This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0539
Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 1234/2007 establishing a common organisation of agricultural markets and on specific provisions for certain agricultural products (single CMO Regulation)
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
/* KUMM/2009/0539 finali - CNS 2009/0152 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), /* KUMM/2009/0539 finali - CNS 2009/0152 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.10.2009 KUMM(2009)539 finali 2009/0152 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-Artikoli 65 sa 84 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (OKS waħdieni) jistipulaw dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tas-sistema tal-kwoti fis-settur tal-ħalib. Huwa pprovdut b'mod partikolari li, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu riżerva nazzjonali bħala parti mill-kwota nazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jiġu allokati iktar kwoti individwali għal ċerti gruppi prijoritarji ta' produtturi tal-ħalib, definiti mill-Istat Membru kkonċernat. L-imposta għaż-żejjed hija obbligatorja biss għal ħalib ikkummerċjalizzat li jaqbeż il-kwota nazzjonali inkluż ir-riżerva nazzjonali. F'każ li jinsab li għandha titħallas imposta għaż-żejjed, din għandha tiġi allokata fost il-produtturi li jkunu qabżu l-kwota individwali tagħhom. Fi ħdan l-arranġamenti tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jħeġġu l-proċess ta' ristrutturazzjoni fis-settur permezz ta' skema ta' xiri tal-kwoti (l-Artikolu 75(1)(a) tal-OKS waħdieni) fejn il-kwoti mixtrijin jitpoġġew fir-riżerva nazzjonali. Sabiex l-Istati Membri jingħataw għajnuna biex jiffinanzjaw il-proċess ta' ristrutturazzjoni, qed issir proposta fuq bażi temporanja sabiex jiġu newtralizzati l-kwoti mixtrijin skont l-Artikolu msemmi hawn fuq, sabiex jiġi stabbilit il-qbiż fil-limitu nazzjonali. Konsegwentement, l-imposta għaż-żejjed tibda tapplika għal ħalib ikkummerċjalizzat li jaqbeż il-kwota nazzjonali wara li jkunu tnaqqsu l-kwantitajiet mixtrijin. L-imposta supplimentari li tirriżulta b'dak il-mod għandha tinżamm mill-Istati Membri sabiex tiġi ffinanzjata r-ristrutturazzjoni temporanja tas-settur. Matul id-diskussjoni tal-laqgħa tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill fuq is-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib 2009 (COM(2009) 385), l-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni tadatta strumenti tas-suq jew toħloq oħrajn ġodda sabiex tkun tista' tirreaġixxi effettivament malajr u b'mod flessibbli għall-instabbiltà tal-prezz li qiegħed jogħla. Għalhekk qed issir proposta sabiex jiġi estiż l-ambitu tal-Artikolu 186 tar-Regolament waħdieni tal-OKS, biex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu miżuri, anke fir-rigward tas-settur tal-ħalib, f'każijiet ta' disturbi tas-suq fejn il-prezzijiet tas-suq intern jogħlew jew jinżlu b'mod sinifikattiv. 2009/0152 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: 1. Għall-fini ta' ristrutturazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib fil-Komunità, l-Artikolu 75(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta'Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[3] jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jingħata kumpens lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw b'mod permanenti il-produzzjoni kollha tal-ħalib jew parti minnha u jpoġġi l-kwoti individwali hekk rilaxxati fir-riżerva nazzjonali. 2. Sabiex titħeġġeġ iktar ir-ristrutturazzjoni meħtieġa, l-imposta għaż-żejjed li għandha titħallas mill-produtturi tal-ħalib skont l-Artikolu 78(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-kwota nazzjonali mnaqqsa mill-kwoti individwali mixtrija skont l-Artikolu 75(1)(a), soġġetta għall-kundizzjoni li dawk il-kwoti rilaxxati jibqgħu fir-riżerva nazzjoni fis-sena tal-kwoti kkonċernata. 3. Minħabba l-ħtieġa li jissaħħu l-istrumenti finanzjarji għal iktar ristrutturazzjoni fis-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-flus addizzjonali miġbura abbażi tal-metodu l-ġdid ta' kalkolu għall-istess raġunijiet ta' ristrutturazzjoni. 4. Dan il-metodu ta' kalkolu għandu japplika temporanjament, għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta' April 2010 u fir-rigward tal-kunsinni tal-ħalib biss sabiex il-miżura tiġi llimitata sakemm meħtieġ. 5. L-Artikolu 186 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tieħu miżuri f'każijiet ta' disturbi fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli, fejn il-prezzijiet tas-suq intern jogħlew u jinżlu b'mod sinifikattiv. Madankollu, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mhumiex koperti b'dak l-Artikolu. 6. Fil-kuntest tad-diffikultajiet serji u l-instabbiltà tal-prezz li qed jogħla fis-suq tal-ħalib, ikun xieraq li jitkabbar l-ambitu tal-Artikolu 186 għal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tirreaġixxi għad-disturbi tas-suq b'mod flessibli u malajr. 7. Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej: (a) Jiddaħħal il-paragrafu 1 a li ġej: "1 a. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta'April 2010 u fir-rigward tal-kusinni l-imposta għaż-żejjed għandha titħallas fuq il-ħalib kummerċjalizzat li jaqbeż il-kwota nazzjonali kif stabbilit f'konformità mas-Subtaqsima II u mnaqqas bil-kwoti individwali għal kusinni rilaxxati fir-riżerva nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 75(1)(a) mill-jj/xx/ss (id-data timtela' mill-OPOCE skont id-data tad-dħul fis-seħħ f'konformità mal-Artikolu 2) u tibqa' hekk sal-31 ta' Marzu tal-perjodu ta' tnax-il xahar ikkonċernat." (b) Jiddaħħal il-paragrafu 2 a li ġej: "2 a. Id-differenza bejn l-ammont tal-imposta għaż-żejjed li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 a u dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tintuża mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-miżuri ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-ħalib." (2) Fl-Artikolu 79, jiżdied il-paragrafu li ġej: "Għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u mill-1 ta' April 2010 u fir-rigward tal-kunsinni, l-imposta għaż-żejjed għandha tkun kollha kemm hi allokata, f'konformità mal-Artikoli 80 u 83, lill-produtturi li taw kontribut għal qbiż fil-kwoti nazzjonali kif stabbiliti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 78(1 a )" (3) Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej: "(a) rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħla jew jaqa' b'mod sinifikanti;". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | Fichefin/09/281327rev1 (MS/tm) 6.142.2009.1 | DATA: 24.09.2009… | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: PDB 2010: 05 02 12 67 03 | APPROPRJAZZJONIJIET: EUR 619 Miljun p.m. | 2. | TITOLU: Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli udwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) | 3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 37 tat-Trattat | 4. | GĦANIJIET: Sabiex tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħtu kumpens lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw b'mod permanenti l-produzzjoni kollha tal-ħalib jew parti minnha u jpoġġu l-kwoti individwali hekk rilaxxati fir-riżerva nazzjonali u dan matul il-perjodi ta' 12-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta' April 2010. Sabiex jitkabbar l-ambitu tal-Artikolu 186 għas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tirreaġixxi għad-disturbi tas-suq b'mod flessibli u malajr. | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (EUR miljun) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2009 (EUR miljun) | SENA FINANZJARJA SUSSEGWENTI 2010 (EUR miljun) | 5.0 | NEFQA - IMĦALLSA MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - L-AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | p.m. | p.m. | 5.1 | DĦUL - IR-RIŻORSI TAL-KE STESS (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | - | - | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 5.0.1 | NEFQA STMATA | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | 5.1.1 | DĦUL STMAT | - | - | - | - | 5.2 | METODU TAL-KALKOLU: | 6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.2 | SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE | 6.3 | L-APPROPRJAZZJONIJIET JEĦTIEĠU LI JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS FUTURI? | IVA LE | OSSERVAZZJONIJIET: L-estensjoni tal-Artikolu 186 biex ikopri l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, fiha nnifisha mhijiex se twassal għal tibdil fil-ħtiġijiet tal-baġit. Kwalunkwe leġiżlazzjoni proposta bbażata fuq l-emenda proposta tkun soġġetta għall-proċeduri normali tal-baġit. Il-proposta biex tiġi eskluża l-kwota mixtrija li tpoġġiet fir-riżerva nazzjonali mill-kalkolu tas-soprataxxa se jkollha żewġ effetti. L-ewwel nett, din għandha mnejn iżżid xi ftit is-soprataxxa dovuta fl-Istati Membri inkwistjoni. Dan l-ammont ta' soprataxxa addizzjonali se jibqa' fl-Istati Membri sabiex ma jkunx hemm tibdil fis-soprataxxa prevista li tasal fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat. Madankollu, ta' min jenfasizza li wara d-deċiżjoni tal-Kontroll tas-Saħħa, ma kienet prevista l-ebda soprataxxa li kellha tinġabar sa mis-sena tal-baġit 2011. (Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni DS 1245/08 bid-data tat-12 ta' Diċembru 2008) It-tieni nett, ix-xiri tal-kwoti għandha tnaqqas il-provvista tal-ħalib u b'hekk tnaqqas il-produzzjoni tal-prodotti eċċessivi li jkunu jeħtieġu appoġġ, li jwassal għal tnaqqis fil-ħtiġijiet tal-baġit. Dan it-tnaqqis jiddependi fuq is-sitwazzjoni tas-suq f'dak iż-żmien partikolari u bħalissa dan ma jistax jiġi kkwantifikat. | [1] ĠU C …, …, p. …. [2] ĠU C …, …, p. …. [3] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.