Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0553

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid

    /* KUMM/2009/0553 finali */

    52009PC0553

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid /* KUMM/2009/0553 finali */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 16.10.2009

    KUMM(2009)553 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jistipula għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Kuntest tal-proposta |

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Ir-Regolament dwar l-opportunitajiet annwali tas-sajd huwa l-istrument ewlieni tal-politika ta’ konservazzjoni taħt il-Politika Komuni tas-Sajd. Jinkludi limiti tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd fil-kuntest ta' pjanijiet ta’ rkupru u pjanijiet fit-tul u inkluda wkoll (ara is-sezzjoni 5) miżuri temporanji u derogi għal leġiżlazzjoni oħra (bħar-Regolament dwar il-miżuri tekniċi, ir-Regolament dwar ir-restrizzjoni tal-isforzi tas-sajd għall-ispeċijiet tal-qiegħ, eċċ.). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2009) 224 finali) toffri l-isfond tal-proposta. Bosta stokkijiet tal-ħut huma soġġetti għal parir sabiex il-qabdiet jitnaqqsu għal żero jew għall-aktar livell baxx possibbli. Ħafna stokkijiet jinsabu barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri. Minkejja miżuri ta' konservazzjoni imposti skont il-PKS, l-għadd ta' stokkijiet f'dawn il-kategoriji vulnerabbli mhux qed jonqos. Dik l-analiżi tikkonferma li miżuri ta' konservazzjoni msaħħa għall-istokkijiet sfruttati ta' ħut huma meħtieġa ferm. Għall-2010, il-pariri mill-ICES u mill-STECF għal darb’oħra jenfasizzaw il-qagħda mwegħra ta’ ħafna mir-riżorsi ta’ ħut fl-ilmijiet Komunitarji. Il-maġġoranza tal-istokkijiet huma sfruttati f’livelli ogħla minn dawk li jikkorrispondu mal-ogħla rendiment sostenibbli.. Ħafna huma sfruttati lil hinn mil-livelli prekawzjonarji, u għadd ta’ stokkijiet prinċipali, inkluż il-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-merluzz, huma sfruttati f’livelli li jissarrfu f’riskju għoli ħafna ta’ falliment riproduttiv. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jesiġi li l-Kummissjoni tipproponi annwalment il-limiti tal-qbid u tal-isforzi tas-sajd biex jiġi żgurat li s-sajd Komunitarju jkun ekoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli. |

    Kuntest ġenerali Ir-riżorsi tas-sajd, f'ħafna każijiet, huma sfruttati żżejjed. Kull sena l-Kunsill jistabbilixxi limiti tal-qbid imma l-livell reali ta’ qabdiet jibqa’, f’ħafna każijiet, ogħla minn dak li jipprovdi rendiment sostenibbli. Dan jirriżulta f'limiti tal-qbid li kultant jiġu ffissati f’livelli għoljin iżżejjed biex jiżguraw is-sostenibbiltà u għall-infurzar dgħajjef ta’ dawn il-limiti tal-qbid f’għadd ta’ każijiet. Fi snin reċenti, il-limiti tal-isforzi ġew introdotti f’ċertu sajd biex isaħħu l-limiti tal-qbid, u pjanijiet ta’ rkupru multiannwali ġew introdotti għal uħud mill-istokkijiet biex jiġu stabbiliti limiti tal-qbid annwali fi ħdan qafas li hu mfassal sabiex tinkiseb sostenibbiltà permezz ta’ tnaqqis gradwali tal-mortalità mis-sajd. Nuqqas ta’ kontroll effettiv tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd jirriżulta f'aktar tnaqqis tar-riżorsi tas-sajd. Tali tnaqqis mhuwiex kompatibbli mal-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jinkiseb sajd sostenibbli fil-Komunità. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet eżistenti fiż-żona tal-proposta huma applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2009, bl-eċċezzjoni ta' ċerti limiti tal-isforz li huma applikabbli sal-31 ta' Jannar 2010. |

    Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Il-miżuri proposti huma mfassla f’konformità mal-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika Komunitarja dwar l-iżvilupp sostenibbli. |

    2. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt |

    Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

    Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira, u profil ġenerali ta' dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni Il-proposta tqis il-konsultazzjonijiet li saru mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (l-'ACFA' huwa magħmul minn rappreżentanti minn organizzazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw is-settur tal-produzzjoni, l-industrija tal-ipproċessar u l-kummerċ fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll organizzazzjonijiet mhux professjonali li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, l-ambjent u dawk marbuta mal-iżvilupp) u mal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) li għandhom interess fis-sajd ikkonċernat mill-proposta. Dawn il-konsultazzjonijiet saru abbażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-titjib fil-konsultazzjoni dwar il-ġestjoni tas-sajd Komunitarju (COM(2006)246 finali), li tfassal il-prinċipji għall-hekk imsejjaħ proċess ta' front-loading, u fuq il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar opportunitajiet ta' sajd għall-2010 (COM(2009)224 finali), li tipproponi l-opinjonijiet u l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposti tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd, sakemm jasal il-parir xjentifiku dwar il-qagħda tal-istokkijiet għall-2010. |

    Sinteżi tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati L-RACs jinsistu fuq il-ħtieġa li kull tibdil fit-TACs u l-Kwoti annwali jkun gradwali, biex jiġi minimizzat t-tfixkil tal-attività ekonomika fuq żmien qasir. Kif inhu ċar mill-ispjegazzjoni dettaljata tal-proposta ta’ hawn taħt, il-prinċipju ta’ aġġustament gradwali u l-limitu ta’ tibdiliet annwali fil-possibbiltajiet ta’ sajd ġie inkorporat fil-proposta, kull fejn dan kien possibbli, mingħajr deterjorament fil-qagħda tar-riżorsi vulnerabbli. |

    Ġbir u użu tal-għarfien espert |

    Oqsma xjentifiċi jew ta’ għarfien espert konċernati Il-bijoloġija tas-sajd u l-ekonomiji tas-sajd. |

    Metodoloġija użata Il-konsultazzjoni ma’ korp xjentifiku indipendenti internazzjonali, l-ICES, u l-organizzazzjoni tal-laqgħa plenarja tal-STECF. |

    Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin konsultati - Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). - Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |

    Sinteżi tal-pariri li waslu u ntużaw Issemmiet l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. Hemm qbil unanimu dwar l-eżistenza ta’ dawn ir-riskji. |

    L-STECF jikkonferma, u f’ċerti każijiet żviluppa fuq, il-pariri mogħtija mill-ICES. |

    Mezzi li ntużaw biex il-parir espert ikun disponibbli pubblikament Ir-rapporti kollha tal-STECF jinsabu, wara l-adozzjoni formali tagħhom mill-Kummissjoni, fuq il-websajt tad-DĠ MARE. |

    Valutazzjoni tal-impatt Il-miżuri ta’ limiti tal-qbid u tal-isforz iridu jiġu adottati mill-awtoritajiet pubbliċi, kif stipulat fl-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Il-miżuri proposti, jekk jitwettqu, se jirriżultaw fi tnaqqis ġenerali tal-opportunitajiet ta’ sajd għall-bastimenti Komunitarji. Il-proposta ma tikkonċernax biss deċiżjonijiet fuq żmien qasir iżda hi wkoll parti minn strateġija fit-tul fejn il-livell tas-sajd għandu jitnaqqas gradwalment għal livelli sostenibbli fit-tul. L-approċċ meħud fil-proposta se jirriżulta fuq żmien qasir f’TACs imnaqqsa iżda hekk kif l-istokkijiet sfruttati żżejjed jirkupraw, il-possibbiltajiet ta’ qbid se jiżdiedu. Il-konsegwenzi tal-approċċ fuq żmien medju għal żmien twil huma mbassra li jkunu impatt ridott fuq l-ambjent bħala konsegwenza tat-tnaqqis fl-isforz tas-sajd, tnaqqis fil-qasam tal-qbid f’termini ta’ għadd ta’ bastimenti u/jew fil-medja tal-isforz tas-sajd għal kull bastiment, u l-istess ammont jew aktar ta’ ħatt l-art. |

    3. Elementi legali tal-proposta |

    Sinteżi tal-azzjoni proposta Il-proposta tistabbilixxi l-limiti tal-qbid u tal-isforz li huma applikabbli għas-sajd Komunitarju, u għas-sajd internazzjonali li fih jieħdu sehem bastimenti Komunitarji, sabiex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat sajd f’livelli li huma bijoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli. |

    Bażi legali L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |

    Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. |

    Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja. |

    Il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni u għandha għalhekk tiġi implimentata permezz ta’ Regolamenti tal-Kunsill. Ir-Regolament tal-Kunsill konċernat jalloka l-opportunitajiet ta’ sajd lill-Istati Membri li madankollu huma ħielsa għal kollox li jallokaw dawn l-opportunitajiet bejn reġjuni jew operaturi kif jidhrilhom xieraq, u għalhekk l-Istati Membri għandhom ħafna diskrezjoni fir-rigward ta' deċiżjonijiet marbuta mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom għall-isfruttament tal-opportunitajiet ta’ sajd allokati lilhom. |

    Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji ġodda għall-Istati Membri. Dan ir-Regolament jiġi adottat mill-Kunsill kull sena, u l-mezzi pubbliċi u privati għall-implimentazzjoni tiegħu diġà jeżistu. |

    Għażla tal-istrumenti |

    Strumenti proposti: Ir-Regolament. |

    Mezzi oħra ma jkunux tajbin minħabba r-raġuni li ġejja: Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd li, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, għandha tiġi implimentata permezz ta’ Regolament tal-Kunsill annwali b’maġġoranza kwalifikata. |

    4. Implikazzjoni baġitarja |

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. |

    5. Tagħrif addizzjonali |

    Simplifikazzjoni |

    Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (tal-KE jew nazzjonali), b'mod partikolari fir-rigward ta' rekwiżiti marbuta mat-trażmissjoni tad-dejta dwar l-applikazzjoni tal-ġestjoni tal-isforzi. |

    Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni |

    Il-proposta tirrigwarda Regolament annwali għas-sena 2010 u għalhekk ma tinkludix klawżola ta' reviżjoni. |

    Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Meta kkumparata ma' snin ta' qabel, il-proposta hija aktar limitata fl-ambitu u ma għadhiex tinkludi dawk imsejħa 'kundizzjonijiet assoċjati' rilevanti għall-użu tal-opportunitajiet tas-sajd , imma mhux funzjonalment marbuta magħhom. Dan huwa meħtieġ fid-dawl tad-dħul fis-seħħ possibbli tat-Trattat ta' Liżbona qabel il-mument tal-adozzjoni tal-proposta mill-Kunsill f'Diċembru. It-Trattat ta’ Liżbona jistabbilixxi l-kodeċiżjoni bħala l-proċedura ordinarja għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet marbuta mal-PKS. Fl-Artikolu 43(3) tat-Trattat hemm prevista eċċezzjoni fir-rigward ta’ miżuri “dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd”. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, mingħajr l-involviment tal-Parlament. Għalhekk ikun importanti li niddistingwu biċ-ċar bejn miżuri li jistgħu jitqiesu li huma funzjonalment marbuta mal-iffissar ul-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u dawk li, għall-kuntrarju, għandhom jiġu adottati permezz tal-kodeċiżjoni. Fir-rigward tal-limiti tal-qbid u l-ġestjoni tal-isforzi, il-proposta hija f'konformità mal-prinċipji tal-hekk imsejjaħ proċess ta' front-loading, li huma stipulati fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-titjib fil-konsultazzjoni dwar il-ġestjoni tas-sajd Komunitarju (COM(2006)246 finali) u fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar opportunitajiet ta' sajd għall-2009 (COM(2009)224 finali), li tipproponi l-opinjonijiet u l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposti tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd, sakemm jasal il-parir xjentifiku dwar il-qagħda tal-istokkijiet għall-2010. F'konformità ma' dik il-Komunikazzjoni, għal għadd dejjem ikbar ta’ stokkijiet, bħal pereżempju tal-merluzz, tal-marlozz, tal-lingwata, tal-barbun tat-tbajja' u tan-nephrops, ġew stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd abbażi tar-regoli stipulati fil-pjanijiet multiannwali rilevanti fuq żmien twil. Għal dawk l-istokkijiet li għalihom ġew proposti pjanijiet ġodda fuq żmien twil (stokk fil-Punent tas-sawrell, tal-marlozz tat-Tramuntana), kif ukoll għal dawk l-istokkijiet li għalihom il-Kunsill u l-Kummissjoni kkommettew rwieħhom permezz ta' dikjarazzjoni adottata fil-Kunsill ta' Diċembru tal-2008 (l-aringa fil-Baħar Ċeltiku u l-haddock fiż-żoni Vb u VIa), il-proposta ssegwi r-regoli stipulati fiha. F'konformità mal-proċess ta' front-loading, matul is-sena saru konsultazzjonijiet ma' partijiet interessati u Stati Membri, b'mod partikolari permezz ta' laqgħa konġunta tal-partijiet interessati (RACs u ACFA) u l-Istati Membri fit-23 ta' Lulju u laqgħa mal-partijiet interessati biss (RACs u ACFA) fid-29 ta' Settembru 2009. Barra minn hekk, il-proposta hija f'konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tas-sostenibbiltà fis-sajd tal-UE permezz tal-ogħla rendiment sostenibbli (COM(2006)360finali), fis-sens li l-proposta ma tikkorrispondix ma' żieda fil-mortalità fil-ħut. Żidiet bħal dawn ikunu f'kunflitt mal-impenn li ħadu l-Komunità u l-Istati Membri fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Johannesburg sabiex iżommu jew jirrestawraw l-istokkijiet għal-livelli li jistgħu jipproduċu l-ogħla rendiment sostenibbli, bl-għan li dawn l-għanijiet jinkisbu b'urġenza għall-istokkijiet eżawriti, u fejn hu possibbli mhux aktar tard mill-2015. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-isforz, fl-2008 ġiet stabbilita sistema abbażi ta' jiem kilowatt għas-sajd tal-merluzz (ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008). Din ġiet applikata fl-2009 u se titkompla fl-2010. Għall-ġestjoni tal-isforz għal-lingwata fil-Kanal tal-Punent u għall-marlozz tan-Nofsinhar u n-nephrops, is-sistema ta' ġestjoni ta' jiem fuq il-baħar għal kull tip ta' bastiment li għandu rekord fis-sajd, se tkompli tapplika matul l-2010, iżda r-regolament propost se jibqa' jippermetti lill-Istati Membri japplikaw sistema ta' jiem kilowatt sabiex jagħmlu użu aktar effikaċi tal-opportunitajiet tas-sajd u sabiex jistimula prattiki ta' konservazzjoni bi ftehim mas-settur tas-sajd. Il-proposta tinkludi limiti tal-qbid maqbula fil-kuntest ta’ ċerti Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd. Il-limiti tal-qbid u rakkomandazzjonijiet oħra mill-Organizzazzjoni għas-Sajd fix-Xlokk tal-Atlantiku (SEAFO), l-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPFO), il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn tan-Nofsinhar (CCSBT), il-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar it-Tonn Tropikali (IATTC), il-Kummissjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Antartiku (CCAMLR), il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), għandhom jinħarġu b’riżultat tal-laqgħat annwali ta’ dawn l-organizzazzjonijiet f’Novembru u Diċembru 2009. It-TACs għall-istokkijiet fl-ilmijiet ta’ Greenland, kif ukoll stokkijiet maqsuma man-Norveġja, għadhom mhumiex disponibbli, sakemm jiġu konklużi l-konsultazzjonijiet f’Novembru u Diċembru tal-2009. Dawn it-TACs huma ppreżentati bħala pro memoria (pm). Wieħed għandu jinnota wkoll li fl-Anness II, li jirrigwarda l-limitai għall-isforz tas-sajd għall-bastimenti fil-kuntest tal-irkupru ta' ċerti stokkijiet, fosthom il-merluzz, l-isforz massimu tas-sajd permess, sew jekk hux imkejjel f’jiem fuq il-baħar għal kull bastiment inkella f'jiem kilowatt għal kull grupp ta’ sforz, ukoll huma indikati attwalment bħala pm, peress li l-Kummissjoni għada qed tanalizza t-tagħrif u l-pariri mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) fir-rigward tax-xejriet fl-isforz u fil-qbid sa tmiem is-sena 2007. L-STECF se jkollu l-laqgħa plenarja f'Novembru 2009, segwita mir-rapport finali tiegħu li jkun disponibbli fuq il-websajt tal-STECF. Il-metodoloġija għall-iffissar tal-isforz finali tas-sajd rigward is-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIa u IV ukoll għadha qed tiġi analizzata. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-isforz għall-istokkijiet tal-baħar fond, f’Diċembru 2006 il-Kunsill adotta tnaqqis ta’ 10 % fl-isforz għal speċijiet tal-qiegħ, meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Dan it-tnaqqis, madankollu, huwa inqas mill-35% meħtieġ mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC). Tnaqqis ulterjuri ta' 10% mill-istess livell ta' referenza ġie deċiż għas-snin 2008 u 2009. Għas-sena 2010, mhux se jkun hemm aktar tnaqqis tal-isforz. Madankollu, l-isforz massimu se jibqa' fil-livell applikabbli tal-2009, li huwa 65% tal-medja tal-isforz annwali magħmul mill-bastimenti tal-Istati Membri konċernati fl-2003. Din it-tkomplija tal-limitu tal-isforz hija meħtieġa, kemm biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali tal-Komunità kif ukoll għall-ħarsien tal-istokkijiet li, kif enfasizzat l-ICES għal bosta snin, huma estremament fraġli u għandhom bżonn protezzjoni urġenti minħabba l-potenzjal ta’ riproduzzjoni tagħhom estremament baxx. Sistemi ta’ ġestjoni ta’ matul is-sena huma miżmuma għal stokkijiet b'ħajja qasira bħalma huma ċ-ċiċċirell, in-Norway pout u l-laċċa kaħla fil-Baħar tat-Tramuntana. F'dawn il-każijiet, l-opportunitajiet ta' sajd proposti għall-ewwel parti tal-2010 jistgħu jiġu riveduti matul is-sena f'konformità mal-parir xjentifiku aġġornat, permezz ta' Regolamenti tal-Kummissjoni li se jippermettu l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri ta' ġestjoni pjanati. Il-metodoloġija għall-kalkolu taċ-ċifra xierqa għar-reviżjoni ta' matul is-sena tat-TAC taċ-ċiċċirell qegħda tiġi analizzata bħalissa. X'aktarx se jkun hemm ftehim man-Norveġja dwar metodoloġija ġdida fil-ħarifa, u għalhekk x'aktarx li l-Anness IID jkun mibdul sostanzjalment. Ir-Regolament mhux se jibqa' jinkludi sistema ta' ġestjoni ta' matul is-sena għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay peress li l-ġestjoni ta' dan l-istokk se jkun taħt il-pjan propost fuq żmien twil għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (COM(2009)339 finali), li jistabbilixxi sistema alternattiva fejn it-TAC u l-kwoti għal dak l-istokk huma stabbiliti direttament fil-pjan fuq żmien twil u wara kkonfermati kull sena f'Ġunju mill-Kummissjoni abbażi tal-aħħar parir xjentifiku. |

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jistipula għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd[1] [Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża [ksampu] fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent[3], u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-isfruttament sostenibbli ta' stokkijiet tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja [4] [Biscay], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet [tal-istokkijiet] tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent[5], u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 5 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 tal-11 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet [l-istokkijiet] tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana[6], u b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk[7] u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[8], u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 9, 11 u 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta' April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3), (4), (5), (7), (8), (9) u (10) tiegħu,

    [Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [..]/2009 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Ċeltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu],

    [Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [..]/2009 li jistabbilixi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent tas-sawrell tal-Atlantiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,]

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeżiġi li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-iżvolġiment sostenibbli ta' attivitajiet ta' sajd filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi disponibbli u, b'mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    (2) Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Qabdiet Totali Permessi (TAC) għal kull tip ta' sajd jew grupp ta' tipi ta' sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jingħataw lill-Istati Membri u pajjiżi terzi f'konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament u billi tingħata l-importanza xierqa lill-għanijiet tal-Politika Komuni tas-sajd stabbili fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Barra minn hekk, sabiex l-opportunitajiet tas-sajd ikunu ottimali u japplikaw b'mod effikaċi, għandhom jiġu ffissati ċerti kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.

    (3) It-TACs għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli u billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiżguraw trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jitqiesu l-opinjonijiet espressi waqt il-konsultazzjoni mal-partjiet interessati, b'mod partikolari f'laqgħa fit-23 ta' Lulju 2009 mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA), il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) ikkonċernati u l-Istati Membri u fid-29 ta' Settembru 2009 mal-ACFA u l-RACs ikkonċernati.

    (4) Għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, it-TACs għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, it-TACs għall-istokkijiet tal-marlozz, tal-ksampu, tal-lingwata fil-Bajja ta' Bisacy, il-Kanal tal-Punent u l-Baħar tat-Tramuntana, tal-barbun tat-tbajja' fil-Baħar tat-Tramuntanta, tal-aringa fil-Punent tal-Iskozja, tal-merluzz fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Lvant tal-Kanal, lejn il-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż u fil-Baħar Ċeltiku, u għall-istokk tal-Punent tas-sawrell tal-Atlantiku għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008, (KE) Nru 302/2009, (KE) Nru [..]/2009 ( merluzz ċeltiku ) u r-Regolament (KE) Nru [..]/2009 ( sawrell) rispettivament.

    (5) F'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għal miżuri varji msemmija fih.

    (6) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-limiti massimi permessi tal-isforz għall-2010 f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2166/2005, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 509/2007, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 676/2007, l-Artikoli 11 u 12 ta' (KE) Nru 1342/2008 u l-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009, filwaqt li jitqies ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008[12].

    (7) Huwa meħtieġ, skont il-pariri tal-ICES, li tinżamm applikata u tiġi eżaminata mill-ġdid sistema għall-ġestjoni tal-isforzi tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV.

    (8) Fid-dawl tal-pariri xjentifiċi l-aktar reċenti mill-ICES u f'konformità mal-impenji internazzjonali fil-Kuntest tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), huwa meħtieġ li l-isforz tas-sajd ikun limitat għal ċerti tipi ta' speċijiet tal-baħar fond.

    (9) L-opportunitajiet ta' sajd għandhom jintużaw skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar dan is-suġġett, u b'mod partikolari mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri[13], Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes [bastimenti] tas-sajd[14], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd[15], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta' Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku[16], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd[17], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett mill-bniedem[18], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet [rekwiżiti] speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet [stokkijiet] tal-baħar fond[19] ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 tal-4 ta' Novembru 2003 dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità[20], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita[21], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartiku[22], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [tal-Majjistral tal-Atlantiku][23], Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005, ir-Regolament (KE) Nru 388/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta' telerilevament[24],ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran[25], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ speċi li jpassu ħafna[26], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral [Majjistral tal-Atlantiku][27], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007[28], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999[29], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità[30], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008, ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008, ir-Regolament (KE) Nru 302/2009, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [..]/2009 li jistabilixxi Skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar kooperazzjoni futura multilaterali fis-sajd fil-Grigal tal-Atlantiku[31], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [..]/2009 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll sabiex tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd[32], ir-Regolament (KE) Nru [..]/2009 ( Merluzz Ċeltiku) , ir-Regolament (KE) Nru [..]/2009 ( sawrell) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [..]/2009 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi[33].

    (10) B'konformità mal-proċeduri previsti fil-ftehimiet jew protokolli dwar relazzjonijiet tas-sajd, il-Komunità wettqet konsultazzjonijiet dwar drittijiet tas-sajd man-Norveġja[34], il-Ġżejjer Faroe[35], u Greenland[36].

    (11) Il-Komunità hija parti kontraenti għal diversi organizzazzjonijiet tas-sajd, u tipparteċipa f'organizzazzjonijiet oħrajn bħala parti kooperattiva mhux kontraenti. Barra minn hekk, permezz tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea, mid-data tal-adeżjoni tagħha ftehimiet tas-sajd li kienu konklużi qabel minn dan il-pajjiż, bħall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' riżorsi tal-Pollakkju fiċ-ċentru tal-Baħar Bering, huma ġestiti mill-Komunità. Dawk l-organizzazzjonijiet tas-sajd irrakkomandaw l-introduzzjoni ta' għadd ta' miżuri għall-2010, inklużi opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti Komunitarji. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu implimentati mill-Komunità.

    (12) [Il-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali (IATTC) naqset milli tadotta limiti tal-qbid għat-tonn tal-pinen sofor, it-tonn t'għajnu kbira u l-palamit fil-Laqgħa Annwali tagħha tal-2009, u minkejja l-fatt li l-Komunità mhijiex membru tal-IATTC, huwa meħtieġ li jiġu regolati l-opportunitajiet tas-sajd għal riżorsa taħt il-ġuriżdizzjoni tal-IATTC sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli.]

    (13) [Fil-Laqgħa Annwali tagħha tal-2009, l-Organizzazzjoni għas-Sajd fix-Xlokk tal-Atlantiku (SEAFO) adottat limiti tal-qbid għal żewġ stokkijiet addizzjonali ta’ ħut fiż-żona tal-Konvenzjoni SEAFO. Huwa meħtieġ li dawn il-limitit tal-qbid jiġu implimentati fil-liġi Komunitarja.]

    (14) [Matul it-Tielet Laqgħa Internazzjonali għall-ħolqien ta' Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPFO) ġdida li saret f'Mejju 2007, il-parteċipanti adottaw miżuri temporanji, inklużi opportunitajiet tas-sajd, bil-għan li flimkien mas-sajd tal-qiegħ fin-Nofsinhar tal-Paċifiku, jiġi rregolat ukoll is-sajd pelaġiku. Huwa meħtieġ li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu implimentati fil-liġi Komunitarja.]

    (15) Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità u sabiex jiġi evitat li r-riżorsi jiġu pperikolati kif ukoll kwalunkwe diffikultà li tista' tirriżulta minħabba l-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid[37] huwa essenzjali li dan is-sajd jinfetaħ fl-1 ta' Jannar 2010. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fit-Titolu I, l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I Ambitu u definizzjonijiet

    Artikolu 1 Suġġett

    Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin u l-kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta mal-użu ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd.

    - għas-sena 2010, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, u

    - għas-sena 2011, ċerti limiti tal-isforz, u, għall-perjodi stipulati fis-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu II u fl-Annessi IE u V, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-Antartiku.

    Artikolu 2 Ambitu

    Ħlief fejn hu pprovdut mod ieħor, dan ir-Regolament għandu japplika għal:

    (a) Bastimenti tas-sajd Komunitarji ("bastimenti Komunitarji"); kif ukoll

    (b) Bastimenti tas-sajd f'ilmijiet Komunitarji ("ilmijiet tal-KE") li jtajru l-bandiera ta', u huma rreġistrati fi, pajjiżi terzi ("bastimenti ta' pajjiżi terzi").

    Artikolu 3 Definizzjonjiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "qabdiet totali permessibbli" (TAC) tfisser il-kwantità li tista' tittieħed u tinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

    (b) "kwota" tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Komunità, lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi;

    (c) "ilmijiet internazzjonali" tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;

    (d) "daqs tal-malja" tfisser id-daqs tal-malja kif iddeterminat f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd[38].

    Artikolu 4 Żoni tas-sajd

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

    (a) iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91;

    (b) "Skagerrak" tfisser iż-żona kkonfinata fil-Punent minn linja miġbuda mill-fanal ta' Hanstholm għall-fanal ta' Lindesnes u fin-Nofsinhar minn linja miġbuda mill-fanal ta' Skagen għall-fanal ta' Tistlarna u minn dan il-punt għall-eqreb punt fuq il-kosta Żvediża;

    (c) "Kattegat" tfisser iż-żona kkonfinata fit-Tramuntana minn linja miġbuda mill-fanal ta' Skagen għall-fanal ta' Tistlarna u minn dak il-punt għall-eqreb punt fuq il-kosta Żvediża u fin-Nofsinhar minn linja miġbuda minn Hasenøre għal Gnibens Spids, minn Korshage għal Spodsbjerg u minn Gilbjerg Hoved għal Kullen;

    (d) "Golf ta’ Cádiz" tfisser iż-żona tal-ICES IXa fil-Lvant tal-lonġitudni 7º23'48"W;

    (f) iż-żoni CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona maġġuri ta’ sajd tal-FAO 34) huma kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi nominali tas-sajd mill-Istati Membri li jistadu f’żoni li m’humiex fin-Nord Atlantiku [it-Tramuntana tal-Atlantiku][39];

    (g) Iż-żoni NAFO (l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku) huma kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 dwar il-preżentazzjoni tal-istatistika tal-qabda u tal-attività mibgħuta mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral tal-Atlantiku[40];

    (h) Iż-żoni tas-SEAFO (l-Organizzazzjoni għas-Sajd fix-Xlokk tal-Atlantiku) huma kif iddefiniti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KEE) Nru 2002/738/KE tat-22 ta' Lulju 2002 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien u l-Amministrazzjoni [il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni] ta' Riżorsi tas-Sajd fix-Xlokk tal-Oċean Atlantiku[41];

    (i) Iż-żona tal-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Preservazzjoni tat-Tonn Atlantiku) hija hekk kif iddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE tad-9 ta' Ġunju 1986 dwar l-Adeżjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, kif emendata bil-Protokoll mehmuż mal-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzjari tal-Istati li jifformaw Parti mill-Konvenzjoni ffirmata f'Pariġi fl-10 ta' Lulju 1984[42];

    (j) Iż-żoni tas-CCAMLR (il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 601/2004;

    (k) Iż-żona tal-IATTC (il-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali) hija kif iddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/539/KE tat-22 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni għat-Tisħiħ tal-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali stabbilita mill-Konvenzjoni tal-1949 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Repubblika tal-Kosta Rika[43];

    (l) Iż-żona tal-IOTC (il-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan) hija kif iddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/399/KE tat-18 ta' Settembru 1995 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan;[44]

    (m) “Iż-żona SPFO" (l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku)” tfisser iż-żona tal-ibħra miftuħa fin-Nofsinhar tal-Ekwatur, fit-Tramuntana taż-żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR, fil-Lvant taż-Żona tal-Konvenzjoni tas-SIOFA kif iddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/496/KE tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan, u fil-Punent taż-żoni tal-ġuriżdizzjonijiet tas-sajd tal-Istati tal-Amerika t'Isfel[45];

    (n) Iż-żona tal-WCPFC (il-Konvenzjoni tas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u fil-Paċifiku Ċentrali) hija kif iddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/75/KE tas-26 ta' April 2004 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent[46].

    (o) "L-ibħra internazzjonali tal-Baħar Bering" tfisser iż-żona tal-baħar miftuħ tal-Baħar Bering 'il barra minn 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom titkejjel il-wisgħa tal-ibħra territorjali tal-Istati Kostali tal-Baħar Bering.

    TITOLU II Opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Komunitarji

    Kapitolu I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 5 Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet

    1. Il-limiti tal-qbid għall-bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet tal-KE jew f’ċerti ilmijiet mhux tal-KE u l-allokazzjoni ta’ limiti tal-qbid bħal dawn bejn l-Istati Membri kif ukoll il-kundizzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I.

    2. Il-bastimenti Komunitarji huma b'dan awtorizzati li jagħmlu qabdiet, fil-limiti tal-kwoti stabbiliti fl-Anness I, f'ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tas-sajd tal-Gżejjer Faroe, Greenland, l-Iżlanda u n-Norveġja, u ż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12 u l-Anness III ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu.

    3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti tal-qbid għas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV f'konformità mar-regoli stipulati fil-punt 6 tal-Anness IID.

    4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti ta' qbid għall-capelin fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni tal-ICES V u XIV disponibbli għall-Komunità b'ekwivalenza ta' 7.7 % tat-TAC tal-capelin hekk kif it-TAC ikun ġie stabbilit.

    5. Il-limiti tal-qbid għall-istokk tan-Norway pout fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV u għall-istokk tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa u IV jistgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku miġbur fl-ewwel nofs tal-2010.

    6. Bħala konsegwenza ta' reviżjoni tal-istokk tan-Norway pout skont il-paragrafu 5, il-limiti tal-qbid għall-istokkijiet ta' merlangu fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa, IIIA u IV u għall-istokkijiet tal-haddock fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa, III u IV jistgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 biex jitqiesu l-qabdiet inċidentali industrijali fis-sajd tan-Norway pout.

    Artikolu 6 Speċijiet projbiti

    [Għandu jkun ipprojbit li bastimenti Komunitarji jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art l-ispeċijiet li ġejjin:

    (a) Il-gabdoll ( Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias) fl-ilmijiet tal-KE u li mhumiex tal-KE kollha;

    (b) l-ixkatlu ( Squatina squatina) fl-ilmijiet tal-KE kollha;

    (c) ir-rebekkin skur ( Diptrus batus) fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, III, IV, VI, VII, VIII, IX u X, kif ukoll

    (d) ir-rajja undulata ( Raja undulata) u l-ħamiema ( Rostroraja alba) fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni VI, VII, VIII, IX u X.]

    Artikolu 7 Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

    1. L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun bla preġudizzju għal:

    (a) skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

    (b) riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikoli [..] tar-Regolament (KE) Nru [..]/2009 ( ir-regolament dwar il-kontroll), jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008;

    (c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (d) kwantitajiet miżmuma f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (e) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli [..] tar-Regolament (KE) Nru [..]/2009 ( ir-regolament dwar il-kontroll )].

    2. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet kollha soġġett għal jew it-TAC prekawzjonarju jew dak analitiku.

    3. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandhom japplikaw għall-istokkijiet kollha soġġett għal jew it-TAC prekawzjonarju jew dak analitiku.

    4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu [..] tar-Regolament (KE) Nru [..]/2009 ( ir-regolament dwar il-kontroll ).

    Artikolu 8 Limiti tal-isforz tas-sajd

    Mill-1 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Jannar 2011, il-miżuri dwar l-isforz tas-sajd li huma stipulati fi:

    (a) l-Anness IIA għandu japplika għall-ġestjoni ta' ċerti stokkijiet fil-Kattegat, fl-Iskagerrak u dik il-parti taż-żona tal-ICES IIIa mhux koperta mill-Iskagerrak u l-Kattegat, iż-żoni tal-ICES IV, VIa, VIIa, VIId u l-ilmijiet tal-KE taż-żona tal-ICES IIa u Vb;

    (b) l-Anness IIB għandhom japplikaw għall-ġestjoni tal-marlozz u l-ksampu fiż-żoni tal-ICES VIIIc u IXa bl-eċċezzjoni tal-Golf ta' Cádiz;

    (c) l-Anness IIC għandhom japplikaw għall-ġestjoni tal-istokk tal-lingwata fiż-żona tal-ICES VIIe;

    (d) l-Anness IID għandu japplika għall-ġestjoni tal-istokkijiet taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV.

    Artikolu 9 Limiti tal-qbid u tal-isforz tas-sajd tal-baħar fond

    1. Flimkien mal-limiti tal-qbid stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta' Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond [47], għandu jkun ipprojbit li jinqabad u jinżamm abbord, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art kwalunkwe kwantità aggregata ta' speċijiet tal-baħar fond u tal-ħalibatt ta' Greenland ta' aktar minn 100 kg kull vjaġġ fuq il-baħar, sakemm il-bastiment inkwistjoni ma jkollux permess tal-baħar fond skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet li jwasslu għal qabdiet u żamma abbord ta' aktar minn 10 tunnellati kull sena kalendarja ta' speċijiet tal-baħar fond u ta' ħalibatt ta' Greenland minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma rreġistrati fit-territorju tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal permess tas-sajd tal-baħar fond.

    3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-2010 l-livelli tal-isforz tas-sajd, imkejla bħala jiem kilowatt barra mill-port, minn bastimenti detenturi ta' permessi tas-sajd tal-baħar fond ma jeċċedux 65 % tal-medja tal-isforz tas-sajd annwali magħmul mill-bastimenti tal-Istati Membri fl-2003 fi vjaġġi meta nżammu l-permessi tas-sajd tal-baħar fond u/jew inqabdu speċijiet tal-baħar fond, kif elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002. Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal vjaġġi tas-sajd li fihom inqabdu aktar minn 100 kg ta' speċijiet tal-baħar fond, minbarra l-greater silver smelt.

    Artikolu 10 Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u l-qabdiet inċidentali

    1. Ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti tal-qbid huma stabbiliti għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

    (a) il-qabdiet saru minn bastimenti ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ntlaħqitx; jew

    (b) il-qabdiet jikkonsistu f'parti minn sehem ta' kwota tal-Komunità li ma kinitx ġiet allokata permezz ta' kwota bejn l-Istati Membri, u dik il-kwota ma ġietx eżawrita.

    2. B' deroga mill-paragrafu 1, il-ħut li ġej jista' jinżamm abbord u jinħatt l-art anki jekk l-Istat Membru ma għandux kwoti jew il-kwoti jew l-ishma jkunu eżawriti:

    (a) speċijiet, minbarra l-aringi u l-kavalli, li

    (i) jinqabdu mħallta ma' speċijiet oħrajn bi xbieki li d-daqs tal-malji tagħhom huwa inqas minn 32 mm f'konformità mal-Artikolu [..] tar-Regolament (KE) Nru [..]/2009/ ( ir-regolament dwar il-miżuri tekniċi) ; kif ukoll

    (ii) il-qabdiet ma jintgħażlux la abbord u lanqas mal-ħatt l-art;

    jew

    (b) il-kavalli, meta

    (i) jinqabdu mħallta mas-sawrell jew is-sardin;

    (ii) ma jkunx hemm aktar minn 10 % tal-piż totali ta' kavalli, sawrell u sardin abbord u;

    (iii) il-qabdiet ma jintgħażlux la abbord u lanqas mal-ħatt l-art.

    3. Il-ħatt l-art kollu għandu jitnaqqas mill-kwota jew, jekk il-kwota tal-Komunità ma tkunx ġiet allokata bejn l-Istati Membri permezz ta’ kwoti, mill-kwota tal-Komunità, ħlief għall-qabdiet magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

    4. Id-deċiżjoni dwar il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali ta' ħut u xi jsir minnhom għandha ssir skont l-Artikolu [..] tar-Regolament (KE) Nru [..]/2009 (ir-regolament dwar il-miżuri tekniċi). .

    Artikolu 11 Ħatt l-art ta' ħut mhux magħżul fiż-żoni tal-ICES IIIa, IV u VIId u l-ilmijiet tal-KE taż-żona tal-ICES IIa

    1. Meta għal Stat Membru l-limiti tal-qbid tal-aringi fiż-żoni tal-ICES IIIa, IV u VIId u l-ilmijiet tal-KE taż-żona tal-ICES IIa jiġu eżawriti, ikun ipprojbit għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru, u li jkunu rreġistrati fil-Komunità, u li jaħdmu fis-sajd li għalih japplikaw il-limiti rilevanti, li jħottu l-art qabdiet imħallta li jkun fihom l-aringi.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun fis-seħħ programm ta' kampjunar adegwat li jippermetti l-monitoraġġ effiċjenti ta' ħatt l-art imħallat skont l-ispeċi maqbuda fiż-żoni tal-ICES IIIa, IV u VIId u l-ilmijiet tal-KE taż-żona tal-ICES IIa.

    3. Qabdiet imħallta fiż-żoni tal-ICES IIIa, IV u VIId u l-ilmijiet tal-KE fiż-żona tal-ICES IIa għandhom jinħattu l-art biss f'portijiet u f'postijiet ta' ħatt l-art fejn ikun fis-seħħ programm ta' teħid ta' kampjuni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

    Artikolu 12 Trażmissjoni tad-dejta

    Meta, skont l-Artikolu [..] tar-Regolament (KE) Nru[..]/2009 ( ir-regolament dwar il-kontroll), l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċi tal-istokkijiet imniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Kapitolu II

    Awtorizzazzjoni tas-sajd f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi

    Artikolu 13 Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    1. L-għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji f'ilmijiet ta' pajjiż terzi huma stipulat fl-Anness III.

    2. Jekk Stat Membru jittrasferixxi l-kwota tiegħu lil Stat Membru ieħor (tpartit) fiż-żoni ta' sajd stipulati fl-Anness III, abbażi tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, it-trasferiment għandu jinkludi trasferiment xieraq tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni Madankollu, l-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal kull żona ta’ sajd, kif stipulat fl-Anness III ma għandux jinqabeż.

    Kapitolu III

    Opportunitajiet tas-sajd f'ilmijiet ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

    Sezzjoni 1

    ŻONA TAL-ICCAT

    ARTIKOLU 14 Limiti tal-għadd ta' bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn

    L-għadd massimu tal-bastimenti li ġejjin għanu jkun limitat kif stipulati fl-Anness IV:

    - dgħajjes Komunitarji tal-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn ( Thunnus thynnus) bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku;

    - bastimenti Komunitarji tas-sajd kostali artiġjanali awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 km/115 ċm fil-Mediterran;

    - bastimenti tas-sajd Komunitarji li jistadu attivamenti għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta' trobbija awtorizzati sabiex jistadu għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm.

    Sezzjoni 2

    ŻONA TAS-CCAMLR

    ARTIKOLU 15 Projbizzjonijiet u limiti tal-qbid

    1. Sajd dirett għall-ispeċijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness V, għandu jkun ipprojbit fiż-żoni u matul il-perjodi stipulati f'dak l-Anness.

    2. Għal sajd ġdid u esploratorju, il-limiti tal-qbid u tal-qbid inċidentali stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V għandhom japplikaw fis-Subżoni msemmija f'dik il-Parti.

    Artikolu 16 Sajd esploratorju

    1. Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u li huma rreġistrati fi Stat Membru li ġie nnotifikat lis-CCAMLR f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7 u 7a tar-Regolament (KE) Nru 601/2004 jista' jipparteċipa f'sajd esploratorju bil-konzijiet għad-Dissostichus spp. fis-Subżoni tal-FAO 88.1 u 88.2 kif ukoll fid-Diviżjonijiet 58.4.1, 58.4.2 u 58.4.3(b) barra minn żoni ta' ġuriżdizzjoni nazzjonali.

    2. Ma għandux ikun hemm aktar minn bastiment tas-sajd wieħed jistad fid-Diviżjoni 58.4.3(b) fi kwalunkwe ħin wieħed partikolari.

    3. Fir-rigward ta' Subżoni tal-FAO 88.1 u 88.2 kif ukoll id-Diviżjonijiet 58.4.1, 58.4.2 u 58.4.3(b) it-total tal-limiti tal-qbid u tal-qbid inċidentali għal kull Subżona u Diviżjoni, u d-distribuzzjoni tagħhom fost l-Unitajiet ta' Riċerka fuq Skala Żgħira (SSRUs) f'kull waħda minnhom għandha tkun stipulata fil-Parti B tal-Anness V. Is-sajd fi kwalunkwe SSRU għandu jieqaf meta l-qabda rapportata tilħaq il-limitu tal-qbid speċifikat u dik l-SSRU għandha tingħalaq għas-sajd għall-bqija tal-istaġun.

    4. Is-sajd għandu jseħħ fuq medda ġeografika u batimetrika kbira kemm jista' jkun sabiex jinkiseb it-tagħrif meħtieġ għad-determinazzjoni tal-potenzjal tas-sajd u sabiex jiġi evitat is-sajd u l-qbid bla rażan. Madankollu, is-sajd fis-Subżoni tal-FAO 88.1 u 88.2 u fid-Diviżjonijiet 58.4.1, 58.4.2 u 58.4.3(b) għandu jkun ipprojbit f'fond ta' inqas minn 550 m.

    Artikolu 17 Sajd għall-krill matul l-istaġun tas-sajd 2010/2011

    1. Dawk l-Istati Membri biss li huma Membri tal-Kummissjoni CCAMLR jistgħu jistadu għall-krill fiż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR matul l-istaġun tas-sajd 2010/2011. Stati Membri bħal dawn, jekk ikollhom l-intenzjoni li jistadu għall-krill (Euphasia superba) fiż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR, għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tas-CCAMLR u lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 601/2004, u f'kull każ mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2010:

    (a) tal-intenzjoni tagħhom li jistadu għall-krill, bl-użu tal-format stipulat fil-Parti C tal-Anness V;

    (b) bil-forma ta' konfigurazzjoni tax-xibka bl-użu tal-format stipulat fil-Parti D tal-Anness V.

    2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi t-tagħrif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004 għal kull bastiment li għandu jiġi awtorizzat mill-Istat Membru biex jipparteċipa fis-sajd għall-krill.

    3. L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jistadu għall-krill fiż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR għandhom jinnotifikaw biss bastimenti awtorizzati li jtajru l-bandiera tagħhom fiż-żmien tan-notifika.

    4. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jawtorizzaw parteċipazzjoni f'sajd għall-krill minn bastiment barra dawk notifikati lis-CCAMLR skont il-paragrafi 1 sa 3, jekk bastiment awtorizzat huwa mwaqqaf milli jipparteċipa minħabba raġunijiet operazzjonali leġittimi jew ta' force majeure . F'ċirkostanzi bħal dawk l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw minnufih lis-Segretarjat tas-CCAMLR u lill-Kummissjoni, billi jipprovdu:

    (a) dettalji sħaħ tal-bastiment(i) maħsub(a) li se jissostitwixxu/i kif imsemmi fil-paragrafu 2, inkluż it-tagħrif pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004;

    (b) rendikont komprensiv tar-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenzi rilevanti ta’ appoġġ;

    5. L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw bastimenti fuq kwalunkwe waħda mill-listi ta' Bastimenti IUU tas-CCAMLR sabiex jipparteċipaw fis-sajd għall-krill.

    Sezzjoni 3

    ŻONA TAL-IOTC

    ARTIKOLU 18 Limitu fil-kapaċità tas-sajd ta' bastimenti li jistadu fiż-żona tal-IOTC

    1. L-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji li jistadu għat-tonn tropikali fiż-żona tal-IOTC, u l-kapaċità korrispondenti f' tunellaġġ gross (TG), għandu jkun stipulat fil-punt 1 tal-Anness VI.:

    2. L-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji li jistadu għall-pixxispad ( Xiphias gladius) u l-alonga ( Thunnus alalunga) fiż-żona tal-IOTC, u l-kapaċità korrispondenti f'tunellaġġ gross (TG), għandu jkun stipulat fil-punt 2 tal-Anness VI.:

    3. L-Istati Membri jistgħu jibdlu l-għadd tal-bastimenti msemmi fil-paragrafi 1 u 2, skont it-tip ta' rkaptu, bil-kundizzjoni li jistgħu juru lill-Kummissjoni li din l-bidla ma twassalx għal żieda fl-isforz tas-sajd tal-istokkijiet tal-ħut involuti.

    4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun hemm trasferiment ta' kapaċità propost għall-flotta tagħhom, il-bastimenti li jkunu se jiġu ttrasferiti jkunu fuq ir-Reġistru ta' Bastimenti tal-IOTC jew fuq ir-Reġistru ta' Bastimenti ta' Organizzazzjonijiet Reġjonali oħra tas-Sajd tat-Tonn. Ma jistgħu jiġu ttrasferiti l-ebda bastimenti li jinsabu fuq lista ta' bastimenti IUU ta' xi Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.

    5. Sabiex titqies l-implimentazzjoni tal-pjani ta' żvilupp ippreżentati lill-IOTC, l-Istati Membri jistgħu jżidu l-limiti tal-kapaċità tas-sajd, kif imsemmija f'dan l-Artikolu, ġewwa l-limiti stipulati f'dawk il-pjani ta' żvilupp.

    Sezzjoni 4

    ŻONA TAL-SFPO

    ARTIKOLU 19 Sajd tal-qiegħ

    L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-isforz tas-sajd tal-qiegħ jew il-qbid mill-qiegħ fiż-żona tal-SFPO għal-livelli annwali medji matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006 f'termini tal-għadd ta' bastimenti tas-sajd u parametri oħra li jirriflettu l-livell tal-qbid, tal-isforz tas-sajd, u tal-kapaċità tas-sajd u biss għal dawk il-partjiet taż-żona tal-SFPO fejn is-sajd tal-qiegħ kien seħħ fl-istaġun tas-sajd preċedenti..

    Sezzjoni 5

    ŻONA TAL-IATTC

    ARTIKOLU 20 Sajd bit-tartarun idur

    1. Is-sajd minn bastimenti bit-tartarun idur għat-tonn tal-pinen sofor (Thunnus albacares), it-tonn t'għajnu kbira (Thunnus obesus) u l-palamit ( Katsuwonus pelamis) għandu jkun ipprojbit.

    a) jew, mid-29 ta' Lulju sat-28 ta' Settembru 2010, inkella, mill-10 ta' Novembru 2010 sat-18 ta' Jannar 2011 fiż-żona ddefinita mil-limiti li ġejjin:

    - il-linji tal-kosta tal-Paċifiku tal-Ameriki,

    - il-lonġitudni 150° W,

    - il-latitudni 40° N,

    - il-latitudni 40° S.

    b) mid-29 ta' Settembru sad-29 ta' Ottubru 2010 fiż-żona ddefinita mil-limiti li ġejjin:

    - il-lonġitudni 94° W,

    - il-lonġitudni 110° W,

    - il-latitudni 3° N,

    - il-latitudni 5° S.

    2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-perjodu ta’ għeluq magħżul kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) qabel l-1 ta’ April 2010. Il-bastimenti bit-tartarun idur kollha tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieqfu mis-sajd bit-tartarun idur tul il-perjodu magħżul.

    3. Is-sajjieda li jistadu bit-tartarun idur għat-tonn fiż-Żona Regolatorja tal-IATTC għandhom iżommu abbord u mbagħad iħottu l-art it-tonn t'għajnu kbira, il-palamit u t-tonn tal-pinen sofor maqbud kollu, ħlief għal ħut ikkunsidrat mhux tajjeb għall-konsum tal-bniedem jew għal raġunijiet għajr dawk ta' daqs. Eċċezzjoni unika għandha tkun l-aħħar tefgħa ta' xibka ta' vjaġġ, meta jista' ma jkunx baqa' spazju biżżejjed fejn jitqiegħed it-tonn kollu maqbud f'dik it-tefgħa.

    Sezzjoni 6

    ŻONA TAS-SEAFO

    ARTIKOLU 21 Miżuri għall-protezzjoni tal-klieb il-baħar tal-fond

    Sajd dirett għall-klieb il-baħar tal-fond fiż-Żona tal-Konvenzjoni tas-SEAFO għandu jkun ipprojbit.

    Sezzjoni 7

    ŻONA TAD-WCPFC

    ARTIKOLU 22 Limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għat-tonn ta' għajnu kbira, it-tonn tal-pinen sofor, il-palamit u l-alonga tan-Nofsinhar tal-Paċifiku.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isforz totali tas-sajd għat-tonn ta' għajnu kbira (Thunnus obesus) , it-tonn tal-pinen sofor Thunnus albacares) , il-palamit (Katsuwonus pelamis) u l-alonga tan-Nofsinhar tal-Paċifiku (Thunnus alalunga) fiż-żona tad-WCPFC ikun limitat għall-isforz tas-sajd previst fil-ftehimiet ta' sħubija tas-sajd bejn il-Komunità u l-Istati kostali fir-reġjun.

    Artikolu 23 Żona magħluqa għal sajd FAD

    1. Fil-parti taż-Żona tad-WCPFC li tinsab bejn 20oN u 20oS, attivitajiet ta' sajd minn bastimenti bit-tartarun idur li jużaw l-FADs għandhom ikunu projibiti bejn 00:00 tal-1 ta' Awwissu 2010 u 24:00 tat-30 ta' Settembru 2010. Matul dan il-perjodu, bastiment bit-tartarun idur jista' jkun involut f'operazzjonijiet tas-sajd f'dik il-parti taż-Żona tad-WCPFC, biss jekk ikollu abbord osservatur sabiex jissorvelja li l-bastiment f'ebda ħin ma:

    - juża jew jagħti servizz lil FAD jew apparat elettroniku assoċjat,

    - jistad fuq ġlejjeb ta' ħut b'assoċjazzjoni mal-FADs.

    2. Il-bastimenti bit-tartarun idur kollha li jistadu fil-parti taż-Żona tad-WCPFC imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 għandhom iżommu abbord u jħottu l-art jew jittrażbordaw it-tonn tal-pinen sofor, it-tonn ta' għajnu kbira u l-palamit maqbud kollu.

    3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-każijiet li ġejjin:

    (a) fis-sett finali tal-vjaġġ, jekk il-bastiment ma kollux spazju suffiċjenti fl-istiva sabiex joqgħod il-ħut kollu,

    (b) meta l-ħut ma jkunx tajjeb għal konsum mill-bniedem għal kwalunkwe raġuni għajr dawk ta' daqs, jew

    (c) meta sseħħ ħsara erja fl-apparat tal-friża.

    Artikolu 24 Limiti fil-għadd ta' bastimenti awtorizzati li jistadu għall-pixxispad

    L-għadd massimu ta' bastimenti Komunitarji awtorizzati sabiex jistadu għall-pixxispad (Xiphias gladiu) f'żoni fin-Nofisnhar ta' 20° S taż-żona tad-WCPFC għandu jkun indikat fl-Anness VII.

    Sezzjoni 8

    BAĦAR BERING

    ARTIKOLU 25 Projbizzjoni tas-sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-Baħar Bering

    Is-sajd għall-pollakkju (Theragra chalcogramma ) fl-Ibħra Miftuħa tal-Baħar Bering għandu jkun ipprojbit.

    TITOLU III

    Opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-KE

    Artikolu 26 Limiti tal-qbid

    Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tan-Norveġja u bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-Gżejjer Faroe għandhom ikunu awtorizzati li jagħmlu qabdiet fl-ilmijiet tal-Komunità, fil-limiti tal-qbid stipulati fl-Anness I, u soġġetti għall-kundizzjonijiet ipprovduti fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 u f'dan it-Titolu..

    Artikolu 27 Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    1. L-għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-KE huma stipulati fl-Anness VIII.

    2. Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti tal-qbid ma għandux jinżamm abbord jew jinħatt l-art ħlief jekk meħud minn bastimenti ta' pajjiż terz li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

    Artikolu 28 Speċijiet projbiti

    [Għandu jkun ipprojbit li bastimenti ta' pajjiżi terzi jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art l-ispeċijiet:

    (a) il-gabdoll ( Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias) fl-ilmijiet tal-KE kollha;

    (b) l-ixkatlu ( Squatina squatina) fl-ilmijiet tal-KE kollha;

    (c) Ir-rebekkin skur ( Diptrus batis) fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa, III, IV, VI, VII, VIII, IX u X, kif ukoll

    (d) Ir-rajja undulata ( Raja undulata) u l-ħamiema ( Rostroraja alba) fl-ilmijiet tal-KE ta' VI, VII, VIII, IX u X.]

    TITOLU IV

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 29 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1359/2008

    Fil-Parti 2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1359/2008, id-daħla dwar ir-roundnose grenadier f'ilmijiet Komunitarji u f'ilmijiet li mhumiex taħt is-sovrenità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III għandha tinbidel minn dan li ġej:

    "Speċi: | Roundnose Grenadier Coryphaernoides rupestris | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III (1) (RNG/03-) |

    Sena | 2009 | 2010 |

    Id-Danimarka | 804 | 804 |

    Il-Ġermanja | 5 | 5 |

    L-Iżvezja | 41 | 41 |

    KE | 850 | 850 |

    (1) L-ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier ma għandu jsir fiż-żona tal-ICES IIIa sakemm jitlestew il-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja " |

    Artikolu 30 Dispożizzjoni Finali

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

    Fejn l-opportunitajiet tas-sajd għaż-żona tas-CCAMLR huma stipulati għal perjodi li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2010, is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu II u l-Annessi IE u V għandhom japplikaw b'effett mill-bidu tal-perjodi rispettivi ta' applikazzjoni ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    [2] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

    [3] ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5.

    [4] ĠU L 65, 7.3.2006, p. 1.

    [5] ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7.

    [6] ĠU L 157, 19.6.2007, p. 1.

    [7] ĠU L 344, 20.12.2008, p. 6.

    [8] ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

    [9] ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.

    [10] ĠU L , , p. .

    [11] ĠU L , , p. .

    [12] ĠU L 214, 19.08.2009, p. 16.

    [13] ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1.

    [14] ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.

    [15] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

    [16] ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

    [17] ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

    [18] ĠU L 191, 7.7.1998, p. 10.

    [19] ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

    [20] ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1.

    [21] ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

    [22] ĠU L 97, 1.4.2004, p. 16.

    [23] ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3.

    [24] ĠU L 409, 30.12.2006, p. 1.

    [25] ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

    [26] ĠU L 123, 12.5.2007, p. 3.

    [27] ĠU L 318, 5.12.2007, p. 1.

    [28] ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.

    [29] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

    [30] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

    [31] ĠU L , , p. .

    [32] ĠU L , , p. .

    [33] ĠU L , , p. .

    [34] ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48.

    [35] ĠU L 226, 29.8.1980, p. 12.

    [36] ĠU L 172, 30.6.2007, p. 1.

    [37] ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.

    [38] ĠU L 151, 11.6.2008, p. 5.

    [39] ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1.

    [40] ĠU L 186, 28.7.1993, p. 1.

    [41] ĠU L 234, 31.8.2002, p. 39.

    [42] ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33.

    [43] ĠU L 224, 16.8.2006, p. 22.

    [44] ĠU L 236, 5.10.1995, p. 24.

    [45] ĠU L 196, 18.7.2006, p. 14.

    [46] ĠU L 32, 4.2.2005, p. 1.

    [47] ĠU L 352, p. 1.

    Top