EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0014

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika {SEG(2009) 54}

/* KUMM/2009/0014 finali - COD 2009/0001 */

52009PC0014

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika {SEG(2009) 54} /* KUMM/2009/0014 finali - COD 2009/0001 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.1.2009

KUMM(2009) 14 finali

2009/0001 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' […]

li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika

{SEG(2009) 54}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fis-settur tas-servizzi finanzjarji u l-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika statutorja, il-Komunità hija mistennija tappoġġa finanzjarjament attivitajiet ta' ċerti korpi, kemm Ewropej kif ukoll internazzjonali, biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-politiki Komunitarji f'dawn l-oqsma. L-għan ta' din id-Deċiżjoni għalhekk huwa li jiġi stabbilit programm ġdid Komunitarju li jippermetti kontribuzzjonijiet diretti għall-iffinanzjar ta' dawk il-korpi skont il-baġit Komunitarju. Dawn il-kontribuzzjonijiet ser jiżguraw iffinanzjar stabbli, diversifikat, razzjonali u adegwat li jippermetti lil tali korpi jirrealizzaw il-missjoni tagħhom b'mod indipendenti u effiċjenti.

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ir-rwol ewlieni li għandhom il-Kumitati tas-Superviżuri IASCF, EFRAG u PIOB fit-tkomplija u l-operat tas-Suq Intern. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni nnutat li l-implimentazzjoni xierqa ta' wħud mill-politiki Komunitarji ewlenin tista' tiġi ppreġudikata minħabba finanzjament inadegwat ta' dawn il-korpi. Tali sitwazzjoni attwalment tinħoloq jew (i) minħabba mezzi finanzjarji insuffiċjenti biex jitwettqu ċerti proġetti (il-Kumitati tas-Superviżuri, EFRAG) jew (ii) minħabba d-dipendenza fuq finanzjament mhux diversifikat, u volontarju mill-partijiet interessati (IASCF, EFRAG, PIOB). Fil-każ tal-aħħar, l-arranġamenti attwali ta' finanzjament b'hekk iwassal għal tħassib kontinwu dwar l-indipendenza ta' dawn il-korpi. F'evalwazzjoni ex ante estensiva, il-Kummissjoni vvalutat ħames alternattivi possibbli ta' politika: (1) kollox jibqa' kif inhu; (2) jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet fi ħdan il-mudelli eżistenti ta' finanzjament; (3) twaqqif ta' skemi nazzjonali ta' finanzjament; (4) kofinanzjament skont il-baġit Komunitarju; u (5) it-twaqqif ta' aġenziji tal-UE ddedikati (b'rabta mal-Kumitati tas-Superviżuri u l-EFRAG). Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ssejjes fuq analiżi akkademika, fuq informazzjoni u statistiki pprovduti mill-korpi rispettivi nfushon u fuq proposti u valutazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra Ewropej. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti li huma attwalment fis-seħħ u li joħolqu obbligi għal dawn il-korpi jew li jittrasferixxulhom kompiti. Abbażi ta' din il-valutazzjoni, ġie konkluż li l-aħjar alternattiva għal quddiem hija li jiġu kkofinanzjati l-Kumitati tas-Superviżuri, l-IASCF, l-EFRAG u l-PIOB jew permezz ta' għotjiet marbuta ma' għotjiet għal azzjonijiet (il-Kumitati tas-Superviżuri) jew permezz ta' għotjiet operatorji (l-IASCF, l-EFRAG u l-PIOB). Dan l-approċċ jiżgura li (1) il-Kumitati tas-Superviżuri u l-EFRAG ikunu mgħamra sewwa bil-mezzi finanzjarji biex iwettqu ċerti proġetti strateġiċi, li jeċċedu konsiderevolment l-arranġamenti attwali ta' finanzjament; u li (2) l-IASCF, l-EFRAG u l-PIOB ma jiddependux fuq finanzjament mhux diversifikat u volontarju minn partijiet interessati, b'hekk ikun evitat tħassib dwar l-indipendenza tal-attività tagħhom b'rabta mal-iffissar tal-istandards.

Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, il-miri tal-programm Komunitarju propost jikseb importanza akbar. L-Istati Membri tal-UE jqisu li t-titjib tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u b'rabta mar-rappurtar finanzjarju u l-verifika għandhom jingħataw prijorità għolja[1]. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni " Minn kriżi finanzjarja għall-irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni " tad-29 ta’ Ottubru 2008 tistqarr li l-UE teħtieġ li tiddefinixxi mill-ġdid il-mudell regolatorju u superviżorju tas-settur finanzjarju tal-UE, partikolarment għall-istituzzjonijiet finanzjarji kbar transkonfinali[2]. F'dan il-kuntest, hemm maħsuba diversi inizjattivi fil-livell tal-UE biex iwasslu għal titjib sostantiv fl-istrutturi superviżorji eżistenti (eż. l-emendi li ġejjin għad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri[3] jew l-introduzzjoni ta' Kulleġġi ta' Superviżuri skont il-proposta tar-reviżjoni tad-Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali[4]). Dawn l-inizjattivi jitwettqu parallel u mingħajr ħsara għar-riflessjoni prospettiva dwar il-qafas superviżorju futur Ewropew li qed jitħejja fil-grupp ta' livell għoli, imwaqqaf mill-Kummissjoni fil-21 ta' Ottubru 2008 u ppresedut minn Jacques de Larosière. [5] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2008 tistqarr li l-kriżi wriet ukoll il-bżonn li jiġu kkoordinati l-azzjonijiet kemm fuq livell Ewropew kif ukoll f'livell internazzjonali[6]. F'dan il-kuntest, il-konklużjonijiet tas-Samit G20 ġewwa Washington fil-15 ta’ Novembru 2008[7] huma kruċjali, u jsostnu partikolarment il-bżonn li tissaħħaħ il-koordinazzjoni internazzjonali fost is-superviżuri finanzjarji u l-istandards internazzjonali biex tittejjeb il-governanza tas-sistema finanzjarja internazzjonali. Il-momentum politiku attwali jfisser li l-bidla hija possibbli kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali. Il-programm Komunitarju propost jista' jikkontribwixxi għal dan u jsaħħaħ l-kontribut tal-UE fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni stipulat fid-dikjarazzjoni tas-samit tal-G20.

1.1. Il-Kumitati tas-Superviżuri

Il-Kumitati tas-Superviżuri huma korpi konsultattivi indipendenti mwaqqfa mill-Kummissjoni bejn l-2001 u l-2004[8] u magħmula minn superviżuri nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-titoli, l-ibbankjar u l-assigurazzjoni f'kull Stat Membru. Il-mandat tagħhom fih tliet aspetti: L-ewwel, huma għandhom iservu bħala korpi indipendenti għar-riflessjoni, dibattitu u pariri għall-Kummissjoni fl-oqsma msemmija. It-tieni, għandhom jikkontribwixxu favur l-implimentazzjoni konsistenti u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-Istati Membri. It-tielet, huma għandhom jikkontribwixxu favur il-konverġenza tal-prattiki superviżorji madwar il-Komunità u jippromwovu kooperazzjoni f'kull wieħed mill-oqsma msemmija, perżemepju permezz tal-iskambju tal-informazzjoni. Il-Kumitati tas-Superviżuri jaġixxu indipendentement meta jwettqu t-tieni u t-tielet aspett tal-mandat tagħhom, billi minnha nnifisha s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhix kompetenza tal-UE. Evalwazzjonijiet reċenti tal-operat ta' dawn il-Kumitati mill-Istituzzjonijiet Ewropej u gruppi konsultattivi varji[9] u l-kriżi tas-swieq finanzjarji li feġġet sa mill-2007[10] urew il-ħtieġa ta' progress urġenti f'dawn l-oqsma.

Huwa xieraq għall-Komunità li tikkontribwixxi finanzjarjament għal azzjonijiet speċifiċi tal-Kumitati tas-Superviżuri meta jitqies li l-Kumitati (i) iwettqu funzjonijiet ewlenin fir-rigward tal-qafas superviżorju Ewropew, (ii) iwettqu proġetti li jistgħu jkunu elementi importanti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE u, (iii) bħala netwerks ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jirrappreżentaw l-oqsma kollha tas-servizzi finanzjarji, irawmu kultura ta' superviżjoni finanzjarja Ewropea.

It-tliet Kumitati tas-Superviżuri mgħandhomx personalità ġuridika fil-livell Ewropew. Madankollu, biex ikun possibbli li jiġu kkuntrattati partijiet terzi u tiġi ffaċilitata l-operat u l-amministrazzjoni tal-Kumitati, il-membri ta' kull Kumitat tas-Superviżuri waqqaf strutturi ta' appoġġ b'personalità ġuridika f'kull Stat Membru fejn jinsabu dawn il-kumitati, jiġifieri, fi Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja[11]. Il-Komunità ser tikkontribwixxi finanzjarjament lil dawn l-istrutturi ta' appoġġ permezz ta' għotjiet ta' azzjoni. Dawn l-għotjiet ta' azzjoni ser jintużaw esklussivament mill-istrutturi ta' appoġġ biex jiġu ffinanzjati ċerti proġetti li jirrigwardjaw, partikolarment, it-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-immaniġġjar tal-proġetti tat-teknoloġija informatika. Dawn l-għotjiet ta' azzjoni ma għandhom bl-ebda mod jinterferixxu mal-ambitu tal-mandati tal-Kumitati nnifishom. Barra minn hekk, ser ikun iddikjarat fl-għotjiet innifishom li l-obbligazzjonijiet kollha li joriġinaw b'konsegwenza tal-finanzjament Komunitarju tal-Kumitati tas-Superviżuri ser jinġarru mir-riċevituri, jiġifieri l-istrutturi ta' appoġġ ġuridiċi. L-istrutturi ta' appoġġ ġuridiċi għall-Kumitati ser jingħataw ukoll struzzjonijiet biex jiżguraw li l-istatuti tal-inkorporazzjoni jiddikjaraw ċarament li l-kompiti tagħhom ikunu limitati għall-funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv, inkluż partikolarment it-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-immaniġġjar tal-proġetti tat-teknoloġija informatika.

1.2. Rappurtar finanzjarju

Ġabra waħda ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' kontabbiltà jappoġġa l-operat effiċjenti tas-suq intern Komunitarju billi jiġi żgurat li l-investituri, kredituri u partijiet interessati oħra jkollhom aċċess għal informazzjoni f'waqtha, affidabbli u rilevanti dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpaniji.

Fil-każ tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kriżi fis-swieq finanzjarji li feġġet sa mill-2007 ressqet il-kwistjoni tal-istandards tal-kontabbiltà fuq quddiem tal-aġenda politika tal-UE[12]. Huma meħtieġa t-trasparenza u kooperazzjoni globali sabiex jiġi żgurat li l-flussi kapitali traskonfinali u l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati b'mod konsistenti internazzjonalment. Fl-istess waqt, għandu jiġi ggarantit ambjent ekwu għall-kumpaniji madwar id-dinja meta dawn jiġu soġġetti għall-obbligi ta' rappurtar finanzjarju.

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ("ir-Regolament tal-IAS") jipprevedi l-applikazzjoni mandatorja tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) mill-kumpaniji b'titoli elenkati f'suq regolat fl-UE.

L-IFRS jinħarġu mill-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabbiltà (IASB) u l-interpretazzjonijiet relatati mill-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC), żewġ korpi tal-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Kumitat tal-Istandards tal-Kontabbiltà (IASCF) [13].

L-inkorporazzjoni tal-IFRS fid-dritt Komunitarju jfisser li dawn l-istandards għandhom rwol ewlieni fl-operat tas-Suq Uniku u l-ekonomija tal-UE. Għalhekk il-Komunità għandha interess dirett fl-iżgurar li l-proċess li permezz tiegħu dawn l-istandards jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mal-interess pubbliku (eż. stabbiltà finanzjarja), mal-qafas ġuridiku tal-Komunità u mar-realtà tan-negozju Ewropew.

Partikolarment, l-indipendenza tal-proċess tal-istipular tal-istandards mingħajr xi influwenza mhux xierqa minn partijiet b'interess fir-riżultat tal-proċess tal-istipular tal-istandards mill-IASB hija kruċjali. It-tħassib ewlieni f'dan ir-rigward huwa li tiġi evitata d-dipendenza tal-istipulant tal-istandards fuq finanzjament volontarju minn partijiet interessati (bħal awdituri jew kumpaniji elenkati). L-istabbilment ta' arranġamenti xierqa ta' finanzjament għall-IASCF huwa importanti biex tinqata' din id-dipendenza. Barra minn hekk dan għandu jikkontribwixxi biex tiġi ggarantita l-indipendenza tal-attività tagħha tal-istipular tal-istandards u jitrażżan it-tħassib dwar kunflitti possibbli ta' interess. Meta jitqies li l-IFRS huma ddestinati li jiġu inkorporati fid-dritt Komunitarju, kontribuzzjoni finanzjarja għall-baġit tal-IASCF mill-baġit Komunitarju, proporzjonat għall-importanza tal-Komunità fl-ekonomija u s-suq kapitali globali, hija neċessajra biex tgħin jintlaħqu l-għanijiet ta' hawn fuq. It-tħassib li ilu hemm għal ħafna żmien dwar l-arranġamenti finanzjarji tal-IASCF ġie enfasizzat kemm-il darba, notevolment mill-Kunsill ECOFIN fil-konklużjonijiet adottati f'Lulju 2006[14] u Lulju 2007[15], kif ukoll mill-Parlament Ewropew[16].

Ir-riforma tar-reġim ta' finanzjament tal-IASCF hija neċessarja imma mhux biżżejjed biex tittejjeb l-indipendenza tal-IASCF u għalhekk dak ir-reġim jeħtieġ li jiġi vvalutat fl-isfond usa' tar-riformi proposti fil-governanza tal-IASCF. Fil-qafas tal-eżami statutorju tal-IASCF ta' kull ħames snin li għaddej bħalissa, il-Kummissjoni qed tfittex ukoll li jsiru għadd ta' riformi ta' governanza mmirati għal titjib tal-kontabbiltà u l-indipendenza tal-IASCF, kif ukoll titjib fil-proċess proprju tal-IASB. Dawn ir-riformi għandhom jiġu implimentati sa meta jidħol fis-seħħ il-kofinanzjament Komunitarju.

Il- Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) twaqqaf fl-2001 minn organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw lill-emittenti, l-investituri u l-professjoni tal-kontabbiltà involuti fil-proċess ta’ rappurtar finanzjarju[17]. B'konformità mar-Regolament IAS, l-EFRAG tipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea b'opinjonijiet dwar jekk standard tal-kontabbiltà maħruġ mill-IASB jew interpretazzjoni maħruġa mill-IFRIC li jkunu ser jiġu adottati jikkonformawx mad-dritt Komunitarju, partikolarment, mar-rekwiżiti tar-Regolament IAS fir-rigward ta' kemm jiftiehem l-istandard, ir-rilevanza, l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tiegħu kif ukoll kemm ser iwasslu għal ġid pubbliku u l-prinċipju ta' verità u ġustizzja kif stipulat fid-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE. Ir-rwol tal-EFRAG ġie fformalizzat f'Arranġament Operatorju konkluż mas-Servizzi tal-Kummissjoni f'Marzu 2006.

Barra minn hekk, l-EFRAG qed isservi dejjem aktar ta' pjattaforma għall-partijiet interessati Ewropej (kemm pubbliċi kif ukoll privati) biex jagħtu kontribut tekniku upstream lill-IASB dwar abbozzi ta' standards tal-kontabbiltà.

Madankollu, dan l-aħħar aspett tal-ħidma tal-EFRAG huwa ristrett minn nuqqas ta' riżorsi, li jfisser li l-interessi tan-negozju u ekonomiċi tal-UE mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-livell internazzjonali waqt id-diskussjonijiet mal-IASB/IFRIC. Fl-istess waqt, l-EFRAG tbati minn dipendenza attwali fuq finanzjament mhux diversifikat, volontarju minn partijiet interessati (bħal awdituri), li joħloq tħassib dwar l-indipendenza tal-attività tal-analiżi tal-istandards u dwar il-kunflitti possibbli ta' interess. Fil-konklużjonijiet tiegħu adottati fit-8 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill ECOFIN laqa' l-isforzi għal titjib tar-rwol tal-EFRAG sabiex jiġi żgurat li t-tħassib Ewropew jitqies kif xieraq fil-proċess tal-istipular tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà[18]. Il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni simili minn rajh f'rapport adottat f'April 2008. Barra minn hekk, fl-opinjoni tiegħu ddatata l-10 ta’ Settembru 2008, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew tenna li " jridu jkunu previsti fondi biżżejjed għall-kontribut finanzjarju […] għat-twaqqif ta ’ standards internazzjonali tal-kontabilità, b'mod partikolari għall-Fondazzjoni tal-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, inkluż il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, u l-vuċi tagħha fl-Ewropa permezz tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju "[19]. Bosta partijiet interessati privati ressqu wkoll dan it-tħassib fi ħdan il-qafas tal-proġett "EFRAG enhancement" varat mill-EFRAG f'Lulju 2008[20].

L-EFRAG bħalissa għaddej minn riformi ta' governanza sabiex titjieb ir-responsabbiltà, jiġu ggarantiti trasparenza akbar u skrutinju pubbliku fuq l-organizzazzjoni. Dawn ir-riformi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel nofs tal-2009 u jiżguraw li l-istruttura tal-governanza tal-EFRAG tissodisfa l-aspettazzjonijiet flimkien mar-rwol tiegħu ta' interess pubbliku.

Meta jitqiesu r-rwoli ewlenin tal-EFRAG fl-appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki Komunitarji u fir-rappreżentazzjoni tal-interessi Ewropej fil-proċess tal-istipular tal-istandards fil-livell internazzjonali, jeħtieġ li l-Komunità tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-EFRAG biex tiġi ggarantita konsulenza kredibbli u indipendenti kif ukoll ikun possibbli kontribut effikaċi u f'waqtu għall-proċess tal-IASB tal-istipular tal-istandards.

1.3. Verifika

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja teħtieġ li r-rapporti finanzjarji ta' kumpanija jkunu vverifikati minn awdituri statutorji li għandhom jipprovdu opinjoni indipendenti dwar il-pożizzjoni finanzjarja ta' kumpanija, kif rifless fir-rapporti finanzjarji.

Approċċ armonizzat għall-verifika statutorja msejjes fuq standards ta' kwalità għolja miftiehma f'livell internazzjonali jżid il-kwalità kumplessiva tal-verifiki, kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll globalment, isaħħaħ il-kunfidenza pubblika fil-funzjoni tal-verifika u għaldaqstant jiżgura funzjonament effiċjenti tas-suq kapitali Komunitarju u tas-Suq Intern.

Skont id-Direttiva 2006/43/KE, l-istandards internazzjonali għall-verifika (ISAs) jistgħu jiġu adottati għall-applikazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea sakemm jiġu ssodisfati għadd ta' kundizzjonijiet, partikolarment, li l-istandards ikunu ġew żviluppati skont il-proċess proprju xieraq, bl-iskrutinju pubbliku u bi trasparenza. L-istandards internazzjonali għall-verifika huma żviluppati u approvati mill-Bord Internazzjonali għall-Istandards tal-Verifika u l-Assigurazzjoni (IAASB), li huwa Kumitat imwaqqaf mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC).

Il-Bord tal-Iskrutinju tal-Interess Pubbliku (PIOB) inħoloq fit-28 ta’ Frar 2005 mill-Grupp ta' Monitoraġġ, organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ tar-riforma tal-governanza tal-IFAC[21]. Ir-rwol tal-PIOB huwa li jissupervizza l-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-ISAs u attivitajiet oħra ta' interess pubbliku tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC). Il-PIOB huwa l-korp ewlieni li jiżgura li l-ISAs ġew żviluppati u adottati skont il-proċess proprju xieraq, bl-iskrutinju pubbliku u bi trasparenza kif meħtieġ skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE. Il-fatt li tnejn minn għaxar membri tal-PIOB inħatru mill-Kummissjoni f'Marzu 2008 għal perjodu ta' 3 snin jixhed l-interess tal-UE fil-funzjonament tajjeb tal-PIOB.

Il-fakultà tal-introduzzjoni tal-ISAs fid-dritt Komunitarju kif maħsub fid-Direttiva 2006/43/KE jfisser li l-Komunità għandha interess dirett fl-iżgurar li l-proċess li permezz tiegħu dawn l-istandards jiġu żviluppati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mal-interess pubbliku (eż. stabbiltà finanzjarja), mal-qafas ġuridiku tal-Komunità u mar-realtà tan-negozju Ewropew.

Partikolarment, l-indipendenza tal-proċess tas-superviżjoni mingħajr l-ebda influwenza mhux xierqa hija kruċjali. It-tħassib ewlieni f'dan ir-rigward huwa li tiġi evitata d-dipendenza tal-PIOB għall-iffinanzjar tagħha fuq finanzjament mhux diversifikat, volontarju minn partijiet interessati li jkollhom interess dirett fl-istandards tal-verifika. Dan it-tħassib tressaq, fost l-oħrajn, mill-istituzzjonijiet kollha pubbliċi li jisponsorjaw lill-PIOB.

L-istabbilment ta' arranġamenti xierqa ta' finanzjament għall-PIOB huwa importanti biex tinqata' din id-dipendenza. Min-naħa l-oħra dan għandu jikkontribwixxi biex tiġi ggarantita l-indipendenza tal-attività tagħha tas-superviżjoni u jitrażżan it-tħassib dwar kunflitti possibbli ta' interess. Biex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ għalhekk li l-Komunità tikkontribwixxi b'mod ġust għall-finanzjament tal-PIOB.

1.4. Benefiċjarji oħra possibbli

Il-kriżi fis-swieq finanzjarji li feġġet mill-2007 jista' jkollha konsegwenzi fil-qasam tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji kif ukoll fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika statutorja. Konsegwenza waħda tal-kriżi tista' tkun it-twaqqif ta' korpi ġodda fil-livell Komunitarju jew internazzjoanli f'wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma b'mandat li jkopri għanijiet Komunitarji simili bħall-benefiċjarji msemmija hawn fuq tal-programm Komunitarju propost. Barra minn hekk, jista' jkun li wieħed mill-benefiċjarji ta' dan il-programm Komunitarju jitbiddel b'suċċessur, jiġifieri korp ġdid, bejn id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni u tmiem il-programm Komunitarju propost. Għalhekk huwa importantissimu li d-Deċiżjoni tipprevedi dispożizzjoni li tippermetti li l-Programm jiġi adattat flessibbilment għall-bidliet fil-qafas istituzzjonali, filwaqt li jibqa' jirrispetta l-għan kumplessiv ta' dan il-Programm. Id-Deċiżjoni għalhekk tistipula li l-Kummissjoni, permezz ta' deċiżjoni individwali meħuda skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468 tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni, tkun tista' tinkludi benefiċjarju ġdid jew tneħħi wieħed antik mill-Anness. Iż-żieda ta' benefiċjarji ġodda jew it-tbiddil ta' benefiċjarji antiki matul il-perjodu ta' finanzjament ikun biss possibbli f'waħda miż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin:

1. Wieħed mill-benefiċjarji tal-Programm jitbiddel b'suċċessur dirett. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk is-suċċessur jissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà u għalhekk jikkwalifika li jiret id-dritt tal-predeċessur tiegħu li jirċievi fondi f'dan il-programm Komunitarju. L-Anness għandu jiġi emendat skont dan. Tali għażla għandha ssir skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[22].

2. Il-qafas finanzjarji kif iddefinit fl-Artikolu 9(1) mhuwiex eżawrit kompletament. Il-Kummissjoni tista' tipproponi benefiċjarji addizzjonali għal għotja ta' azzjoni, sakemm dan tal-aħħar jikkonforma mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati f'din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-benefiċjarju propost u l-azzjonijiet rispettivi tiegħu jikkonformawx mal-kriterji stipulati f'din id-Deċiżjoni. L-Anness għandu jiġi emendat skont dan. Tali emenda għandha ssir skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[23].

Kwalunkwe benefiċjarju ġdid irid jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:

- għandu jkollu forma ġuridika u mandat simli għall-Kumitati tas-Superviżuri msemmija fit-Taqsima 1.1 hawn fuq (jiġifieri għandhom ikunu stabbiliti skont id-dritt Komunitarju u jwettqu attivitajiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji korrispondenti mmirati lejn il-konverġenza u kooperazzjoni superviżorja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji);

- għandu jkollu mandat simili għall-korpi attivi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika msemmija fit-Taqsima 1.2 u 1.3 hawn fuq (jiġifieri, jkunu direttament involuti fil-proċess tal-iżvilupp, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-istandards jew fis-superviżjoni tal-proċess tal-istipular tal-istandards b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji korrispondenti fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika).

2. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

2.1. Il-bażi ġuridika

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea partikolarment l-Artikolu 95.

2.2. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-programm Komunitarju jipprevedi l-possibbiltà ta' kofinanzjament tal-attivitajiet ta' ċerti korpi li jsegwu miri ta' interessi Komunitarji ġenerali fuq kwistjonijiet ta' rilevanza Komunitarja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u bit-tfassil ta' standards, adottar ta' standards jew superviżjoni tal-proċessi tal-istipular tal-istandards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika. Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba li skont l-Artikolu 5 KE, l-għanijiet tagħha ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar f’livell Komunitarju.

2.3. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-priniċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 KE. Kif ivvalutat fl-evalwazzjoni ex ante , din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Il-finanzjament mill-Komunità qed jiġi propost għal għadd definit sew u limitat tal-korpi l-aktar importanti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Fl-ambitu tal-qafas istituzzjonali attwali, l-arranġamenti l-ġodda ta' finanzjament ser jiżguraw finanzjament stabbli, diversifikat u adegwat sabiex ikun possibbli li l-korpi rilevanti jwettqu l-missjoni tagħhom b'rabta Komunitarja jew ta' interess pubbliku Komunitarju b'mod indipendenti u effiċjenti. L-appoġġ finanzjarju ser jingħata skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002[24] tal-25 ta’ Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002[25] tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

3. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

L-ammont totali li ser jinħareġ mill-baġit tal-Komunità hu ta’ EUR 36.2 miljun għall-perjodu 2010-2013. Il-Programm huwa wieħed ta’ erba' snin f'konformità mat-tul tal-perspettivi finanzjarji 2007 – 2013.

2009/0001 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' […]

li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[26],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[27],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[28],

Billi:

(1) Is-servizzi finanzjarji huma element ewlieni tas-suq intern, kruċjali għall-funzjonament tajjeb tal-ekonomija Ewropea u għall-kompetittività globali. Settur finanzjarju f'saħħtu u dinamiku jeħtieġ qafas solidu għal regolamentazzjoni u superviżjoni, li huwa kapaċi jlaħħaq mal-integrazzjoni dejjem akbar tas-swieq finanzjarji fil-Komunità.

(2) F'ekonomija globali, hemm il-ħtieġa biex ssir konverġenza tal-istandards bejn ġurisdizzjonijiet jew jiġu żviluppati standards internazzjonali. Huwa għalhekk importanti li l-Komunità jkollha rwol fil-proċess tal-istipular tal-istandards internazzjonali għas-swieq finanzjarji. Biex jiġi żgurat li l-interessi tal-Komunità jiġu rrispettati u li l-istandards globali jkunu ta' kwalità għolja u kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa essenzjali li l-interessi tal-Komunità jkunu rrappreżentati adegwatement fil-proċessi tal-istipular tal-istandards internazzjonali.

(3) Il-kriżi finanzjarji wasslet sabiex il-kwistjoni tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, notevolment abbażi transkonfinali, u tar-rappurtar finanzjarju titla' fuq quddiem nett tal-aġenda politika tal-Komunità. Din is-sitwazzjoni tista' twassal għal proposti ġodda għal miżuri ta' approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament imtejjeb tas-suq intern.

(4) Għalhekk huwa xieraq li jinħoloq programm Komunitarju biex isir possibbli l-kofinanzjament tal-attivitajiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), il-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Kumitat tal-Istandards tal-Kontabbiltà (IASCF) u l-Bord tal-Iskrutinju tal-Interess Pubbliku (PIOB), li jsegwu, skont l-Artikolu 162 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[29], miri ta' interess ġenerali Ewropew bit-tfassil ta' standards, adozzjoni ta' standards jew superviżjoni ta' proċessi tal-istipular ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika.

(5) Huwa wkoll xieraq li jiġu pprovduti għotjiet ta' azzjoni lit-tliet strutturi ġuridiċi ta' appoġġ li l-mira esklussiva tagħhom hija li jitforna appoġġ amministrattiv lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE[30], il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej [il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej] stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE[31] u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej [il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol] stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE[32], għat-twettiq ta' proġetti b'rabta, fost l-oħrajn, mat-taħriġ tal-persunal ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-immaniġġjar ta' proġetti tat-teknoloġija informatika.

(6) Korpi li jaħdmu fil-qasam tas-superviżjoni, kontabbiltà u verifika huma dipendenti ħafna fuq il-finanzjament u minkejja r-rwoli importanti tagħhom fil-Komunità, l-ebda mill-benefiċjarji proposti mill-programm Komunitarju ma jibbenifika minn xi appoġġ finanzjarju mill-baġit Komunitarju, li jista' jaffettwa l-kapaċità tagħhom biex jikkonformaw mal-missjonijiet rispettivi tagħhom li huma kruċjali għall-funzjonament tas-Suq Intern.

(7) Kofinanzjament Komunitarju jiżgura li dawn il-korpi jibbenefikaw minn finanzjament ċar, stabbli, diversifikat, razzjonali u adegwat u li jippermettilhom jirrealizzaw il-missjoni tagħhom ta' interess pubbliku b'mod indipendenti u effiċjenti.

(8) Barra mit-tibdil fil-modi tal-finanzjament tagħhom, l-IASCF u l-EFRAG għaddejin minn riformi ta' governanza biex jiġi żgurat li l-istrutturi u l-proċessi tagħhom jiggarantixxu l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-missjoni tagħhom ta' interess pubbliku b'mod indipendenti u effiċjenti. Dawn ir-riformi għandhom jidħllu fis-seħħ sa meta jibda l-kofinanzjament Komunitarju.

(9) Il-kriżi fis-swieq finanzjarji jista' jkun li twassal għat-twaqqif ta' korpi ġodda fil-livell Komunitarju jew internazzjoanli f'wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma b'mandat li jkopri għanijiet Komunitarji simili bħall-benefiċjarji tal-programm Komunitarju propost.

(10) Għandu jkun possibbli li fil-Programm jiġu inklużi korpi ġodda, sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji stretti ta' eliġibbiltà ta' din id-Deċiżjoni.

(11) Ladabra l-għażla ta' benefiċjarji ġdid hija miżura ta' ambitu ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[33], dik l-għażla għandha ssir billi tintuża l-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[34] (ir-Regolament Finanzjarju) u r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002[35], li jħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom ikunu applikati bil-kunsiderazzjoni tal-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla tal-istrumenti baġitarji, limitazzjoni fuq l-għadd ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni għandha responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-immaniġġjar tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta’ riżorsi u l-piż amministrattiv marbut mal-użu tagħhom.

(13) Il-proposta tipprevedi l-possibbiltà ta' kofinanzjament tal-attivitajiet ta' ċerti korpi li jsegwu miri ta' interessi Komunitarji ġenerali fuq kwistjonijiet ta' rilevanza Komunitarja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u bit-tfassil ta' standards, adottar ta' standards jew superviżjoni tal-proċessi tal-istipular tal-istandards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika. Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba li, skont l-Artikolu 5 KE, l-għanijiet tagħha ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju.

(14) Il-proposta tikkonforma mal-priniċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Kif valutat fl-evalwazzjoni ex ante , din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Il-finanzjament mill-Komunità qed jiġi propost għal għadd definit sew u limitat tal-korpi l-aktar importanti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Fl-ambitu tal-qafas istituzzjonali attwali, l-arranġamenti l-ġodda ta' finanzjament ser jiżguraw finanzjament stabbli, diversifikat u adegwat sabiex ikun possibbli li l-korpi rilevanti jwettqu l-missjoni tagħhom b'rabta Komunitarja jew ta' interess pubbliku Komunitarju b'mod indipendenti u effiċjenti. L-appoġġ finanzjarju ser jingħata skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002[36] tal-25 ta’ Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002[37] tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-istabbiliment tal-Programm

Bil-preżenti qed jiġi stabbilit programm Komunitarju, hawn taħt imsejjaħ "il-Programm", għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013 biex jappoġġa l-attivitajiet tal-korpi li jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-għanijiet ta' politika tal-Komunità fir-rigward tal-konverġenza superviżorja u l-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u b'rabta mar-rappurtar finanzjarju u l-verifika.

Artikolu 2

Għanijiet

1. L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jiġu appoġġati l-attivitajiet jew l-azzjonijiet ta' ċerti korpi fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtar finanzjarju u l-verifika.

2. L-attivitajiet li ġejjin huma koperti bil-Programm.

(a) attivitajiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' politiki Komunitarji mmirati lejn il-konverġenza superviżorja, partikolarment permezz ta' taħriġ tal-persunal u l-immaniġġjar ta' proġetti tat-teknoloġija informatika fil-qasam tas-servizzi finanzjarji;

(b) attivitajiet li jiżviluppaw jew li jagħtu kontribut għall-iżvilupp ta' standards, l-applikazzjoni, il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ tal-istandards jew is-superviżjoni tal-proċess tal-istipular tal-istandards b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika.

Artikolu 3

Aċċess għall-Programm

Biex ikun eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skont il-Programm, korp għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) irid ikun persuna ġuridika li ma tagħmilx profitti, b'għan immirat lejn il-promozzjoni tal-interess pubbliku u li tfittex miri ta' interess Ewropew ġenerali kif previst fl-Artikolu 162 tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002;

(b) ma għandux ikun, fil-waqt tal-għoti tal-għotja, f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1) u l-Artikolu 94 u l-punt (a) tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 4

Il-benefiċjarji tal-Programm

Il-benefiċjarji msemmija fl-Anness għandhom jibbenefikaw mill-Programm.

Artikolu 5

Għoti ta' għotjiet

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi finanzjament skont il-Programm fil-forma ta' għotjiet u meta biss jiġi ppreżentat programm ta' ħidma xieraq u stima ta' baġit kumplessiv.

2. Il-finanzjament Komunitarju lill-benefiċjarji stipulat fit-Taqsima A tal-Anness għandu jingħata biss fil-forma ta' għotjiet operatorji, li għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw il-kosti operatorji u l-ispejjeż inkluż it-treġija tas-segretarjati u r-remunerazzjoni tal-impjegati tagħhom. Fil-każ ta' tiġdid, l-għotjiet operatorji ma għandhomx jitnaqqsu awtomatikament.

3. Il-finanzjament Komunitarju lill-benefiċjarji stipulati fit-Taqsima B tal-Anness, għandu jingħata biss fil-forma ta' għotjiet ta' azzjoni. Għotjiet ta' azzjoni għandhom jingħataw biss għall-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 6 u għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma għandhomx ikopru attivitajiet inklużi fil-mandati tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol;

(b) il-funzjoni ta' appoġġ amministrattiv tal-benefiċjarji stipulati fit-Taqsima B tal-Anness għandha tiġi stipulata ċarament fl-istatuti rispettivi tagħhom. Il-funzjoni ta' appoġġ amministrattiv għandha tkun l-għan uniku tal-benefiċjarji msemmija fit-Taqsima B tal-Anness u għandha tinkludi t-twettiq tal-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 6 għall-benefiċċju tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammonti u l-perċentwal massimu ta' finanzjament. Tali deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata.

Artikolu 6

Attivitajiet eliġibbli tal-benefiċjarji għal għotjiet ta' azzjoni

Mingħajr ħsara għall-Artikoli 3 u 5, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu eliġibbli għal għotjiet ta' azzjoni:

(a) ospitar ta' konferenzi, seminars, sessjonijiet ta' taħriġ u laqgħat tal-esperti;

(b) tħejjija u ħruġ ta' pubblikazzjonijiet, tħejjija u eżekuzzjoni ta' attivitajiet oħra ta' informazzjoni;

(c) twettiq ta' riċerka, tħejjija ta' studji;

(d) attivitajiet ta' appoġġ oħra rilevanti għal-leġiżlazzjoni jew il-politiki Komunitarji fil-qasam tal-kontabbiltà u l-verifika;

(e) proġetti tat-teknoloġija informatika rigward, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni bejn is-superviżuri nazzjonali;

(f) programmi ta' taħriġ u skemi ta' sekondament tal-persunal għal persunal minn superviżuri nazzjonali.

Artikolu 7

Għażla ta' benefiċjarji ġodda

1. Il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tagħżel benefiċjarji ġodda għall-Programm u temenda l-Anness kif xieraq.

2. Biex jikkwalifika bħala benefiċjarju ġdid, korp għandu jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 3, u barra minn hekk, waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a) ikun suċċessur dirett ta' wieħed mill-benefiċjarji identifikati fl-Anness;

(b) iwettaq attivitajiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' politiki Komunitarji mmirati lejn il-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji;

(c) ikun direttament involut fil-proċess tal-iżvilupp jew jikkontribbwixxi għall-iżvilupp ta' standards, l-applikazzjoni, il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ tal-istandards jew is-superviżjoni tal-proċess tal-istipular tal-istandards b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika.

3. Fejn korp jintagħżel mill-Kummissjoni bħala benefiċjarju ġdid:

(a) jissodisfa l-kriterji għall-attivitajiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 6 u l-kriterju stipulat fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jista' jingħata l-għotja tal-predeċessur identifikat fl-Anness; jew

(b) jissodisfa l-kriterji għall-attivitajiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 6 u l-kriterji stipulati fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jista' jingħata għotja ta' azzjoni; F'dak il-każ, l-ammont massimu ta' finanzjament disponibbli skont l-għotja ta' azzjoni ma għandux jaqbeż fuq bażi annwali l-krediti mhux użati fil-kuntest tal-għotjiet maħruġa għal azzjonijiet speċifiċi jew għotjiet operatorji skont l-Artikolu 9.

Artikolu 8

It-trasparenza

Kull benefiċjarju ta' finanzjament mogħti skont il-Programm għandu jindika f'post prominenti, bħal xi websajt jew rapport annwali, li jkun irċieva fond mill-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni matul il-perjodu 2010-2013 huwa EUR 36.2 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet allokati skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu stabbiliti kull sena mill-awtorità baġitarja fil-parametri tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 10

Implimentazzjoni

Il-miżuri neċessajri għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċeduri stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002[38].

Artikolu 11

Monitoraġġ

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-Programm, il-benefiċjarju jippreżenta rapporti annwali tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma u li rapport finali jkun ippreżentat wara li tintemm l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-kontenut tar-rapporti.

2. Mingħajr ħsara għall-verifiki mwettqa mill-Qorti tal-Awdituri f'koordinament mal-korpi jew dipartimenti nazzjonali kompetenti tal-verifika skont l-Artikolu 248 tat-Trattat, jew għal kwalunkwe spezzjoni mwettqa skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 279(1) tat-Trattat, uffiċjali u persunal ieħor tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fuq il-post, inklużi verifiki ta' kampjuni, fuq azzjonijiet iffinanzjati skont il-Programm u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2185/96[39]. Fejn ikun meħtieġ, għandha titwettaq investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u dawn għandhom jiġu rregolati mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[40].

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehimiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm jipprovdu partikolarment għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ fuq il-post, u għall-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri.

4. Il-persunal tal-Kummissjoni u persunal barrani li jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni għandu jkollhom id-dritt xieraq tal-aċċess, l-aktar għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għat-tagħrif kollu, inkluż dak li jkun f’format elettroniku, liema tagħrif ikun meħtieġ biex titwettaq tali verifika.

5. Il-Qorti tal-Awdituri kif ukoll l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkollhom l-istess drittijiet, l-aktar id-dritt tal-aċċess, bħall-Kummissjoni.

6. Il-benefiċjarju ta’ għotja operatorja jew ta' azzjoni għandu jkollu disponibbli għall-Kummissjoni d-dokumenti sostantivi kollha, inkluż ir-rapport finanzjarju vverifikat, dwar in-nefqa li tkun saret matul is-sena tal-għotja, għal perjodu ta’ ħames snin minn wara l-aħħar ħlas. Il-benefiċjarju ta’ għotja għandu jiżgura li, fejn applikabbli, dokumenti sostantivi fil-pussess tas-sħab jew msieħba jkunu disponibbli għall-Kummissjoni.

7. Abbażi tar-riżultati tar-rapporti u l-kontrolli kampjunarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fejn meħtieġ, l-iskala jew il-kundizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-appoġġ finanzjarju oriġinarjament approvata, kif ukoll l-iskeda taż-żmien għall-ħlasijiet, jiġu aġġustati.

8. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħed kull pass ulterjuri meħtieġ sabiex jiġi vverifikat li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif xieraq u konformement ma' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 12

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont il-Programme, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u l-irkupru ta’ ammonti mħallsa mhux kif xieraq, kif ukoll, fil-każ li jinstabu irregolaritajiet, permezz ta’ penali effikaċi, proporzjonati u disważivi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95[41], ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2185/96[42] u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999[43].

2. Għall-attivitajiet Komunitarji ffinanzjati skont dan il-Programm, il-kunċett tal-irregolarità msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2988/95[44] għandu jfisser kull ksur ta' dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku, li jkollu, jew li jista' jkun li jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-baġits immaniġġjati minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi proprji miġbura direttament għan-nom tal-Komunitajiet, jew permezz ta' nefqa mhux ġustifikata.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, jekk issib irregolaritajiet, l-ammont ta' appoġġ finanzjarju għal azzjoni jitnaqqas, jiġi sospiż jew irkuprat, inkluż nuqqas ta' konformità ma' din id-Deċiżjoni jew mad-deċiżjoni individwali jew mal-kuntratt jew ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju inkwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun ġiet soġġetta għal bidla li tikkunfliġġi man-natura jew il-kundizzjonijiet implimentattivi tal-proġett.

4. Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-appoġġ finanzjarju allokat tkun iġġustifikata mill-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-benefiċjarju għandu jippreżenta osservazzjonijiet lill-Kummissjoni fi żmien speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella l-appoġġ finanzjarju li jkun fadal u tista' titlob il-ħlas lura tal-ammonti li diġà jkunu tħallsu.

5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ħlas mhux dovut jitħallas lura lill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jingħadd ma' kwalunkwe ammonti mhux imħallsa lura f'waqthom bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat regolatorju.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE hija applikabbli, b'konformità mal-Artikoli 7 u 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 3 xhur.

Artikolu 14

Evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, tippreżenta rapport abbażi, fost l-oħrajn, tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 11(1), lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-ilħiq tal-għanijiet tal-Programm.

Dak ir-rapport għandu jeżamina tal-anqas il-pertinenza u koerenza kumplessivi tal-Programm, l-effikaċja tal-eżekuzzjoni tiegħu u l-effikaċja kumplessiva u individwali tal-azzjonijiet varji f'termini tal-kisbiet tal-għanijiet kif stipulati fl-Artikolu 2.

Dan ir-rapport għandu jintbagħat wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għal fini ta' informazzjoni.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, skont it-Trattat, jiddeċiedu dwar il-kontinwazzjoni tal-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Il-benefiċjarji msemmija fid-Deċiżjoni huma li ġejjin.

Taqsima A

Il-benefiċjarji fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju:

- il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG);

- il-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Kumitat tal-Istandards tal-Kontabbiltà (IASCF).

Il-benefiċjarji fil-qasam tal-verifika:

- il-Bord tal-Iskrutinju tal-Interess Pubbliku (PIOB).

Taqsima B

Il-korpi li ġejjin, li l-mira tagħhom hija li jipprovdu appoġġ amministrattiv lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol:

- Fil-każ tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS), is-CEBS Secretariat Limited, kumpanija fir-Renju Unit b'responsabbiltà limitata mingħajr kapital azzjonarju bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Londra u li hija rreġistrata bin-numru 5161108 mal-Companies House;

- Fil-każ tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR) organizzazzjoni li ma tagħmilx profitti Franċiża (" Association Loi 1901 "), bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Pariġi u li hija rreġistrata bin-numru 441545308 mal-" prefecture de Police ".

- Fil-każ tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS) organizzazzjoni li ma tagħmilx profitti Ġermaniża (" eingetragener Verein (e.V.)"), bl-uffiċċju reġistrat tagħha fi Frankfurt u li hija rreġistrata bin-numru VR 12777 mal-" Amstgericht Frankfurt am Main ".

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika

2. QAFAS ABM/ABB

Il-Qasam/L-Oqsma ta’ Politika konċernat/i u l-Attività(jiet) assoċjata/i:

Qasam ta' Politika: 12 Suq Intern u Servizzi

Attività: Ambjent Korporattiv, kontabbiltà u verifika

Attività: Swieq Finanzjarji

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (li qabel kienu l-linji B..A)) inkluż l-intestaturi:

Intestatura 1A: kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

12.0401 - linja baġitarja operattiva ġdida li ser tintalab

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

It-tul tal-azzjoni: 4 snin (2010-2013)

Tul indikattiv tal-impatt finanzjarju inkluż il-ħlasijiet: 5 snin (2010-2014)

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja tal-Baġit | Tip tan-nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

12.0401 | Mhux obblig. | Diff[45] | IVA | LE | LE | Nru 1A |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u approprjazzjonijiet għall-ħlas (AĦ)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip tan-nefqa | Taqsima nru. | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Totali |

Nefqa operattiva[46] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 5.300 | 10.300 | 10.300 | 10.300 | 36.200 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlas (AĦ) | b | 2.650 | 7.800 | 10.300 | 10.300 | 5.150 | 36.200 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[47] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | C |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 5.300 | 10.300 | 10.300 | 10.300 | 36.200 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlas | b+c | 2.650 | 7.800 | 10.300 | 10.300 | 5.150 | 36.200 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[48] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | D | 1.406 | 1.406 | 1.406 | 1.406 | 1.406 | 7.030 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6. | E | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.100 |

TOTAL tal-AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 6.726 | 11.726 | 11.726 | 11.726 | 1.426 | 43.330 |

TOTAL AĦ, inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 4.076 | 9.226 | 11.726 | 11.726 | 6.576 | 43.330 |

Dettalji ta' kofinanzjament

Il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-benefiċjarji bl-użu tal-fondi proprji tagħhom jew fondi rċevuti minn partijiet terzi (pereżempju, organizzazzjonijiet membri, il-partijiet interessati)[49].

Stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament hija indikata fit-tabella hawn taħt.

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Korp li jikkofinanzja | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Totali |

Il-IASCF bil-fondi proprji tiegħu u bil-fondi rċevuti minn partijiet terzi (76% kofinanzjament medju mill-benefiċjarji) | f | --- | 16.000 | 16.000 | 16.000 | 0 | 48.000 |

Il-EFRAG bil-fondi proprji tiegħu u bil-fondi rċevuti minn partijiet terzi (50% kofinanzjament medju mill-benefiċjarji) | f | 3.000 | 3.000 | 3.000 | 3.000 | 0 | 12.000 |

Il-PIOB bil-fondi proprji tiegħu u bil-fondi rċevuti minn partijiet terzi (70% kofinanzjament medju mill-benefiċjarji) | f | 0.700 | 0.700 | 0.700 | 0.700 | 0 | 2.800 |

Is-CESR, is-CEBS u s-CEOIPS (3LC) bil-fondi proprji tagħhom u bil-fondi rċevuti minn partijiet terzi (52% kofinanzjament medju mill-benefiċjarji) | f | 2.153 | 2.153 | 2.153 | 2.153 | 0 | 8.612 |

TOTAL tal-AI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f | 12.579 | 33.579 | 33.579 | 33.579 | 1.426 | 114.742 |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta se ġġib magħha r-riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali u persunal temporanju u estern) - ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Ħtiġijiet annwali: | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 |

Numru totali tar-riżorsi umani | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li għandha tiġi sodisfatta f'terminu ta' żmien qasir jew twil

Għan operattiv 1: żgurar ta' finanzjament stabbli, diversifikat, razzjonali u adegwat li jippermetti l-korpi rilevanti jwettqu l-missjoni tagħhom ta' interess pubbliku b'mod indipendenti u effiċjenti fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika (il-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Kumitat tal-Istandards tal-Kontabbiltà (IASCF), il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), u l-Bord tal-Iskrutinju tal-Interess Pubbliku (PIOB)) f'perjodu raġonevoli ta' żmien meta titqies l-urġenza tal-kuntest tal-UE u internazzjonali. Għan operattiv 2: żgurar li l-Kumitati tas-Superviżuri (3LC) jkunu mgħammra adegwatement b'mezzi finanzjarji f'perjodu raġonevoli ta' żmien, meta titqies l-urġenza tal-kuntest tal-UE u internazzjonali.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija possibbli

- L-involviment tal-Komunità ser isaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea notevolment fil-kuntest tad-diskussjonijiet attwali dwar il-governanza ta' dawn il-korpi tal-UE u internazzjonali (l-IASCF, l-EFRAG u l-PIOB);

- Il-finanzjament Komunitarju ser jixhed ir-rieda tal-UE, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, li taġġorna l-kwistjonijiet tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istandards tal-kontabbiltà (l-IASCF, l-EFRAG u l-Kumitati tas-Superviżuri);

- Il-finanzjament Komunitarju speċifiku ser jindika interess Komunitarju lill-partijiet konċernati, u ser iħeġġeġ korpi pubbliċi u istituzzjonijiet oħra fl-UE biex jipprovdu aktar fondi u attenzjoni għal dawn l-organizzazzjonijiet;

- Barra minn hekk, l-intervent Komunitarju ser itejjeb ir-rikonoxximent ġenerali tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji (partikolarment l-EFRAG u l-PIOB), filwaqt li jipprovdi finanzjament għal korpi soġġetti għall-finanzjament insuffiċjenti (speċjalment il-Kumitati tas-Superviżuri u l-EFRAG);

- Il-finanzjament Komunitarju propost ser ikun element kruċjali għall-azzjonijiet fit-terminu qasir taż-żmien lejn it-tlestija tas-suq uniku għas-swieq finanzjarji;

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

- Għan : evitar tad-dipendenza tal-IASCF, l-EFRAG u l-PIOB fuq finanzjament privat volontarju mill-partijiet interessati, b'hekk tiġi ggarantita l-indipendenza ta' ħidmiethom. Riżultat mistenni : jintemm it-tħassib kontinwu dwar il-kunflitt possibbli ta' interessi u l-indipendenza b'rabta mal-attività relatata mal-istandards (l-istipular tal-istandards b'rabta mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (l-IFRS) għall-IASCF, l-analiżi tal-IFRS fil-kuntest tal-proċess ta' adottar għall-EFRAG u s-superviżjoni tal-proċess tal-istipular tal-Istandards Internazzjonali tal-Verifika (l-ISA) għall-PIOB meta jitqies li dawn l-istandards huma parti jew parti potenzjali tal- acquis communautaire ).

- Għan : promozzjoni tal-aċċettazzjoni globali tal-IFRS u l-IAS, flimkien ma' awtoritajiet oħra pubbliċi fl-Istati Uniti u pajjiżi/reġjuni oħra. Riżultat mistenni : rikonoxximent internazzjonali koordinat tal-istandards IFRS u IAS, li huwa għan fit-tul tal-UE.

- Għan : żgurar ta' qsim aktar ekwu tal-piż fi ħdan l-UE għall-finanzjament tal-IASCF u l-EFRAG, minħabba li xi wħud biss mill-partijiet interessati fl-UE jġorru l-ispejjeż tal-finanzjament ta' dawn l-istituzzjonijiet, filwaqt li Stat Membri jew partijiet interessati oħra ma jġorrux. Riżultat mistenni : il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ser twassal għal ambjent ekwu ta' parteċipazzjonijiet nazzjonali tal-UE fil-korpi kruċjali internazzjonali u tal-UE stipulaturi tal-istandards (l-IASCF u l-EFRAG).

- Għan : żgurar li l-Kumitati tas-Superviżuri u l-EFRAG ikunu mgħamra biżżejjed f'termini ta' riżorsi tekniċi u finanzjarji. Riżultat mistenni : il-kontribuzzjoni Komunitarja ser tiggarantixxi l-operazzjonijiet eżistenti ta' dawn il-korpi, u ser tikkofinanzja sett ta' kwalità ta' azzjonijiet ġodda li huma essenzjali għall-politika kumplessiva finanzjarja tal-UE. Tinkiseb ukoll trasparenza akbar fil-governanza ta' dawn l-istituzzjonijiet.

- Għan : ksib tal-għanijiet preċedenti fl-anqas żmien possibbli, fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali. Riżultat mistenni : kofinanzjament Komunitarju jista' jkun disponibbli għall-benefiċjarji fl-iqsar żmien possibbli, jekk id-Deċiżjoni tiġi adottata mill-koleġiżlaturi fl-2009.

- Kejl / Indikaturi : l-effiċjenza u l-kwalità ser jitkejlu bl-analizzar tat-twettiq tal-azzjonijiet/ktibiet/dokumenti u l-impatt prattiċi tagħhom fl-ambitu tal-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar is-swieq finanzjarji.

5.4. Metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv)

X Immaniġġjar Ċentralizzat

X direttament mill-Kummissjoni

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-Kummissjoni ser timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi u tevalwa l-impatt tal-finanzjament propost. Għal dan l-għan il-Kummissjoni:

- ser timmonitorja u tanalizza r-rapporti annwali ta' ppjanar u attività tal-benefiċjarji;

- ser tevalwa l-eżitu ta' kwalità tal-attivitajiet ġenerali / azzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità. Mekkaniżmi preċiżi ta' reazzjonijiet ser jitvaraw biex jiġi żgurat li l-fondi Komunitarji jintużaw skont l-għanijiet inizjali u mal-prinċipji ta' mmaniġġjar razzjonali ta' fondi;

- ser titlob rapport annwali speċifiku li jingħata lill-Kummissjoni, skont l-għanijiet individwali ta' kull programm u konformi mal-linji gwida tar-Regolament Finanzjarju;

- fl-aħħar nett, bħala membru tal-gruppi ta' monitoraġġ/treġija mwaqqfa (jew li jridu jitwaqqfu) mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni ser tiżgura li dawn joperaw effiċjentement u fl-interess pubbliku tal-UE;

- ser tiżgura djalogu kontinwu ma' fornituri ta' fondi u partijiet interessati ewlenin oħra.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex ante

Evalwazzjoni waħda dettaljata twettqet qabel il-formulazzjoni tal-abbozz tal-proposta. Hija magħmula minn rapport ġenerali ta' evalwazzjoni u erba' annessi dettaljati, kull wieħed minnhom iddedikat għall-benefiċjarji proposti mill-finanzjament Komunitarju (il-Kumitati tas-Superviżuri, l-IASCF, l-EFRAG u l-PIOB).

6.2.2. Miżuri li jittieħdu wara evalwazzjoni intermedja/ex post (lezzjonijiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Billi l-inizjattiva proposta hija totalment ġdida fid-DĠ MARKT, evalwazzjonijiet intermedji/ ex post mhumiex applikabbli f'dan l-istadju.

6.2.3. Termini u frekwenza ta' evalwazzjoni futura

Evalwazzjoni intermedja ser titwettaq wara sentejn ta' implimentazzjoni tal-programmi. Evalwazzjoni ex post tiġi organizzata fi tmiem l-azzjonijiet previsti.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

- Analiżi regolari tal-kontijiet, rapporti annwali u ċertifikati tal-verifika tal-benefiċjarji;

- Żjarat fil-bini tal-benefiċjarji meta jitqies neċessarju għall-verifika tas-sistemi u kontrolli baġitarji;

- Il-kontrolli regolari kollha għall-benefiċjarji tal-għotjiet kif previst fir-Regolament Finanzjarju.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta fid-dawl tal-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet indikattivi għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

(Għandhom jiġu pprovduti Intestaturi tal-Għanijiet, azzjonijiet u riżultati) | Tip ta' riżultat | L-ispiża medja | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[51] (XX 01 01) | A*/AD | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 |

B*, C*/AST | 6 | 6 | 6 | 6 | 6 |

Persunal iffinanzjat[52] permezz tal-Art. XX 01 02 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Persunal ieħor[53] iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 04/05 | --- | --- | --- | --- | --- |

TOTAL | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

Immaniġġjar operattiv tal-għotjiet ta' azzjoni u operatorji.

Immaniġġjar finanzjarju, monitoraġġ u verifika tal-ftehimiet tal-għotjiet.

It-12-il impjegat kollha kemm huma ser ikunu parzjalment involuti fl-iżvilupp tal-azzjonijiet.

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

X Il-karigi li għandhom jimtlew mill-ġdid permezz tal-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz tal-immaniġġjar (it-tqassim intern mill-ġdid). 10

X Karigi li għandhom jintalbu għall-proċedura APS/PDB li jmiss: 2

Filwaqt li ser jintużaw 10 persunal internament, għandhom jintalbu uffiċjal wieħed AD u wieħed AST biex jiġi żgurat l-immaniġġjar korrett ta' dawn il-ftehimiet ġodda ta' għotja. Dawn iż-żewġ karigi ser ikunu essenzjali għall-monitoraġġ (kompiti finanzjarji, ta' verifika, tekniċi) u segwitu xierqa ta' allokazzjonijiet ta' għotjiet indubbjament kbar, attività ġdida għall-DĠ MARKT.

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta' referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq l-immaniġġjar amministrattiv)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-Baġit (numru u intestatura) | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | TOTAL |

Għajnuna teknika / amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total ta' għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tipi ta' riżorsi umani | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 |

L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) | 1.342 | 1.342 | 1.342 | 1.342 | 1.342 |

Persunal iffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 02 (awżiljari, END, persunal b'kuntratt eċċ.) | 0.064 | 0.064 | 0.064 | 0.064 | 0.064 |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza | 1.406 | 1.406 | 1.406 | 1.406 | 1.406 |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji |

9 uffiċjali fl-unitajiet operattivi Uffiċjal 1 fl-unità finanzjarja Uffiċjal 1 fl-IAC (il-Kapaċità Interna tal-Verifika tad-DĠ MARKT) |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat fl-ambitu tal-Art. XX 01 02 |

Aġent kuntrattwali 1 fl-unità finanzjarja |

Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.100 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[55] |

XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi tal-informatika |

2 Total tal-Ispiża Oħra ta' Mmaniġġjar (XX 01 02 11) | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.100 |

3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) |

Spiża amministrattiva totali, minbarra r-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, (MHUX inkluża fl-ammont ta' referenza) | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.100 |

L-ispiża ta' laqgħat possibbli mhix inkluża fid-dikjarazzjoni finanzjarja preżenti minħabba li ser tkun parti mill-"envelopp globali" tad-DĠ MARKT.

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

--- |

[pic][pic][pic]

[1] Ara d-Dikjarazzjoni dwar Pjan ta' Azzzjoni Ewropew konċertat għall-pajjiżi taż-Żona tal-euro (14239/08), is-Samit tal-pajjiżi taż-Żona tal-euro, Brussell, it-12 ta' Ottubru 2008 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru (14368/08), Brussell, il-15-16 ta' Ottubru 2008, il-paragrafu 1 et seq .

[2] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Minn kriżi finanzjarja għall-irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni" (COM (2008) 706 finali), Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2008, p. 4.

[3] Għal aktar tagħrif, ara: http://ec.europa.eu/internal_market/finances/actionplan/index_en.htm

[4] Għal aktar tagħrif, ara: http://ec.europa.eu/internal_market/bank/regcapital/index_en.htm#capitalrequire

[5] Ara l-Istqarrija tal-Kummissjoni lill-Istampa tal-11 ta’ Novembru 2008 (IP/08/1679), fuq il-paġnaweb: http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/08/1679&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en

[6] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Minn kriżi finanzjarja għall-irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni" (COM (2008) 706 finali), Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2008.

[7] Declaration of the Summit on Financial Markets and the World Economy, Washington, il-15 ta’ Novembru 2008.

[8] Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/527/KE, 2004/5/KE u 2004/6/KE li jistabbilixxu l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR), il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS), rispettivament.

[9] Ara pereżempju, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza (COM(2007) 727 finali) FSC's Report on Long Term Supervisory Issues ("Ter Haar Report"; FSC 4162/08); Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2007)0338; Report of the Inter-institutional Monitoring Group (IIMG), disponibbli fil-paġnaweb: http://ec.europa.eu/internal_market/finances/committees/index_en.htm#interinstitutional

[10] Ara pereżempju, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa (Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza 7652/1/08), Brussell, it-13-14 ta' Marzu 2008, il-paragrafu 30 et seq , disponibbli fuq il-paġnaweb http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/MT/ec/99425.pdf.

[11] "Association Loi 1901" fi Franza għas-CESR, "eingeschriebener Verein (e.V.)" fil-Ġermanja għas-CEOIPS u "Limited company by guarantee and without share capital" fir-Renju Unit għas-CEBS.

[12] Ara pereżempju, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa (Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza 7652/1/08), Brussell, it-13-14 ta' Marzu 2008, il-paragrafu 30 et seq , disponibbli fuq il-paġnaweb http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/MT/ec/99425.pdf.

[13] L-IASCF huwa korp Ewropew ta' standards skont it-tifsira tal-Artikolu 162(a) tar-Regolament Implimentattiv tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-UE, bħala korp li jistipula l-istandards tal-kontabbiltà li jkunu applikabbli fl-UE skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

[14] L-2741 laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji). Brussell, il-11 ta’ Lulju 2006. Stqarrija lill-Istampa disponibbli fuq il-paġnaweb: http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ecofin/90465.pdf

[15] L-2813-il laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji). Brussell, l-10 ta’ Lulju 2007. Stqarrija lill-Istampa disponibbli fuq il-paġnaweb: http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ecofin/95233.pdf

[16] Ara l-paragrafu 16 tar-Riżoluzzjoni tal-PE dwar l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Governanza tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) adottata fl-24 ta' April 2008, disponibbli fuq il-paġnaweb: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A6-2008-0032+0+DOC+XML+V0//MT.

[17] Billi hija organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta netwerk ta' korpi li ma jagħmlux profitti attivi fl-Istati Membri, l-EFRAG huwa korp li jsegwi mira ta' interess ġenerali Ewropew skont it-tifsira fl-Artikolu 162(b) tar-Regoli Implimentattivi tar-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit tal-UE (ir-Regolament Nru 2342/2002).

[18] L-2882 laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji). Brussell, it-8 ta’ Lulju 2008. Stqarrija lill-Istampa disponibbli fuq il-paġnaweb: http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ecofin/101742.pdf

[19] Ara s-suġġeriment 6 tal-opinjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 disponibbli fuq il-paġnaweb: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+COMPARL+PE-407.786+02+DOC+PDF+V0//EN&language=EN.

[20] Għal aktar tagħrif, ara: http://www.efrag.org/projects/detail.asp?id=134

[21] Il-Grupp ta' Monitoraġġ huwa magħmul mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, l-Assoċċjazzjoni INternazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, il-Bank Dinji u l-Forum dwar l-Istabbiltà Finanzjarja. Ara pereżempju l-First public report of the PIOB, 2005, p5.

[22] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[23] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[24] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[25] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[26] ĠU C , , p. .

[27] ĠU C , , p. .

[28] ĠU C , , p. .

[29] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[30] ĠU L 191, 13.7.2001, p 43-44.

[31] ĠU L 3, 7.1.2004, p. 28-29.

[32] ĠU L 3, 7.1.2004, p. 30-31.

[33] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[34] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[35] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[36] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[37] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[38] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[39] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[40] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[41] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[42] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[43] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[44] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[45] Approprjazzjonijiet differenzjati

[46] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx01 tat-Titolu xx konċernat.

[47] Nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[48] Nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 minbarra fl-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[49] Attwalment, il-korpi huma ffinanzjati kif ġej: L-IASCF hija ffinanzjata prinċipalment permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji minn partijiet interessati mis-settur privat; L-EFRAG huwa ffinanzjat minn għadd ta' assoċjazzjonijiet Ewropej (bħal BUSINESSEUROPE, Fédération des Experts Comptables Européens, Comité Européen des Assurances, European Banking Federation, eċċ.) u minn Mekkaniżmi Nazzjonali ta' Finanzjament privati jew pubbliċi stabbiliti f'ċerti Stati Membri; Il-PIOB huwa prinċipalment iffinanzjar mill-IFAC li tirrappreżenta l-professjoni tal-kontabbiltà; il-Kumitati tas-Superviżuri (CESR, CEBS u CEIOPS) huma ffinanzjati mill-membri tagħhom, magħmula minn superviżuri nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-titoli, l-ibbankjar u l-assigurazzjoni f'kull Stat Membru. Għal ħarsa aktar dettalljata tal-organizzazzjonijiet membri u partijiet interessati, jekk jogħġbok ara il-punt 1.1 tal-evalwazzjoni ex ante .

[50] Is-semmija għat-tliet Kumitati tas-Superviżuri hija għall-ħeffa tar-referenza biss. F'termini legali, il-Kumitati ma għandhomx personalità ġuridika fil-livell Ewropew. Madankollu, biex ikun possibbli li jiġu kkuntrattatati partijiet terzi u tiġi ffaċilitata l-operazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kumitati, il-membri ta' kull Kumitat tas-Superviżuri waqqaf strutturi ta' appoġġ b'personalità ġuridika f'kull Stat Membru fejn jinsabu dawn il-kumitati, jiġifieri, fi Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja. Fil-prattika, il-Komunità b'hekk ser tikkontribwixxi finanzjarjament lil dawn l-istrutturi ta' appoġġ, kif indikat fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni.

[51] L-ispiża tagħha MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[52] L-ispiża tagħha MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[53] L-ispiża tagħha hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[54] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernati.

[55] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.

Top