EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0373

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri

/* KUMM/2010/0373 finali */

52010DC0373

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri /* KUMM/2010/0373 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.7.2010

KUMM(2010)373 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema : drittijiet u żviluppi maġġuri

Introduzzjoni

Matul l-aħħar 40 sena l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni żviluppa b'mod kostanti u ssaħħaħ b'mod stabbli. Oriġinarjament intenzjonata għall-popolazzjoni attiva, din l-libertà fundamentali gradwalment ġiet estiża biex tinkludi taqsimiet oħra tal-popolazzjoni, u issa tikkostitwixxi wieħed mill-iktar drittijiet individwali importanti li l-UE tiggarantixxi liċ-ċittadini tagħha.

Il-prinċipju tal-moviment ħieles tal-ħaddiema huwa minqux fl-Artikolu 45 (ex Artikolu 39KE) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem 'TFUE') u ġie żviluppat permezz ta' liġi sekondarja (ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68[1] u d-Direttiva 2004/38/KE[2], kif ukoll id-Direttiva 2005/36/KE[3]) u permezz tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem 'QtĠ'). Il-korp eżistenti tal-liġi tal-UE (l- acquis ) f'dan il-qasam jagħti liċ-ċittadini Ewropej id-dritt li jiċċaqalqu liberament fi ħdan l-UE għall-għanijiet ta' xogħol u jipproteġi id-drittijiet soċjali tal-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom[4]. F'dan il-qasam dinamiku, fejn il-bidla titħaddem mill-politika tas-suq tax-xogħol, l-istruttura tal-familja u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, huwa l-moviment ħieles li mhux biss jikkontribwixxi għat-twettiq tas-suq waħdieni iżda wkoll għandu dimensjoni soċjali sinifikanti, għall-fatt li jrawwem l-inklużjoni soċjali, ekonomika u kulturali tal-ħaddiema tal-UE migranti fi ħdan l-Istati Membri li jilqawhom.

Skont l-aħħar dejta tal-Eurostat disponibbli[5], 2.3% taċ-ċittadini tal-UE (11.3 miljun persuna) joqgħodu fi Stat Membru li mhuwiex l-istat li tiegħu huma ċittadini, u ħafna aktar jeżerċitaw dan id-dritt f'xi żmien f'ħajjithom[6]. Dak in-numru kiber b'aktar minn 40%[7] mill-2001. Skont riċerka riċenti tal-Ewrobarometru, 10% tal-persuni magħżula fl-UE-27 irrispondew li kienu għexu u ħadmu f'pajjiż ieħor f'xi żmien fil-passat, waqt li 17% kellhom l-intenzjoni li jieħdu vantaġġ mill-moviment ħieles fil-futur.

Fil-prinċipju, kull ċittadin tal-UE għandu d-dritt li jaħdem u jgħix fi Stat membru ieħor mingħajr ma jkun diskriminat minħabba raġunijiet ta' nazzjonalità. Madanakollu, minkejja l-progress li sar, għad hemm ostakli legali, amministrattivi u prattiċi biex ikun eżerċitat dak id-dritt. Rapport riċenti[8] dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE kkonkluda li t-traspożizzjoni globali kienet pjuttost diżappuntanti u emfasizzat numru ta' problemi li ċittadini tal-UE, ħaddiema jew le, iffaċċaw barra minn pajjiżhom meta ċċaqalqu. Il-konklużjoni li ħarġet mis-Sena Ewropea għall-Mobbiltà tal-Ħaddiema fl-2006 kienet, li barra mill-ostakoli legali u amministrattivi li fuqhom kienu kkonċentrati b’mod ġenerali, sforzi riċenti (pereżempju r-rikonoxximent ta' kwalifiki u ż-żamma ta' drittijiet ta' pensjoni supplimentari), hemm fatturi oħra li jinfluwenzaw il-mobbiltà transnazzjonali. Dawn jinkludu kwistjonijiet ta' akkomodazzjoni, lingwa, impjiegi għall-konjuġi u msieħba, mekkaniżmi ta' ritorn, 'ostakoli' storiċi u l-għarfien tal-esperjenza ta' mobbiltà, partikolarment fi ħdan l-SMEs. Għalhekk, sabiex dawn il-problemi jkunu indirizzati jinħtieġ approċċ usa aktar ’[9], flimkien ma' implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tal-moviment ħieles. Il-President Barroso stqarr fil-linji gwida politiċi tiegħu li 'Il-prinċipji ta’moviment ħieles u t-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-UE jridu jsiru realtà fil-ħajja ta' kuljum ta’ kull persuna'[10]. Dan ġie segwit bi proposta mill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tippromwovi l-mobbiltà fl-UE skont l-istrateġija Ewropa 2020, u b'mod partikolari fl-inizjattiva prinċipali 'Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda'[11].

L-għan ta' din il-komunikazzjoni hu li:

- tippreżenta stampa globali tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti Ewropej,

- taġġorna l-komunikazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar is-suġġet[12] fir-rigward ta' żvilupp fil-leġiżlazzjoni u l-każistika, u

- tqajjem kuxjenza ġenerali u tippromwovi d-drittijiet tal-ħaddiema migranti li huma f'sitwazzjoni aktar vulnerabbli mill-ħaddiema nazzjonali (pereżempju, fir-rigward ta’ akkomodazzjoni, lingwa, impjieg tal-konjuġi u s-sħab eċċ. kif imsemmi hawn fuq).

PARTI I: Min jista' jiddependi fuq ir-regoli tal-UE rigward il-moviment ħieles tal-ħaddiema?

Id-definizzjoni tal-iskop personali tal-liġi tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet li taħthom tapplika l-liġi tinvolvi li ssir distinzjoni bejn il-ħaddiema migranti u kategoriji oħra ta' ċittadini tal-UE (persuni mhux attivi u dawk li jaħdmu għal rashom u ħaddiema kollokati fuq xogħol barra minn pajjiżhom). Il-moviment ħieles tal-ħaddiema jagħti lil kull ċittadin id-dritt li jmur liberament fi Stat Membru ieħor biex jaħdem u jirrisjedi hemm għal dak il-għan, u jipproteġihom mid-diskriminazzjoni fir-rigward ta' impjieg, remunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol meta mqabbla ma’ dawk tal-kollegi tagħhom li għandhom in-nazzjonalità tal-Istat Membru. Għandha issir distinzjoni bejn il-moviment ħieles u l-libertà biex tipprovdi servizzi , li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jagħtu servizzi fi Stat Membru ieħor li għalihom jistgħu jibagħtu ('jikkollokaw') il-ħaddiema tagħhom stess temporanjament biex jagħmlu x-xogħol neċessarju. Ħaddiema kollokati fil-kuntest tal-għoti ta' servizzi huma koperti mid-Direttiva 96/71/KE[13], li tistabbilxxi nukleu ta' termini u kundizzjonijiet ta' xogħol u impjieg għall-ħarsien minimu tal-ħaddiema, inkluż ir-rati minimi tal-paga, li huma definiti b'mod ċar u li għandhom jiġu osservati mill-fornitur tas-servizzi fl-Istat Membru ospitanti.

Din il-komunikazzjoni ma tkoprix il-ħaddiema kollokati fil-kuntest tal-provvediment ta' servizzi li għalihom japplikaw ir-regoli stipulati fid-Direttiva dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi. Lanqas ma tkopri l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u li jgawdu mill-libertà li jistabbilixxu ruħhom jew jipprovdu sevizzi fi Stati Membri oħra.

ĦADDIEMA MIGRANTI TAL-UE

Definizzjoni

Kull persuna bin-nazzjonalità ta' Stat Membru għandha d-dritt li taħdem fi Stat Membru ieħor[14]. It-terminu 'ħaddiem' għandu tifsira fil-liġi tal-UE u ma jistax ikun soġġett għad-definizzjonijiet nazzjonali[15] jew ikun interpretat ristrettivament[16]. Huwa jkopri kwalunkwe persuna li tagħmel xogħol ġenwin u effettiv li għalih hija mħallsa taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor[17]. Ma tkoprix ħaddiema migranti minn pajjiżi terzi. Fid-dawl ta' dik id-definizzjoni, hija r-responsabbilità tal-awtoritajiet nazzjonali li jevalwaw kull każ biex jistabbilixxu jekk dawk il-kriterji hux qed jkunu sodisfatti.

Remunerazzjoni

Skont il-liġi tal-UE ħaddiem irid jirċievi remunerazzjoni għas-servizzi li jagħti. Il-fatt li persuna għandha introjtu limitat ma jfissirx li mhijiex se titqies bħala ħaddiem[18], u benefiċċji mhux fi flus huma kkunsidrati wkoll bħala remunerazzjoni [19]. Xogħol volontarju mingħajr l-ebda forma ta' remunerazzjoni biss huwa eskluż.

Subordinazzjoni

Relazzjoni ta' subordinazzjoni tippermetti li jssir distinzjoni bejn ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom. Id-distinzjoni hija importanti għall-applikazzjoni ta' miżuri tranżizzjonali[20] u aċċess għall-benefiċċji riservati għall-ħaddiema.

Ix-xogħol f'relazzjoni ta' subordinazzjoni huwa karatterizzat mill-impjegatur li jiddetermina l-għażla tal-attività, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol[21]. Persuni li jaħdmu għal rashom iwettqu kompiti taħt ir-responsabbilità tagħhom stess u għalhekk jistgħu jkunu responsabbli għal ħsara kkważata għaliex huma jġorru r-riskju ekonomiku tan-negozju[22], pereżempju l-profitti jiddependu fuq l-ispejjeż imġarrba għall-persunal u tgħamir b'konnessjoni mal-attività tagħhom[23].

Xogħol ġenwin u effettiv

Il-kriterju ewlieni biex bih ikun deċiż jekk persuna hijiex ħaddiem, hija n-natura tax-xogħol innifsu. Il-QtĠ b'mod konsistenti insistiet li persuna trid twettaq attività b'valur ekonomiku li hija effettiva u ġenwina li teskludi attivitajiet fuq skala tant żgħira li jkunu kkunsidrati bħala attivitajiet purament marġinali u aċċessorju [24]. Żmien qasir ta' impjieg, sigħat tax-xogħol limitati jew produttività baxxa[25] ma jistgħux iwaqqfu ċittadin tal-UE milli jkun ikkunsidrat ħaddiem migrant tal-UE. Iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ relatati man-natura tal-attivitajiet ikkonċernati u r-relazzjoni tal-impjieg għandhom ikunu kkunsidrati[26].

Ħaddiema part-time[27], trainees[28] u au pairs[29] jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-UE jekk l-attività tagħhom hija effettiva u ġenwina. Fil-każ ta' taħriġ għal żmien qasir, in-numru ta' sigħat meħtieġa biex wieħed jiffamiljarizza ruħu ma’ kompitu[30] u ż-żieda gradwali fir-remunerazzjoni waqt it-taħriġ tista' tkun indikazzjoni li x-xogħol mwettaq huwa ta' valur ekonomiku dejjem jikber għall-impjegatur[31]. Ma għandha tittieħed l-ebda konsiderazzjoni tan-natura qasira tal-impjieg meta mqabbel maż-żmien totali tar-residenza tal-persuna kkonċernata fl-Istat Membru ospitanti[32].

Ix-xogħol part-time ma jridx ikun l-attività prinċipali tal-persuna. Persuna li qiegħda tagħmel attività oħra fl-istess ħin (pereżempju studji jew impjieg għal rasu) tista' tiddependi fuq l-istatus tagħha bħala ħaddiem tal-UE, anki jekk it-tieni attività hija mwettqa fi Stat Membru ieħor[33].

In-natura tar-relazzjoni legali bejn l-impjegat u l-impjegatur mhijiex ta' konsegwenza biex ikun determinat l-istatus tal-impjegat bħala ħaddiem: l-istatus tal-liġi pubblika (impjegati taċ-ċivil, u tas-settur pubbliku b'relazzjoni lavorattiva skont il-liġi pubblika) u kuntratti ta' dritt privat huma koperti[34]; persuni b'kuntratt għall-impjieg okkażjonali, bħal kuntratti on-call[35], jaqgħu wkoll fid-definizzjoni ta' ħaddiem sakemm l-attivitajiet imwettqa huma effettivi u ġenwini u jissodisfaw kundizzjonijiet oħra fid-definizzjoni tal-UE.

Barra minn hekk, il-QtĠ sostniet li l-isport huwa soġġett għall-liġi tal-UE minħabba li jikkostitwixxi attività ekonomika[36]. B'konsegwenza ta' dan, sportivi professjonali u/jew dilettanti involuti f'impjieg bi qligħ jistgħu jkunu inklużi. Attivitajiet ta' ħidma ta' natura riabilitattiva bħala parti minn programm ta' reintegrazzjoni mhumiex neċessarjament esklużi. Madanakollu, li jkun determinat jekk l-attivitajiet humiex effettivi u ġenwini jiddependi fuq dak li jinvolvi l-programm ta' reintegrazzjoni soċjali u n-natura u d-dettalji tat-twettiq tas-servizzi.

Rabta transkonfinali

Barra li jissodisfa d-definizzjoni ta' ħaddiem ta' hawn fuq, persuna trid tkun ħaddiem migrant sabiex tkun koperta mil-liġi tal-UE, jiġifieri hu jew hi irid ikun eżerċita d-dritt tiegħu/tagħha ta' moviment ħieles. Ir-Regoli tal-UE japplikaw meta persuna taħdem fi Stat Membru minn barra l-pajjiż ta' oriġini tagħha jew fil-pajjiż ta' oriġini tagħha meta tkun qed tgħix barra[37]. Ċittadini tal-UE li joqgħodu fi Stat Membru u jaħdmu fi Stat Membru ieħor (ħaddiema transkonfinali) huma wkoll koperti mill-liġi tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-Istat Membru fejn huma impjegati[38]. Fejn tali ħaddiem transkonfinali jgħix fi Stat Membru li tiegħu hu ma għandux in-nazzjonalità, hu jew hi jista' joqgħod fuq il-liġi tal-UE bħala persuna awtosuffiċjenti mhux attiva f'dak l-Istat Membru skont id-Direttiva.

Persuna tista' tkun ikkunsidrat ħaddiem migrant tal-UE fl-Istat Membru tal-oriġini tagħha jekk hu jew hi eżerċitat id-dritt ta’ moviment ħieles u mbagħad tirritorna fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha[39]. Ir-raġuni għaliex il-liġi tal-UE tkopri tali migranti li jirritornaw hija għax li twaqqafhom milli jiddependu fuq il-liġi tal-UE kontra l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom tista' tiskoraġġixxi lill-persuni ta' nazzjonalità ta' Stat Membru milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment ħieles bl-istess mod bħal ħaddiema migranti minn Stati Membri oħra.

Skop territorjali

Il-liġi tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema tapplika għall-Istati Membri tal-UE (l-Artikolu 52 TFUE) u t-territorji elenkati fl-Artikolu 355 TFUE.

Hija tapplika għal attivitajiet professjonali mwettqa fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru jew barra mit-territorju tal-UE jekk ir-relazzjoni legali tal-impjieg tinsab fit-territorju ta' Stat Membru jew għandha rabtiet suffiċjentament mill-qrib ma’ dak it-territorju[40]. Dan jista' jkun il-każ meta persuna li qiegħda taħdem f'ambaxxata ta' Stat Membru ieħor f'pajjiż li mhuwiex Membru fl-UE jew baħħar impjegat fuq bastimenti li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor fil-baħar miftuħ, jew l-ekwipaġġ fuq inġenju tal-ajru. Meta wieħed qiegħed jistabbilixxi jekk ir-rabta mat-territorju tal-UE hijex suffiċjenti, jistgħu jkunu kkunsidati diversi punti.[41].

BENEFIċARJI OħRA

Kategoriji oħra ta' persuni jaqgħu wkoll fi ħdan l-iskop tal-Artikolu 45 tat-TFUE.

Membri tal-familja

Membri tal-familja huma definiti bħala l-konjuġi, taħt ċerti ċirkostanzi s-sieħeb/sieħba li miegħu/magħha ċittadin tal-UE ikun ikkuntrattata sħubija rreġistrata[42], dixxendenti diretti li għandhom taħt il-21 sena jew għadhom dipendenti, u l-qraba diretti tad-dipendenti fil-linja axxendenti kif ukoll dawk tal-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba.

Nies li jżommu l-istatus ta' ħaddiem

Ġeneralment, persuni li ħadmu fl-Istat Membru ospitanti, iżda li ma għadhomx jaħdmu hemm, jitilfu l-istatus ta' ħaddiem[43]. Madanakollu, il-liġi tal-UE tipprevedi li ċittadini tal-UE jżommu l-istatus tagħhom ta' ħaddiem f'ċerti sitwazzjonijiet saħansitra fejn ma għadhomx impjegati[44], u għalhekk jikkwalifikaw għal trattament ugwali.

Dawk li qegħdin ifitxu xogħol

Skont l-Artikolu 45(3)TFUE, id-dritt li tiċċaqlaq liberament fit-teritorju tal-Istati Membri huwa mogħti lil-ħaddiema bil-għan li jaċċettaw offerti ta' xogħol attwalment magħmula. Madanakollu, kieku l-liġi tal-UE kienet tapplika biss għal dawk li diġà sarulhom offerti ta' xogħol qabel ma jiċċaqalqu għal Stat Membru ieħor, dan jitfa' dubju fuq il-prinċipju fundamentali. B'konsegwenza ta’ dan , il-QtĠ espliċitament irrifjutat l-idea li l-Artikolu 45 tat-TFUE japplika biss għaċ-ċittadini tal-UE maħtura f'impjieg attiv u estendiet l-iskop tiegħu biex jinkludi dawk li qegħdin ifittxu impjieg taħt ċertu kundizzjonijiet (il-persuni kkonċernati jridu jipprovdu evidenza li huma qegħdin ikomplu jfittxu impjieg u li għandhom ċans ġenwin li jkunu impjegati; ara hawn taħt għal aktar dettalji)[45].

PARTI II : Xi drittijiet igawdu minnhom il-ħaddiema migranti?

Din il-Parti tindirizza d-drittijiet li jgawdu ħaddiema migranti skont ir-Regolament u d-Direttiva. Ma tittrattax id-drittijeit tas-sigurtà soċjali[46].

TFITTIX TA' XOGħOL U AċċESS GħALL-BENEFIċċJI

Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jfittxu impjieg fi Stat Membru ieħor u li jirċievu l-istess assistenza mill-uffiċċju tal-impjiegi nazzjonali hemm bħall-persuni li għandhom in-nazzjonalità ta' dak l-Istat Membru[47]. In-netwerk EURES jipprovdi informazzjoni, pariri u assistenza għas-sejba ta’ xogħol u reklutaġġ, u jqabbel wkoll is-CVs u l-postijiet tax-xogħol battala. Dawn is-servizzi jingħataw mill-konsulenti tal-EURES fis-Servizzi Pubbliċi għall-Impjiegi u minn persunal ieħor tal-organizzazzjonijiet imsieħba tal-EURES involuti. L-EURES għandu wkoll websajt[48] fejn iċ-ċittadini għandhom aċċess għal postijiet tax-xogħol battala onlajn u fejn jistgħu jtellgħu s-CVs tagħhom.

Waqt li preċedentament nies bħal dawn li qegħdin ifittxu xogħol kienu kkunsidrati li għandhom ikunu ttrattati b'mod ugwali mal-persuni tan-nazzjonalità tal-Istat Membru fir-rigward ta’ aċċess għal xogħol biss[49], il-QtĠ ikkonkludiet li l-introduzzjoni taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tfisser li huma għandhom jikkwalifikaw ukoll għal trattament ugwali fir-rigward ta' benefiċċji ta' natura finanzjarja maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-impjieg fuq is-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti[50].

Madanakollu, biex tillimita l-istrapazz fuq is-sistemi tal-assistenza soċjali, il-QtĠ żiedet li l-Istat Membru jista' jitlob li jkun hemm rabta ġenwina bejn dak li qiegħed ifittex ix-xogħol u s-suq tax-xogħol ġeografiku inkwistjoni, bħall-bżonn li persuna tkun fittxet ġenwinament ix-xogħol fl-Istat Membru inkwistjoni għal perjodu raġonevoli. Il-QtĠ ikkunsidrat ukoll li rekwiżit ta' residenza proporzjonata jista' jkun xieraq sabiex tingħata prova tar-rabta mas-suq tax-xogħol.

Waqt li l-leġiżlaturi nazzjonali jibqgħu kompetenti biex jiddeterminaw in-natura tar-rabta mas-suq tax-xogħol tagħhom, għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. Il-kriterji ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jikkonkludi li l-persuna kkonċernata qiegħda ġenwinament tfittex xogħol fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti. Il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE tfisser ukoll li huma jkunu jafu b’tali kriterji minn qabel u li jistgħu jfittxu rimedju ta' natura ġudizjarja.

L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva jawtorizza lill-Istati Membri ma jagħtux assistenza soċjali lil dawk li qegħdin ifittxu xogħol matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza jew għal perjodu itwal. Madanakollu, il-QtĠ għamlitha ċara f'deċiżjoni oħra[51] li l-benefiċċji finanzjarji biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jistgħux ikunu kkunsidrati li jikkostitwixxu 'assisteza soċjali' fi ħdan it-tifsira ta' dak l-Artikolu. Il-QtĠ għalhekk ikkonkludiet li dawk li qegħdin jfittxu xogħol iridu jgawdu minn trattament ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-benefiċċji mmirati biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Sabiex ikun determinat jekk benefiċċju partikolari skont il-liġi nazzjonali għandux l-għan jiffaċilita l-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-obbjettiv tiegħu għandu jiġi analizzat skont ir-riżultati li kiseb u mhux skont l-istruttura formali tiegħu[52].

L-inklużjoni ta' dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol fl-iskop tal-prinċipju tat-trattament ugwali fir-rigward ta' ċerti benefiċċji hija garanzija ta' protezzjoni aħjar għal dawk li jistgħu jsibu ruħhom f'sitwazzjoni aktar vulnerabbli għal ċertu perjodu ta' żmien u tirrappreżenta pass prattiku lejn il-kisba ta' Ewropa soċjali.

AċċESS GħAX-XOGħOL BL-ISTESS KUNDIZZJONIJIET BħALMA GħANDHOM IL-ħADDIEMA NAZZJONALI

Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jaħdmu fi Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħall dawk li japplikaw għal dawk bin-nazzjonalità tiegħu. Madanakollu, restrizzjoni waħda u bosta aspetti speċifiċi japplikaw.

Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali

Ċittadin tal-UE li hu kompletament kwalifikat biex jeżerċita l-professjoni tiegħu fi Stat Membru u li jixtieq jeżerċita dik il-professjoni fi Stat Membru ieħor fejn il-professjoni hija regolata għandu l-ewwelnett japplika għal rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħu jew tagħha. Professjoni hija rregolata fejn l-aċċess huwa soġġett, permezz ta' regolament legali jew dispożizzjonijiet amministrattivi, għall-pussess ta' kwaifika professjonali. Aċċess għas-suq tax-xogħol jiddependi fuq l-għotja ta' tali rikonoxximent.

Id-Direttiva 2005/36/KE tapplika r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru bil-għan li tkun eżerċitata professjoni regolata fi Stat Membru ieħor[53].

Ir-Regoli f'dik id-Direttiva ivarjaw skont jekk il-professjoni hijiex eżerċitata fl-Istat Membru ospitanti fuq bażi temporanja (pereżempju minn ħaddiema staġjonali) jew fuq bażi permanenti (stabbiliment, pereżempju skont kuntratt għal żmien indeterminat jew fit-tul). Meta l-professjoni hija eżerċitata fuq bażi temporanja, l-ebda stħarriġ dwar il-kwalifiki tal-ħaddiem mhux awtorizzat sakemm il-professjoni ma għandhiex implikazzjonijiet ta' saħħa jew sigurtà. Madanakollu, l-Istat Membru ospitanti jista' jirrikjedi dikjarazzjoni fuq bażi annwali. F'dan il-każ ta' stabbiliment, ir-reġim ta' rikonoxximent ivarja skont il-professjoni.

Id-Direttiva 2005/36/KE ma tapplikax, madanakollu, fejn id-diploma ma taffermax taħriġ professjonali speċifiku, jiġifieri taħriġ speċifiku għall-professjoni partikolari. Postijiet fis-settur pubbliku fi Stat Membru ħafna drabi jitolbu tip differenti ta' diploma li tafferma ċertu livell ta' edukazzjoni (lawrea universitarja, ċertifikat tas-sekondarja flimkien ma’ tliet snin edukazzjoni ogħla eċċ.) jew diploma li tixhed livell ta’ edukazzjoni li jilħaq ċerti kriterji relatati mal-kontenut mingħajr dan ma jikkostitwixxi taħriġ vokazzjonali skont it-tifsira tad-Direttivi 2005/36/KE (ħtieġa għal diploma jew fl-ekonomija, fix-xjenza politika, fix-xjenza jew fix-xjenzi soċjali, eċċ.).

Tali każijiet jaqgħu taħt l-Artikolu 45 tat-TFUE iktar milli fl-iskop tad-Direttiva 2005/36/KE. L-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti huma intitolati li jivvalutaw il-livell tad-diploma iżda mhux il-kontenut tat-taħriġ tagħha, fejn l-uniku fattur sinifikanti huwa l-livell ta' studju li għalih tingħata diploma.

Meta d-diploma għandha bżonn tilħaq ċertu kriteri relatati mal-kontenut barra milli tkun ta' livell speċifiku, l-ekwivalenza tagħha għandha tkun rikonoxxuta fejn tkun ingħatat mat-tlestija ta' edukazzjoni jew taħriġ fis-soġġett meħtieġ. L-ebda valutazzjoni oħra tal-kontenut tat-taħriġ ma hi awtorizzata.

Ħtieġa tal-Lingwa[54]

Il-QtĠ saħqet li kwalunkwe rekwiżiti tal-lingwa iridu jkunu raġonevoli u neċessarji għax-xogħol inkwistjoni u ma jistgħux jikkostitwixxu bażi biex ikunu esklużi ħaddiema minn Stati Membri oħra[55]. Impjegaturi ma jistgħux jitolbu kwalifika partikolari biss bħala prova, u testijiet tal-lingwa sistematiċi li jsiru f'forma standarizzata huma kkunsidrati kuntrarji għall-prinċipju ta' proporzjonalità[56].

Waqt li livell għoli ta' għarfien lingwistiku jista’ jkun kkunsidrat ġustifikabbli f'sitwazzjonijiet partikolari u f'ċerti xogħlijiet, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rekwiżit li persuna tkun titkellem il-lingwa bħala dik materna mhux aċċettabbli.

Aċċess għall-postijiet fis-settur pubbliku[57]

Skont l-Artikolu 45(4) tat-TFUE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jirristrinġu l-aċċess għal ċertu postijiet tax-xogħol vakanti fis-servizz pubbliku għan-nies tan-nazzjonalità tagħhom. Din hija eċċezzjoni li għandha tkun interpretata b'mod testrittiv. Il-QtJ konsistentament saħqet li din l-eċċezzjoni tkopri postijiet li jinvolvu parteċipazzjoni diretta jew indiretta fl-eżerċizzju ta' poteri konferiti mill-liġi pubblika u kompiti maħsuba biex jissalvagwardjaw l-interessi ġenerali tal-Istat jew ta' awtoritajiet pubbliċi oħra[58]. Dawk il-kriterji iridu jkunu valutati każ b'każ fir-rigward tan-natura tal-kompiti u r-responsabbilitajiet koperti mill-post. Fl-2003 il-QtĠ qatgħatha li Stat Membru jista' jirriserva għan-nazzjonali tiegħu il-postijiet ta' kaptan u chief mate fuq vapuri tas-settur privat li jtajjru l-bandiera tiegħu biss jekk id-drittijiet skont poteri konferiti bil-liġi pubblika huma attwalment eżerċitati fuq bażi regolari u ma jirrapreżentawżx parti minuri ħafna tal-attivitajiet tagħhom[59]. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-każistika trid tkun ikkunsidrata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jiddeterminaw liema postijiet fis-settur pubbliku jistgħu jirriservaw għal-persuni li għandhom in-nazzjonalità tagħhom.

Minħabba li l-Artikolu 45(4) tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri jirriservaw xi postijiet għal-persuni li għandhom in-nazzjonalità tagħhom iktar milli jiirikjedi li jagħmlu dan, il-Kummissjoni issejħilhom biex jiftħu s-setturi pubbliċi tagħhom (fil-livelli kollha, inkluż gvern lokali, reġjonali u ċentrali) kemm jista' jkun għaċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra bħala kontribuzzjoni lejn il-modernizazzjoni u r-riforma.

Ladarba post fis-settur pubbliku jinfetaħ għall-ħaddiema migranti, l-Istat Membru jrid jiggarantixxi trattament ugwali f'aspetti oħra tar-reklutaġġ ikkonċernat. Il-QtĠ saħqet li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jridu jikkunsidraw perjodi preċedenti kumparabbli ta' esperjenza ta' xogħol miksuba minn ħaddiema migranti fi Stati Membri oħra bl-istess mod kif jikkunsidraw esperjenza professjonali miksuba fis-sistemi proprji biex jipprovdu aċċess għas-settur pubbliku tagħhom[60]. L-Istati Membri jridu wkoll jikkunsidraw diplomi kumparabbli bħala parti mill-proċess ta' reklutaġġ (pereżempju fejn punti addizzjonali jingħataw għa diploma).

Fir-rigward ta' kompetizzjonijiet biex jirreklutaw persuni għal taħriġ speċifiku bil-ħsieb li jintlew postijiet f'ċertu oqsma ta' attivita fis-settur pubbliku, il-QtĠ saħqet li ħaddiema migranti li huma kompletament kwalifikati fil-qasam iridu jkunu eżenti milli jlestu t-taħriġ speċifiku, fid-dawl tat-taħriġ u l-esperjenza professjonali li jkunu diġà kisbu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom[61]. Il-QtĠ iddeċidiet li Stat Membru ma jistax jobbliga dawk l-ħaddiema migranti jgħaddu minn tali kompetizzjoni, iżda minflok jrid jipprovdi metodi differenti ta' reklutaġġ.

2.4 L-isport u l-moviment ħieles tal-ħaddiema

L-impatt fuq l-isport, u b'mod partikolari l-futbol, tar-regoli tal-UE fuq il-moviment ħieles tal-ħaddiema kienet kwistjoni topika ħafna, partikolarment għax l-isport qiegħed iktar ma jmur iktar jieħu dimensjoni Ewropea. Il-white paper tal-Kummissjoni tal-2007 dwar l-Isport tagħmilha ċara li, waqt li tikkunsidra l-karatteristiċi speċjali tal-isport, l-għan tal-azzjoni tal-Kummissjoni hu li tikseb l-objettivi tat-Tratta u li tirrispetta il-prinċipji fundamentali tiegħu f'dan il-qasam.

Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-isport isir qasam li fih l-UE tista' tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kwistjonijiet sportivi Ewropej u tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri (l-Artikolu 165 TFUE). Din il-kompetenza ġdida madanakollu ma tipprekludix l-applikazzjoni ta' prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE għall-isport, bħall-moviment ħieles u r-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-QtĠ f'bosta okkażjonijiet ikkonfermat li sportivi professjonali jew semi-professjonali huma ħaddiema minħhabba l-fatt li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu impjieg bi qligħ[62].

Il-fatt li sportivi professjonali jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 45 tat-TFUE jfisser li l-prinċipju ta' trattament ugwali japplika għall-isport, jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni diretta abbażi ta' nazzjonalità, u jirrikjedi li miżuri indirettament diskriminatorji jkunu neċessarji u proporzjonati mal-kisba tal-objettiv leġittimu tagħhom u jsejjaħ għall-abolizzjoni ta' ostakoli mhux neċessarji u disproporzjonati li joħolqu impediment għall-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment ħieles.[63]

TRATTAMENT UGWALI

L-Artikolu 45(2) tat-TFUE jimplika l-abolizzjoni ta' kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.

Projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u ostakoli tal-moviment ħieles tal-ħaddiema

L-Artikolu 45 tat-TFUE jipprojbixxi kull diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, remunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol Dan jinkludi mhux biss kwalunkwe diskriminazzjoni ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta' kriterji oħra ta' differenzjazzjoni, twassal fil-fatt għall-istess riżultat[64]. Il-QtĠ ikkonkludiet li saħansitra jekk ċertu kriterji huma applikabbli irrispettivament min-nazzjonalità, iridu ikunu kkunsidrati bħala diskriminatorji indirettament jekk hemm ir-riskju li ħaddiema migranti jitpoġġew fi żvantaġġ partikolari[65]. Eżempji komui ta' diskriminazzjoni indiretta huma sitwazzjonijiet fejn allokazzjoni partikolari[66] hija marbuta ma kundizzjoni ta' residenza jew rekwiżiti ta' lingwa għal ċerti postijiet li jistgħu, per definizzjoni, ikunu iktar faċilment sodisfatti minn nazzjonali milli minn dawk li ma għandhomx dik in-nazzjonalità[67].

Il-liġi tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema għandha l-għan li tiffaċilita t-tfittxija għall-impjieg bi qligħ fl-UE minn persuni b'nazzjonalità tal-UE Hija għalhekk tipprekludi ostakoli għall-moviment ħieles tal-ħaddiema, bħall-miżuri li jistgħu jiżvantaġġaw nazzjonali tal-UE li qed ifittxu li jibdew attività ekonomika skont relazzjoni ta' impjieg f'territorju ta' Stat Membru ieħor , anki fejn tali miżuri japplikaw irrespettivament min-nazzjonalità tal-ħaddiem (pereżempju imposti għoljin għat-trasferiment ta' plejers tal-futbol professjonali[68] u tnaqqis fiskali[69].

Kundizzjonijiet tax-xogħol

Ħaddiem migrant huwa soġġett għal-liġijiet u l-ftehimiet kollettivi tal-Istat Membru ospitanti meta jeżerċita l-professjoni tiegħu. L-Artikolu 7(1) tar-Regolament jiddisponi li ħaddiem migrant irid igawdi trattament ugwali fir-rigward ta' remunerazzjoni, stabbilità ta' impjieg, prospetti ta' promozzjoni[70] u tkeċċija[71]. Il-QtĠ saħqet li l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri iridu jittrattaw perjodi preċedenti kumparabbli ta' espejenza ta' xogħol miksuba minn ħaddiema migranti fi Stati Membri oħra bl-istess mod kif jikkunsidraw esperjenza professjonali miksuba fis-sistemi proprji biex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol (pereżempju paga u grad)[72].

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jridu jikkunsidraw diplomi kumparabbli bl'istess mod bħad-diplomi miksuba fis-sistema tagħhom għall-għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-prospetti tal-karriera.

L-Artikolu 8 tar-regolament jestendi l-ugwaljanza tat-trattament għas-sħubija fi trade unions: Ħaddiem migrant għandu d-dritt li jinagħqad ma union, li jivvota għal u li jkun eliġibbli għall-postijiet ta' amministrazzjoni jew ġestjoni tat-trade union.

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoi tal-UE fil-qasam tas-saħħa u is-sigurtà tal-ħaddiema tiffaċiltà impjieg transkonfinali, minħabba li l-ħaddiema jgawdu minn tal-anqas livell minimu ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fl-Istati Membri kollha.

Vantaġġi soċjali

L-Artikolu 7(2) tar-regolament jagħti lill-ħaddiema migranti d-dritt għall-istess vantaġġi soċjali bħall-ħaddiema nazzjonali mill-ewwel ġurnata tal-impjieg tagħhom fl-Istat Membru ospitanti: dan ifisser li l-għoti ta' tali vantaġġ ma jistax ikun kundizzjonali mat-tlestija ta' perjodi partikolari ta' attività ta' ħidma[73].

Il-QtĠ saħqet li l-vantaġġi soċjali jkopru l-vantaġġi kollha, kemm jekk marbutin ma’ xi kuntratt ta' impjieg u kemm jekk le, li jkunu ġeneralment mogħtija lill-ħaddiema nazzjonali primarjament minħabba l-istatus oġġettiv tagħhom ta’ ħaddiema jew minħabba s-sempliċi fatt li għandhom ir-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u l-estensjoni ta’ dawn il-vantaġġi għall-ħaddiema li huma ta' nazzjonalità ta’ Stati Membri oħra għalhekk aktarx li ser tiffaċilita il-mobbiltà ta’ dawn il-ħaddiema fi ħdan l-UE[74].

Il-kunċett tal-vantaġġ soċjali huwa wiesa ħafna u jkopri l-benefiċċji soċjali[75] u l-vantaġġi mhux finanzjarji li mhumiex tradizzjonalment ikkunsidrati bħala vantaġġi soċjali. Il-QtĠ iddeċidiet, pereżempju, li d-dritt li titlob li proċedimenti legali jsiru f'lingwa speċifika[76] u l-possibbilità għall-ħaddiem migrant li jikseb permess għas-sieħeb/sieħba tiegħu biex j/tgħix miegħu[77] jrid ikun ikkunsidrat li jaqa' fl-ambitu tal-kunċett tal-vantaġġ soċjali skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament.

L-Istati Membri ħafna drabi jargumentaw li, ladarba l-ħaddiema transkonfinali ma jgħixux fl-Istat ta' impjieg tagħhom huma u/jew il-membri tal-familji tagħhom ma għandhomx igawdu l-istess vantaġġi soċjali bħall-ħaddiema migranti oħra. Il-Qorti rrifjutat dawk l-argumenti u saħqet li, pereżempju, l-ebda rekwiżiti ta' residenza ma jistgħu japplikaw għall-wild ta' ħaddiem transkonfinali, li għalhekk huwa intitulat għall-edukazzjoni skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal tfal ta' persuni bin-nazzjonalità tal-Istat Membru tal-impjieg[78].

Vantaġġi fiskali

Fl-assenza ta' miżuri ta' armonizazzjoni fuq livell tal-UE, it-tassazzjoni diretta tibqa kompetenza nazzjonali. Madanakollu, l-Istati Membri ma jistgħux jintroduċu leġiżlazzjoni li tiddiskrimina direttament jew indirettament abbażi tan-nazzjonalità. Hemm ammont dejjem jikber ta' każistika tal-QtĠ dwar l-applikazzjoni tal-libertajiet tat-Trattat għall-taxxi diretti, inkluż l-Artikolu 45 tat-TFUE.

Trasferiment tar-residenza

Hija każistika stabbilita li regoli fiskali nazzjonali li huma ta' detterrent għal persuni b'nazzjonalità ta' Stat Membru biex jeżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment ħieles jistgħu jikkostittwixxu ostaklu għal dik il-libertà[79]. Tali restrizzjonijiet illegali jinkludu rifjut li jippermettu l-għoti lura ta' taxxa fuq l-introjtu eċċessiva liċ-ċittadini tal-UE jekk ikunu bidlu r-residenza tagħhom matul is-sena[80] jew l-applikazzjoni immedjata tat-taxxa ta' ħruġ fuq qligħ kapitali mhux realizzat ta' ċittadini tal-UE li jitrasferixxu ir-residenza tagħhom barra[81]. Il-liġi tal-UE tiproteġi wkoll kontra trattament fiskali diskriminiatorju ta' tipi oħra ta' introjtu, bħall-pensjonijiet, kemm pubbliċi u kemm privati, u benefiċċji soċjali oħra[82]. Il-QtĠ ikkonfermat f'numru ta' każijiet li l-ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet lejn skemi barranin tal-pensjoni tax-xogħol bl-istess mod bħall-iskemi domestiċi.

Ħaddiema transkonfinali

Ir-regola non-diskriminatorja tapplika għal vantaġġi relatati mas-sitwazzjoni personali u familjari ta' ħaddiema mhux residenti fejn is-sitwazzjoni tagħhom hija kumparabbli ma dik ta' ħaddiem residenti għax jaqalgħu (kważi) l-introjtu kollu tagħhom mill-Istat tal-impjieg[83]. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali li jċaħħdu lil dawk li mhumiex residenti mid-dritt li jnaqqsu l-kostijiet u l-ispejjeż direttament marbuta mal-attività ekonomika li qed tiġġenera l-introjtu taxxabbli mhumiex permessibbli[84].

Il-problemi fiskali transkonfinali taċ-ċittadini tal-UE

F'sitwazzjonijiet fejn iktar minn Stat Membru wieħed għandu drittijiet fiskali fuq l-introjtu, il-QTĠ ikkonfermat li l-Istati Membri huma liberi li jallokaw id-drittijiet fiskali bejniethom[85]. Ġeneralment jagħmlu dan skont konvenzjonijiet bilaterali dwar it-tassazzjoni doppja. Madanakollu, dawn il-konvenzjonijiet bilaterali ma jsolvux il-problemi kollha tat-tassazzjoni doppja kkawżati bl-interazzjoni tas-sistemi tat-taxxa diretta tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tassazzjoni doppja internazzjonali hija ostaklu maġġuri għall-attivitajiet transkonfinali u li tali problemi jistgħu jissolvew b'kordinazzjoni aħjar tas-sistemi ta' tassazzjoni diretta tal-Istati Membri[86]. Fis-27 ta' April 2010 hija varat konsultazzjoni pubblika biex tikseb informazzjoni mill-individwi, kumpaniji u konsulenti fiskali dwar każijiet reali ta' tassazzjoni doppja u fuq il-bażi tar-risposti u iktar evidenza li qed tiġbor ta' problemi ta' tassazzjoni doppja, tista' tikkunsidra li tvara Komunikazzjoni jew inizjattiva oħra fl-2011.

Iktar ġenerali, il-Kummissjoni qed taħdem biex telimina l-firxa ta' problemi ta' tassazzjoni diretta u indiretta li jiffaċċaw iċ-ċittadini tal-UE meta jaqsmu l-fruntieri biex jaħdmu jew jinnegozjaw jew jgħixu. Dawn il-problemi li jistgħu jpprevjenu liċ-ċittadini milli jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom tat-Trattat jinkludu mhux biss it-tassazzjoni doppja iżda wkoll it-trattament diskriminatorju ta' dawk li mhumiex residenti u dawk li ma għandhomx in-nazzjonalità, nuqqas ta' informazzjoni ċara dwar ir-regoli fiskali transkonfinali, il-problema partikolari tal-ħaddiema transkonfinali, diffikultajiet biex jikkomunikaw mal-amministrazzjonijiet fiskali barranin u diffikultajiet biex jiksbu ħelsien mit-taxxa dovuta skont it-trattati dwar it-tassazzjoni doppja pereżempju minħabba formoli tat-talba kkumplikati, skadenzi qosra u dewmien mill-amministrazzjonijiet fiskali barranin biex iħallsu flus lura. Lejn l-aħħar tal-2010 hija ppjanata komunikazzjoni li ser tanalizza l-problemi fiskali transkonfinali fid-dettal u tiddeskrivi l-miżuri eżistenti u ppjanati biex jeliminaw dawn il-problemi.

Drittijiet wara t-tmiem ta' relazzjoni ta' impjieg

Iċ-ċittadini tal-UE iżommu l-istatus ta' ħaddiem wara t-tmiem tar-relazzjoni lavorattiva jekk ikunu temporanjament indisponibbli li jaħdmu minħabba mard, qedin b'qagħad involuntarju rreġistrat, jew jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva, u jgawdu trattament ugwali ma' dawk b'nazzjonalità tal-Istat Membru li jospita[87].

DRITTIJIET TA' RESIDENZA

Storikament, ħaddiema migranti gawdew kundizzjonijiet aħjar fir-rigward ta' ċertu drittijiet relatati mar-residenza minn ċittadini tal-UE mhux attivi[88]. Id-Direttiva, li taqqgħad regoli preċedenti dwar id-drittijiet ta' residenza taċ-ċittadini tal-UE, tkompli tiddistingwi bejn iċ-ċittadini ekonomikament attivi u dawk li mhux attivi.

Ħaddiema migranti ma għandhomx għalfejn jissodisfaw l-ebda kundizzjoni għajr li jkunu ħaddiema biex jkollhom id-dritt ta' residenza fi Stat Membru ieħor, iżda l-Istat Membru jista' jitlobhom jirreġistraw jekk il-perjodu ta' impjieg huwa iktar minn tliet xhur. Il-membri tal-familja, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, għandhom id-dritt li jkunu residenti magħhom fl-Istat Membru ospitanti. Ħaddiema migranti jistgħu jiksbu residenza permanenti wara ħames snin ta' residenza legali mhux interrrotta fl-Istat Membru ospitanti jew wara perjodu iqsar jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 17 tad-Direttiva.

Addizzjonalment mal-ħaddiema migranti, dawk li jfittxu xogħol jgawdu it-trattament iktar benefiċċjali msemmi hawn fuq. Għalhekk, waqt li ċ-ċittadini mhux attivi għandhom bżonn jitolbu ċertifikat ta' reġistrazzjoni għal residenza ta' iktar minn tliet xhur, dawk li jfittxu xogħol għandhom dritt, skont il-każistika tal-QtĠ[89] u l-premessa 9 tad-Direttiva, li jirrisjedu fl-Istat Membru ospitanti għal mill-inqas sitt xhur mingħajr kundizzjonijiet u formalitajiet għajr li jkollhom passaport jew karta tal-identità valida. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, jekk dawk li jfittxu xogħol jipprovdu evidenza li qed ikomplu jfittxu impjieg u li għandhom ċans ġenwin li jkunu impjegati, id-Direttiva tagħtihom id-dritt li jirrisjedu fl-Istat Membru[90] ospitanti b'kundizzjoni li ma jsirux piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-assistenza soċjali ta' dak l-Istat Membru ospitanti[91].

Iċ-ċittadini tal-UE li jżommu l-istatus ta' ħaddiema jistgħu jkomplu jirrisjedu fl-Istat Membru ospitanti bl-istess kundizzjonijiet tal-ħaddiema[92].

MEMBRI TAL-FAMILJA

Membri tal-familja ta' ħaddiema migranti, minkejja in-nazzjonalità jew jekk humiex dipendenti fuq iċ-ċittadin tal-UE, għandhom id-dritt li jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti[93]. It-tfal tal-ħaddiema migranti, hi x’inhi n-nazzjonalità tagħhom, għandhom id-dritt għall-edukazzjoni fl-Istat Membru ospitanti bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru[94].

Membri tal-familja tal-ħaddiema migranti għandhom aċċess għall-vantaġġi soċjali, inkluż għotjiet ta’ studju[95], mingħajr kwalunkwe kundizzjoni ta' residenza jew perjodi preċedenti ta' residenza fl-Istat Membru ospitanti, waqt li ċittadini mhux attivi tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom irid ikunu residenti fl-Istat Membru[96] għal mill-inqas ħames snin sabiex jiksbu għajnuna ta' sostenn fil-forma ta' għotjiet ta' studju jew self għall-studju.

Il-QtĠ sostniet ukoll li għotjiet ta' studju jikkostittwixxu vantaġġ soċjali għall-ħaddiema migranti li jkomplu jsostnu wild u li, skont il-liġi nazzjonali, wild dipendenti jista' wkoll jiddependi fuq l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bħala benefiċjarju indirett tat-trattament ugwali mgħoti lill-ħaddiem migrant[97].

Dan japplika wkoll jekk il-benefiċċju huwa mmirat biex jiffinanzja studji barra mill-Istat Membru ospitanti[98].

INFURZAR AħJAR U KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Kif jidher b'dak li intqal sa issa, il-qafas legali għall-moviment ħieles tal-ħaddiema huwa sustantiv, iddettaljat u żviluppat sew.

Il-Kummisjoni tikkunsidra li l-infurzar ta' dawn id-drittijiet huwa iktar ma jmur importanti għax jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea.

Għal dak il-għan, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jiddipenduu direttament fuq l-Artikolu 45 tat-TFUE u r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 biex jikkontestaw quddiem il-qrati nazzjonali u l-awtoritajiet amministrattivi kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattiċi mill-impjegaturi privati jew pubbliċi li huma jikkunsidraw kontrarji għal-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni tista' tressaq azzjoni kontra Stat Membru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE minħabba nuqqas ta' konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattiċi amministrattivi mal-liġi tal-UE.

Barra minn hekk, hemm ukoll firxa ta' informazzjoni u servizzi mhux ġudizjarji li jgħinu biex jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-moviment ħieles tal-ħaddiema. Il-portal ġdid L-Ewropa Tiegħek joffri informazzjoni ċara dwar id-drittijiet taċ-ċittadini meta jaħdmu, jgħixu jew jistudjaw f'pajjiż ieħr tal-UE. Tagħti wkoll aċċess dirett għas-servizzi ta' assistenza l-iktar relevanti, bħal SOLVIT[99], IMI[100] jew EURES u siti web speċjalizzati oħra[101]. Li l-ħaddiema, il-membri tal-familji tagħhom u persuni involuti isiru konxji mid-drittijiet tagħhom, l-oportunitajiet u l-istrumenti li jeżistu biex jippromwovu u jigarantixxu il-libertà tal-moviment hija punt ewlieni fl-infurzar tal-liġi tal-UE[102]. Iċ-ċittadini tal-UE għandhom bżonn informazzjoni aċċessibbli faċilment u li tinftihem malajr dwar id-drittijiet tagħhom u assistenza adegwata meta jiċaqilqu fl-Unjoni Ewropea[103]. Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tmexxi eżerċizzju usa' mmirat biex jitratta b'mod komprensiv l-ostakoli kollha li ċ-ċittadini Ewropej jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea fl-aspetti kollha tal-ħajja ta' kuljum tagħhom. Għal daqstant, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta rapport dwar iċ-Ċittadinanza fil-Programm ta' Ħidma tagħha tal-2010.

Fir-rigward tal-ħaddiema b'mod partikolari, l-Kummissjoni ser tħares lejn kif l-imsieħba soċjali u l-NGOs jgħinu biex isaħħu d-drittijiet tagħhom u biex jagħmluhom effettivi, bl-appoġġ tan-netwerk eżistenti ta' esperti akkademiċi[104].

Minkejja t-titjieb li sar permezz tal-iżviluppi riċenti, il-kwistjoni tal-infurzabbilità tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 għad għandha bżonn l-attenzjoni. Il-Kummissjoni ser tesplora modi kif tittratta il-bżonnijiet u l-isfidi ġodda (partikolarment fid-dawl ta' tendenzi ġodda fil-mobilità) li qed jiffaċċaw ħaddiema migranti tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom, u fil-kuntest tal-istrateġija ġdida għas-suq uniku (wara l-preżentazzjoni tar-rapport Monti) ser tikkunsidra kif tippromwovi u ttejjeb il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-ħaddiema tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment ħieles.

[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2, minn issa 'l quddiem ‘ir-Regolament’.

[2] ĠU L 158, 30.4.2004, p.77, minn issa 'l quddiem ‘id-Direttiva’.

[3] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

[4] Il-liġi tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema tapplika għaċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom.

[5] Sitwazzjoni fl-2008

[6] 37% (11.3 miljun persuna) ta' dawk li ma għandhomx in-nazzjonalità tal-pajjiż fejn jgħixu fl-UE27 huma ċittadini ta' stat Membru ieħor. In-numru ta' dawk li ma għandhomx in-nazzjonalità tal-pajjiż fejn jgħixu fl-UE-27 żdied bi 42% mill-2001 (għal iktar dettall, ara Eurostat Statistics in Focus 94/2009).

[7] Dan ikopri ż-żieda globali fin-numru ta' barranin, inkluż dawk b'nazzjonalità tal-UE minn Stati Membri oħra u dawk ta' nazzjonalità ta' pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-UE. Ir-rapport ma jiċċitax espiliċitament iż-żieda perċentwali matul il-perjodu mill-2001 sal-2008 fin-numru ta' persuni b'nazzjonalità tal-UE li joqgħodu fi Stat Membru ieħor, iżda ż-żieda kienet ta' madwar 4 miljuni, li tiġi tradotta f'żieda ta' madwar 54%.

[8] COM (2008) 840, tal-10.12.2008.

[9] COM (2007) 773, tas-6.12.2007.

[10] http://ec.europa.eu/archives/commission_2004-2009/president/pdf/press_20090903_MT.pdf .

[11] COM (2010) 2020, tat-3.3.2010.

[12] COM (2002) 694, tal-11.12.2002.

[13] ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

[14] Restrizzjonijiet temporanji jistgħu japplikaw sa mhux iktar tard mit-30.4.2011 għall-persuni li għandhom in-nazzjonalità tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u sa mhux aktar tard mill-31.12.2013 għal dawk bin-nazzjonalità tal-Bulgarija u r-Rumanija.

[15] Każ C-75/63.

[16] Każ C-53/63.

[17] Każ C-66/85.

[18] Każijiet C-53/81 u C-139/85

[19] Każijiet C-196/87 u C-456/02.

[20] Arranġamenti tranżizzjonali, ġeneralment imposti fuq ċittadini ta' Stat Membru ġdid matul ċertu perjodu wara id-dħul, japplikaw għall-ċccess għas-suq tax-xogħol u mhux għal attivitajiet ta' xogħol minn dawk li jaħdmu għal rashom.

[21] Każ C-268/99.

[22] Każ C-3/87.

[23] Każ C-202/90.

[24] Każ C-53/81.

[25] Każ C-344/87.

[26] Każ C-413/01.

[27] Każ C-53/81.

[28] Każ C-109/04.

[29] Każ C-294/06.

[30] Każ C-3/90.

[31] Każ C-188/00.

[32] Każ C-413/01.

[33] Każ C-106/91.

[34] Każ C-152/73.

[35] Każ C-357/89.

[36] Każijiet C-415/93 u C-519/04.

[37] Każ C-212/05.

[38] Każ C-357/89.

[39] Każ C-370/90.

[40] Każ C-214/94.

[41] Bħall fejn kienet impjegata il-persuna, jekk il-kuntratt ta' impjieg kienx konkluż skont il-liġi ta' stat Membru u jekk ir-relazzjoni ta' impjieg taqax taħt dik il-liġi, jew jekk il-persuna hiex affiljata ma sistema ta' sigurta soċjali ta' Stat membru u hi soġġetta għat-taxxa fuq l-introjtu f'dak il-pajjiż.

[42] Artikolu 2(2) tad-Direttiva.

[43] Każ C-85/96.

[44] Artikolu 7(3) tad-Direttiva.

[45] Każ C-292/89.

[46] Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1)jitratta d-drittijiet tas-sigurtà soċjali mill-1.5.2010; l-ewwel pass fil-qasam yal-pensjonijiet suplimentaru huwa d-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 ( ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46) .

[47] L-Artikolu 5 tar-Regolament:

[48] http://ec.europa.eu/eures

[49] Każ C-149/79

[50] Każijiet C-138/02, C-258/04 u C-22/08.

[51] Każ C-22/08.

[52] Ibid.

[53] http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/index_en.htm u http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/docs/guide/users_guide_mt.pdf.

[54] Article 3(1) of the Regulation and Article 53 of Directive 2005/36/EC.

[55] Każ C-379/87.

[56] Każ C-281/98.

[57] Dokument tal-ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni mistenni ser jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet f'iktar dettal.

[58] Riċentament fil-każ C-290/94 .

[59] Każijiet C-405/01 u C-47/02. il-Qorti ikkonfermat dan f'erba' sentenzi.

[60] Każ C-419/92.

[61] Każ C-285/01.

[62] Każijiet C-36/74, C-13/76, C-415/93, C-519/04, C-176/96 u C-325/08

[63] F'Ottubru 2010 il-Kummissjoni intezjonata tippreżenta Komunikazzjoni fuq l-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona fil-qasam tal-isport u l-kwistjoni tal-impatt tar-regoli tal-moviment ħieles fl-isport ser ikunu trattati b'aproċċ iktar dettaljat u integrat.

[64] Każ C-152/73.

[65] Każ C-237/94.

[66] Każ C-138/02.

[67] Każijiet C-379/87 u C-424/97.

[68] Każ C-415/93.

[69] Każ C-136/00.

[70] Każ C-225/85.

[71] Każ C-44/72.

[72] Każ C-15/96.

[73] Każ C-197/86.

[74] Każ C-85/96.

[75] Bħas-sussistenza minima jew l-allokazzjoni għat-trobbija tat-tfal, għotja għall-istudju u allokazzjoni għat-twelid tat-tfal, self ta' flus.

[76] Każ C-137/84.

[77] Każ C-59/85.

[78] Każ C-337/97.

[79] Każ C-385/00

[80] Każijiet C-175/88 u C-151/94.

[81] COM(2006) 825 tad-19.12.2006.

[82] COM(2001) 214 tad-19.4.2001.

[83] Każ C-391/97.

[84] Każijiet C-234/01 u C-290/04.

[85] Każ C-336/96.

[86] COM (2006) 823 tad-19.12.2006

[87] Każ C-22/08.

[88] Direttiva 68/360/KEE għall-ħaddiema migranti u Direttiva 90/364/EEC għal persuni mhux attivi.

[89] Każ C-292/89

[90] L-Artikolu 14 tad-Direttiva;

[91] Ara 'Id-Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom għall-moviment minn post għall-ieħor u li jirresjedu liberament fi ħdan l-Unjoni: Gwida għall-aħjar użu tad-Direttiva 2004/38/KE fuq http://ec.europa.eu/archives/commission_2004-2009/barrot/archive/guide_2004_38_ec_mt.pdf

[92] Artikolu 7(3) tad-Direttiva.

[93] L-Artikolu 23 tad-Direttiva;

[94] L-Artikolu 12 tar-Regolament:

[95] Każijiet konġunti C-389/87 u C-390-87

[96] Każijiet C-310-08 u C-480/08. Fis-sentenza tagħha tat-23.2.2010 fuq dawn il-każijiet il-QtĠ sostniet li l-Artikolu 12 tar-Regolament 1612/68 jippermetti ir-rikonoxximent li wild ta' ħaddiem migrant għandu dritt indipendenti ta' residenza b'konessjoni mad-dritt għall-aċċess għall-edukazzjoni fl-Istat Membru ospitanti. Il-QtĠ tinnota wkoll li d-dritt ta' residenza tal-wild u tal-ġenitur ma jistgħux ikunu kundizzjonali fuq l-indipendenza finanzjarja.

[97] Każ C-3/90.

[98] Ibid.

[99] http://ec.europa.eu/solvit/

[100] Għodod tal-IT bħas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) bil-għan li jiffaċilitaw il-koperazzjoni amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri huma wkoll ta' għajnuna.

[101] http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=25&langId=mt&furtherPubs=yes

[102] Pereżempju, ara l-Linjigwida dwar l-applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE, COM(2009) 313 tat-2.7.2009.

[103] Ara l-gwida aġġornata 'Tixtieq taħdem fi Stat Membru ieħor tal-UE? Kun af dwar id-drittijiet tiegħek!' fuq http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=25&langId=mt&pubId=215&type=2&furtherPubs=yes.

[104] Netwerk Ewropew dwar il-Moviment ħieles tal-Ħaddiema fl-Unjoni Ewropea disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=475&langId=en.

Top