This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AP0373
Improvements in the safety and health at work of pregnant workers and workers who have recently given birth or are breastfeeding ***I European Parliament legislative resolution of 20 October 2010 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 92/85/EEC on the introduction of measures to encourage improvements in the safety and health at work of pregnant workers and workers who have recently given birth or are breastfeeding (COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD))#P7_TC1-COD(2008)0193 Position of the European Parliament adopted at first reading on 20 October 2010 with a view to the adoption of Directive 2011/…/EU of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 92/85/EEC on the introduction of measures to encourage improvements in the safety and health at work of pregnant workers and workers who have recently given birth or are breastfeeding and on the introduction of measures to support workers in balancing work and family life
It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD))
P7_TC1-COD(2008)0193 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 20 ta’ Ottubru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu u dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-ħaddiema sabiex jilħqu bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik familjari
It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD))
P7_TC1-COD(2008)0193 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 20 ta’ Ottubru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu u dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-ħaddiema sabiex jilħqu bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik familjari
ĠU C 70E, 8.3.2012, p. 162–176
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 70/162 |
L-Erbgħa 20 ta’ Ottubru 2010
It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu ***I
P7_TA(2010)0373
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD))
2012/C 70 E/26
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0637), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 137(2) u 141(3) tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0340/2008), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
— |
[0]wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 153(2) u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE[0], |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2009 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 55 u 175 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0267/2009), |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0032/2010), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari ta’ hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 102.
L-Erbgħa 20 ta’ Ottubru 2010
P7_TC1-COD(2008)0193
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ Ottubru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu u dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-ħaddiema sabiex jilħqu bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik familjari
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 153(2) u 157(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 151 TFUE, l-Unjoni għandha tappoġġja u tikkumplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u għall-assigurazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol. |
(2) |
L-Artikolu 157 TFUE jistipula li l-Kunsill, waqt li jaġixxi skont il- il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta miżuri biex jiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol. |
(3) |
Billi din id-Direttiva tindirizza mhux biss is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tqal, jew li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, iżda wkoll, minnha nnifisha, kwistjonijiet ta’ trattament ugwali, bħad-dritt li wieħed jerġa' lura fl-istess post tax-xogħol jew f'wieħed ekwivalenti, ir-regoli dwar it-tkeċċija u d-drittijiet tal-impjegati, jew dwar appoġġ finanzjarju aħjar matul il-lif, l-Artikoli 153 u 157 TFUE qed jingħaqdu biex jiffurmaw il-bażi legali għal din id-Direttiva. |
(4) |
L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u jitolbu li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha , inkluż fir-rigward tal-kisba ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata . |
(5) |
Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni ta’ tali ugwaljanza hija waħda mill-kompiti essenzjali tal-Unjoni. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 8 TFUE, il-Komunità għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. |
(6) |
Fis-sentenza tagħha tas-26 ta’ Frar 2008 fil-Każ C-506/06 Mayr v Flöckner (3), il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ sess isseħħ jekk ħaddiema mara tiġi żvantaġġata minħabba assenza b'rabta mat-trattament tal-fertiliżżazzjoni in vitro. |
(7) |
Id-dritt ta’ mara li tkun bil-liv tal-maternità li tmur lura fl-impjieg tagħha jew f'pożizzjoni ekwivalenti, wara li jintemm dan il-lif, huwa stipulat fl-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54/KE tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (4). |
(8) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (5) timplimenta mizuri biex tinkoraġġixxi t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu. |
(9) |
L-objettivi stipulati fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza fil-Kunsill Ewropew f'Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002 iddikjaraw li l-Istati Membri għandhom jeliminaw id-diżinċentivi għall-involviment tan-nisa fis-suq tax-xogħol u għandhom jimmiraw biex, sal-2010, jipprovdu faċilitajiet ta’ kura tat-tfal għal tal-anqas 90 % tat-tfal f'età bejn it-tliet snin u l-età skolastika obbligatorja u tal-anqas 33 % tat-tfal ta’ taħt it-tliet snin, u dawn it-tfal għandu jkollhom l-istess aċċess għal faċilitajiet bħal dawn kemm fil-bliet kif ukoll fiż-żoni rurali. |
(10) |
L-Istrateġija globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tas-16 ta’ April 2002 dwar it-trejjiq tat-trabi u tat-tfal ta’ età żgħira ħafna, appoġġjata bir-Riżoluzzjoni 55.25 tal-55 Assemblea Dinjija dwar is-Saħħa, tgħid li treddigħ esklussiv matul l-ewwel sitt xhur fil-ħajja ta’ tarbija jiggarantixxi tkabbir u żvilupp ottimali. Fuq il-bażi ta’ din ir-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta’ liv maħsub għal dan l-għan. |
(11) |
Waħda mis-sitt prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2006, intitolata “Pjan ta’ Azzjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010” hija l-kisba ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u dik tal-familja. F'din il-konnessjoni l-Kummissjoni ħadet f'idejha l-impenn li tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi bl-għan li timmodernizzaha, fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni ħabbret ukoll li biex ittejjeb il-governanza tal-ugwaljanza bejn is-sessi, hija għandha “tirrevedi l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li mhijiex inkluża fl-eżerċizzju ta’ tfassil mill-ġdid tal-2005 bl-għan li taġġorna, timmodernizza u tfassal mill-ġdid fejn meħtieġ”. Id-Direttiva 92/85/KEE ma kinitx inkluża fl-eżerċizzju tat-tfassil mill-ġdid. |
(12) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Lulju 2008, intitolata “Aġenda Soċjali Mġedda: Opportunitajiet, aċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21”, il-Kummissjoni affermat il-ħtieġa għat-titjib tar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja privata u dik professjonali. |
(13) |
Il-ġenituri kollha għandhom id-dritt li jieħdu ħsieb uliedhom. |
(14) |
Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva fir-rigward tal-liv tal-maternità huma bla ħsara għar-regoli l-oħra tal-Istati Membri dwar il-liv tal-ġenituri, u din id-Direttiva m'għandhiex iddgħajjef dawk ir-regoli. Il-liv tal-maternità, il-liv tal-paternità u l-liv tal-ġenituri huma kumplimentari għal xulxin u meta jintużaw flimkien, jistgħu jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. |
(15) |
Ħaddiema li tadotta tarbija għandu jkollha l-istess drittijiet daqs ġenitur naturali u għandha tkun intitolata tieħu l-liv tal-maternità bl-istess kundizzjonijiet. |
(16) |
Il-vulnerabbiltà tal-ħaddiema tqal u tal-ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu tagħmilha neċessarja għalihom li jingħataw id-dritt ta’ liv tal-maternità ta’ mill-inqas 20 ġimgħa kontinwi, allokati qabel u/jew wara l-ħlas, u tirrendi neċessarja n-natura obbligatorja tal-liv tal-maternità għal mill-inqas sitt ġimgħat, allokati wara l-ħlas. |
(17) |
Il-kura ta’ tfal b'diżabilità toħloq sfidi partikolari għall-ommijiet li jaħdmu, u dan għandu jkun rikonoxxut mis-soċjetà. Il-vulnerabilità żejda ta’ ommijiet li jaħdmu li jkollhom tfal b'diżabilità tfisser li dawn għandhom jingħataw liv tal-maternità addizzjonali. Din id-Direttiva għandha tistipula l-perjodu minimu għal tali lif. |
(18) |
Sabiex jitqies bħala liv tal-maternità skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, il-liv marbut mal-familja li jkun disponibbli fil-livell nazzjonali għandu jiġi estiż lilhinn mill-perjodi previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 d dwar il-ftehim qafas fuq il-liv tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (6); għandu jkun rimunerat kif previst f'din id-Direttiva; u għandhom japplikaw il-garanziji ta’ din id-Direttiva rigward it-tkeċċija, ir-ritorn fl-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti u d-diskriminazzjoni. |
(19) |
Il-Qorti Ewropea rrikonoxxiet konsistentement il-leġittimità, skont il-prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-ħarsien tal-kundizzjoni bijoloġika tal-mara matul u wara t-tqala. B'żieda ma’ dan hija iddeċidiet konsistentement li kull trattament sfavorevoli tan-nisa relatat mat-tqala jew mal-maternità jikkostitwixxi diskriminazzjoni sesswali diretta. |
(20) |
Fuq il-bażi tal-prinċipju tat-trattament ugwali, il-Qorti rrikonoxxiet ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa għall-impjieg, b'mod partikolari d-dritt tagħhom li jerġgħu lura għall-istess xogħol jew għal ieħor ekwivalenti, b'kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli, kif ukoll li jibbenefikaw minn kull titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol introdotti matul l-assenza tagħhom. |
(21) |
Pożizzjoni definita bħala “ekwivalenti” għandha tfisser pożizzjoni li tkun l-istess bħal dik ta’ qabel ma jkun ittieħed il-liv tal-maternità, fir-rigward kemm tas-salarju kif ukoll tal-kompiti li għandhom jitwettqu, jew, meta dan ma jkunx possibbli, pożizzjoni simili li tikkorrispondi għall-kwalifiki u s-salarju eżistenti tal-ħaddiema. |
(22) |
Fid-dawl tat-tendenzi demografiċi fl-Unjoni, huwa neċessarju li jkun hemm promozzjoni ta’ żieda fir-rata tat-twelid permezz ta’ leġislazzjoni u ta’ miżuri speċifiċi biex jinstab bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja b'mod aktar effettiv. |
(23) |
In-nisa għandhom għalhekk ikunu mħarsa mid-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta’ tqala jew ta’ liv tal-maternità, u għandu jkollhom il-mezzi xierqa ta’ ħarsien legali , sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tagħhom ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u bilanċ aħjar bejn il-ħajja tal-familja u x-xogħol . |
(24) |
Fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tal-Ministri għax-Xogħol u għall-Politika Soċjali, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-irġiel fil-ħajja tal-familja u tax-xogħol (7), l-Istati Membri tħeġġew jeżaminaw il-possibilità, għas-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jirrikonoxxu dritt individwali u mhux trasferibbli għal-liv tal-paternità għall-irġiel li jaħdmu, mingħajr ma jintilef ebda jedd tal-impjieg. |
(25) |
Sabiex il-ħaddiema jiġu megħjuna jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali u familjari tagħhom, huwa essenzjali li jingħata iktar liv tal-maternità u tal-paternità, inkluż f'każ ta’ adozzjoni ta’ trabi ta’ inqas minn 12-il xahar. Ħaddiem li jadotta tarbija ta’ inqas minn 12-il xahar għandu jkollu l-istess drittijiet daqs ġenitur naturali u għandu jkun jista' jieħu l-liv tal-maternità jew tal-paternità bl-istess kundizzjonijiet. |
(26) |
Sabiex il-ħaddiema jiġu megħjuna jirrikonċiljaw id-drittijiet u l-obbligi professjonali u familjari tagħhom, u biex tintlaħaq ugwaljanza reali bejn is-sessi, huwa essenzjali li l-irġiel ikollhom id-dritt għal-liv tal-paternità imħallas, li għandu jingħata fuq bażi ekwivalenti – minbarra fir-rigward tad-dewmien tiegħu – bħal-liv tal-maternità, bl-għan li jiġu stabbiliti gradwalment il-kundizzjonijiet meħtieġa. Dan id-dritt għandu wkoll jingħata lill-koppji mhux miżżewġa. L-Istati Membri huma mħeġġa jqisu jekk, skont is-sistemi legali rispettivi tagħhom, l-irġiel li jaħdmu jistgħux jingħataw dritt individwali mhux trasferibbli għal liv tal-paternità, mingħajr l-ebda telf tad-drittijiet relatati max-xogħol. |
(27) |
Fil-kuntest tal-popolazzjoni li qed tixjiħ tal-Unjoni u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006 ntitolata “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f'opportunità”, se jkun hemm bżonn li jsir kull sforz biex jiġi żgurat ħarsien effettiv tal-maternità u tal-paternità. |
(28) |
Il-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet” tirreferi għall-fatt li l-Istati Membri għandhom rata baxxa ta’ fertilità, li mhijiex biżżejjed għat-tiġdid tal-popolazzjoni. Jeħtieġ għalhekk li jittieħdu miżuri għat-titjib tal-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema qabel, matul u wara t-tqala. Huwa rakkomandat li jiġu segwiti l-aħjar prattiki ta’ dawk l-Istati Membri b'rati tal-fertilità għoljin u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni kontinwa tan-nisa fis-suq tax-xogħol. |
(29) |
Fil-konklużjonijiet ta’ Diċembru 2007 tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) dwar “Rwoli bilanċjati tan-nisa u tal-irġiel għall-impjiegi, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali”, il-Kunsill irrikonoxxa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata u tal-familja bħala qasam tal-akbar siwi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. |
(30) |
Din id-Direttiva hija bla ħsara għad-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-promozzjoni, u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (8), kif imfassal mill-ġdid fid-Direttiva 2006/54/KE. |
(31) |
Il-ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema tqal, ta’ ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu għandhom ikunu ggarantiti u mhux imorru kontra l-prinċipji mniżżla fid-Direttivi li jikkonċernaw it-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa. |
(32) |
Biex ikun hemm titjib fil-ħarsien effettiv ta’ ħaddiema tqal u ħaddiema li welldu dan l-aħħar jew li qed ireddgħu, ir-regoli dwar id-dmir tal-prova għandhom jiġu adattati fejn hemm każ prima facie ta’ ksur tad-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva. Biex dawn id-drittijiet jiġu applikati b'mod effettiv, id-dmir tal-prova għandu jintrefa' mill-konvenut meta jkun hemm evidenza ta’ ksur bħal dan. |
(33) |
Dispożizzjoni dwar liv tal-maternità ma sservi l-ebda skop jekk ma tkunx akkumpanjata minn ħarsien tad-drittijiet kollha marbuta mal-kuntratt tal-impjieg, inkluża ż-żamma tal-paga sħiħa u drittijiet għal allowance ekwivalenti. |
(34) |
L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tirrikjedi ħarsien ġudizzjarju xieraq kontra l-vittimizzazzjoni. |
(35) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonali u disswasivi f'każ ta’ kwalunkwe ksur tal-obbligi skont din id-Direttiva. |
(36) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri biex jiżguraw kumpens jew riparazzjoni reali u effettiva, kif jitqies xieraq, għal kull ħsara kkawżata lil ħaddiema minħabba kwalunkwe ksur tal-obbligi skont din id-Direttiva, b'mod li jkun dissważiv, effettiv u proporzjonat għall-ħsara kkawżata lilha. |
(37) |
L-esperjenza turi li l-ħarsien kontra l-ksur tad-drittijiet garantiti permezz ta’ din id-Direttiva għandha tissaħħaħ billi tingħata kompetenza lill-korp jew korpi ta’ ugwaljanza f'kull Stat Membru li janalizzaw il-problemi involuti, li jikkunsidraw soluzzjonijiet possibbli u jipprovdu għajnuna prattika lill-vittmi. Għalhekk, għandu jkun hemm lok għal tibdil għal dan l-għan f'din id-Direttiva. |
(38) |
Il-vittmi ta’ diskriminazzjoni għandu jkollhom mezzi xierqa ta’ protezzjoni legali. Biex tiġi ggarantita protezzjoni aktar effikaċi, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet legali l-oħra għandu jkollhom il-possibilità li, skont kif jiddeterminaw l-Istati Membri, jieħdu sehem fi proċeduri f'isem il-vittmi jew biex jappoġġawhom, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ proċedura nazzjonali rigward ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati. |
(39) |
Se jkun neċessarju għall-Istati Membri li jinkoraġġixxu u jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tal-imsieħba soċjali sabiex jiġi żgurat tagħrif aħjar għal dawk ikkonċernati u arranġamenti aktar effettivi. Permezz tal-inkoraġġiment tad-djalogu mal-korpi msemmijin hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiksbu rispons aħjar u għarfien aktar ċar dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-prattika u dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu, bil-għan li tinqered id-diskriminazzjoni. |
(40) |
Din id-Direttiva tistipula r-rekwiżiti minimi u għalhekk toffri lill-Istati Membri l-għażla li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhiex isservi biex tiġġustifika kwalunkwe rigress fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru , b'mod partikolari l-liġijiet nazzjonali li, peress li jgħaqqdu l-liv tal-maternità u l-liv tal-paternità, jistipulaw intitolament għall-omm ta’ mill-inqas 20 ġimgħa ta’ liv allokati qabel u/jew wara l-ħlas, u mħallas mill-inqas fil-livell stipulat f'din id-Direttiva . |
(41) |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu bejn l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex isiru jafu bil-forom differenti ta’ diskriminazzjoni u jiġġildulhom. |
(42) |
Billi l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri t-titjib tal-livell minimu ta’ ħarsien fir-rigward tan-nisa tqal u tal-ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu u t-titjib tal-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri fid-dawl tal-livelli ta’ ħarsien diverġenti tagħhom, u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet imsemmija, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 92/85/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1 jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Din id-Direttiva timmira wkoll li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tqal u tal-ħaddiema li jkunu għadhom kemm welldu, li jibqgħu jew jirritornaw fis-suq tax-xogħol, u biex jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja professjonali, dik privata u l-ħajja tal-familja.”; |
(2) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Linji Gwida 1. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, il-Kummissjoni trid tfassal linji ta’ gwida dwar l-istima tal-aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi u l-proċessi industrijali kkunsidrati bħala perikolużi għas-saħħa riproduttiva tal-irġiel u tan-nisa li jaħdmu, u għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2. Dawn il-linji ta’ gwida għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u, mill-2012, għandhom jiġu aġġornati tal-inqas kull ħames snin. Il-linji ta’ gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll ikopru movimenti u qagħdiet, għeja fiżika u mentali u tipi oħra ta’ stress fiżiku u mentali konness max-xogħol imwettaq minn ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2. 2. L-għan tal-linji ta’ gwida msemmija fil-paragrafu 1 huwa li jservu bħala bażi għall-istima mesmmija fl-Artikolu 4(1). Għal dan l-iskop l-Istati Membri għandhom iġibu dawn il-linji ta’ gwida għall-attenzjoni ta’ kull min iħaddem u l-ħaddiema nisa u rġiel, u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-imsieħba soċjali, fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.”; |
(4) |
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Stima, Informazzjoni u Konsultazzjoni 1. Għall-istima tar-riskji mwettqa f'konformità mad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jinkludi stima tar-riskji riproduttivi għall-ħaddiema rġiel u nisa. Għall-attivitajiet kollha li jistgħu jinvolvu riskju speċifiku ta’ espożizzjoni għal aġenti, proċessi jew kondizzjonijiet tax-xogħol li tagħhom lista mhux eżawrijenti inkluża fl-Anness I, min iħaddem għandu jagħmel stima tan-natura, il-grad u t-tul tal-espożizzjoni fl-impriża u/jew stabbiliment ikkonċernat, tal-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 u tal-ħaddiema nisa suxxettibbli li jsibu ruħhom f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, jew direttament jew permezz tas-servizzi protettivi jew preventivi msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/391/KEE, sabiex:
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva u ħaddiema li x'aktarx ikunu f'xi sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva fl-impriża u/jew stabbiliment konċernat u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-imsieħba soċjali kkonċernati, għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-istima msemmija fil-paragrafu 1 u bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. 3. Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex ikun żgurat li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-intrapriża jew fl-istabbiliment ikkonċernat ikunu jistgħu jissorveljaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew jintervjenu fl-applikazzjoni tagħha, f'dak li jikkonċerna b'mod partikolari l-miżuri deċiżi minn min iħaddem li jissemmew fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għar-responsabilità li taqa' fuq min iħaddem għall-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. 4. Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jitwettqu b'konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.”; |
(5) |
Fl-Artikolu 5, paragrafi 2 u 3 huma mibdulin b'dan li ġej: “2. Jekk l-aġġustament tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew tas-sigħat tax-xogħol tagħha ma jkunx teknikament u/jew oġġettivament possibbli, min iħaddem jrid jieħu l-passi neċessarji sabiex jagħti xogħol ieħor lill-ħaddiema konċernata. 3. Jekk it-tibdil tal-post għal xogħol ieħor mhuwiex teknikament jew oġġettivament possibbli, il-ħaddiema kkonċernata għandha tingħata leave skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali għaż-żmien kollu li huwa neċessarju biex tiġi mħarsa s-sigurtà jew is-saħħa tagħha.”; |
(6) |
il-punt li ġej jiżdied mal-Artikolu 6:
|
(7) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Ix-Xogħol ta’ bil-Lejl u s-Sigħat Żejda 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema fit-tifsira tal-Artikolu 2 ma jkunux imġiegħla li jagħmlu xogħol ta’ bil-lejl u ma jkunux obbligati jaħdmu sigħat żejda:
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-possibilità, skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali, li:
3. Il-ħaddiema li jkunu jixtiequ jiġu eżentati mix-xogħol bil-lejl għandhom, f' konformita' mar-regoli stabbiliti mill-Istati Membri, jinformaw lil min iħaddimhom u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1b, jipprovdu ċertifikat mediku lil min iħaddimhom. 4. Għall-ġenituri bla sieħeb u għall-ġenituri ta’ tfal b'diżabilità serja, il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi b'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri.”; |
(8) |
L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Liv tal-maternità 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati għal żmien kontinwu ta’ liv tal-maternità ta’ mill-inqas 20 ġimgħa, allokati qabel u/jew wara l-ħlas. 2. Fir-rigward tal-aħħar erba' ġimgħat tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, skema ta’ liv relatat mal-familja li tkun disponibbli fil-livell nazzjonal tista' titqies bħala liv tal-maternità għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li tkun tipprovdi protezzjoni ġenerali għall-ħaddiema skont it-tifsira tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, li tkun ekwivalenti għal-livell stabbilit f'din id-Direttiva. F'dan il-każ, il-perjodu totali ta’ liv mogħti jrid ikun itwal mill-perjodu ta’ liv tal-ġenituri previst fid-Direttiva 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-liv tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (9) . Ir-rimunerazzjoni għall-aħħar erba' ġimgħat ta’ liv tal-maternità ma għandhiex tkun anqas mill-allowance imsemmija fl-Artikolu 11(5) jew, alternattivament, tista' tkun il-medja tar-rimunerazzjoni għal-20 il ġimgħa tal-liv tal-maternità, li għandha tkun mill-anqas 75 % tas-salarju tal-aħħar xahar jew tas-salarju medju tax-xahar kif stipulat skont il-liġi nazzjonali, soġġett għal kull limitu massimu stabbilit skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-perjodi li matulhom is-salarji medji tax-xahar jiġu kkalkulati. Meta Stat Membru jkun ipprovda għal perjodu ta’ liv tal-maternità ta’ mill-inqas 18-il ġimgħa, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li l-aħħar ġimagħtejn jittieħdu permezz tal-liv tal-paternità disponibbli fil-livell nazzjonali, bl-istess livell ta’ paga. 3. Il-liv tal-maternità stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi liv tal-maternità obbligatorju bis-salarju sħiħ ta’ mill-inqas sitt ġimgħat wara l-ħlas , bla ħsara għal-liġijiet nazzjonali eżistenti li jipprovdu għal perjodu ta’ liv tal-maternità obbligatorju qabel il-ħlas . Il-perjodu ta’ sitt ġimgħat għal-liv tal-maternità obbligatorju għandu japplika għall-ħaddiema nisa kollha irrispettivament mill-għadd ta’ ġranet li jkunu ħadmu qabel il-ħlas . L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati li jagħżlu liberament iż-żmien li fih jixtiequ jieħdu l-porzjon ta’ liv tal-maternità mhux obbligatorju, qabel jew wara l-ħlas , bla ħsara għal-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali eżistenti li jipprovdu numru massimu ta’ ġimgħat qabel il-ħlas . 4. Dan il-perjodu jista' jinqasam mal-missier, jekk il-koppja taqbel u titlob dan, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. 5. Fl-interess ta’ ħarsien saħħet l-omm u t-tarbija, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-impjegati nisa jkunu jistgħu jiddeċiedu liberament u bla pressjoni jekk jieħdux jew le l-porzjon tal-liv tal-maternità mhux obbligatorju ta’ qabel il-ħlas. 6. Il-ħaddiema għandha tindika l-perjodu li tkun għażlet għall-parti mhux obbligatorja tal-liv tal-maternità mill-inqas xahar qabel id-data ta’ bidu ta’ dan il-lif. 7. Għal twelid multiplu, il-porzjon tal-liv tal-maternità obbligatorju msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiżdied għal kull wild addizzjonali skont il-leġislazzjoni nazzjonali. 8. Il-porzjon ta’ liv tal-maternità ta’ qabel il-ħlas għandu jiġi estiż bi kwalunkwe perjodu li jaqbeż id-data preżunta u d-data proprja tal-ħlas, mingħajr ma jitnaqqas il-porzjon ta’ liv li jkun baqa'. 9. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jingħata liv addizzjonali b'paga sħiħa fil-kaz ta’ ħlas qabel il-waqt, tfal li jeħtieġu kura fl-isptar mat-twelid, tfal b'diżabbiltà , ommijiet b'diżabbiltà, u twelid multiplu. It-tul ta’ żmien tal-liv addizzjonali għandu jkun proporzjonali u jakkomoda l-ħtiġijiet speċjali tal-omm u tat-tarbija/trabi. Il-perjodu sħiħ tal-liv tal-maternità għandu jiġi estiż b'mill-inqas tmien ġimgħat wara t-twelid fil-każ tat-twelid ta’ wild b'diżabbiltà. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll perjodu addizzjonali ta’ liv ta’ sitt ġimgħat fil-każ tat-twelid ta’ tarbija mejta. 10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe perjodu ta’ liv għall-mard minħabba mard jew kumplikazzjonijiet li jinqalgħu minħabba t-tqala erba' ġimgħat jew iżjed qabel il-ħlas m'għandux iħalli impatt fuq it-tul ta’ żmien tal-liv tal-maternità. 11. L-Istati Membri għandhom jipproteġu d-drittijiet tal-ommijiet u l-missirijiet billi jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet speċjali marbuta max-xogħol biex jgħinu lill-ġenituri ta’ tfal b'diżabilità. 12. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa għar-rikonoxximent tad-depressjoni ta’ wara t-twelid bħala marda serja, u għandhom jagħtu l-appoġġ tagħhom għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati biex tinxtered informazzjoni preċiża dwar din il-marda u biex jiġu korretti l-preġudizzji u l-possibilità ta’ stigmatizzazzjoni li l-marda għadha tista' ġġib magħha. |
(9) |
Għandhom jiddaħħal l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 8a Liv tal-paternità 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema li s-sieħba stabbli tagħhom tkun welldet reċentement ikollhom id-dritt għal perjodu kontinwu ta’ liv tal-paternità mħallas mhux trasferibbli ta’ mhux inqas minn ġimagħtejn, mogħti fuq bażi ekwivalenti - apparti fir-rigward tat-tul tiegħu - għal-liv tal-maternità, li għandu jittieħed wara li l-konjuga jew is-sieħba tagħhom tkun welldet matul il-perjodu tal-liv tal-maternità. L-Istati Membri li għadhom ma introduċewx liv tal-paternità mħallas mhux trasferibbli, mogħti fuq bażi ekwivalenti - apparti fir-rigward tat-tul tiegħu - għal-liv tal-maternità, li għandu jittieħed matul il-perjodu tal-liv tal-maternità obbligatorju għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas ġimagħtejn wara l-ħlas tal-konjuga jew is-sieħba tal-ħaddiem huma mħeġġa bis-saħħa li jimplimentaw dan il-liv sabiex jippromwovu parteċipazzjoni indaqs taż-żewġ ġenituri biex jinstab bilanċ bejn id-drittijiet u r-responsabilitajiet familjari. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema li s-sieħba stabbli tagħhom tkun welldet reċentement jingħataw perjodu ta’ liv speċjali inkluż il-porzjon mhux użat tal-liv tal-maternità fil-każ tal-mewt jew l-inkapaċità fiżika tal-omm. Artikolu 8b Liv għall-adozzjoni L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward il-liv tal-maternità u tal-paternità japplikaw ukoll f'każ ta’ adozzjoni ta’ tarbija ta’ inqas minn 12-il xahar.”; |
(10) |
L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 10 Il-Projbizzjoni ta’ Tkeċċija Biex ikun garantit li l-ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-ħarsien għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom kif rikonoxxut skont dan l-Artikolu:
|
(11) |
L-Artikolu 11 qed jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 11 Drittijiet marbuta mal-kuntratt ta’ l-impjieg Sabiex jiġi ggarantit għall-ħaddiema, fis-sens ta’ l-Artikolu 2, l-eserċizzju tad-drittijet tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tagħhom kif rikonoxxuti f' dan l-Artikolu, għandu jiġi provdut illi:
|
(12) |
Jiddaħħlu l-Artikolu li ġejjien: “L-Artikolu 11a Liv (time off) għat-treddigħ 1. Omm li qed tredda' t-tarbija tagħha għandha tkun intitolata għall-perjodu ta’ liv għal dak il-għan, li għandu jittieħed f'żewġ perjodi separati, li kull wieħed minnhom għandu jkun ta’ siegħa, sakemm ma kienx miftiehem xi arranġament ieħor ma’ min iħaddem, mingħajr ma titlef il-privileġġi marbuta mal-impjieg tagħha. 2. F'każ ta’ twelid multiplu, il-liv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jizdied bi 30 minuta għal kull wild addizzjonali. 3. Jekk l-omm taħdem part-time, il-liv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitnaqqas proporzjonalment mas-sigħat normali ta’ ħidma, iżda ma jistax ikun ta’ inqas minn 30 minuta. 4. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-liv għandu jittieħed għal perjodu li ma jkunx itwal minn siegħa, u, fejn applikabbli, għal perijodu ieħor li jkopri d-dewmien li jkun fadal, sakemm ma jiġix miftiehem arranġament ieħor ma’ min iħaddem. Artikolu 11b Prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u integrazzjoni tas-sessi L-Istati Membri għandhom, skont it-tradizzjonijiet nazzjonali u l-prattika tagħhom, jieħdu miżuri adegwati biex jippromwovu d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livelli xierqa biex jieħdu miżuri effikaċi biex jiġu evitati d-diskriminazzjonijiet kontra n-nisa minħabba t-tqala, il-maternità jew il-liv tal-adozzjoni. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxi lil min iħaddem, permezz ta’ konvenzjonijiet kollettivi jew ta’ prattiki, biex jieħdu miżuri effikaċi biex jevitaw diskriminazzjoni kontra n-nisa minħabba t-tqala, il-maternità jew il-liv għall-adozzjoni. L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod attiv l-għan tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa meta jifformulaw u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politiki u attivitajiet fl-oqsma li jissemmew f'din id-Direttiva.”; ▐ |
(13) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjien: “Artikolu 12a Vittimizzazzjoni L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri bħal dawn skont kif meħtieġ biex iħarsu lill-individwi inklużi x-xhieda minn kwalunkwe trattament żvantaġġuż jew konsegwenza żvantaġġuża li jirrizultaw minn ilment li ressqu jew minn proċedimenti li nedew bl-għan li jinforzaw il-konformità mad-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva. Artikolu 12b Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-pieni jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens ▐ u dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Artikolu 12c Korp ta’ ugwaljanza L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad- Direttiva 2006/54/KE għall-promozzjoni, l-analiżi, is-sorveljanza u l-appoġġ tat-trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ sess ikunu kompetenti addizzjonalment fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Direttiva, fejn dawn il-kwistjonijiet jikkonċernaw l-ewwel u qabel kollox it-trattament ugwali u mhux biss is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għal ħaddiema minn dawk stipulati f'din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ prevenzoni għall-protezzjoni u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal u l-ommijiet li welldu reċentement.
3. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkustanza tikkostitwixxi raġunijiet għal tnaqqis fil-livell ta’ ħarsien fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.
4. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiddaħħlu fit-test tal-kuntratti tax-xogħol kollettivi fl-Istati Membri.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn … (11). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
2. Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif din ir-riferenza għandha ssir.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri u l-korpi nazzjonali ta’ ugwaljanza għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … (12) u kull tliet snin wara dan, it-tagħrif kollu meħtieġ biex il-Kummissjoni tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 92/85/KEE kif emendata minn din id-Direttiva.
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, l-opinjonijiet tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti. Skont il-prinċipju li titqies b'mod sistematiku l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, dan ir-rapport, għandu fost l-oħrajn jipprovdi stima tal-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq in-nisa u l-irġiel. Dan għandu jinkludi wkoll studju tal-impatt li janalizza l-effetti soċjali u ekonomiċi, fl-Unjoni kollha kemm hi, ta’ żieda supplimentari fid-dewmien tal-perjodu tal-liv tal-maternità u tal-implimentazzjoni tal-liv tal-paternità. Fid-dawl tat-tagħrif li wasal, dan ir-rapport għandu jinkludi, fejn meħtieġ, proposti għar-reviżjoni u l-aġġornament tad-Direttiva 92/85/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 102.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2010.
(3) ECR 2008, I-01017.
(4) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(5) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(6) ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4.
(7) ĠU C 218, 31.7.2000, p. 5.
(8) ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15.
(9) ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4.”
(10) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.”
(11) Sentejn wara id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(12) Tlett snin wara id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.