This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0101
Proposal for a Council Decision amending Decision 2006/325/EC to provide for a procedure for the implementation of Article 5(2) of the Agreement between the European Community and the Kingdom of Denmark on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali
/* KUMM/2009/0101 finali - CNS 2009/0034 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali /* KUMM/2009/0101 finali - CNS 2009/0034 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.3.2009 KUMM(2009) 101 finali 2009/0034 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest tal-proposta(i) | 110 | 1. 1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta/i Skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-Titolu IV tat-Trattat tal-KE, u b’konsegwenza ta’ dan l-istrumenti Komunitarji adottati fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili mhumiex vinkolanti jew applikabbli għad-Danimarka. Madanakollu, l-applikazzjoni ta’ ċerti strumenti Komunitarji ġiet estiża għad-Danimarka permezz ta’ ftehimiet internazzjonali bejn il-Komunità Ewropea u d-Danimarka konklużi abbażi tal-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE. Il-ftehimiet internazzjonali relevanti, konklużi permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nru 2006/325/KE[1] u Nru 2006/326/KE[2] rispettivament, huma: il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali[3] u il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali[4]. Dawn il-ftehimiet paralleli jipprovdu (f’Artikolu 5(2)) biex il-Komunità Ewropea tagħti l-approvazzjoni tagħha f’każi fejn id-Danimarka bi ħsiebha tidħol fi ftehimiet internazzjonali li jistgħu jolqtu jew ibiddlu l-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: ir-Regolament Brussell I)[5] jew ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007 (KE) dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: ir-Regolament dwar is-servizz ta' dokumenti)[6]. La d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ dawk il-ftehimiet paralleli u lanqas il-ftehimiet paralleli nfushom ma jistipulaw kif il-Komunità għandha tieħu deċiżjoni fuq tali ftehim. L-għan tal-proposta/i huwa li tiġi stabbilita proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) taż-żewġ ftehimiet paralleli, permezz tal-emenda tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tagħhom. | 120 | 1.2. Il-Kuntest ġenerali Il-ftehimiet paralleli jipprovdu (fl-Artikolu 5(1)) li l-ftehimiet internazzjonali fejn il-Komunità tkun parti skont ir-Regolamenti relevanti (kif anness mal-ftehimiet paralleli) la huma vinkolanti u lanqas applikabbli għad-Danimarka. Id-Danimarka żżomm lura milli tidħol fi ftehimiet internazzjonali li jistgħu jaffettwaw jew ibiddlu l-ambitu tar-Regolamenti relevanti, sakemm dan ma jsirx bi ftehim mal-Komunità u ma jkunux saru arranġamenti sodisfaċenti rigward ir-relazzjoni bejn dawk il-ftehimiet paralleli u l-ftehim internazzjonali kkonċernat. Ir-relazzjonijiet bejn id-Danimarka u l-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ dawk il-ftehimiet paralleli huma rregolati mil-liġi internazzjonali. L-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE japplika u konsgwentement il-Kummissjoni ma tistax tidħol għal obbligi internazzjonali f’isem il-Komunità Ewropea mingħajr ma tkun ġiet iddelegata tali dritt b’mod speċifiku. Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet paralleli u l-ftehimiet infushom ma jiddelegaw l-ebda setgħa lill-Kummissjoni biex tilħaq ftehim f'isem il-Komunità Ewropea. Għalhekk il-Komunità Ewropea għandha tistabbilixxi l-proċedura interna speċifika li għandha tkun segwita mill-Komunità Ewropea (bl-esklużjoni tad-Danimarka) biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni dwar il-konklużjoni, min-naħa tad-Danimarka, ta' ftehimiet internazzjonali li jaffettwaw ir-Regolamenti kkonċernati kif inhuma annessi mal-ftehimiet paralleli. Għal raġunijiet prattiċi l-Kummissjoni qed tippreżenta żewġ proposti fl-istess ħin għall-implimentazzjoni taż-żewġ ftehimiet paralleli. Għalkemm mhuwiex daqstant probabbli li d-Danimarka tipproponi li tidħol fi ftehimiet internazzjonali li jkun fihom dispożizzjonijiet dwar is-servizz ta’ dokumenti f’pajjiżi barranin li jistgħu jaffettwaw il-ftehim parallel dwar is-servizz ta’ dokumenti, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim parallel ukoll. | 2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt | 230 | Fl-2008 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-awtoritajiet Daniżi u l-Kummissjoni sabiex tiġi diskussa s-sitwazzjoni. Ma saru l-ebda konsultazzjonijiet ulterjuri billi l-kwistjoni tal-proċedura interna li għanda tiġi segwita mill-Komunità Ewropea tikkonċerna biss lill-Komunità Ewropea, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, ladarba d-Danimarka ma tipparteċipax fit-Titolu IV tat-Trattat tal-KE u f’dan il-kuntest tista’ titqies bħala pajjiż terz. Il-Kummissjoni evalwat alternattivi differenti biex tistabbilixxi l-proċedura ta' implimentazzjoni, għalkemm b'mod fejn ma titwettaqx valutazzjoni tal-impatt formali. Waħda mill-alternattivi kellha tikkonsisti fl-emenda ta' żewġ ftehimiet paralleli sabiex tiġi pprovduta proċedura ta' implimentazzjoni partikolari. Din kienet tkun proċedura ħafna aktar ikkumplikata (il-ħtieġa għal mandat li jsiru negozjati għall-Kummissjoni, in-negozjati nfushom u l-proċedura li għandha tkun segwita għall-konklużjoni tal-ftehimiet) u, billi l-kwistjoni teħtieġ soluzzjoni b'mod urġenti, din l-alternattiva ma ntgħażlitx. L-alternattiva magħżula mill-Kummissjoni tipprevedi soluzzjoni sempliċi u relattivament rapida, jiġifieri l-emenda tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet paralleli biex b’hekk jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet partikolari dwar il-proċedura li għandha tkun segwita mill-Komunità Ewropea sabiex tieħu deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tagħha għall-konklużjoni, min-naħa tad-Danimarka, tal-ftehim internazzjonali kkonċernat. | 3. L-elementi legali tal-proposta(i) 3.1. It-taqsira tal-azzjoni proposta Il-Kummissjoni tipproponi l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/325/KE u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/326/KE biex b’hekk f’dawk id-deċiżjonijiet jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-ftehimiet paralleli. L-istess proċedura hija pprovduta għall-implimentazzjoni taż-żewġ ftehimiet paralleli. Spikkaw żewġ sitwazzjonijiet, u għal kull waħda minnhom ġiet stabbilita proċedura differenti biex il-Komunità Ewropea tagħti l-approvazzjoni tagħha. Id-denominatur komuni fiż-żewġ sitwazzjonijiet huwa li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa mill-Kunsill biex tagħti l-approvazzjoni tagħha f’isem il-Komunità Ewropea. L-ewwel sitwazzjoni tinkludi każi fejn l-Istati Membri diġà ġew awtorizzati li jikkonkludu l-ftehim internazzjonali kkonċernat. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis miż-Żejt tal-Banker, 2001 (il-Konvenzjoni dwar il-Bankers), fejn il-Komunità diġà awtorizzat lill-Istati Membri tagħha, fl-interess tal-Komunità, biex jiffirmaw, jirratifikaw jew jaderixxu magħha (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/762/KE li tawtorizza lill-Istati Membri tagħha li, fl-interess tal-Komunità, li jiffirmaw, jirratifikaw u jaderixxu mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis miż-Żejt tal-Banker, 2001 (il-Konvenzjoni dwar il-Bankers)[7]). Eżempju ieħor huwa l-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004 li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi tad-29 ta' lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà tal-Partijiet Terzi fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/882/KE li tawtorizza lill-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi tad-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-responsabilità tal-Partijiet Terzi fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari li jiffirmaw fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll li jemenda din il-Konvenzjoni[8] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/294/KE li tawtorizza l-Istati Membri li huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi tat-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta' Terzi Persuni fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari biex jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll li jemenda dik il-Konvenzjoni, jew biex jaderixxu miegħu[9]. Din l-ewwel sitwazzjoni se tkopri wkoll każi fejn il-Komunità nfisha tkun issieħbet bħala parti fi ftehimiet internazzjoni li jaffettwaw ir-Regolament Brussell I jew ir-Regolament dwar is-servizz ta' dokumenti. Fil-każi deskritti, dejjem jekk il-Komunità tkun diġà eżaminat il-possibbiltà li dawk l-istrumenti Komunitarji li jiġu affettwati mill-ftehim internazzjonali kkonċernat u tkun ipprovdiet, fejn meħtieġ, għal salvagwardji biex tiżgura li dawk l-istrumenti Komunitarji huma applikati fil-każi relevanti kollha, hija stabbilita proċedura sempliċi. F’tali sitwazzjonijiet, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tagħti l-approvazzjoni tagħha lid-Danimarka f’isem il-Komunità Ewropea. It-tieni sitwazzjoni tkopri l-każi kollha li ma jaqgħux taħt l-ewwel kategorija msemmija hawn fuq. F’tali każijiet huwa meħtieġ li ssir diskussjoni mal-Istati Membri dwar il-possibbiltà li r-Regolament ikkonċernat jiġi affettwat mill-ftehim internazzjonali li d-Danimarka tkun bi ħsiebha tikkonkludi. Għalhekk l-Istati Membri se jkunu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet permezz tal-proċedura tal-komitoloġija. F’tali sitwazzjonijiet, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tagħti l-approvazzjoni tagħha lid-Danimarka f’isem il-Komunità Ewropea permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija. 3.2. Il-Bażi legali Il-bażi legali għal dawn iż-żewġ proposti huwa l-Artikolu 61(c) tat-Trattat tal-KE, flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu. | 2009/0034 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(c) tiegħu, flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[10], Billi: (1) L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[11] ġie estiż għar-Renju tad-Danimarka permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE[12]. (2) L-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka jipprovdi li d-Danimarka ma tidħol fl-ebda ftehim internazzjonali li jista’ jaffettwa jew ibiddel l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, sakemm dan ma jsirx bi ftehim mal-Komunità u jsiru l-arranġamenti xierqa fir-rigward tar-relazzjoni bejn dak il-Ftehim u l-ftehim internazzjonali kkonċernat. (3) La l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka nnifsu u lanqas id-Deċiżjoni 2006/325/KE ma jistipulaw kif il-Komunità Ewropea għandha tieħu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tagħha għall-konklużjoni, min-naħa tad-Danimarka, tal-ftehim internazzjonali kkonċernat. (4) Il-proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka għandu jiddaħħal fis-seħħ. Tali proċedura għandha tiżgura li deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea jkunu jistgħu jittieħdu malajr. (5) Għandha ssir distinzjoni bejn il-każi fejn il-Komunità Ewropea nfisha tkun diġà saret parti għal ftehim internazzjonali jwe awtorizzat lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu dan fl-interess tal-Komunità Ewropea u l-bqija kollha tal-każi. (6) Id-Deċiżjoni 2006/325/KE għandha tiġi emendata kif xieraq sabiex tipprovdi għal tali proċedura. (7) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13]. (8) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. (9) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, li għaldaqstant la hi vinkolanti u lanqas mhi applikabbli għad-Danimarka. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Id-Deċiżjoni 2006/325/KE hija emendata kif ġej: Jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: " Artikolu 1a Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea jekk: 1. Il-Komunità Ewropea nfisha tkun diġà saret parti għall-ftehim internazzjoni; jew 2. Il-Komunità Ewropea awtorizzat lill-Istati Membri biex jagħmlu dan fl-interess tal-Komunità Ewropea. Fil-bqija kollha tal-każi, id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001." Magħmul fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 120, 5.5. 2006, p. 22. [2] ĠU L 120, 5.5.2006, p. 23. [3] ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62. [4] ĠU L 300, 17.11.2005, p. 55. [5] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. [6] ĠU L 324, 10.12.2007, p. 78. [7] ĠU L 256, 25.9.2002, p. 7. [8] ĠU L 338 23.12.2003, p. 30. [9] ĠU L 97, 1.4.2004, p. 53. [10] ĠU C , , p. . [11] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. [12] ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22. [13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.