Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0915(01)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

ĠU C 222, 15.9.2009, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/8


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 222/06

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għat-tressiq ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006

“TETTNANGER HOPFEN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0528-14.03.2006

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi.

1.   Dipartiment Responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Bundesministerium der Justiz

Indirizz:

Mohrenstraße 37

10117 Berlin

DEUTSCHLAND

Tel.

+49 302025-70

Feks

+49 302025-8251

Posta elettronika:

2.   Għaqda:

Isem:

HVG Service Baden-Württemberg e.V.

Indirizz:

Kaltenberger Str. 5

88069 Tettnang

DEUTSCHLAND

Tel.

+49 754252136

Feks

+49 754252160

Posta elettronika:

j.weishaupt@tettnanger-hopfen.de

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.8:

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat tal-KE, ħops

4.   Speċifikazzjoni:

(Sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Tettnanger Hopfen”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-Botanika: mill-aspett botaniku, il-ħops (humulus lupulus) huwa kklassifikat fl-Ordni tal-ħurrieq (urticales) u fil-familja tal-qanneb (cannabaceae). Il-ħops jieħu żewġ suriet, jiġifieri kull xitla tal-ħops ikollha esklussivament zahar femmili jew maskili. Jiġi kkkultivat biss il-“ħops femminili”, li minn żahru jiżviluppaw il-koni. Il-protezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tkopri biss il-koni tal-ħops femminili (ħops naturali) u l-prodotti li jidderivaw mill-ipproċessar tagħhom, f'dan il-każ speċjalment il-pellets u l-estratt tal-ħops. Il-koni tal-ħops jikkonsistu minn brakti, braktjoli u magħżeb, li lkoll jipprovdu l-ingredjenti tat-Tettnanger Hopfen li huma ta' valur għall-produzzjoni tal-birra. Ix-xitla tal-ħops hija waħda tal-jiem li jiqsaru, jiġifieri x-xitla tikber u tinfirex fiż-żmien li matulu l-jiem jitwalu, filwaqt li ż-żahar jifforma minn madwar il-21 ta' Ġunju, meta l-jiem jerġgħu jibdew jiqsaru. It-Tettnanger Hopfen, minħabba fatturi favorevoli tal-qagħda tiegħu, (l-art, il-kwantità tax-xita u t-temperatura medja), b'kuntrast ma' żoni oħra ta' kultivazzjoni jilħaq sa 8.3 m (ix-xeblik fiż-żoni ta' kultivazzjoni l-oħra normalment jilħaq għoli ta' 7 sa 7.5 m). Jikber malajr (sa 30 cm kull jum), u jobrom lejn il-lemin. Iġibu l-isem ta' “Tettnanger Hopfen” il-varjetajiet aromatiċi miż-żona ta' kultivazzjoni ta' Tettnang. Flimkien mal-varjetajiet ewlenin (mill-1973 kollettivament imsejħa “Tettnanger Frühhopfen”; P. Heidtmann “Grünes Gold” 1994, p. 342) u l-varjetà Hallertauer Mittelfrüher jitkabbru wkoll il-varjetajiet Hallertauer Tradition u Perle. Il-varjetà Tettnanger titkabbar biss fiż-żona ta' kultivazzjoni ta' Tettnang.

L-użu: it-Tettnanger Hopfen jaqdi kważi esklussivament (madwar 99 %) il-produzzjoni tal-birra (parti ċkejkna taqdi ħtiġijiet tal-farmaċewtika). Għand l-utent, fil-parti l-kbira tiegħu t-Tettnanger Hopfen jasal fil-forma pproċessata ta' pellets tal-ħops; fi proporzjon anqas, ġaladarba xi elementi tal-aroma tat-Tettnanger Hopfen jistgħu jintilfu fl-estrazzjoni, fil-forma ta' estratt tal-ħops.

Ingredjenti: fil-ħops, is-sustanzi importanti huma dawk morri (raża tal-ħops), aromatiċi (żjut eteriċi u tannini (polifenoli). Il-lokalità ta' Tettnang tiddefinixxi lilha nnifisha bħala żona ta' kultivazzjoni tal-ħops aromatiċi. It-Tettnanger Hopfen il-fama dinjija tiegħu jafha b'mod speċjali għas-sustanzi aromatiċi fini ħafna, magħmula minn aktar minn 300 komponent ta' żjut eteriċi. Id-deskrizzjoni tal-aroma tat-Tettnanger Hopfen tipikament tkun ikkaratterizzata b'referenzi għall-fjuri, iċ-ċitru, il-frott, iċ-ċawsli, il-ħlewwa u t-togħma mħawra. Għall-ħops taż-żona ta' kultivazzjoni ta' Tettnang, l-“aroma komprensiva” tkun deskritta bħala “armonjuża, moderata u li ddum”.

Flimkien ma' din il-klassifikazzjoni, fis-suq tal-ħops uffiċjalment isiru distinzjonijiet skont il-komponenti “l-iprem aroma, aromatiku, ħops morr, ħops ta' kwalitá alfa għolja”. Mit-Tettnanger Hopfen, 96 % (il-varjetajiet Tettnanger u Hallertauer) jaqgħu fil-klassi “l-iprem aroma”, filwaqt li l-4 % l-oħra (il-varjetajiet Perle u Hallertauer Tradition) huma kklassifikati bħala “aromatiċi”.

Minħabba li bosta mit-300 komponent aromatiku għadhom jaħarbu lis-sensi tal-bniedem, hija l-impressjoni aromatika soġġettiva li tgħodd għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-birreriji u għax-xerrejja (qabel jixtri, dak li jkun ixomm il-ħops b'attenzjoni). L-esperti fil-qasam jgħidu li t-Tettnanger Hopfen huwa l-aħjar fost il-ħops kollha.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tikkorrispondi maż-żona agrikola ta' Tettnang. Din tinkludi: 1. Fid-distrett (Kreis) tal-Bodensee, il-lokalitajiet Eriskirch, Friedrichshafen, Hagnau am Bodensee, Immenstaad am Bodensee, Kressbronn am Bodensee, Langenargen, Markdorf, Meckenbeuren, Neukirch, Oberteuringen u Tettnang; 2. fid-distrett (Landkreis) Ravensburg, il-lokalitajiet Achberg, Amtzell, Berg, Bodnegg, Grünkraut, Ravensburg, Wangen im Allgäu (iż-żona tal-lokalitajiet ta' dari Neuravensburg u Schomburg); 3. fid-distrett (Landkreis) Lindau (Bodensee), il-lokalitajiet Bodolz, Lindau (Bodensee), Nonnenhorn u Wasserburg (Bodensee).

4.4.   Prova tal-oriġini:

L-oriġini tal-ħops ġiet irregolata għall-ewwel darba fl-1929, bl-hekk imsejħa Liġi dwar l-Oriġini tal-Ħops, u mbagħad bil-Liġi dwar il-Ħops tal-1996. L-isem taż-żona “Tettnang” ilu kważi protett, bħala element obbligatorju tal-informazzjoni (flimkien mas-sena u t-tip) fuq l-imballaġġ tal-ħops, mil-Liġi dwar l-Oriġini tal-Ħops tal-1929. L-oriġini u t-traċċabbiltà tat-Tettnanger Hopfen miż-żona agrikola ta' Tettnanng ilhom għexieren ta' snin iggarantiti, bħal l-ebda prodott agrikolu ieħor. Uffiċjali pubbliċi ġuramentati waqt l-użin jittimbraw kull imballaġġ u miegħu ċertifikat ta' akkumpanjament, li jitqies bħala “Ċertifikat tat-Twelid” u li jeħtieġlu jinkludi: l-oriġini, il-Land federali, iż-żona ta' kultivazzjoni, il-livell tal-ipproċessar, in-numru tas-sala tal-ittimbrar, il-piż tal-pakkett individwali, l-għadd tal-pakketti, it-tip u s-sena. Barra minn hekk, il-kultivatur tal-ħops jikkonferma l-oriġini tal-ħops fuq ċertifikat apposta.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Is-sena tal-ħops f'Tettnang iddum minn Marzu sa Settembru. It-Tettnanger Hopfen jiġi ppropagat permezz ta' tnissil meħud mill-uċuħ tal-operatur stess jew inkella minn xtieli fl-għelieqi ġirien, fi kwlunkwe każ 100 % miż-żona ta' kultivazzjoni ta' Tettnang. Il-kultivatur tal-ħops jibda għaddej minn April bix-xogħol fuq il-ħamrija (tqallib u ħrit tal-art). Fl-inħawi ta' Tettnang, il-kultivaturi tal-ħops jibdew ix-xeblik biss fir-rebbiegħa, mhux bħal bdiewa fi nħawi oħra li dan jagħmluh sa mix-xitwa. Dan minħabba s-sistema ta' rfid speċifika għar-reġjun. Filwaqt li f'żoni oħra ta' kultivazzjoni hemm l-użu predominanti ta' ringiela waħda, f'Tettnang jintużaw sitt ringieli ta' ħops għal kull waħda li titħalla għall-mogħdija tal-makkinarju. Fil-bidu ta' April sa nofsu, ix-xtieli jinqatagħlhom ix-xniexel żejda taħt wiċċ il-ħamrija, ħalli jikber il-ġdid. B'kuntast ma' żoni oħra ta' kultivazzjoni tal-ħops, f'Tettnang dan il-qtugħ iseħħ madwar ġimagħtejn jew tliet ġimgħat aktar tard, ġaladarba x-xteli jikbru u jimmaturaw aktar malajr fiż-żona ta' Tettnang minħabba kundizzjonijiet klimatiċi aktar favorevoli. Barra minn hekk, f'Tetnang jinsab l-ogħla xeblik (sa 8.3 m). Taħt l-influwenza ta' kundizzjonijiet tal-art u tal-klima (il-kwantita ta' ilma, it-tul ta' temp xemxi), il-ħops għandu bżonn aktar spazju fejn jinfirex.

Wara jiġi l-frix tal-wajers tax-xeblik. Il-wajers ta' madwar 8.5 m tul jitwaħħlu ma' qafas u jiġu ankrati mal-art. Minn kull 50 rimja jintgħażlu 4 rimjiet li jitqiegħdu b'tali mod li jistgħu jixxebilku ma' wajer. Wara dan jingħata d-demel għal darbtejn jew tliet darbiet, u jitwettqu wkoll miżuri għall-ħarsien tal-pjanti mill-mard. Fi tmiem Ġunju l-ħops jilħqu l-għoli tax-xeblik, u jibdew jipproduċu ż-żahar (tkabbir ġenerattiv). Partikolarità waħda hija li waqt il-fażi taż-żahar jinżera wiċċ tal-għata tal-ħamrija (il-kultivaturi tal-ħops ta' Tettnang volontarjament qablu li ma jużawx erbiċidi), u għaldaqstant minn hemm 'il quddiem ma jkun meħtieġ l-ebda xogħol ta' ħdim tal-art. Permezz ta' dan, ma jitħalliex li l-ħamrija ssir kompatta wisq jew tinfaqa' bl-ilma, filwaqt li tinġieb 'il quddiem il-formazzjoni tat-terriċċju.

Il-ħsad jibda madwar l-20 ta' Awwissu. Il-weraq, ir-rimjiet u l-koni jinqatgħu mix-xitla u jitnaddfu. Wara t-tnixxif (f'temperatura massima ta' 62 grad biex ma titħassarx l-aroma fina) u b'indewwa ta' madwar 11 % kontenut ta' ilma, il-ħops jiġi ppakkjat u jittieħed fis-sala tal-ittimbrar tal-post, fejn jintiżen, jittieħdu minnu kampjuni (għall-analiżi indipendenti fil-laboratorju), jiġi ssiġillat u ċċertifikat. Dan jirrapreżenta pass preliminari għall-ipproċessar tal-ħops f'pellets u estratti, proċessar li ma jitwettaqx fiż-żona ġeografika.

4.6.   Konnessjoni maż-żona ġeografika:

Il-kultivazzjoni tal-ħops fiż-żona ta' Tettnang jissemma uffiċjalment għall-ewwel darba fl-1150. Fir-reġistri ta' dik li dak iż-żmien kienet l-Oberamt Tettnang jissemmew 14-il birrerija (ara Memminger, “Beschreibung des Oberamts Tettnang”, 1838, p. 62), minnhom tlieta biex jaqdu l-belt. Tliet snin wara, fl-1841, l-għadd ta' dawn tal-aħħar kien diġà tela' għal sitta. Il-proprjetarji kienu jkabbru l-ħops tagħhom huma stess. Il-kultivazzjoni ppjanata talk-ħops daħħluha fl-1844 it-tabib distrettwali Johann Nepomuk von Lentz u tmien ċittadini tal-belt, f'żona fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi ma kinux favorevoli għall-kultivazzjoni tad-dwieli tal-inbid. It-twessigħ ta' din il-medda ta' kultivazzjoni, li lejn it-Tramuntana malajr għaqdet ma' żoni eqdem ta' kultivazzjoni f'Altshausen (minn madwar l-1821; P. Heidtmann “Grünes Gold” 1994, p. 14), beda jseħħ mill-1860 'il quddiem (1864 = 91 ettaru, 1866 = 160 ettaru, 1875 = 400 ettaru, 1914 = 630 ettaru; P. Heidtmann “Grünes Gold” 1994, p. 22 et seq.). Iż-żona ta' kultivazzjoni ta' Tettnang rat l-akbar espansjoni tagħha fid-disgħinijiet tas-seklu XX, għal 1 650 ettaru (UE – Rapport dwar is-Suq tal-Ħops, HVG-Bericht 1997). Fiż-żona ta' Tettnang dejjem intgħażlu u tkabbru biss ħops aromatiċi.

Il-ħops ta' Tettnang jitkabbru biss fil-ħamrija ramlija tas-saffi t'isfel tal-moraine tal-aħħar żmien tal-glaċjazzjoni Wurm fil-baċir ta' Schussen, matul ix-xmara Argen u l-ġnub tagħha fi Żmien is-Silġ. Din il-formazzjoni tal-art bi flussi tal-ilma fil-fond lill-ħops tħallihom ixenxlu għeruq fondi (sa żewġ metri). Fl-istess waqt dan jiggarantixxi provvista ma taqta' xejn ta' ilma, anki fi żminijiet ta' nixfa estrema. Il-klima moderata ta' din iż-żona f'għoli bejn 400 u 600 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, irreolata mill-Bodensee, għandha rwol addizzjonali u essenzjali biex il-ħops ikollu aroma partikolari.

It-Tennnanger Hopfen hawnhekk isib kundizzjonaijiet klimatiċi uniċi (temperaura medja matul is-sena, tul ta' żmien ta' temp xemxi u kwantitá ta' xita). Pereżempju, il-valuri medji matul dawn l-aħħar 30 sena (il-qagħda fl-2009) kienu temperatura ta' 9.4 grad C, 1 800 siegħa xemx u 1 136 mm xita, wisq aktar mill-medja ta' 30 sena għaż-żoni l-oħra tal-kultivazzjoni tal-ħops.

L-effetti konġunt tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u dawk klimatiċi jikkawżaw l-ogħla livelli ta' tkabbir u formazzjoni tal-koni tat-Tettnanger Hopfen, u b'hekk l-omoġeneità tiegħu, fil-parti l-kbira tagħha kundizzjonata mill-ġeografija. Il-fatt li hemm din l-omoġeneita tat-Tettnanger Hopfen ikkonfermawh l-Università ta' Hohenheim fir-rigward tal-varjetà Tettnang u l-Birrerija Anheuser/Busch fir-rigward tal-varjetà Hallertauer Mittelfrüher. Barra minn hekk, kull lott ta' ħops jiġi analizzat fil-laboratorju ta' Tettnang, fejn jiġu eżaminati l-karatteristiċi esterni ta' kwalità (eż. sinjali ta' mard, indewwa, safa tal-varjetà u omoġeneità). Kull sena jiġi kkonfermat li t-Tettnanger Hopfen għandu omoġeneità kbira.

Il-fama tat-Tettnanger Hopfen xterdet lil hinn sewwa mill-konfini tar-reġjun.

L-aroma mill-ifjen tat-Tettnanger Hopfen, mill-kapitali ċkejkna imma fina tal-ħops, Tettnang, għandha ammiraturi kemm fl-Istati Uniti tal-Amerika kif ukoll fil-Ġappun. Pereżempju, espressjoni speċjali tal-qima u l-benna tingħata kull meta produttur tal-birra fl-Istati Uniti fuq it-tikketta jispeċifika “brewed with Tettnang Hops”, ħaġa li spiss issir. It-Tettnanger Hopfen, bis-saħħa tal-benna tiegħu, dejjem iġib l-ogħla prezzijiet tal-bejgħ (Rapporti tal-UE għad-disgħinijiet, Jahresberichte 1990-2000 bayerisches Landesanstalt; P. Heidtmann “Grünes Gold” 1994, p. 368, 369). Imma anki l-bnedmin fil-belt tal-ħops Tettnang jgħixu mal-ħops u għalih. Dan jixhduh l-istrutturi u l-okkażjonijiet reġjonali bit-tema tat-Tettnanger Hopfen. Pereżempju, il-Mużew tat-Tettnanger Hopfen ilu mill-1995 jesponi l-faxxinu kollu tal-kultivazzjoni tal-ħops. Mal-erba' kilometri tul tat-Tettnanger Hopfenpfad il-viżitatur interessat jista jikseb it-tagħrif kollu li jkun irid dwar it-Tettnanger Hopfen. Hemm ukoll dawra għaċ-ċiklisti twila 42 kilometru, l-hekk imsejħa Tettnanger Hopfenschlaufe, li tgħaddi lil dak li jkun miż-żona ta' kultivazjzoni ta' Tettnang. Ir-residenti jiċċelebraw it-tradizzjoni twila tad-“deheb aħdar” tagħhom kull sena fil-festa tal-ħops f'Tettnang-Kau, li ssir f'Awwissu ftit qabel il-ħsad. Fl-aħħar nett, ta' min jingħad li kul sentejn jintgħażlu Reġina u żewġ Prinċipessi tal-Ħops, li jirrappreżentaw lit-Tettnanger Hopfen fir-reġjun u madwar id-dinja.

4.7.   Korp ta' spezzjoni:

Isem:

Lacon GmbH

Indirizz:

Weingartenstr. 15

77654 Offenburg

DEUTSCHLAND

Tel.

+49 781919 3730

Feks

+49 781919 3750

Posta elettronika:

lacon@lacon-institut.org

4.8.   Tikkettar:


Top