kollha li jsiru, fejn dawn jolqtu l-ambjent tal-baħar, u li għandha tagħmel enfasi fuq il-ġestjoni integrata tal-linji tal-kosta fejn hemm ekosistemi kumplessi u fejn jeħtieġ jinstab bilanċ ekoloġiku delikat ħafna bejn l-interessi ambjentali, ekonomiċi, soċjali, rikreattivi u kulturali; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riforma tal-PKS tinkludi l-miżuri adottati biex jingħeleb it-tibdil fil-klima u tistipula finanzjament adegwat biex jiġu implimentati dawn il-miżuri; |
39. |
Isostni li r-riforma tal-PKS għandha tkompli tosserva l-prinċipju prekawzjonarju stabbilit fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli u fil-Ftehim ta’ New York, sabiex jiġi evitat kull riskju għas-sopravivenza u/jew għas-sostenibbiltà tal-ispeċijiet fil-ġejjieni; |
40. |
Hu tal-fehma li l-komunitajiet tas-sajd lokali għandhom dejjem jingħataw li l-aċċess primarju għall-istokkijiet tal-ħut għalkemm id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu bbażati fuq kriterji aġġornati u ma għandux jibqa' jkun ibbażat biss fuq il-kriterju tal-qabdiet storiċi, u l-kriterji ambjentali u soċjali għandhom ikunu introdotti gradwalment sabiex jiddeterminaw min ikollu d-dritt jaqbad il-ħut, inklużi s-selettività tat-tagħmir tas-sajd u l-qbid inċidentali u r-rimi li jirriżulta, it-tħarbit fil-ħabitat tal-baħar, il-kontribut għall-ekonomija lokali, il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2, il-kwalità tal-prodott finali, l-impjiegi maħluqa u l-konformità mar-regoli tal-PKS, u li l-prijorità għandha tingħata lis-sajd għall-konsum uman; huwa konvint li l-użu ta’ kriterji bħal dawn jista' jrawwem dinamika li tista' twassal għal titjib fil-prattiki tas-sajd u għal industrija tas-sajd li tkun iżjed sostenibbli f'sens ambjentali, soċjali u ekonomiku; |
41. |
Iqis li d-drittijiet storiċi kienu preċedentement ġew protetti mill-prinċipju tas-sostenibilità relattiva u li kull reġim ta’ ġestjoni ġdida għandu jżomm il-benefiċċji tal-komunitajiet tal-kosta li nkisbu minħabba l-istabilità relattiva; |
42. |
Hu tal-fehma li r-rimi tal-ħut jirrappreżenta prattika tas-sajd mhix sostenibbli li għandha tinqata' bil-mod il-mod, u li dan għandu jseħħ bil-ħolqien ta’ inċentivi pożittivi u, fejn ikun meħtieġ, negattivi biex is-sajjieda jtejbu s-selettività tagħhom; iqis li jekk l-inċentivi ma jnaqqsux ir-rimi fi żmien xieraq, imbagħad għandha tiġi implimentata projbizzjoni dwar ir-rimi; |
43. |
Isostni li s-sostenibbiltà fit-tul tas-settur, l-adozzjoni tal-approċċ tal-ekosistema, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-għażla tat-tagħmir tas-sajd xieraq imsemmijin qabel jistgħu jinkisbu biss fi ħdan il-kuntest ta’ politika tas-sajd deċentralizzata li fiha jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu xierqa għas-sitwazzjonijiet fis-setturi tas-sajd u fir-reġjuni marittimi individwali; |
44. |
Iqis li jeħtieġ li tiġi garantita protezzjoni effikaċi għaż-żoni tal-kosta li għandhom ambjent sensittiv ħafna (li huma l-postijiet prinċipali tat-tnissil u l-bidien għal riżorsi bijoloġiċi); |
45. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-effetti li jista' jkollha l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati biex tiġi miġġielda l-klima fuq is-sajd u l-ambjent marittimu; |
46. |
Huwa tal-fehma li stħarriġ kompresniv dwar il-flotta għandu jitqabbel mar-riżorsi tal-ħut li jkun disponibbli għall-qbid, sabiex jiġi determinat liema flotot ikunu f'bilanċ mar-riżorsi u liema minnhom ikun jeħtieġ li jitnaqqsu u b'kemm, kif jitlob ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
47. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom, kif indikat fir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontroll li ġie adottat fl-20 ta’ Novembru 2009 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, Artikolu 55(1), “jiżguraw li s-sajd rikreattiv li jsir fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet Komunitarji jsir b'mod li jkun kompatibbli mal-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd”; |
48. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-implikazzjonijiet soċjali u l-ħsara serja li ssir lis-sajd minn xi predaturi tal-ħut, bħall-popolazzjonijiet kbar ħafna ta’ foki u marguni; |
49. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ aktar investiment fil-livell nazzjonali u Ewropew fir-riċerka u fit-tagħrif xjentifiku applikati għall-qasam tas-sajd, biex jiġu inkoraġġiti l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka kollettivi, li l-kompetenza u l-esperjenza tagħhom żdiedu fis-snin reċenti, u għall-ħtieġa li dan is-settur jingħaqad b'mod aktar effikaċi mal-oqsma tas-suġġetti koperti mill-programmi qafas għall-promozzjoni tar-riċerka; jenfasizza li r-riċerka u l-għarfien rigward is-sajd jeħtieġ li jkunu kkoordinati fil-livell Ewropew; jemmen li huwa essenzjali li jitnaqqsu l-inċertezzi fil-valutazzjonijiet xjentifiċi u li tiġi ġġenerata u inkorporata data soċjali u ekonomika xierqa fil-valutazzjonijiet; hu tal-fehma li għandu jkun hemm l-inkorporazzjoni ta’ informazzjoni mill-partijiet interessati fil-valutazzjonijiet; jenfasizza li l-approċċ tal-ekosistema l-ġdid ser jinvolvi riċerka multidixxiplinari; |
50. |
Jenfasizza li r-riċerka xjentifika dwar is-sajd hija għodda essenzjali għall-ġestjoni tas-sajd u li hija indispensabbli għall-identifikazzjoni tal-fatturi li jinfluwenzaw l-iżvilupp tar-riżorsi tas-sajd, għax tagħmel valutazzjonijiet kwantitattivi u tiżviluppa mudelli li jippermettu t-tbassir tal-iżvilupp tagħhom, u ttejjeb ukoll it-tagħmir tas-sajd, il-bastimenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza tas-sajjieda, kif ukoll l-għarfien u l-esperjenza tagħhom; |
51. |
Jirrimarka li r-riċerka xjentifika għandha tqis il-komponenti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-attività tas-sajd; iqis li huwa essenzjali li ssir valutazzjoni tal-impatt li għandhom id-diversi sistemi/strumenti ta’ ġestjoni tas-sajd fuq l-impjiegi u d-dħul finanzjarju fil-komunitajiet tas-sajd; |
52. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, u drittijiet u pagi diċenti għar-riċerkaturi u l-esperti tekniċi involuti fir-riċerka xjentifika dwar is-sajd; |
53. |
Hu tal-fehma li għandu jsir użu dejjem akbar mis-sistemi tal-informatika rilevanti għas-settur u minn sistemi kompjuterizzati tal-ġbir u tat-trasferiment tad-data, kemm għall-amministrazzjonijiet reġjonali u nazzjonali u kemm għall-professjonisti u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, biex b'hekk l-informazzjoni ssir aktar aċċessibbli u trasparenti; |
54. |
Hu tal-fehma li l-użu obbligatorju ta’ teknoloġiji ġodda fuq bastimenti tas-sajd (għall-finijiet ta’ spezzjonijiet u kontroll tas-sajd) għandu jiddaħħal gradwalment u b'perjodu ta’ tranżizzjoni ħalli jagħmilha aktar faċli għas-settur biex jadatta; |
55. |
Jirrikonoxxi li l-ispeċijiet immirati kif ukoll l-ispeċijiet mhux immirati bħal ħut, klieb il-baħar, fkieren, għasafar tal-baħar, mammiferi tal-baħar eċċ., huma ħlejjaq sentjenti, u jistieden lill-Kummissjoni biex talloka l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ metodi ta’ qbid u qtil li jnaqqsu t-tbatija bla bżonn tal-annimali selvaġġi tal-baħar; |
Il-profitabilità u l-avvanz professjonali
56. |
Jirrimarka li r-riforma tal-PKS għandha tqis il-fatt li l-UE ddeċidiet li l-isfruttament tal-istokkijiet tal-ħut għandu jkun amministrat permezz tal-objettiv tal-prodott massimu sostenibbli, mifhum bħala limitu massimu għal-livell ta’ sfruttament, aktar milli bħala mira, iżda jenfasizza li din għandha tkun irrikonċiljata ma’ approċċ multispeċi li jqis is-sitwazzjoni tal-ispeċijiet kollha involuti f'zona tas-sajd partikulari u jevita l-approċċ kurrenti tal-applikazzjoni tal-MSY stokk bi stokk; hu tal-fehma li dan l-objettiv għandu jkun implimentat b'mod operattiv, li jkun ibbażat fuq data xjentifika u li jitkejlu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi li jinvolvi; |
57. |
Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ ekonomiku u politiku għall-koperazzjoni bejn is-sajjieda u r-riċerkaturi, sabiex ikun jista’ jingħata parir fuq bażi li tirrifletti aktar ċar il-kundizzjonijiet fil-baħar u jkun jista' jiġi implimentat aktar malajr; |
58. |
Jenfasizza kemm hija importanti għall-industrija tas-sajd fis-sitwazzjoni soċjoekonomika, fl-impjiegi u fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (ORs); ifakkar li l-aktar reġjuni mbiegħda fil-Komunità qed jaqgħu lura f'termini soċjoekonomiċi minħabba li huma tant imbiegħda, maqtugħa u iżolati, minħabba li huma żgħar u minħabba t-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika tagħhom fuq numru żgħir ta’ prodotti, b’mod partikolari l-prodotti tas-sajd, is-swieq limitati u n-natura doppja tagħhom (kemm bħala reġjuni Komunitarji kif ukoll bħala territorji f’ambjent ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw), u li dawn il-karatteristiċi jiġġustifikaw id-diskriminazzjoni pożittiva f’ċerti oqsma tal-PKS, b'mod partikolari fejn jidħol l-appoġġ għall-modernizzazzjoni u t-tiġdid tal-flotta; |
59. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar periferiċi (ORs) u tar-reġjuni tal-ġżejjer, u d-differenzi bejniethom u l-komunitajiet fuq gżejjer remoti li jiddependu kważi kompletament fuq is-sajd għas-sopravvivenza ekonomika tagħhom, u sabiex tippromwovi miżuri mfassla għas-sostenibilità bijoloġika u soċjali tas-sajd f'dawn ir-reġjuni; |
60. |
Jappoġġa t-tkomplija tas-Sajd POSEI (skema ta’ kumpens għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mill-aktar reġjuni periferiċi) skont l-istess linji tal-Agrikoltura POSEI; f’dan ir-rigward, jemmen li dan il-programm għandu jibqa' fis-seħħ b'mod permanenti, billi l-istatus tal-“aktar imbiegħed” huwa fattur permanenti; |
61. |
Iqis il-ħtieġa li jinħolqu gruppi interprofessjonali fis-settur tas-sajd li jinvolvu s-sidien, il-ħaddiema, dawk li jipproċessaw, l-intermedjarji, eċċ., li għandhom iħeġġu d-djalogu bejn id-diversi parteċipanti interessati fiż-żewġ direzzjonijiet tas-settur; |
62. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tfassal programmi Komunitarji speċifiċi li jkunu ta’ appoġġ għas-sajd tal-kosta fuq skala żgħira u mhux industrijali kif ukoll għat-trobbija tal-frott tal-baħar, attivitajiet li ġeneralment jitmexxew minn unitajiet operattivi ta’ daqs żgħir u medju, sabiex tgħinhom jegħlbu d-diffikultajiet strutturali tradizzjonali tagħhom billi jieħdu vantaġġ akbar mill-opportunitajiet mogħtija mill-FES, li ħafna mill-miżuri tiegħu huma diġà mmirati b’mod esklużiv lejn negozji żgħar u ta’ daqs medju, u sabiex b’mod speċifiku tgħinhom jiksbu aċċess akbar għas-swieq kif ukoll biex itejbu l-valur tal-prodotti tagħhom; |
63. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu taħriġ xieraq għas-sajjieda u l-kaptani, inklużi skemi edukattivi obbligatorji fl-“aħjar prattika” fis-sajd u l-bażi essenzjali tal-ekoloġija tal-baħar għal dawk li jkunu jridu kwalifiki professjonali, bil-ħsieb li jittejjeb l-istatus tal-kwalifiki, biex il-professjoni jingħatalha prestiġju u biex jinġibdu żgħażagħ aktar adattabbli li jkunu kapaċi jaċċettaw il-mobilità tax-xogħol u jkollhom attitudni aktar intraprenditorjali lejn is-settur u li jinkorpora l-elementi tekniċi, xjentifiċi u kulturali kollha li jinħtieġu biex tingħeleb l-idea mifruxa li s-sajd huwa attività periferali; |
64. |
Jenfasizza li l-kwalifiki professjonali huma fattur importanti kemm għat-titjib tal-produttività kif ukoll għaż-żieda fil-pagi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-snajja’ huma karatteristika ta’ negozji teknoloġikament avvanzati li jfissru pagi aħjar, għarfien aħjar tal-istandards (u għalhekk hemm aktar ċans ta’ konformità magħhom) u li wieħed jifhem u jirrispetta aktar l-interazzjoni bejn is-sajd u l-ekosistemi; |
65. |
Hu tal-fehma li l-operaturi kollha tas-sajd u tat-trobbija tal-frott tal-baħar, irġiel u nisa, jeħtieġ li jiġu garantiti aċċess aktar faċli għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u għandu jingħatalhom l-istess status fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġi ggarantit li jkollhom il-kopertura tas-sigurtà soċjali u ħarsien fi ħdan is-sistemi ta’ għajnuna soċjali f'kull Stat Membru; jenfasizza li għandu jkun hemm strateġija ta’ appoġġ finanzjarju għall-professjonisti tas-sajd li, minħabba li l-kapaċità tas-sajd trid tkun aġġustata skont id-disponibilità tal-istokkijiet tal-ħut jew skont pjanijiet għall-irkupru tal-istokkijiet, dawn jista’ jonqsilhom ix-xogħol jew jistgħu jitilfu ħobżhom; |
66. |
Jistieden lill-Istati Membri, fi ħdan il-qafas tal-liġijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom, biex jaslu għal ftehimiet kollettivi li għandhom jiġu aċċettati mill-flotot Ewropej sabiex ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fis-sikurezza fil-post tax-xogħol tagħhom; |
67. |
Iqis il-ħtieġa li jiġu ggarantiti prezzijiet aktar għoljin għall-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd u li jitnaqqas l-għadd ta’ intermedjarji fil-katina li twassal mill-produtturi sal-konsumaturi kif ukoll, b'mod aktar wiesa', li jiġi żgurat l-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-ġestjoni tal-istokkijiet u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, bl-għan li s-sottosettur tal-qbid iħalli qligħ kemm jista' jkun kbir u li jitħeġġu u jiġu appoġġati l-attivitajiet kollha ta’ bejgħ dirett u ta’ kummerċjalizzazzjoni minn produtturi li jkunu kapaċi jqassru l-katina; |
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi dwar l-oriġini u l-kwalità tal-prodotti tas-sajd, tfassal programm speċifiku ta’ ttikkettar ekoloġiku bil-ħsieb li tittejjeb l-istampa tal-prodotti tas-sajd u tippromwovi s-saħħa tal-konsumatur, u tibbażah fuq is-sorveljanza stretta u t-traċċabilità sħiħa mill-punt fejn tinkiseb il-materja prima sal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott aħħari, kemm rigward il-bejgħ ta’ ħut frisk kif ukoll ta’ prodotti pproċessati mill-attività tas-sajd jew tal-akkwakultura; |
69. |
Itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-miżuri ta’ monitoraġġ u ċertifikazzjoni għas-sajd u l-prodotti tal-akkwakultura li jidħlu fis-suq Komunitarju, fosthom l-importazzjonijiet, sabiex tiġi aċċertata l-identità tagħhom u l-fatt li jiġu minn sajd sostenibbli u, jekk ikun hekk, li jkunu ġew ipproċessati b'mod xieraq; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-prodotti importati jkunu traċċabbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa, tal-ambjent u soċjali imposti fuq il-prodotti Komunitarji, bl-għan ikun li jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fis-suq Komunitarju; |
Mudelli ta’ ġestjoni, deċentralizzazzjoni, aktar responsabilità, u sorveljanza
70. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li minħabba li s-sajd huwa attività li tisfrutta riżorsa li tiġġedded, l-ewwel kompitu u l-aktar wieħed importanti tal-ġestjoni tas-sajd huwa l-kontroll, b’mod dirett jew indirett, tal-isforz totali tas-sajd, sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi garantita l-provvista tal-ħut lill-pubbliku fi ħdan qafas ta’ sostenibilità ta’ riżorsi; |
71. |
Iqis li hu essenzjali li jiġi stabbilit qafas politiku li jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-settur għal żmien medju u fit-tul u li jkun jista' japplika pjanijiet tal-operat differenti li jkunu konsistenti man-natura speċifika tal-ekosistemi tal-baħar, tas-sajd u mal-karatteristiċi distintivi tal-flotot u l-industriji individwali Ewropej; |
72. |
Iqis li, filwaqt li l-għanijiet strateġiċi għal żmien fit-tul jistgħu jiġu formulati fil-livell tal-UE, ir-responsabilitajiet reali fejn jidħol l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet operattivi individwali għandhom jingħataw lill-Istati Membri u lill-korpi reġjonali, bl-istituzzjonijiet Ewropej jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet ewlenin; |
73. |
Iqis li l-pjanijiet ta’ ġestjoni u ta’ rkupru għal żmien fit-tul għandhom jiġu stabbiliti għas-sajd kollu u/jew għar-reġjuni ġeografiċi kollha tas-sajd; jitlob li dawn ikunu ta’ prekawzjoni fin-natura tagħhom, li jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, u li jilħqu kriterji konsistenti li jiżguraw l-approċċ tal-ekosistemi; hu tal-fehma li l-pjanijiet għandhom ikunu mmonitorjati regolarment sabiex, jekk ikun meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu adattati għal ċirkostanzi ġodda; |
74. |
Iqis li l-pjanijiet ta’ ġestjoni u ta’ rkupru għandhom jiġu valutati b’mod xjentifiku u eżaminati bir-reqqa, permezz ta’ simulazzjoni, sabiex jiġi żgurat li huma jkollhom probabilità kbira li jilħqu l-għanijiet tagħhom minkejja l-ħafna inċertezzi li huma inerenti fl-għarfien tagħna tal-ambjent tal-baħar u l-karatteristiċi tal-istokkijiet tal-ħut; |
75. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-miżuri kollha alternattivi biex tindirizza s-sajd żejjed, kif ukoll il-possibilitajiet li ċerti partijiet tal-flotta jiġu modernizzati mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd; |
76. |
Iqis li l-involviment aktar dirett tas-settur tas-sajd fil-formulazzjoni tal-PKS u l-ġestjoni tagħha jista’ jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta’ rimi; iqis li għandu jingħata l-akbar appoġġ possibbli għall-esperimenti b’ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati; iqis li dan se jkun jeħtieġ ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009), minkejja li għadu kemm ġie adottat biss lejn tmiem l-2009; |
77. |
Isostni li s-sistema ta’ ġestjoni għas-settur tas-sajd għandha titlaq mill-approċċ tradizzjonali minn fuq għal isfel, u l-enfasi minflok għandha tkun fuq il-prinċipju ta’ reġjonalizzazzjoni u sussidjarjetà (deċentralizzazzjoni orizzontali) bla ma twassal għal diskriminazzjoni reġjonali jew għat-tfixkil tal-implimentazzjoni komuni tal-politika dwar is-sajd, l-evalwazzjoni u l-flessibilità akbar tal-prinċipju ta’ stabilità relattiva u jekk il-konklużjonijiet ta’ dik l-evalwazzjoni jirrikjedux li dak il-prinċipju jkun applikat b'mod aktar flessibbli, u fuq il-parteċipazzjoni tal-professjonisti fis-settur u partijiet interessati oħrajn; jirrifjuta bil-qawwa, minħabba l-varjetà kbira ta’ karatteristiċi speċifiċi tal-flotta Komunitarja, kull tentattiv biex jiġi adottat mudell wieħed ta’ ġestjoni tas-sajd Komunitarju, u jitlob minflok biex jitqiesu kif jixraq l-partikolaritajiet speċifiċi tal-ibħra differenti Ewropej; madankollu jisħaq fuq il-ħtieġa li m’għandhomx jitqiegħdu fil-periklu la l-ugwaljanza tal-opportunità fost il-produtturi fis-suq Ewropew u lanqas l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni; |
78. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem għal mudell simplifikat li jkun separat, definit b’mod ċar, liberali u bla burokrazija għall-ġestjoni tas-sajd tal-kosta fuq skala żgħira, li fih l-istituzzjonijiet Ewropej jistabbilixxu l-għanijiet predominanti li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri skont l-istrateġija tagħhom stess; |
79. |
Jagħraf il-potenzjal li l-ġestjoni proprja u r-reġjonalizzazzjoni joffru għall-ħolqien ta’ kultura ta’ konformità; |
80. |
Hu tal-fehma li l-involviment tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-ġestjoni tal-politiki tal-ġestjoni tas-sajd jista' jwassal għal miżuri ta’ ġestjoni aktar effikaċi u għalhekk jemmen li l-innovazzjoni pożittiva fil-livell individwali, lokali jew tal-Istati Membri għandha tkun rikonoxxuta, inkoraġġuta u inċentivata; |
81. |
Iqis li huwa importanti li jkun hemm aktar dibattitu u analiżi rigward il-possibilità ta’ deċentralizzazzjoni tal-PKS, bil-parteċipazzjoni tal-partitijiet interessati kollha fil-livell istituzzjonali u settorjali; |
82. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina bir-reqqa l-possibilità tal-adozzjoni ta’ mudelli ġodda tal-ġestjoni tas-sajd li huma komplementari mat-TAC u mas-sistema tal-kwota, barra fejn dik is-sistema tista' tkompli tkun xierqa, billi arranġamenti bħal dawn jiffaċilitaw l-introduzzjoni tal-politiki ta’ bla rimi u jippermettu lill-flotta li tadatta ruħha b'mod aktar flessibbli, skont id-diversità u d-distribuzzjoni attwali tal-istokkijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tesplora liema tibdiliet jekk tassew meħtieġa għandhom isiru għall-prinċipju ta’ stabilità relattiva u b’mod partikolari kif il-komunitajiet tal-kosta li jiddependu ħafna mis-sajd jistgħu jingħataw preferenza fit-tqassim tar-riżorsi tas-sajd; |
83. |
Iqis li s-sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-isforz tas-sajd tista’ tgħin l-iżvilupp ta’ politika effikaċi mingħajr rimi kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-proċeduri attwali ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll li jieħdu ħafna ħin u jqumu ħafna flus kemm għall-amministrazzjonijiet tas-settur kif ukoll tal-Istati Membri; |
84. |
Iqis li mhux biżżejjed li jitkejjel l-isforz tas-sajd b'mod uniformi, mingħajr ma titqies id-diversità tal-flotot u tat-tagħmir; iqis li l-azzjoni ta’ kontroll tal-isforz tas-sajd għandu jqis l-ispeċijiet diversi, it-tipi differenti ta’ tagħmir tas-sajd u l-valutazzjoni tal-impatt tal-qabdiet fuq l-istokkijiet ta’ kull speċi; |
85. |
Iqis li kull bidla fil-mudell ta’ ġestjoni għandha tinkludi perjodu tranżitorju ta’ applikazzjoni esklużivament fi ħdan kull Stat Membru sabiex jiġu evitati tibdiliet f’daqqa u jiġu valutati r-riżultati qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża fil-livell Komunitarju; |
86. |
Iqis ukoll li kull mudell ġdid ta’ ġestjoni għandu jibni fuq l-arranġamenti eżistenti bbażati fuq l-istabilità relattiva, iżda hu tal-fehma li huwa inevitabbli li l-PKS tal-ġejjieni se jkollha tirrikonoxxi l-qagħda attwali rigward l-użu tal-kwoti, li jagħtu biżżejjed flessibilità lis-sistema biex ma tkomplix tfixkel l-effikaċja ekonomika u l-profitabilità tal-investimenti, |
87. |
Huwa tal-fehma li aktar ma jkun għoli l-livell ta’ parteċipazzjoni, aktar l-għanijiet ikunu ċari, u aktar ma jingħata appoġġ ekonomiku u soċjali lil dawk milquta, aktar wieħed ikun jista’ jifhem, jaċċetta u jimplimenta l-miżuri varji għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati mekkaniżmi għas-sussidju jew għall-kumpens tas-sajjieda milquta mir-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pjanijiet pluriennali ta’ rkupru u ta’ ġestjoni u miżuri ta’ protezzjoni tal-ekosistemi; |
88. |
Isostni li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs), kif ukoll partijiet interessati oħrajn u l-valutazzjonijiet magħmula mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, għandu jkollhom sehem aktar attiv, kemm waqt kif ukoll wara l-proċess ta’ riforma tal-PKS, u li dawn l-entitajiet għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni, loġistikament u finanzjarjament, biex jeżerċitaw ir-responsabilitajiet aġġornati tagħhom b'mod effikaċi u bis-sħiħ, kif hemm awspikat fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament, bħar-riżoluzzjoni msemmija aktar 'il fuq tal-24 ta’ April 2009; |
89. |
Jitlob li jkun hemm element reġjonali aktar b’saħħtu fit-teħid tad-deċiżjonijiet, li jqis aktar l-ispeċifiċitajiet reġjonali tal-ekosistemi u tal-kondizzjonijiet naturali tal-produzzjoni, bi rwol imsaħħaħ b'mod sostenibbli għall-korpi konsultattivi reġjonali; |
90. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll u l-Ispezzjoni tas-Sajd fir-rigward tar-riforma tal-PKS u jenfasizza l-ħtieġa li jkunu ggarantiti l-armonizzazzjoni u l-oġġettività fil-kontroll tas-sajd u li tkun applikata sistema uniformi u ġusta ta’ regolamenti u sanzjonijiet, biex b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja fost is-sidien tal-bastimenti u s-sajjieda fil-prinċipju fundamentali tat-trattament ugwali; |
91. |
Hu tal-fehma li l-politika ta’ kontroll tal-PKS għandha tqis dan li ġej:
|
92. |
Jitlob li jkun hemm politika aktar komprensiva sabiex l-Istati Membri jkollhom aktar responsabilità, li biha l-Istati Membri li ma jkunux issodisfaw l-impenji tagħhom ta’ kontroll u ta’ konservazzjoni ma jkunux eliġibbli għall-fondi strutturali u għal suriet oħrajn ta’ għajnuna Komunitarja skont l-Artikolu 95 tar-Regolament dwar il-Kontroll il-ġdid; iqis li hu essenzjali li l-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali għas-sajd għandu jkun inkanalat, b'mod flessibbli, biss għal attivitajiet u miżuri li jkunu msejsa fuq sajd sostenibbli mil-lat ekoloġiku, ekonomiku u soċjali; |
93. |
Jinnota li s-sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrappurtat (IUU) huwa sura ta’ kompetizzjoni inġusta li tagħmel ħsara kbira lis-sajjieda Ewropej kollha li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod responsabbli; |
94. |
Ifakkar li s-sajd IUU ifixkel l-operat ġust tas-suq tal-ħut u jhedded il-bilanċ tal-ekosistemi; |
95. |
Iħeġġeġ lill-UE biex taċċetta r-responsabbiltà tagħha bħala l-akbar importatur u suq dinji ta’ ħut kif ukoll biex tkun minn tal-ewwel sabiex jinstab tarf tal-problema dinjija tas-setturi tas-sajd illegali, filwaqt li tuża l-opportunitajiet disponibbli kollha sabiex il-ġlieda kontra s-sajd IUU ssir prijorità tal-aġenda internazzjonali, meta titqies il-ħsara ambjentali kbira li jikkaġuna, fosthom l-indeboliment tar-reżiljenza tal-ekosistemi tal-baħar għall-impatt tat-tibdil fil-klima, u t-theddida tiegħu għas-sigurtà tal-ikel; |
Il-ġestjoni tal-flotot Komunitarji tas-sajd
96. |
Jenfasizza li l-ambitu tar-riforma tal-PKS għandu jfittex soluzzjonijiet li jiggarantixxu bilanċ stabbli u permanenti bejn ir-riżorsi tas-sajd u l-kapaċità tal-flotot; |
97. |
Itenni l-importanza li l-kapaċità tal-flotot tas-sajd tkun adattata għar-riżorsi disponibbli, izda jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkwantifikaw il-kapaċità żejda attwali, u jidentifikaw liema flotot huma kbar wisq għall-opportunitajiet ta’ sajd attwali tagħhom; |
98. |
Jappoġġja trattament differenti għas-setturi tas-sajd fil-baħar miftuħ u għal dawk li l-istruttura u l-kapaċitajiet kummerċjali tagħhom huma aktar fuq l-istess livell ma’ attivitajiet ekonomiċi oħra, u għas-sajd fuq skala iżgħar b'rabtiet eqreb ma’ zoni kostali u swieq speċifiċi, b'volum iżgħar ta’ produzzjoni ta’ unità u bi strutturi differenti ta’ spejjeż u impjiegi; |
99. |
Jappoġġa l-abbozz ta’ definizzjonijiet ġodda ta’ sajd fuq skala żgħira u sajd industrijali u ta’ kriterji aktar flessibbli li fuqhom jiġu bbażati dawn id-definizzjonijiet, sabiex jiġi żgurat li jkunu adattati aħjar għan-natura diversa tas-sajd Komunitarju; għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel stħarriġ bir-reqqa u eżawrjenti dwar id-daqs, il-karatteristiċi u l-firxa tal-flotta Komunitarja Ewropea, u biex tiddefinixxi kull kategorija skont kriterji sodi, ħalli ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn flotot simili jew bejn flotot minn Stati Membri differenti li joperaw fl-istess ilmijiet; |
100. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi b'mod ċar il-kapaċità żejda; iqis li hu meħtieġ jiġu aċċertati l-kawżi tal-kapaċità żejda u b'mod partikolari l-muturi ekonomiċi tal-kapaċità, u jeħtieġ jiġu esplorati r-rabtiet possibbli mal-politika tas-suq, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li f'ċerti każi, il-forzi tas-suq jistgħu jirrappreżentaw kriterju prinċipali li għandu jitqies; hu tal-fehma li l-kriterji għad-definizzjoni tal-flotta Komunitarja għandhom imorru lil hinn mill-parametri numeriċi simplistiċi u jinkludu elementi b'piż differenzjat għal kull reġjun, li jipprovdu mudell uniformi u flessibbli kapaċi jirrispondi b'mod ġust għas-sitwazzjonijiet differenti kollha fil-flotta Komunitarja; |
101. |
Huwa tal-fehma li l-FES preżenti u l-fondi strutturali futuri għas-settur tas-sajd għandhom ikomplu jappoġġaw it-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotta, speċjalment fejn jidħol is-sajd tal-kosta fuq skala zgħira u sajd mhux industrijali minħabba li dan l-appoġġ huwa bbażat fuq il-kriterji tas-sikurezza (biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol), l-iġjene u l-kumdità, kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent, l-ekonomija tal-fjuwil u kriterji oħra li ma jinvolvux żieda fil-kapaċità tas-sajd għall-flotot ikkonċernati; |
102. |
Hu tal-fehma li l-politika dwar l-appoġġ għall-flotot tas-sajd għandha tqis il-kriterji bbażati fuq il-mertu, bħal: l-iżvilupp ta’ prattiki tas-sajd tajba li “ma jagħmlux ħsara lill-ambjent”, l-osservanza tal-kultura tal-konformità u l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ organizzazzjoni (assoċjazzjonijiet tal-produtturi); |
103. |
Hu favur it-twaqqif ta’ Fond tal-Iskrappjar bħala soluzzjoni effikaċi u immedjata għall-problemi ta’ kapaċità żejda, b'regoli biex l-użu tiegħu ma jkunx jista' jiġi mblukkat mill-Istati Membri; |
104. |
Iqis li l-flotot tas-sajd għandhom ikunu kapaċi li, għal żmien fit-tul, jiffinanzjaw lilhom infushom u jibqgħu kompetittivi f'suq liberalizzat tal-prodotti tas-sajd, iżda jenfasizza li dan jista' jiġri biss f'PKS b'mudell ta’ ġestjoni tas-sajd li jiffaċilita l-profitabilità tal-impriżi; |
L-akkwakultura u l-prodotti pproċessati
105. |
Hu konvint li settur tal-akkwakultura li jkun b'saħħtu, ta’ kwalità għolja u sostenibbli ambjentalment għandu l-potenzjal li jkattar it-tkabbir f'setturi relatati u jgħin biex jippromwovi l-iżvilupp fiż-żoni tal-kosta, 'il barra minnha u f'dawk rurali, b'benefiċċji konsiderevoli għall-konsumaturi wkoll fis-sura ta’ prodotti tal-ikel li jkunu bnien, ta’ kwalità għolja u magħmula b'mod ekoloġiku; |
106. |
Iqis li l-ħarsien u l-kompetittività tal-akkwakultura Komunitarja għandhom jissaħħu billi jkompli jingħata appoġġ sostanzjali għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku, għall-ippjanar taż-żoni tal-kosta u għall-baċini tax-xmajjar, sabiex jitħaffef l-aċċess għall-ispazju meħtieġ, filwaqt li jitħaddnu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-akkwakultura fil-politika tas-swieq tal-UE; jirrikonoxxi s-sehem importanti li għandhom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs) stabbiliti skont l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza b'mod speċifiku l-ħtiġijiet speċjalizzati u r-rekwiżiti tas-settur tal-akkwakultura f'dawn ir-regoli; |
107. |
Iqis li l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura jeħtieġ installazzjonijiet u metodi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fosthom sorsi sostenibbli ta’ għalf, sabiex jiġu evitati kwistjonijiet bħall-ewtrofikazzjoni tal-ilma u biex tiġi promossa l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità aħjar permezz ta’ standards imtejba favur is-saħħa u permezz tat-twaqqif ta’ standards għoljin għall-akkwakultura organika u l-benessri tal-annimali kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien għall-konsumatur; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi inċentivi għall-produzzjoni tal-akkwakultura organika u li jsiru sforzi biex titjieb l-effiċjenza tal-impjanti tat-trobbija tal-ħut; |
108. |
Iqis l-akkwakultura bħala parti integrali mill-PKS li għandha sehem komplementari vis-à-vis s-sottosettur tal-qbid, b'mod partikolari rigward id-disponibilità tal-provvista tal-ikel, l-impjegabilità u r-ripopolazzjoni, fuq kollox, ta’ speċijiet li huma fost dawk l-aktar sfruttati fl-ambjent naturali; |
109. |
Jitlob li jingħata appoġġ għall-investiment f'teknoloġiji ġodda tat-trobbija tal-ħut, fosthom sistemi intensivi biex l-ilma jkun jista' jiġi rriċiklat, it-trobbija tal-ħut tal-ilma baħar 'il barra mill-kosta u dak tal-ilma ħelu, kif ukoll ir-riċerka fit-trobbija ta’ speċijiet ġodda ta’ interess ekonomiku u ta’ għalf prodott b'mod li jagħmel anqas ħsara lill-ambjent, bi prijorità għall-appoġġ li jingħata għat-titjib tas-sotenibilità ambjentali; jirrikonoxxi l-iskala tal-potenzjal li hemm fl-akkwakultura 'l barra mill-kosta u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina mekkaniżmi speċifiċi għall-appoġġ tal-iżvilupp ta’ dan it-tip ta’ trobbija tal-ħut tal-ilma baħar 'il barra mill-kosta; |
110. |
Iqis li jinħtieġ li jiddaħħlu regoli li jistabbilixxu prattiki tajba tas-suq (kontrolli fuq il-kwalità tal-prodotti, ħarsien tal-konsumatur, dazji tad-dwana) u kompetizzjoni ġusta rigward il-prodotti tas-sajd li jiġu minn barra l-UE, minbarra dawk il-prodotti rregolati mir-regolamenti inklużi fil-ftehimiet tal-UE ma’ partijiet terzi; |
111. |
Iqis li hu essenzjali li, fil-każ ta’ perjodi ta’ waqfa bijoloġika għall-flotot bil-għan li l-istokkijiet tal-ħut jerġgħu jieħdu r-ruħ, għandha titqies ukoll l-industrija tal-ippriservar, fejn ma jkunx hemm sorsi alternattivi ta’ provvista għall-ispeċijiet milquta b'dawn il-miżuri; |
112. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jippromwovu t-tfittxija għal speċijiet ġodda fl-akkwakultura, b'mod partikolari l-ispeċijiet erbivori, li joffru kwalità għolja u valur miżjud, u sabiex tiġi promossa r-riċerka u l-iskambju ta’ prattiki tajba mal-Komunità kollha rigward speċijiet bħal dawn, kif ukoll il-metodi ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni marbuta magħhom bil-ħsieb li jiġi ssodisfat it-tħassib ambjentali u biex tintlaħaq pożizzjoni kompetittiva aħjar rigward ikel ġdid ieħor; |
113. |
Jisħaq fuq l-importanza li jingħata finanzjament lill-intrapriżi tal-akkwakultura, hu xinhu d-daqs tagħhom, bil-kriterju ewlieni jkun il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-ħajja mal-kosta; |
Is-swieq u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut
114. |
Itenni l-ilmenti mleħħna mis-settur li r-riforma tal-COM għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura hi marbuta mal-proċess tar-riforma tal-PKS, kontra dak li ġara għall-politika dwar il-kontroll tas-sajd, u dan x'aktarx ifisser li wieħed irid jistenna l-2013 biex il-produtturi Komunitarji jkollhom qafas ġdid li jgħinhom itejbu l-profitabilità tal-attività tagħhom; jittama li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-COM attwali titressaq mingħajr aktar dewmien; |
115. |
Jemmen li għandha titwettaq b'urġenza reviżjoni mifruxa tal-COM tal-prodotti tas-sajd sabiex tingħata spinta lill-kontribut tagħha ħalli jiġi ggarantit il-qligħ fis-settur, tiġi żgurata l-istabilità tas-suq, jitjiebu l-prodotti tas-sajd u jiżdied il-valur miżjud iġġenerat; |
116. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu mekkaniżmi għall-promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista, b'mod partikolari, it-twaqqif u l-qawmien mill-ġdid tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; |
117. |
Jitlob, barra minn hekk, biex isir studju li jipprovdi analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni ġenerali dwar il-konċentrazzjoni tad-domanda fis-suq tal-prodotti tas-sajd, sabiex issir tfittxija għall-eżistenza ta’ strateġiji tas-suq li jistgħu jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni u jbaxxu l-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet; |
118. |
Iqis li jinħtieġ li jinħolqu mekkaniżmi għall-intervent fis-suq, b'mod partikolari fis-sajd fejn jintuża l-mudell ta’ ġestjoni msejjes fuq il-prinċipju ta’ drittijiet tas-sajd trasferibbli, sabiex tkun evitata l-konċentrazzjoni żejda ta’ drittijiet tas-sajd fost għadd żgħir ta’ operaturi (klawsoli ta’ salvagwardja) billi, jekk jinqala' każ simili f'xi Stat Membru, dan jista' jipperikola l-vijabilità tal-flotta mhux industrijali tiegħu, u jekk dan iseħħ f'bosta Stati Membri, jista' jipperikola s-sostenibilità tas-settur f'xi wħud minn dawn l-Istati; |
119. |
Jitlob, fl-istess waqt, li fil-pjanijiet futuri tagħha tal-irkupru u l-ġestjoni, il-Kummissjoni tanalizza l-impatt u r-riperkussjonijiet possibbli tat-tnaqqis tal-qbid fis-suq Ewropew u l-importazzjoni li tirriżulta ta’ sostituti minn pajjiżi terzi biex tagħmel tajjeb għall-iskarsezzi fis-suq; |
120. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politika komuni tal-kummerċ tkun konsistenti mal-objettivi tal-PKS, sabiex jiġi żgurat li l-konċessjonijiet il-ġodda tal-UE (multilaterali, reġjonali u bilaterali) fir-rigward tal-protezzjoni tariffarja u non-tariffarja esterna, għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ma jikkanċellawx jew jipperikolaw l-isforzi li jkunu saru biex jiġu żgurati swieq għall-produzzjoni Komunitarja bi prezzijiet rimunerattivi biżżejjed; |
121. |
Jemmen li għandu jsir dak kollu possibbli biex jiġi evitat li l-UE żżid id-dipendenza qawwija li diġà għandha, fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi għall-provvisti tagħha tas-sajd u tal-akkwakultura; |
122. |
Iqis li l-UE jeħtiġilha tiggarantixxi l-promozzjoni esterna tal-prodotti tas-sajd Komunitarji, bħall-ħut ippriservat fil-laned u l-prodotti tal-akkwakultura, b'mod partikolari bil-promozzjoni taċ-ċertifikazzjoni tagħhom u bil-finanzjament tal-preżentazzjoni tagħhom f'konkorsi u fieri internazzjonali; |
Ir-relazzjonijiet esterni
123. |
Iqis li l-azzjonijiet esterni tal-PKS għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi li jitħarsu l-interessi tas-sajd Komunitarju skont il-politika esterna tal-UE; |
124. |
Isostni li l-Komunità għandha tistabbilixxi preżenza aktar qawwija fl-RFMOs, fil-FAO, fin-NU, u f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn bil-ħsieb li tiġi promossa l-ġestjoni xierqa tas-sajd internazzjonali u jiġi miġġieled is-sajd illegali u li tkun iggarantita l-protezzjoni akbar tal-ekosistemi tal-baħar sabiex tkun salvagwardata s-sostenibilità tal-attivitajiet tas-sajd għall-ġejjieni; |
125. |
Isostni li għandhom jitfasslu skemi għall-promozzjoni ta’ prodotti tas-sajd ġejjin minn sorsi sostenibbli mil-lat ambjentali u ġusti mil-lat soċjali kemm fl-UE kif ukoll 'il barra minnha; |
126. |
Jinsisti li, kif stipulat fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, l-UE għandha taċċetta l-aċċess għal stokkijiet tal-ħut f'ibħra ta’ pajjiżi terzi biss meta jkun intwera b'mod xjentifiku li jkun hemm kwantità żejda li ma tkunx tista' tinqabad mis-sajjieda ta’ dak il-pajjiż terz u li dik il-kwantità żejda tista' tinqabad b'mod sostenibbli, b'konformità għall-inqas mal-istess standards li japplikaw għall-UE (fl-għażla tat-tagħmir, eċċ.); |
127. |
Isostni li ftehimiet tas-sajd ġodda ma’ pajjiżi terzi għandha tingħatalhom valutazzjoni globali, bl-użu ta’ kriterji, kif stipulat mill-Parlament Ewropew; iqis li l-iskop ta’ dawn il-kriterji għandu jkun li jinħoloq bilanċ bejn l-interessi ekonomiċi u l-promozzjoni tas-sajd sostenibbli, it-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab tagħna li jiggarantixxu s-sajd sostenibbli fl-ibħra tagħhom u b'hekk jagħtu kontribut biex itejbu l-governanza fis-settur tas-sajd barra l-UE, filwaqt li jitjiebu l-impjiegi lokali fis-settur u tinżamm il-kredibilità tal-Unjoni Ewropea bħala difensur globali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, b'koerenza mal-politika esterna tal-UE; |
128. |
Jitlob, barra minn hekk, biex, fir-rigward tal-arranġamenti għal kumpens finanzjarju fil-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd, ikun hemm distinzjoni ċara bejn il-parti li tolqot il-komponent kummerċjali u dik li tolqot il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tas-sajd ma’ pajjiżi terzi, fl-interess ta’ aktar trasparenza baġitarja; |
129. |
Iqis li l-ftehimiet ta’ sħubija għandhom ikattru l-ħolqien tal-impjiegi f'pajjiżi terzi, inaqqsu l-livelli tal-faqar, jiżviluppaw strutturi ta’ appoġġ għas-settur (portijiet tas-sajd, ħażna tal-ħut u strutturi għall-ipproċessar, eċċ.) u għalhekk inaqqsu l-għadd ta’ immigranti fl-UE; |
130. |
Hu tal-fehma li l-kumpens finanzjarju mogħti bis-saħħa ta’ ftehimiet dwar is-sajd ma’ pajjiżi terzi għandu jintuża għall-promozzjoni u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd f'dawn il-pajjiżi, jew permezz tal-mira obbligatorja tal-finanzjament għall-bini tal-infrastruttura (portijiet tas-sajd, ħażna, faċilitajiet għall-ipproċessar tal-ħut, eċċ.) jew permezz tal-għoti ta’ riżorsi operattivi (bastimenti, tagħmir, eċċ.) sabiex l-attività tas-sajd tkun tista' ssir b'mod responsabbli u sostenibbli; |
131. |
Hu konvint li l-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd għandhom ikunu nnegozjati fuq bażi xjentifika soda, u jqis li avvanzi neċessarji oħrajn jirrikjedu l-inklużjoni tal-miżuri tekniċi kollha fil-proċess ta’ negozjar u titjib sostanzjali fil-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehim; |
132. |
Jappella biex is-settur milqut jiġi kkonsultat fil-proċess tan-negozjati u li l-RAC ta’ Distanzi Twal jieħu sehem bħala osservatur fil-kumitati konġunti previsti fil-ftehimiet; |
133. |
Iqis li s-sitwazzjoni li kulma tmur qiegħda ssir aktar ikkomplikata, il-ħtieġa għal segwiti aktar effikaċi għall-ftehimiet u l-għadd ta’ kompiti li dejjem qiegħed jikber għal parteċipazzjoni xierqa fl-RFOs jitolbu żieda fir-riżorsi umani u materjali tad-DĠ MARE, u li għandha tiġi studjata l-possibilità tad-deċentralizzazzjoni tal-maniġment eżekuttiv lejn l-Istati Membri; |
Politika Marittima Integrata
134. |
Iqis li l-PKS teħtieġ strateġija globali għall-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għandha tkun ikkoordinata mal-politiki ambjentali u tal-iżvilupp u mal-IMP; |
135. |
Iqis li kienet deċiżjoni tajba li l-Kummissjoni Ewropea għażlet li l-IMP tkun waħda mill-prijoritajiet tagħha, u jenfasizza li l-istrateġija l-ġdida dwar l-ekosistemi tistabbilixxi rabta prijoritarja diretta bejn il-PKS u l-IMP; |
136. |
Hu tal-fehma li l-attività tas-sajd għandha tiġi integrata u strutturata b'mod xieraq fi ħdan kuntest aktar wiesa' ta’ attivitajiet marittimi, bħat-trasport marittimu, it-turiżmu tal-baħar, l-impjanti tal-enerġija tar-riħ 'il barra mill-kosta u l-akkwakultura, u li għandha tkun inkluża fi gruppi ta’ attivitajiet marittimi; |
137. |
Jirrimarka li s-sajd huwa waħda mill-attivitajiet ekonomiċi li għandhom l-akbar impatt fuq l-ekosistemi billi jikseb riżorsi sinifikanti minnhom, u li huwa l-aktar wieħed li jintlaqat mill-azzjonijiet ta’ attivitajiet oħrajn f'dawn l-ekosistemi, bħat-turiżmu, it-trasport marittimu u l-iżvilupp urban mal-kosta; |
138. |
Hu konvint li l-integrazzjoni reali tal-PKS fl-IMP teħtieġ rieda politika u li l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tas-sajd iridu jidħlu għall-impenji meħtieġa; jenfasizza li, waqt li tqis l-objettivi tagħha stess filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa għal rabta xierqa bejn il-politiki differenti li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, il-PKS ma għandhiex tkun subordinata għal politiki Komunitarji oħrajn li llum huma ddefiniti; iqis, għall-kuntrarju, li dawn il-politiki għandhom jissalvagwardaw u jinkorporaw l-objettivi tal-politika dwar is-sajd; |
139. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu assenjati r-riżorsi finanzjarji xierqa għall-IMP u jtenni l-prinċipju li prijoritajiet ġodda għandu jkollhom finanzjament ġdid; jiċħad l-idea li l-IMP għandu jkun iffinanzjat mill-EFF; |
140. |
Isostni li l-ippjanar xieraq tal-ispazji marittimi tal-Ewropa jeħtieġ li jiġi implimentat b'mod sistematiku, bil-għan li jkunu stabbiliti żoni bijoġeografiċi għall-ħarsien tal-aktar ekosistemi sensittivi tal-baħar; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li s-sajd fuq skala żgħira, l-akkwakultura tal-baħar u t-trobbija tal-frott tal-baħar isiru l-aktar fl-aktar ekosistemi vulnerabbli qrib il-kosta, li jfisser li l-interazzjoni tkun aktar diretta u immedjata; |
141. |
Jinnota li fil-Green Paper il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ġeneralment ir-reġim tat-12-il mil nawtiku ħadem sewwa, u li għalhekk wieħed mill-ftit oqsma fejn il-PKS kienet relattivament ta’ suċċess kien dak fejn l-Istati Membri kellhom il-kontroll; għalhekk, jitlob li dan il-prinċipju jkun ta’ natura permanenti; |
*
* *
142. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwalkultura, lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku, lill-Kumitat ta’ Djalogu Soċjali Settorjali għas-Sajd fil-Baħar u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p.59.
(2) ĠU C 271 E, 7.11.2002, p. 67.
(3) ĠU L 164 , 25.6.2008, p. 19.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0009.
(5) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 1.
(6) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 228.
(7) ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 26.
(8) Testi adottati, P6_TA(2009)0317.
(9) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 155.
(10) Testi adottati, P6_TA(2009)0065.
(11) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 324.
(12) ĠU C 300 E, 9.12.2006, p. 504.
(13) ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 519.
(14) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 417.
(15) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(16) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.
(17) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(18) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 258.
(19) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 502.
(20) Testi adottati, P6_TA(2008)0245
(21) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 87.
(22) Testi adottati, P6_TA(2009)0255.
(23) ĠU C 305 E, 18.12.2008, p. 271.
(24) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 233.
(25) Testi adottati, P6_TA(2009)0373.
(26) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 531.
(27) Testi adottati, P6_TA(2008)0382.
(28) Testi adottati, P6_TA(2009)0042.
(29) Testi adottati, P7_TA(2009)0089.
(30) Testi adottati, P6_TA(2008)0583.