Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0048(01)

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    /* KUMM/2009/0048 finali */

    52009PC0048(01)

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir /* KUMM/2009/0048 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 12.2.2009

    KUMM(2009) 48 finali

    2009/0012 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    (preżentati mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. L-ISFOND POLITIKU U LEGALI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006[1] emenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001[2] li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea (lista negattiva) u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (lista pożittiva) - inter alia – bi trasferiment ta’ sitt pajjiżi terzi mil-lista negattiva għal dik pożittiva. Dawn huma l-Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis, u s-Seychelles; Ir-Regolament jirrimarka wkoll li l-eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ ftehim bilaterali għall-eżenzjoni tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi in kwistjoni. Dan ir-Regolament kien adottat fil-21 ta’ Diċembru 2006 u ddaħħal fis-seħħ f’Jannar 2007.

    Fil-frattemp, sa mill-15 ta’ Jannar 2007 (aktar tard imressqa għall-1 ta’ Frar) il-pajjiżi tal-CARICOM introduċew skema għal viża speċjali għaċ-ċittadini ta' bosta Stati Membri tal-UE (ċittadini tal-EU ma kinux trattati l-istess bħaċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra li baqgħu eżentati mill-obbligu tal-viża) minħabba l-Kampjonat tad-Dinja tal- Cricket tal-2007 li sar fil-Komunità tal-Karibew. L-introduzzjoni ta’ din il-ħtieġa għall-viża, minkejja d-dispożizzjonijiet favorevoli tar-Regolament il-ġdid tal-Komunità wasslu għall-postponiment tal-preparazzjoni tal-abbozzi tal-mandati għan-negozjati ma’ dawn il-pajjiżi terzi dwar l-eżenzjoni tal-viża.

    Wara li kkunsidra l-iskadenza tal-iskema għall-viża temporanja fil-15 ta’ Mejju 2007, il-mandati għan-negozjati mas-sitt pajjiżi terzi ġew adottati mill-Kunsill fil-5 ta’ Ġunju 2008. Fil-frattemp, fi Brussell, fit-13 ta’ Marzu 2008, saret laqgħa preliminarja mar-rappreżentanti tas-sitt pajjiżi kkonċernati dwar ċerti kwistjonijiet istituzzjonali u tekniċi.

    In-negozjati formali dwar l-eżenzjoni tal-viża infetħu f’Lulju 2008, b’mod separat ma’ kull wieħed mis-sitt pajjiżi. It-tieni sezzjoni ta’ negozjati saret fis-16 ta’ Ottubru 2008 fil-format ta’ laqgħa konġunta.

    L-Istati Membri kienu infurmati u kkonsultati għal tliet darbiet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Viża.

    Il-Ftehimiet bdew b’erbgħa mis-sitt pajjiżi kkonċernati fit-12 ta’ Novembru 2008 u biż-żewġ pajjiżi l-oħra fid-19 ta’ Novembru.

    Min-naħa tal-Komunità, il-bażi legali għall-Ftehim hija l-Artikolu 62(2)(b)(i), flimkien mal-Artikolu 300 tat-TKE.

    Il-proposti mehmużin jikkostitwixxu l-istrumenti legali għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. Il-Parlament Ewropew għandu jkun ikkonsultat b’mod formali dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, skont l-Artikolu 300(3) tat-TKE.

    Meta jiġi kkunsidrat il-perjodu li għadda bejn it-trasferiment tar-Repubblika tal-Mawrizju (minn issa ‘l quddiem "il-Mawrizju ") fil-lista pożittiva bl-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 u l-konklużjoni tal-Ftehim tal-eżenzjoni tal-viża, il-fatt li l-Mawrizju għandha tkun kapaċi li tlesti l-proċedura tar-ratifikazzjoni tagħha f’perjodu qasir, u wkoll wara li kienet ikkunsidrata s-sitwazzjoni tal-Iżvizzera li għandha tapplika l- acquis ta’ Schengen bi sħiħ minn Diċembru 2008 u li teżenta lil Mawrizju mill-ħtiega tal-viża, id-deċiżjoni proposta dwar l-iffirmar tistabbilixxi l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim mid-data tal-iffirmar tiegħu skont l-Artikolu 300(2) tat-TKE.

    Id-deċiżjoni proposta dwar il-konklużjoni tistabbilixxi l-arranġamenti neċessarji interni għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B’mod partikolari, tispeċifika li l-Kummissjoni Ewropea, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, tirrappreżenta l-Komunità fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

    Skont l-Artikolu 6(4), il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli propji ta’ proċedura. Il-pożizzjoni Komunitarja f’dan ir-rigward għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

    2. RIŻULTAT TAN-NEGOZJATI

    Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill fid-direttivi tagħha ta’ negozjati nkisbu u li l-abbozz ta’ ftehim tal-eżenzjoni tal-viża hu aċċettabbli għall-Komunità.

    Il-kontenut finali tiegħu jista’ jiġi mqassar kif ġej:

    L-għan

    Il-ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr il-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tal-Mawrizju meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

    Iċ-ċittadini Ewropej huma diġa eżentati mill-obbligu tal-viża mill-Mawrizju. Sabiex jitħares it-trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE, ġiet inkluża dispożizzjoni fil-Ftehim li tistabbilixxi li l-Mawrizju jistgħu biss jissospendu jew itemmu l-Ftehim, fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea, u b’mod reċiproku, il-Komunità tistà tissospendi u ttemm ukoll il-Ftehim, fir-rigward tal-Istati Membri tagħha biss.

    Is-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit u tal-Irlanda hi riflessa fil-preambolu.

    L-Ambitu

    L-eżenzjoni tal-viża tkopri l-kategoriji kollha ta’ persuni (dawk li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku jew uffiċjali/għas-servizz) li jivvjaġġaw għal għanijiet differenti, bl-eċċezzjoni għall-għan ta’ attivitajiet bi ħlas. Għal din il-kategorija ta’ dan tal-aħħar, kull Stat Membru u wkoll il-Mawrizju jibqgħu ħielsa milli jimponu l-ħtieġa tal-viża fuq iċ-ċittadini ta’ Parti oħra skont il-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni armonizzata, dikjarazzjoni konġunta hi mehmuża mal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni tal-kategorija ta' persuni li jivvjaġġaw għall-għan ta’ attivitajiet bi ħlas.

    Tul ta’ żmien taż-żjara

    Il-ftehim jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li għadhom ma applikawx l- acquis ta' Schengen b’mod sħiħ. Sakemm huma mhux parti miż-żona ta’ Schengen mingħajr fruntieri interni, l-eżenzjoni tal-viża tagħti dritt liċ-ċittadini tal-Mawrizju biex jibqgħu għal tliet xhur fit-territorju ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri (Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija), b’mod indipendenti tal-perjodu kkalkulat għaż-żona sħiħa ta’ Schengen .

    L-applikazzjoni territorjali

    Il-ftehim għandu dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni territorrjali tiegħu: fil-każ ta’ Franza u l-Olanda, l-eżenzjoni tal-viża għandha tintitola liċ-ċittadini tas-sitt pajjiżi biex jibqgħu biss f’dawk it-territorji Ewropej tal-Istati Membri

    Dikjarazzjonijiet

    Dikjarazzjonijiet konġunti oħra huma mehmuża mal-ftehim.:

    - dwar it-tixrid totali tal-informazzjoni dwar il-kontenut u l-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża u kwistjonijiet relatati, bħal-kondizzjonijiet tad-dħul, u

    - dwar l-interpretazzjoni tal-perjodu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur fiż-żona ta’ Schengen.

    L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta’ Schengen hi bl-istess mod riflessa f’dikjarazzjoni konġunta mal-Ftehim.

    3. KONKLUŻJONIJIET

    Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill

    - jiddeċiedi li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u jawtorizza lill-President tal-Kunsill biex jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunità;

    - japprova l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim sakemm dan jidħol fis-seħħ;

    - japprova, wara il-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Ftehim mehmuż bejn il-Komunità Ewropea u l-Mawrizju dwar l-ħruġ tal-viżi għal żjajjar qosra.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],Billi:

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 emenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea (lista negattiva), u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (lista pożittiva) - inter alia – li jittrasferixxi r-Repubblika tal-Mawrizju (minn issa ’l quddiem "il-Mawrizju") mil-lista negattiva għal dik pozittiva. Ir-Regolament jindika wkoll li l-eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma jkun konkluż u jiddaħħal fis-seħħ ftehim bilaterali għall-eżenzjoni tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u l-Mawrizju.

    2. Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Mawrizju dwar il-viża għal perjodu qasir.

    3. In-negozjati dwar il-ftehim infetħu fil-11 ta' Lulju 2008 u kienu konklużi fis-16 ta' Ottubru 2008.

    4. Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim mibdi fi Brussell fit-12 ta’ Novembru 2008 għandu jiġi ffirmat.

    5. Din id-deċiżjoni dwar l-iffirmar għandha tipprovdi lill-applikazzjkoni proviżorja tal-ftehim skont l-Artikolu 300(2) tat-TKE.

    6. Skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhumiex marbuta minnha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Soġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill hu b’hekk awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirmaw, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-iffaċilitar tal-eżenzjoni tal-viża għal perjodu qasir, li jikkonsisti fit-test tal-ftehim u d-dikjarazzjonijiet relatati .

    Artikolu 2

    Il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja sakemm isiru l-konklużjoni tal-proċeduri, sa mid-data tal-iffirmar tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    2009/0012 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[4],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5]

    Billi:

    7. Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mar-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    8. Dan il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fil-.......2009, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni ........./....../KE tal-Kunsill tal-[...........]

    9. Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja f’dan il-każ.

    10. Skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhumiex marbuta minnha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir hi minn issa ‘l quddiem approvata f’isem il-Komunità.

    It-test tal-ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim[6].

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    FTEHIM

    bejn

    il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

    dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

    Il-Komunità Ewropea, minn issa 'l quddiem “il-Komunità”

    kif ukoll:

    ir-Repubblika tal-Mawrizju , minn issa l’quddiem msemmija “il-Mawrizju ”

    minn issa ’l quddiem il-Partijiet Kontraenti

    1) Bil-ħsieb li jiġu żviluppati aktar relazzjonijiet ta’ ħbiberija bejn il-partijiet Kontraenti u x-xewqa li jkun iffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul mingħajr viża u perjodu qasir għaċ-ċittadini tagħhom;

    2) Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006[7] tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001[8] li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viżi fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa – inter alia – it-trasferiment ta’ sitt pajjiżi terzi, inkluż il-Mawrizju fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża għal żjajjar qosra fl-Istati Membri tal-UE;

    3) Filwaqt li huma konxji li l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 jistipula li għal dawn is-sitt pajjiżi, l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mill-Komunità Ewropea mal-pajjiżi in kwistjoni;

    4) Jirrikonoxxu li ċ-ċittadini tal-Istati membri huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża meta jivvjaġġaw lejn il-Mawrizju għal perjodu ta’ sitt ijiem;

    5) Filwaqt li jixtiequ li jiġi mħares il-prinċipju ta’ trattament ugwali maċ-ċittadini kollha tal-UE.;

    6) Wara li kkunsidraw li l-persuni li jivvjaġġaw għall-skopijiet ta’ attività bi ħlas matul iż-żjara qasira tagħhom mhumiex koperti b’dan il-ftehim u għalhekk għal din il-kategorija r-regoli relevanti tal-Komunità u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali tal-Mawrizju jibqgħu japplikaw għall-obbligu jew l-eżenzjoni tal-viża u għall-aċċess għal impjieg;

    7) Filwaqt li jikkunsidraw il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda;

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1 – Għan

    Dan il-ftehim jipprovdi li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jivvjaġġaw mingħajr viża u meta ċ-ċittadini tal-Mawrizju meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

    Artikolu 2 - Definizzjonijiet

    Għall-skopijiet ta' dan il-Ftehim:

    11. "L-Istati Membri" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;

    12. “ċittadin tal-Unjoni Ewropea” għandha tfisser ċittadin ta’ Stat Membru kif deskritt fil-punt (a);

    13. "ċittadin tal-Mawrizju" għandha tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza tal-Mawrizju;

    14. "iż-żona ta’ Schengen" għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li jinkludu t-territorji tal-Istati Membri kif stipulat fil-punt (a) li japplika l- acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ;

    Artikolu 3 – Ambitu tal-applikazzjoni

    1. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku jew tas-servizz/uffiċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Mawrizju għall-perjodu taż-żjara kif definit fl-Artikolu 4(1).

    Iċ-ċittadini tal-Mawrizju li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku jew tas-servizz/uffiċjali, li hu validu u maħruġ mill-Mawrizju, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perjodu taż-żjara kif definit fl-Artikolu 4(2).

    2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ attivitajiet bi ħlas.

    Għal din il-kategorija ta’ persuni, kull Stat Membru jista’ jiddeċidi b’mod individwali li jimponi l-ħtieġa tal-viża fuq iċ-ċittadini tal-Mawrizju jew li jirtirha skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001.

    Il-Mawrizju tista’ tiddeċidi dwar il-ħtieġa tal-viża jew l-eżenzjoni tal-viża għal din il-kategorija ta’ persuni għaċ-ċittadini ta’ kull Stat Membru b’mod individwali skont il-liġi tiegħu.

    3. L-eżenzjoni tal-viża provduta b’dan il-Ftehim għandha tapplika bla ħsara għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u taż-żjara qasira. L-Istati Membri u l-Mawrizju jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul jew żjara qasira fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux.

    4. L-eżenzjoni tal-viża tapplika irrespettivament għall-metodu ta’ trasport użat biex tinqasam il-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti.

    5. Kwistjonijiet mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom jiġu koperti mil-liġi Komunitarja, il-liġi nazzjonali, tal-Istati Membri jew bil-liġi nazzjonali tal-Mawrizju.

    Artikolu 4 – Tul taż-żjara

    1. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Mawrizju għal perjodu massimu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ meta jkunu daħlu l-ewwel darba fit-territorju tal-pajjiż.

    2. Iċ-ċittadini tal-Mawrizju jistgħu jibqgħu fiż-żona ta’ Schengen għal perjodu massimu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ meta jkunu daħlu l-ewwel darba fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru li japplika l- acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. Dan il-perjodu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur għandu jkun ikkalkulat b’mod indipendenti minn kwalunkwe żjara fi Stat Membru li għadu ma japplikax l- acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ.

    Iċ-ċittadini tal-Mawrizju jistgħu jibqgħu għal perjodu massimu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ meta jkunu daħlu l-ewwel darba fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru li japplika l- acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, indipendentament mill-perjodu taż-żjara kkalkulata għaż-żona ta’ Schengen.

    3. Dan il-ftehim ma jaffetwax il-possibbiltà għall-Mawrizju u għall-Istati Membri biex jestendu l-perjodu li jibqgħu aktar minn tliet xhur skont il-liġi nazzjonali u l-liġi Komunitarja.

    Artikolu 5 – Applikazzjoni territorjali

    1. Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.

    2. Fir-rigward tar-Renju tal-Olanda, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw biss għat-territorju Ewropew u tar-Renju tal-Olanda.

    Artikolu 6 – Kumitat Konġunt għall-amministrazzjoni tal-Ftehim

    1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta’ esperti (minn issa ’l quddiem “il-Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u tal-Mawrizju. Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

    2. Il-Kumitat għandu, inter alia, ikollu dawn il-kompiti:

    15. jossorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ;

    16. jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim attwali;

    17. isolvi tilwimiet li jitqanqlu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    3. Il-Kumitat għandu jitlaqqa’ kull meta jkun meħtieġ fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    4. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

    Artikolu 7 – Relazzjoni bejn dan il-ftehim u ftehimiet bilaterali eżistenti għall-eżenzjoni tal-viża bejn l-Istati Membri u l-Mawrizju

    Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u tal-Mawrizju , safejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 8 - Dispożizzjonijiet finali

    1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data meta l-Partijiet Kontraenti javżaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija hawn fuq tlestew.

    2. Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit, kemm-il darba ma jintemmx skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    3. Dan il-Ftehim jista’ jkun emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan l-iskop.

    4. Kull Parti Kontraenti tistà tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b’mod partikolari, għal raġunijiet ta’ politika pubblika, protezzjoni ta’ sigurtà nazzjonali u protezzjoni ta’ saħħa pubblika, immigrazzjoni illegali jew introduzzjoni mill-ġdid tal-ħtieġa tal-viża minn kull Parti Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tkun notifikata lill-Parti Kontraenti mhux aktar tard minn xahrejn qabel jidħol fis-seħħ il-Ftehim. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti l-oħra ladarba r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux japplikaw aktar.

    5. Kull Parti Kontraenti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jieqaf jiffunzjona 90 jum wara d-data ta’ dan l-avviż.

    6. Il-Mawrizju tista’ tissospendi jew ittemm dan il-Ftehim biss, fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea.

    7. Il-Komunità tistà tissospendi jew ittemm, dan il-Ftehim biss, fir-rigward tal-Istati Membri kollha tagħha.

    Magħmul fi Brussell, […]

    b’żewġ kopji fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkollhom l-istess awtentiċità.

    Għall Komunità Ewropea Għal Mawrizju

    DIKJARAZZJONI KONġUNTA FIR-RIGWARD L-IżLANDA, IN-NORVEġJA, L-IżVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

    Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta’ Mejju 1999 u tas-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta’ Schengen.

    F’ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa, u l-awtoritajiet tal-Mawrizju , min-naħa l-oħra, jikkonkludu, bla dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni tal-viża għal żjara qasira f’termini simili bħal dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Mawrizju.

    DIKJARAZZJONI KONġUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA’ PERSUNI LI JIVVJAġġAW GħAL SKOP TA’ ATTIVITÀ BI ħLAS SKONT L-ARTIKOLU 3(2) TA’ DAN IL-FTEHIM

    Fil-waqt li tkun ssodisfatta x-xewqa li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għal dan il-għan, il-kategorija ta’ persuni li se jagħmlu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu bi skop li jkollhom impjieg bi qliegħ/attività b’remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala ħaddiem jew fornitur ta’ xi servizz.

    Din il-kategorija ma għandiex tkopri:

    - persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li li jivvjaġġaw bi skop ta’ deliberazzjoni tan-negozju (mingħajr ma jiġu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra),

    - persuni sportivi u artisti li jesebixxu attività fuq bażi ad hoc,

    - ġurnalisti mibgħuta mill-midja ta’ pajjiżta’ residenza tagħhom u

    - apprendisti intra-korporattivi

    L-implimentazzjoni ta’ din id-Dikjarazzjoni għandha tkun issorveljata mill-Kumitat Konġunt li għandu r-responsabbiltà skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-ftehim, li - fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti jista’ jipproponi modifiki meta – jikkunsidra li dan ikun neċessarju.

    DIKJARAZZJONI KONġUNTA DWAR L-INTERPREATZZJONI TAL-PERJODU TA’ TLIET XHUR MATUL PERJODU TA’ SITT XHUR WARA D-DATA TAL-EWWEL DħUL KIF STABBILIT FL-ARTIKOLU 4 TA’ DAN IL-FTEHIM

    Il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li l-perjodu massimu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur wara d-data tal-ewwel dħul fit-territorju tal-Mawrizju jew fiż-żona ta’ Schengen hi pprovduta mill-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim ifisser jew żjara kontinwa jew bosta żjarat konsekuttivi, it-tul ta' żmien li fih ma jistax jeċċedi tliet xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ sitt xhur b’kollox.

    DIKJARAZZJONI KONġUNTA DWAR L-INFORMAZZJONI TAċ-ċITTADINI DWAR IL-FTEHIM TAL-EżENZJONI TAL-VIżA

    Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Mawrizju, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali ta’ informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-eżenzjoni tal-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fil-pajjiż.

    [1] ĠU L 405, 30.12.2006, p.23

    [2] ĠU L 81, 21.3.2001, p.1

    [3] ………………………..

    [4] ……………………….

    [5] ĠU C….

    [6] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill].

    [7] ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10.

    [8] ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

    Top