This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0912(01)
Communication from the Commission — Statement by the Commission with regard to the entry into force on 19 May 2009 of the Second Protocol to the Convention on the protection of the European Communities’ financial interests
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dħul fis-seħħ fid- 19 ta’ Mejju 2009 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dħul fis-seħħ fid- 19 ta’ Mejju 2009 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 219, 12.9.2009, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/1 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dħul fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2009 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej
2009/C 219/01
Skont l-Artikolu 16 tiegħu, it-Tieni Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej jidħol fis-seħħ, disgħin jum wara li tkun saret in-notifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-finalizzazzjoni tal-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni ta’ dak il-Protokoll, mill-Istat li jkun membru tal-Unjoni Ewropea, fil-jum tal-adozzjoni mill-Kunsill tal-att imfassal minn dak il-Protokoll, li jkun l-aħħar stat li jtemm dik il-formalità.
Minħabba li l-aħħar ta’ dawn in-notifiki seħħew fit-18 ta’ Frar 2009, it-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interssi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2009.
Il-Kummissjoni terġa’ tisħaq fuq l-impenji tagħha li taċċetta l-inkarigi fdati lilha taħt l-Artikolu 7 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, kif inhuma minquxa fid-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 mehmuż ma’ dak il-Protokoll.
Il-Kummissjoni tinnota li:
— |
l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta personali magħmula mill-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jipprovdi wkoll li l-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jew kwalunkwe att Komunitarju konness mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali minn istituzzjoni tal-Komunità jew minn entità issir minn awtorità indipendenti ta’ superviżjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, |
— |
fil-kuntest tal-iskambju tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 7 (2) tat-Tieni Protokoll, u skont l-Artikolu 8 tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta, livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal-livell ta’ protezzjoni stabbilita fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u tal-moviment ħieles ta’ dejta bħal din (1) hi żgurata mill-Kummissjoni (OLAF) permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (2), |
— |
l-awtorità ta’ Superviżjoni għall-iskop tal-eżerċizzju tal-funżjoni ta’ superviżjoni għal protezzjoni ta’ dejta personali miżmuma mill-Kummissjoni (OLAF) rikjesta skont l-Artikolu 11 tat-Tieni Protokoll hi l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li hu l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 45/2001, |
— |
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha l-ġurisdizzjoni biex tisma’ t-tilwimiet kollha li huma konnessi mad-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif rikjesti mill-Artikolu 15 tat-Tieni Protokoll. |
Konsegwentement, wara li ssodisfat l-obbligi tagħha biex tippubblika r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 9 tat-Tieni Protokoll u t-termini tal-Artikolu 11 tat-Tieni Protokoll dwar l-awtorità ta’ superviżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li tkun implimentat l-obbligazzjonijiet tagħha bir-riżultat li l-Artikolu 7 (2) tat-Tieni Protokoll jsir applikabbli kollu kemm hu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jkunu rratifikaw dak il-protokoll.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.