This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0340
Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council amending Decision No 1672/2006/EC of the European Parliament and of the Council establishing a Community Programme for Employment and Social Solidarity - Progress
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali - Progress
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali - Progress
/* KUMM/2009/0340 finali - COD 2009/0091 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.7.2009 KUMM(2009) 340 finali 2009/0091 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-impatt ewlieni tar-reċessjoni huwa fuq in-nies: l-isfida prinċipali għall-UE llum għandha tkun li timpedixxi l-falliment tal-kumpaniji u l-livelli għolja ta’ qgħad, li tistimola l-ħolqien tax-xogħol, u twitti t-triq għal tiġdid ekonomiku, irkupru sostenibbli u tkabbir. L-UE rreaġixxiet malajr għall-kriżi permezz tal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi. L-ewwel effetti tal-Pjan diġà huma promettenti, u s-sistemi ta’ ħarsien soċjali qed iwettqu r-rwol tagħhom ta’ stabbilizzazzjoni. Madankollu, hekk kif is-swieq tax-xogħol qed ikomplu sejrin lura b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika, tinħtieġ azzjoni addizzjonali. L-Ewropa ma għandhiex biss tindirizza r-reċessjoni iżda tbiddilha f’opportunità biex toħloq ekonomija aktar produttiva, aktar innovattiva, b’ħiliet aħjar u li tħares aktar l-ambjent; waħda bi swieq tax-xogħol miftuħa u inklussivi, li joffru soċjetà aktar koeżiva u ugwali u impjiegi li jqisu aħjar l-età, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Il-miżuri meħtieġa biex jiġġieldu l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjiegi tal-kriżi kurrenti għandhom imorru id f'id mar-riformi strutturali meħtieġa biex jindirizzaw l-isfidi fit-tul tal-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku u tal-klima. Is-swieq tax-xogħol Ewropej se jinbidlu b’mod qawwi minħabba l-kriżi. Il-ħaddiema u l-kumpaniji għandhom jingħataw il-mezzi meħtieġa biex jadattaw ruħhom għal dawn ir-realtajiet li dejjem jinbidlu: biex jinżammu impjiegi sodi, jissaħħu l-ħiliet fil-livelli kollha, in-nies jiġu mħajra lura għax-xogħol u jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nixprunaw l-irkupru Ewropew”[1] fissret għadd ta’ elementi biex tgħin lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw politiki tal-impjiegi xierqa u effettivi. Fuq din il-bażi, il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa u t-tliet laqgħat ta’ ħidma dwar l-impjiegi li saru f’Madrid, Stokkolma u Praga f’April 2009 għenu biex jiġu definiti tliet prijoritajiet ewlenin: iż-żamma tal-impjiegi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità; l-aġġornament tal-ħiliet u l-provvediment tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; u ż-żieda fl-aċċess għax-xogħol. Fl-aħħar nett, is-Summit dwar l-Impjiegi li sar fis-7 ta’ Mejju kien okkażjoni ta’ skambju ta’ opinjonijiet dwar dawn il-prijoritajiet, u sar qbil dwar 10 azzjonijiet[2]. Biex tkompli tibni fuq dan l-isforz komuni, fit-3 ta' Ġunju l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar "Impenn konġunt għax-xogħol"[3], bil-għan biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kif ukoll bejn is-sħab soċjali tal-UE fuq dawn it-tliet prioritajiet ewlenin, billi jiffukaw fuq inizjattivi konkreti u appoġġjati mill-istrumenti Komunitarji kollha disponibbli, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. Bl-għan li jittaffa l-impatt soċjali tal-kriżi, huwa essenzjali li jinżammu u jiddaħħlu aktar nies fis-suq tax-xogħol, speċjalment in-nisa, il-ħaddiema aktar anzjani u gruppi oħra li qegħdin jiġu diskriminati, biex jiġu evitati l-qgħad u l-inattività fuq medda twila ta’ żmien. L-impjieg huwa l-aħjar mod biex wieħed ma jibqax jiġi eskluż: l-Ewropa soċjali tibda bl-impjiegi – madankollu anki fi żminijiet ta’ tkabbir, għad hemm wisq ċittadini tal-UE li jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol iżda ma għandhomx aċċess għal impjieg. Biex il-qiegħda jingħataw il-possibilità ta' bidu ġdid u biex tinfetaħ it-triq għas-sħubija għal uħud mill-gruppi Ewropej l-iktar żvantaġġjati, inklużi ż-żgħar, il-Kummissjoni pproponiet faċilità ta' mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – Progress[4], mfassla biex jgħinu li jiġu żviluppati l-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali. Din il-faċilità l-ġdida għandha testendi l-firxa ta' appoġġ finanzjarju fil-mira għal intraprendituri ġodda fil-kuntest kurrenti fejn il-provvista tal-kreditu tinsab imnaqqsa.Il-fundaturi tal-mikroimpriżi se jkunu sostnuti wkoll mill-iggwidar, it-taħriġ, il-konsulenza u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, flimkien mas-sostenn tar-rata tal-interessi mill-FSE. F'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[5] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġjar finanzjarju sod, il-Kummissjoni tipproponi biex talloka mill-ġdid EUR 100 miljun mill-baġit eżistenti li jistgħu jtellgħu iktar minn EUR 500 miljun, permezz ta' inizjattiva konġunta ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari mal-Grupp tal-BEI. Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (2007-2013)[6], jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u opportunitajiet ugwali, kif stabbilit fl-Aġenda Soċjali[7] u fl-Aġenda Soċjali mġedda[8]. Il-missjoni tal-Programm ta' Progress huwa li l-Istati Membri jiġu megħjuna fl-isforzi tagħhom biex jinħalqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar u biex tinbena soċjetà iktar koeżiva. F'termini iktar konkreti, il-Progress huwa strumentali biex: 1. jipprovdi analiżi u konsulenza politika; 2. jissorvelja u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE; 3. jippromwovi trasferiment tal-politiki; 4. joħloq pjattaforma fl-iskambju tal-esperjenza bejn l-Istati Membri; 5. biex iwassal il-fehmiet tal-partijiet interessati u tas-soċjetà b'mod ġenerali Skont it-termini tal-ftehim Interistituzzjonali tal-2006, ammont addizzjonali ta' EUR 114-il miljun (prezzijiet attwali)[9] ġie allokat għall-programm Progress. Il-baġit totali għall-2007-2013 għalhekk żdied minn EUR 628 800 000 (prezzijiet attwali) fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni għal EUR 743 250 000 (prezzijiet attwali). Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha, il-Kummissjoni qed tipproponi li talloka mill-ġdid EUR 100 miljun mill-Programm Progress għall-faċilità ta' mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – Progress. Il-proposta biex tiġi allokata mill-ġdid parti mill-baġit ma tikkompromettix l-għanijiet tal-programm Progress. Madankollu tkun teħtieġ li Progress ikun iktar effettiv fl-operazzjonijiet tiegħu u iktar strateġiku fl-ippjanar u iktar iffukat fl-attivitajiet tiegħu. Teħtieġ ukoll li jkun hemm iktar firxa mat-taqsimiet tal-politika u r-rabtiet ma' strumenti oħra tal-UE, bħall-kooperazzjoni transnazzjonali skont il-Fond Soċjali Ewropew jew l-appoġġ għad-djalogu soċjali. Finalment, dan għandu jżid l-effiċjenza u t-trasparenza tal-azzjoni tal-UE b'sostenn għall-għanijiet u l-prijoritajiet fl-oqsma tal-impjiegi u s-solidarjetà soċjali. 2009/0091 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2), 129, 137(2) (a) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[10], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[12], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[13], Billi: (1) Fit-3 ta' Gunju 2009, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar "Impenn konġunt għax-xogħol"[14], bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kif ukoll bejn is-sħab soċjali tal-UE fuq dawn it-tliet prioritajiet ewlenin: iż-żamma tal-impjiegi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità; l-aġġornament tal-ħiliet u l-provvediment tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; u ż-żieda fl-aċċess għax-xogħol. (2) Biex il-qiegħda jingħataw il-possibilità ta' bidu ġdid u biex tinfetaħ it-triq għas-sħubija għall-intraprendenza għal uħud mill-gruppi Ewropej l-iktar żvantaġġjati, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, il-Kummissjoni pproponiet faċilità ta' mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u għall-inklużjoni soċjali[15], b'inizjattiva konġunta mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari mal-grupp tal-BEI, biex jiġu żviluppati l-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali. (3) Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u maniġment finanzjarju sod[16], jinħtieġ li jiġu allokati mill-ġdid EUR 100 miljun biex tiġi ffinanzjata l-faċilità ta' mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – Progress. (4) Wara ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha, għandu jiġi allokat mill-ġdid l-ammont ta' EUR 100 miljun mill-Programm Progress, imwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress, għall-faċilità ta' mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – Progress. (5) Id-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE għandha tkun emendata skont dan. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1672/2006, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: "1. Il-qafas finanzjarju sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet Komunitarji msemmija f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta’ żmien li jibda mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 , huwa b'dan stabbilit għalEUR 643 250 000." Artikolu 2 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f' Il - Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA AĠĠORNATA 1. ISEM TAL-PROPOSTA: Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali - Progress (2007-2013) 2. QAFAS TAL-ABM / ABB Qasam politiku kkonċernat u Attività assoċjata IMPJIEGI, AFFARIJIET SOĊJALI U OPPORTUNITAJIET INDAQSABB 04 04 Xogħol, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi 3. LINJI BAĠITARJI 3.1 Linji baġitarji 04 04 01 PROGRESS 04 01 04 10 PROGRESS – Nefqa amministrattiva 3.2 Żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju 01/01/2007 – 31/12/2013 3.3 Karatteristiċi baġitarji Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 04 04 01 | Non-comp | Diff[17] | IVA | IVA | IVA | 1a | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1 Riżorsi Finanzjarji 4.1.1 Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ ) EUR miljuni (sa 2 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ nefqa | 2007 sal-2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | > 2013 | Total | Spejjeż operattivi[18] | Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | Profil inizjali | a | 268.05 | 105.44 | 109.00 | 112.33 | 117.76 | 712.58 | l-aġġustament; | - | -24.37 | -24.37 | -24.37 | -24.37 | -97.48 | Profil ġdid | 268.05 | 81.07 | 84.63 | 87.96 | 93.39 | 615.10 | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 154.30 | 82.00 | 87.00 | 87.00 | 87.00 | 117.70 | 615.10 | Nefqa amministrattiva fl-ambitu tal-ammont ta’ referenza[19] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | Profil inizjali | c | 12.15 | 4.63 | 4.63 | 4.63 | 4.63 | 30.67 | l-aġġustament; | - | -0.63 | -0.63 | -0.63 | -0.63 | -2.52 | Profil ġdid | 12.15 | 4.00 | 4.00 | 4.00 | 4.00 | 28.15 | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-Impenji | Profil inizjali | a+c | 280.20 | 110.07 | 113.63 | 116.96 | 122.39 | 743.25 | l-aġġustament; | - | -25.00 | -25.00 | -25.00 | -25.00 | -100.00 | Profil ġdid | 280.20 | 85.07 | 88.63 | 91.96 | 97.39 | 643.25 | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+ċ | 166.45 | 86.00 | 91.00 | 91.00 | 91.00 | 117.70 | 643.25 | Nefqa amministrattiva mhux inkluza fl-ammont ta' referenza[20] | Riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | -0.122 | -0.122 | -0.122 | -0.122 | -0.488 | Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | Nefqa finanzjarja indikattiva totali tal-intervent TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | a+ċ+d+e | 280.200 | 84.948 | 88.508 | 91.838 | 97.268 | 642.762 | TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | b+ċ+d+e | 166.450 | 85.878 | 90.878 | 90.878 | 90.878 | 117.80 | 642.762 | 4.1.2 Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli mal-programm finanzjarju attwali. Il-proposta hija marbuta mal-proposta ta' programm ġdid għal faċilità mikrofinanzjarja Progress li għalih hemm allokat ammont ta' EUR 100 Miljun. ( Il-proposta se tkun tfisser l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta jista’ jkollha bżonn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[21] (i.e. l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej: NB: Kull dettall u osservazzjoni dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandu jitniżżel f'anness separat. 4.2 Riżorsi Umani fl-FTE (inklużi uffiċjali, persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1. Ħtiġijiet Annwali | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Numru totali ta’ riżorsi umani | -1 | -1 | -1 | -1 | 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET 5.1 Bżonn li jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 5.2 Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 5.3 Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 5.4 Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv) X Ġestjoni Ċentralizzata X Direttament mill-Kummissjoni ٱ Indirettament b’delega lil: ٱ Aġenziji Eżekuttivi ٱ Entitajiet stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ٱ Entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1 Sistema ta’ monitoraġġ L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 6.2 Evalwazzjoni 6.2.1 Evalwazzjoni ex-ante L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 6.2.2 Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja jew ex post (tagħlim meħud minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 6.2.3 Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni futura L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 7. MIżURI GħAL KONTRA L-FRODI L-ebda tibdil għad-deċiżjoni inizjali. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1 Għanijiet tal-proposta f’termini tan-nefqa finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenn f’EUR miljuni (sa 2 ċifri wara l-punt deċimali) 2007 sal-2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Uffiċjali jew persunal temporanji [22]A*/AD(XX 01 01) | A*/AD | -1 | -1 | -1 | -1 | B*, C*/AST | Persunal iffinanzjat[23] permezz tal-Artikolu XX 01 02 | Persunal ieħor iffinanzjat permezz[24] tal- Art. XX 01 04/05 | TOTAL | -1 | -1 | -1 | -1 | Il-post se jiġi allokat mill-ġdid għall-Faċilità Mikrofinanzjarja PROGRESS. 8.2.2 Id-deskrizzjoni tal-eżerċizzji li jirriżultaw mill-azzjoni 8.2.3 Oriġini tar-riżorsi umani (statutorji) ( Karigi li huma bħalissa allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jiġu estiżi ( Karigi allokati minn qabel fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss X Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid) ( Karigi meħtieġa għas-sena 2010 għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata 8.2.4 Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total | Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | -0.122 | -0.122 | -0.122 | -0.122 | -0.488 | Il-persunal iffinanzjat skont l-Art XX 01 02 (awżiljarju, SNEs, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | Nefqa totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż marbuta (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk ikun meħtieġ -1*122.000 = -122.000 per year 8.2.5 Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[25] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi tal-informatika | 2 Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) | 3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) | Spiża Amministrattiva Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu - Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza [pic][pic][pic] [1] COM(2009) 114, 4.3.2009. [2] Ara: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=103&langId=en&eventsId=173&furtherEvents=yes [3] COM(2009) 257, 4.6.2009 [4] COM(2009) xxx, xx.xx.2009 [5] (2008/818/KE) [6] Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (ĠU L 315, 15.11.2006, p.1-8). [7] COM(2005) 33, 9.2.2005 [8] COM(2008) 412, 2.7.2008 [9] EUR 100 miljun skont il-prezzijiet tal-2004. [10] ĠU C , p. . [11] ĠU C , p. . [12] ĠU C , p. . [13] ĠU C , p. . [14] COM(2009) 257, 3.6.2009 [15] COM(2009) xxx, xx.xx.2009 [16] (2006/C 139/01) [17] Approprjazzjonijiet differenzjati [18] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat. [19] Nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [20] Nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [21] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [22] In-nefqa tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza. [23] In-nefqa tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza. [24] In-nefqa tagħhom hija inkluża fl-ammont ta' referenza. [25] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.