This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0696
Report from the Commission - Second annual Report on implementation of the European Fisheries Fund (2008) SEC(2009)1714
Rapport mill-Kummissjoni - It-tieni Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (2008) SEG(2009)1714
Rapport mill-Kummissjoni - It-tieni Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (2008) SEG(2009)1714
/* KUMM/2009/0696 finali */
Rapport mill-Kummissjoni - It-tieni Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (2008) SEG(2009)1714 /* KUMM/2009/0696 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 21.12.2009 KUMM(2009)696 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI IT-TIENI RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FOND EWROPEW GĦAS-SAJD (2008) SEG(2009)1714 WERREJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI IT-TIENI RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FOND EWROPEW GĦAS-SAJD (2008) 1 1. INTRODUZZJONI 4 2. RAPPORT ANNWALI 2008 4 2.1. Żviluppi ewlenin, xejriet u sfidi li jorbtu mal-implimentazzjoni tal-PO (l-Artikolu 68(2) tal-FES) 4 2.1.1. L-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Fond Ewropew għas-Sajd 4 2.1.2. Implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni 6 2.2. Koordinazzjoni tal-FES mal-Fondi Strutturali u mal-FAEŻR 6 2.3. Għajnuna teknika 7 2.3.1. Użu li sar tal-baġit tal-Għajnuna Teknika mill-Istati Membri 7 2.3.2. Użu li sar tal-baġit tal-Għajnuna Teknika mill-Kummissjoni 7 2.4. Is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġiji tal-verifika, il-maniġment u s-sistemi ta' kontroll u r-rapporti annwali dwar il-kontroll 8 2.5. Informazzjoni pprovduta skont l-inizjattiva tat-trasparenza 8 3. IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT TA' RISTRUTTURAZZJONI (IR-REGOLAMENT (KE) NRU 744/2008) 9 3.1. Sfond 9 3.2. Implimentazzjoni 9 3.2.1. Miżuri ġenerali (l-Artikoli 5 sa 10 tar-Regolament ta' Ristruturazzjoni) 9 3.2.1.1. Waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 6 9 3.2.1.2. Investimenti abbord bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 7 9 3.2.1.3. Kumpens soċjoekonomiku skont l-Artikolu 8 9 3.2.1.4. Azzjonijiet kollettivi skont l-Artikolu 9 u proġetti pilota skont l-Artikolu 10 10 3.2.2. Miżuri speċjali għall-flotot affettwati mill-Iskemi għall-Adattament tal-Flotta (l-Artikoli 11 sa 17 tar-Regolament ta' Ristruturazzjoni) 10 3.2.3. Dekommissjonar parzjali (l-Artikolu 17) 11 3.2.4. Dispożizzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 20). 11 3.2.5. Verifika (l-Artikolu 13(2)) 11 3.3. Evalwazzjoni preliminari 11 4. TABELLI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FES 13 4.1. TABELLA I: EŻEKUZZJONI FINANZJARJA - REĠJUNI TA' KONVERĠENZA 13 4.2. TABELLA II: EŻEKUZZJONI FINANZJARJA - REĠJUNI MHUX TA' KONVERĠENZA 15 4.3. TABELLA III: EŻEKUZZJONI FINANZJARJA - REĠJUNI TA' KONVERĠENZA U DAWK LI MHUMIEX 17 4.4. TABELLA IV PROGRAMMI OPERATTIVI ADOTTATI MILL-KUMMISSJONI FL-2008 20 4.5. TABELLA V TQASSIM TAL-FES SKONT L-ASSI PRIJORITARJI U SKONT L-ISTATI MEMBRI 21 INTRODUZZJONI Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. Ikopri l-perjodu ta' programmar 2007-2013 u jissostitwixxi l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS)[1]. Skont l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-FES[2], sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implementazzjoni attwali tal-FES. Ir-rapport irid ikun ibbażat fuq eżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni tar-Rapporti Annwali tal-Istati Membri u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli. Il-kontenut tal-ewwel Rapport Annwali għall-2007 kien limitat peress li sal-aħħar tal-2007, kienu ġew adottati biss 19-il Programm Operattiv (PO) (minn 26). Is-sebgħa (7) PO li baqa' ġew adottati matul it-tieni nofs tal-2008. Minħabba li l-adozzjoni tal-PO saret tard, sal-aħħar tal-2008 l-Kummissjoni kienet aċċettat biss għadd żgħir ħafna ta' Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll (MCS) u Strateġiji ta' Verifika. Ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni li rriżultat timplika li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FES għall-2008 jikkonċentra aktar fuq il-mod li l-PO jiġu pprogrammati milli fuq it-twettiq innifsu, li f'dan l-istadju baqa' limitat. Ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tista' wkoll tirriżulta mill-isforzi ta' programmar mill-ġdid imwettqa minn għadd ta' Stati Membri sabiex jimplimentaw l-azzjoni speċifika temporanja li hemm fir-Regolament tal-Kunsill Nru 744/2008, minn hawn 'l hemm imsejjaħ ir-Regolament ta' Ristrutturazzjoni[3] adottat mill-Kunsill fl-24 ta' Lulju 2008. L-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament jistipula li sal-31 ta' Diċembru 2009 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati mir-Regolament. Peress illi dawn il-miżuri jikkostitwixxu deroga temporanja minn xi dispożizzjonijiet tal-FES u peress li dawn jiġu implimentati fi ħdan il-PO tal-FES, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrapporta b'mod konġunt kemm dwar l-implimentazzjoni annwali tal-FES kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Ristrutturazzjoni. RAPPORT ANNWALI 2008 Żviluppi ewlenin, xejriet u sfidi li jorbtu mal-implimentazzjoni tal-PO (l-Artikolu 68(2) tal-FES) L-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Fond Ewropew għas-Sajd Għad-19-il PO adottat sal-aħħar tal-2007, l-isforzi tal-Istati Membri kkonċentraw fuq it-tħejjija tal-passi li jmiss tal-implimentazzjoni bħalma huma l-istabbiliment tal-kumitat tal-monitoraġġ u t-termini ta' referenza tiegħu, l-adozzjoni tal-kriterji tal-għażla mill-kumitat tal-monitoraġġ, it-tħejjija u l-adozzjoni ta' dispożizzjonjiet nazzjonali u mekkaniżmi sabiex tkun permessa t-tnedija tal-offerti jew il-pubblikazzjoni ta' miżuri għall-applikazzjoni. Għalhekk l-implimentazzjoni attwali bil-kemm kienet bdiet fl-Istati Membri fl-2008 u bl-eċċezzjoni tal-Awstrija u Franza ma tressqet l-ebda talba għal ħlas interim. Fl-2008 kien hemm ukoll l-approvazzjoni, matul it-tieni nofs tas-sena, tas-seba' PO li kien fadal. It-Tabella IV turi d-dati tal-adozzjoni tas-seba' (7) PO adottati fl-2008. It-tabelli finanzjarji fit-Tabella V dwar it-taqsim tal-allokazzjonijiet tal-FES bejn l-assi prijoritarji juru tqassim ġenerali indaqs tal-fondi bejn l-assi prijoritarji[4] 1, 2 u 3 flimkien ma' 27% (EUR 1 142 923 976) allokati għall-aġġustament tal-flotta tas-sajd (assi 1), 30% (EUR 1 274 547 215) għall-akkwakultura, il-proċessar u l-kummerċjalizzazzjoni (assi 2) u 27% (EUR 1 162 007 083) għall-azzjonijiet kollettivi (assi 3). L-assi 4 huwa ffinanzjat b'mod anqas prominenti b'allokazzjoni medja ta' 13% (EUR 567 365 857). Dan huwa minħabba l-fatt li l-miżuri għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd huma ġodda għall-perjodu ta' programmar 2007-2013 u l-implimentazzjoni tagħhom ser issir effettiva biss mill-2010, ladarba jiġu stabbiliti l-gruppi lokali u jkunu qed jiġu implimentati l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali. Madankollu, dan xorta juri l-interess għoli tal-Istati Membri f'din il-miżura innovattiva. L-allokazzjonijiet skont l-assi varjaw ħafna bejn l-Istati Membri, u jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-istrateġiji differenti ħafna tal-Istati Membri għas-setturi tagħhom tas-sajd. Il-fondi għall-aġġustament tal-flotta tas-sajd ivarjaw pereżempju bejn 82% fl-Irlanda u 4.3% fir-Rumanija. L-analiżi tal-Assi 1 turi li l-approċċ lejn il-miżuri għall-adattament tal-flotta, bħall-waqfien permanenti, jiddependi ħafna fuq l-approċċ strateġiku ġenerali għall-indirizzar tal-kapaċità żejda. Għalhekk, xi Stati Membri jagħtu prijorità lill-iskrappjar tal-bastimenti filwaqt li oħrajn jippreferu l-mekkaniżmi tas-suq bħal Kwoti Individwali ta' Trasferiment (ITQs) biex inaqqsu l-kapaċità tas-sajd. B'riżultat ta' dan, il-miri tat-tnaqqis fil-kapaċità jvarjaw bejn il-PO. Globalment, il-mira stipulata fil-PO għat-tnaqqis tal-kapaċità hija ta' madwar 15% (kW u TG) sal-aħħar tal-2013. Jistgħu wkoll jiġu nnutati differenzi kbar ħafna fl-allokazzjonijiet għall-għajnuna għall-akkwakultura u l-proċessar u l-kummerċjalizzazzjoni. Filwaqt, li pereżempju l-Irlanda baqgħat barra minn din l-għajnuna, pajjiżi li ma għandhomx baħar jipprevedu porzjon kbir ta' sostenn skont l-Assi 2, eż. 98% fl-Awstrija. Bl-istess mod, hemm varjazzjoni kbira fl-allokazzjonijiet għall-miżuri ta' interess komuni taħt l-Assi 3 b'1% allokati fil-PO Awstrijak u 65% f'dak Ċiprijott. Minħabba il-varjetà tal-miżuri disponibbli taħt dan l-assi huwa diffiċli li jiġu identifikati x-xejriet bażiċi iżda l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ddeċidew li jallokaw għal din il-prijorità bejn kwart u terz tar-riżorsi totali tal-FES. Għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd il-pajjiżi li ma għandhomx baħar (l-Awstrija, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka) u Malta ddeċidew li ma japplikawx l-Assi 4. Għall-pajjiżi l-oħra l-allokazzjonijiet ivarjaw bejn 2.6% fil-każ ta' Franza għal 32.5% għar-Rumanija. Abbażi tal-PO wieħed jista' jistenna li jiġu stabbiliti aktar minn 200 grupp ta' azzjoni lokali tas-sajd sat-tieni nofs tal-2010 (sa issa nħolqu 80 grupp bħal dan). Il-baġits tal-FES għal kull grupp ivarjaw minn EUR 560 000 (Franza) sa madwar EUR 6 miljun (il-Polonja). Fir-rigward tal-livell tal-eżekuzzjoni attwali tal-PO fl-Istati Membri, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni fl-2008[5] turi li l-implimentazzjoni attwali għadha baxxa ħafna, b'żewġt (2) Stati Membri biss iressqu talbiet għal ħlas interim. Konsegwentament, sa issa għadhom tħallsu biss EUR 5 404 048 lill-benefiċjarji. Implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni F'termini ta' impenji, fl-2008 24.05% (EUR 607 763 784) tal-approprjazzjonijiet totali għall-2007-2013 ((EUR 4 304 949 019) kienu impenjati, li minnhom EUR 459 679 025 għal reġuni ta' konverġenza u EUR 148 084 759 għal reġunji li mhumiex. F'termini ta' ħlasijiet, tħallsu 11.1% (EUR 249 361 192) tal-approprjazzjonijiet totali għall-2007-2013, li minnhom 99.81% (EUR 197 796 248) għal reġuni ta' konverġenza u 99.07% (EUR 51 564 944) għal reġunji li mhumiex. Dawn il-ħlasijiet saru kważi kollha f'forma ta' ħlasijiet prefinanzjarji, li minnhom EUR 72 775 030 għas-seba' (7) PO adottati fl-2008. Barra minn dan, 14-il Stat Membru talab għal tieni ħlas prefinanzjarju, possibbiltà introdotta mir-Regolament ta' Ristrutturazzjoni. Minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet tal-ħlas, disa' (9) Stati Membri rċievew it-tieni prefinanzjament fl-2008 (EUR 176 248 671, li minnhom EUR 137 865 475 għal reġuni ta' konverġenza (tmien (8) Stati Membri) u EUR 38 383 197 għal reġjuni li mhumiex (seba' (7) Stati Membri). Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-esekuzzjoni finanzjarja tinsab fit-Tabelli I sa III. Koordinazzjoni tal-FES mal-Fondi Strutturali u mal-FAEŻR Il-PO juru li l-Istati Membri kollha jagħrfu l-ħtieġa li jiżguraw il-konsistenza u l-koordinazzjoni mal-Fondi Strutturali (l-ERDF u l-FSE), kif ukoll mal-FAEŻR. Il-PO jipprovdu informazzjoni dwar is-sistemi stabbiliti (jew li qed jiġu stabbiliti) fl-Istati Membri sabiex jevitaw id-duplikazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament FES. L-Awtoritajiet ta' Ġestjoni (MAs) tal-FES għandhom rwol ewlieni fil-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni. L-Awtoritajiet ta' Ġestjoni tal-FES jistgħu jkunu rrappreżentati fil-Kumitati tal-Monitoraġġ tal-Fondi Strutturali u FAEŻR, u għalhekk l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni ta' dawn il-fondi jiġu mistiedna fil-Kumitati tal-Monitoraġġ tal-FES. Xi Stati Membri stabbilew kumitati ta' koordinazzjoni nazzjonali (jew reġjunali) għall-fondi kollha tal-UE. F'xi pajjiżi l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiddeskrivi miżuri li jittieħdu biex tkun żgurata l-koordinazzjoni u l-konsistenza bejn is-sorsi differenti ta' għajnuna finanzjara mill-UE. Barra minn dan, kull PO tal-FES jiddeskrivi kriterji ta' demarkazzjoni b'rabta ma' dawk il-miżuri li huma eleġibbli għall-għajnuna taħt programmi oħra tal-UE. Għajnuna teknika L-għan tal-Għajnuna Teknika (l-Assi 5) huwa li jsostni azzjonijiet relatati mat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-għajnuna amministrattiva u teknika, l-evalwazzjoni, il-verifika u l-kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament FES. Il-Kummissjoni tista' tuża sa 0.8% tal-allokazzjoni annwali tal-FES għal dan il-għan. L-Istati Membri jistgħu jużaw sa 5% tal-allokazzjonijet tagħhom tal-FES biex jiffinanzjaw l-immaniġjar tal-PO tagħhom. B'medja l-Istati Membri allokaw 3.7% għall-Għajnuna Teknika. Madankollu, żewġ (2) Stati Membri (l-Italja u s-Slovenja) użaw il-possibbiltà li jaqbżu l-limitu ta' 5% abbażi ta' ġustifikazzjoni dovuta. Użu li sar tal-baġit tal-Għajnuna Teknika mill-Istati Membri Abbażi tar-Rapporti Annwali li waslu u ġew aċċettati sa issa, jirriżulta li 14-il Stat Membru impenjaw ammonti taħt il-baġit tal-Għajnuna Teknika. It-12-il Stat Membru l-ieħor ma għamlu l-ebda użu minn dan il-baġit minħabba dewmien fl-adozzjoni jew l-implimentazzjoni tal-PO. L-Istati Membri b'ammonti akbar impenjati għall-Għajnuna Teknika kienu: l-Italja (EUR 3 165 540), l-Iżvezzja (EUR 683 819), Spanja (EUR 673 144), il-Portugall (EUR 600 000) u d-Danimarka (EUR 536 870). Il-miżuri ffinanzjati immirati lejn it-titjib tal-kapaċità amministrattiva, l-iżvilupp tal-IT, biex jitnedew studji, biex tiżdied il-pubbliċità u l-informazzjoni u għas-sostenn tal-maniġment u l-implimentazzjoni tal-PO. Użu li sar tal-baġit tal-Għajnuna Teknika mill-Kummissjoni Fl-2008, il-Kummissjoni użat EUR 1 416 000 mill-baġit tal-Għajnuna Teknika tal-FES għall-finijiet li ġejjin: Konferenzi Konferenza dwar "Għodod għat-tnedija tal-assi 4 tal-FES[6]" saret bejn it-18 u d-19 ta' Frar 2008 f'Marsilja, Franza. L-għan tal-konferenza kien li tingħata opportunità lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjunali u lill-atturi lokali konċernati mill-Assi 4 tal-FES biex jistudjaw kif inhuma l-affarijiet u jaqsmu informazzjoni dwar l-għodod u l-metodu meħtieġa għat-tnedija b'suċċess tal-Assi 4 fil-livell nazzjonali jew reġjunali u f'livell lokali. L-ammont impenjat għal dan l-avveniment kien ta’ EUR 191 000. Studji Il-Kummissjoni kkummissjonat studju dwar l-“Eżami tal-prestazzjoni ekonomika u l-pożizzjoni kompetittiva tas-settur tal-akkwakultura tal-UE: Identifikazzjoni tax-xkiel għall-iżvilupp tal-akkwakultura fil-UE". L-għan tal-istudju kien li jiġu identifikati s-sodezzi u d-dgħjufijiet tal-industrija tal-UE tal-akkwakultura, kif ukoll l-opportunitajiet u t-theddid li tiffaċja u li ser ikollha taffaċja fil-futur. Is-sejbiet tal-istudju tqiesu fit-tħejjiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2009 dwar il-bini ta' futur sostenibbli għall-akkwakultura. L-ammont impenjat għal dan l-istudju kien ta’ EUR 300 000. Komunikazzjoni u pubblikazzjonijiet Il-Kummissjoni qabbdet b'kuntratt fornitur tas-servizzi biex jipprovdi diversi pubblikazzjonijiet dwar il-FES u kwistjonijiet relatati oħra għall-finijiet ta' komunikazzjoni. L-ammont impenjat għal dawn is-servizzi kien ta’ EUR 150 000. Teknoloġija tal-informazzjoni Il-Kummissjoni impenjat EUR 325 000 għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet għall-immaniġjar tal-FES u tal-FIFG, kif ukoll materjal tal-informatika. Staff mhux permanenti EUR 450 000 kienu impenjati għas-salarji tal-istaff mhux permanenti. Is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġiji tal-verifika, il-maniġment u s-sistemi ta' kontroll u r-rapporti annwali dwar il-kontroll L-Istati Membri għandhom iressqu s-sistemi tagħhom tal-maniġment u l-kontroll (MCS) lill-Kummissjoni sena wara l-approvazzjoni tal-PO tagħhom. L-Istrateġiji tal-Verifika (AS) għandhom jitressqu fi żmien disa' (9) xhur mill-approvazzjoni Minħabba li l-adozzjoni tal-PO saret tard, sal-aħħar tal-2008 l-Kummissjoni kienet aċċettat biss għadd żgħir ħafna ta' Sistemi ta' Maniġment u Kontroll u ta' Strateġiji ta' Verifika. Fl-aħħar tal-2008 14-il Stat Membru kienu ressqu l-Istrateġiji ta' Verifika tagħhom, erbgħa (4) minnhom ġew aċċettati u għaxra (10) ġew irrifjutati jew interrotti. Fir-rigward tal-MCS, 16 tressqu fl-2008; waħda (1) biss ġiet aċċettata; tlieta (3) tqiesu mhux ammissibbli; tlieta (3) ġew irrifjutati u disgħa (9) kienu qegħdin jiġu meqjusa mill-Kummissjoni. Minħabba l-livell baxx tal-implimentazzjoni tal-programmi, l-awtoritajiet ta' verifka, fir-rapporti annwali ta' kontroll tagħhom, kienu obbligati jagħtu rinunzja ta' opinjoni minħabba li ma saritx biżżejjed attività ta' verifika. Għalhekk, jidher ċar li għadu kmieni biex tiġi deskritta sew is-sitwazzjoni attwali jew titwettaq valutazzjoni ġenerali tar-rapporti u l-opinjonijiet annwali ta' kontroll f'dan l-istadju. Bl-informazzjoni disponibbli fil-preżent, nistennew li l-Kummissjoni ser tkun tista' tirrapporta f'aktar dettall fl-2010. Informazzjoni pprovduta skont l-inizjattiva tat-trasparenza L-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza (ETI) teżiġi lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar kif jintefqu l-fondi tal-UE b'ġestjoni kondiviża. Fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-FES, dan l-obbligu huwa speċifikat aktar fil-fond fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007. Sa issa 21 Stat Membru ppubblikaw il-listi nazzjonali tal-benefiċjarji. Il-Kummissjoni qiegħda tieħu azzjoni sabiex tiżgura konformità sħiħa mar-rekwiżit tal-ETI mill-Istati Membri kollha. Il-pubblikazzjoni tad-dejta dwar il-benefiċjarji li jirċievu għajnuna mill-FES tvarja bejn l-Istati Membri minħabba li l-ETI tistabbilixxi biss rekwiżiti minimi għall-pubblikazzjoni ta' din id-dejta fosthom il-listi tal-benefiċjarji, l-isem tal-operat u l-ammont ta' fondi pubbliċi allokat għall-operazzjoni. Madankollu, huma l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jippubblikawx informazzjoni addizzjonali jew aktar dettaljata. Il-lista tal-links relevanti fejn l-Istati Membri jippubblikaw din l-informazzjoni tinsab fil-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/structural_measures/transparency_en.htm IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT TA' RISTRUTTURAZZJONI (IR-REGOLAMENT (KE) NRU 744/2008) Sfond Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni adottat pakkett ta' miżuri mmirat biex itaffi l-kriżi ekonomika gravi osservata f'ċerti taqsimiet tal-flotta tal-UE tas-sajd, partikolarment tal-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat (COM(2008)453). Element importanti ta' dan il-pakkett kien proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi reġim ad hoc speċjali u temporanju li għal perjodu limitat idaħħal possibbiltajiet ġodda għall-Istati Membri biex jirristrutturaw il-flotta tas-sajd flimkien ma' xi miżuri oħra ta' akkumpanjament. Ir-Regolament (KE) Nru 744/2008, minn hawn 'l hemm "ir-Regolament ta' Ristrutturazzjoni", kien adottat mill-Kunsill abbażi ta' din il-proposta. Implimentazzjoni Ir-Regolament tar-Ristrutturazzjoni daħħal tliet tipi ta' miżuri: miżuri ta' natura ġenerali (disponibbli għall-operaturi kollha fis-settur), miżuri għall-flotot jew segmenti ta' flotot li huma partikolarment dipendenti fuq l-ispejjeż tal-fjuwil fil-kuntest tal-Iskemi għall-Adattament tal-Flotta (FAS), u miżuri finanzjarji. L-implimentazzjoni tagħhom waqgħet fi ħdan il-PO adottati mill-Istati Membri, minbarra għall-miżuri speċjali applikabbli għall-FAS, li ħtieġu aġġustament ad-hoc tal-PO eżistenti. Miżuri ġenerali (l-Artikoli 5 sa 10 tar-Regolament ta' Ristruturazzjoni) B'mod ġenerali, dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu fi kwalunkwe waqt matul il-perjodu ta' programmar, sakemm id-deċiżjonijiet amministrattivi jittieħdu qabel l-1 ta' Jannar 2010. Eċċezzjoni importanti hija l-każ ta' waqfien temporanju stipulat fl-Artikolu 6, fejn japplikaw skadenzi aktar iebsa. Konsegwentement, ma hemm l-ebda obbligu formali fuq l-Istati Membri biex jantiċipaw xi miżura jew oħra ħlief dawn l-iskadenzi temporanji. Dan li ġej għalhekk huwa ħarsa lejn l-implimentazzjoni mistennija abbażi tad-dikjarazzjonijiet li ma jorbtux tal-Istati Membri. Waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 6 Kienu biss CY, EL, ES, FR, PL u PT li ddikjaraw l-intenzjoni li jużaw il-possibbiltajiet miżjuda biex jiffinanzjaw il-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 6 Investimenti abbord bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 7 Din id-dispożizzjoni ġiet aċċettata estensivament mill-Istati Membri, u l-biċċa l-kbira tagħhom qegħdin japplikawha jew ser japplikawha dalwaqt. Kienu biss DE, IT, MT, NL u SE li ddikjaraw li l-miżura mhux ser tkun implimentata. Kumpens soċjoekonomiku skont l-Artikolu 8 Previst biss minn ES. Azzjonijiet kollettivi skont l-Artikolu 9 u proġetti pilota skont l-Artikolu 10 Dawn il-miżuri qegħdin jintużaw ħafna, jew ser jintużaw ħafna, speċjalment il-possibbiltà li jiġu ffinanzjati verifiki tal-enerġija. Huma biss IT, MT, LV, IE u SI li ma esprimewx x'inhuma l-intenzjonijiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni. Miżuri speċjali għall-flotot affettwati mill-Iskemi għall-Adattament tal-Flotta (l-Artikoli 11 sa 17 tar-Regolament ta' Ristruturazzjoni) Dawn il-miżuri, u partikolarment, l-għajnuna għall-waqfien permanenti skont l-Artikol 14, jikkostitwixxu l-aktar parti importanti tar-Regolament ta' Ristrutturazzjoni peress li huwa maħsub li jikkontribwixxu l-aktar għat-titjib sostenibbli tar-reżiljenza tas-settur ekonomiku kontra ċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-fjuwil. L-idea bażika hija li l-Istati Membri jadottaw skemi tal-adattament tal-flotta (FAS) sabiex jiffinanzjaw l-irtirar permanenti ta' dawn il-partijiet tal-flotot li huma dipendenti ħafna fuq il-konsum tal-fjuwil u b'hekk iħallu għall-attivitajiet tas-sajd bastimenti li huma enerġetikament effiċjenti. Il-bastimenti li jifdal ser jibbenefikaw minflok minn possibbiltajiet addizzjonali fir-rigward ta' waqfien temporanju u investimenti abbord. Peress li l-FAS mhumiex imsemmija fir-Regolament tal-FES u konsegwentament lanqas il-PO, l-implimentazzjoni tal-miżuri involuti ħtieġet emenda ta' dawn il-PO. Sal-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2009, mit-22 Stat Membru bi flotta tas-sajd, sebgħa (7) biss adottaw FAS u adattaw il-PO tagħhom kif meħtieġ. Dawn kienu BE, CY, DK, ES, FR, PT u RO. L-irtirar mistenni f'termini ta' kapaċità tas-sajd jinsab fit-tabella li ġejja: Stat Membru | Għadd u daqs tal-FAS | Waqfien permanenti | Segmenti konċernat | BE | 1 FAS, 39 bastiment | 2046TG, 7007kW | Bastimenti tat-tkarkir bit-travu | CY | 1 FAS, 24 bastiment | 261TG, 2128kW | Polivalenti | DK | 1 FAS, 110 bastimenti | 9106TG, 23951kW | L-aktar bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u xi bastimenti tat-tkarkir bit-travu, seiners u gillnetters | ES | 4 FAS, 93 bastiment | 14600TG, 22309kW | Bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ | FR | 3 FAS, 57 bastiment | 939TG, 3308kW | Bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ | PT | 2 FAS, 42 bastiment | 5334TG, 13343kW | Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, bastimenti bil-gangmu, purse-seiners | RO | 1 FAS, 2 bastimenti | 162TG, 444kW | Bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ | L-irtirar permanenti previst (it-tneħħija fiżika tal-bastimenti) irid iseħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2012, iżda l-bastimenti għandhom jieqfu mill-attivitajiet kollha tas-sajd qabel il-31 ta' Diċembru 2009. Dekommissjonar parzjali (l-Artikolu 17) Kien biss BE li rrapporta proġett ta' dekommissjonar parzjali li jikkonċerna sid ta' bastiment tat-tkarkir bit-travu inkluż fil-FAS li ser jirkupra 40TG sabiex jibni bastiment ġdid bil-wisq iżgħar minflok il-bastiment tat-tkarkir bit-travu tiegħu. Dispożizzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 20). Id-dispożizzjonijet finanzjarji huma miżuri ewlenin fir-regolament ta' ristruturazzjoni, peress li jtaffu l-piż finanzjarju minn fuq l-Istati Membri minħabba l-kofinanzjament. L-ewwelnett, il-proporzjon tal-partiċipazzjoni tal-FES fl-għajnuna pubblika żdiedet mir-regola ġenerali ta' 50% (75% fil-każ tar-reġjuni ta' Konverġenza) għal 95% (l-Artikolu 20(1)). It-tieninett, għal proġetti relatati mal-investimenti abbord il-partiċipazzjoni privata tnaqqset minn 60% (50% għar-Reġjuni l-Aktar imbiegħda) għal 40% (l-Artikoli 7 u 19). Finalment, l-Artikolu 20(3) fetaħ il-possibbiltà li jintalab tieni prefinanzjament ta' 7% minbarra dak previst fl-Artikolu 81 tar-regolament tal-FES. Safejn huma konċernati r-rati ta' kofinanzjament (FES/Stati Membri), xi Stati Membri użaw din l-alternattiva biex jiġġustifikaw investimenti li li kieku ma kinux jitwettqu b'kontribut għoli mill-Istat. Eżempju ta' dan hija DK, li allokat mill-ġdid fundi FES lill-Assi 1 (skrapjar) u pprogrammat mill-ġdid l-Assi 2 u 3. Dan wassal biex minn naħa jiġu ffrankati EUR 29 700 000 mill-kontribut nazzjonali u min-naħa l-oħra, biex tingħata għajnuna pubblika għall-iskrapjar li ma kienx previst fil-PO oriġinali. Dan huwa importanti għax hija biss il-kapaċità mnaqqsa b'għajnuna pubblika li ma tistax terġa' tinbena. Fir-rigward tal-partiċipazzjoni pubblika/privata, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jistgħu jużaw din l-alternattiva fi kwalunkwe ħin mingħajr ħtieġa li jagħmlu aġġustamenti kbar fit-tabelli finanazjarji tal-PO tagħhom. Finalment, sad-data tal-adozzjoni ta' dan ir-rapport, kważi l-Istati Membri kollha kienu talbu tieni prefinanzjament (14-il Stat Membru fl-2008 u seba' (7) fl-2009) anki jekk xi wħud minnhom ma kienx bi ħsiebhom jimplimentaw ir-regolament ta' ristrutturazzjoni. Verifika (l-Artikolu 13(2)) Kif previst u wara li għaddiet l-iskadenza għall-adozzjoni tal-FAS, il-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tiffirma kuntratt ma' konsultent indipendenti ħalli tkun ivverifikata l-implimentazzjoni tal-FAS fl-Istati Membri. Ir-riżultati huma mistennija sat-tieni nofs tal-2010. Evalwazzjoni preliminari Ir-regolament ta' ristrutturazzjoni kien maħsub u adottat f'kuntest meta l-prezzijiet taż-żejt kienu fl-ogħla livell u abbażi ta' stennija kondiviza minn ħafna li l-prezzijiet tal-enerġija kienu ser jibqgħu għoljin ħafna. Sat-tieni nofs tal-2008, madankollu, f'daqqa waħda il-prezzijiet reġgħu lura għal livelli 'l isfel sew minn dawk li taw bidu għall-kriżi fis-settur (EUR 0'5/l) f'Novembru). Għalkemm il-prezzijiet baqgħu għoljin (il-punt fejn id-dħul jibbilanċja l-infiq għal xi taqsimiet tal-flotta kien ivvalutat EUR 0'30/l), il-prospetti ekonomiċi fl-aħħar tliet xhur tal-2008 kienu ġeneralment tjiebu sa meta ġie adottat ir-regolament. Is-sitwazzjoni reġgħet inbidlet fix-xhur ta' wara minħabba li l-kriżi finanzjarja u r-riċessjoni ekonomika li segwit poġġew pressjoni ġdida fuq l-operaturi tas-sajd peress li naqset id-domanda u waqgħu l-prezzijiet tal-ħut. Madankollu u minkejja l-kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi, jidher li kollox ma' kollox l-inċentivi biex l-operaturi jitilqu l-attività tas-sajd kienu inqas milli kienu fi żmien il-kriżi tal-fjuwil. Għalhekk, kien hemm riżorsi limitati għall-miżuri disponibbli taħt l-Iskemi tal-Adattament tal-Flotta, li eventwalment ġew adottati biss minn ftit Stati Membri. Bl-istess mod, il-ħtieġa għall-għajnuna ta' emerġenza, partikolarment permezz ta' waqfien temporanju u kumpens soċjoekonomiku, kienu anqas importanti, għalkemm f'xi Stati Membri (eż. ES) ġew allokati riżorsi kbar għall-waqfien temporanju. Kien hemm użu usa' tal-miżuri ġenerali l-oħra offruti mir-regolament: id-domanda mis-settur baqgħet għolja fir-rigward tal-miżuri ta' sostenn għall-effiċjenza enerġetika, partikolarment il-verifiki tal-enerġija u l-investimenti abbord. L-effett sħiħ tar-regolament ta' ristrutturazzjoni ma jistax jiġi aċċertat sakemm ma jkunux magħrufa u mwettqa parti sew mid-deċiżjonijiet amministrattivi relevanti kollha u li jistgħu jittieħdu sal-31 ta' Diċembru 2010. Sa dak iż-żmien ma tistax issir valutazzjoni sħiħa tal-effetti tal-implimentazzjoni. Madankollu, f'dan l-istadju jista' jkun konkluż li l-pakkett ta' ristrutturazzjoni sejjer ċertament jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' aktar effiċjenza enerġetika abbord il-bastimenti tas-sajd, iżda x'aktarx mhux ser jikkontribwixxi b'mod sinifikanti lejn il-mira li jiġi promoss it-tnaqqis fil-kapaċità ta' dawk il-flotot li huma strutturalment anqas reżiljenti għall-pressjoni ekonomika. Fil-fatt, iż-żieda, fil-mira tat-tnaqqis fil-kapaċità diġà previst fil-PO u li ser iġib miegħu l-waqfien permanenti skont l-FAS adottat, hija relattivament limitata (ara t-tabella t'hawn fuq). Finalment, qiegħed jidher mill-iskambji mal-Istati Membri li għal xi wħud in-nuqqas ta' fondi addizzjonali mill-UE qiegħed jillimita l-implimentazzjoni tar-regolament ta' ristrutturazzjoni. Il-Komunikazzjoni pprevediet li ma jistgħux jinkisbu fondi oħra mingħajr sforz kbir mill-Istati Membri biex reġgħu jallokaw fondi fl-Assi 1 għar-ristrutturazzjoni tal-flotot. Madankollu, dan kien ikun jeħtieġ tnaqqis korrispondenti fl-assi l-oħra u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jippreferu jiżommu l-istrateġiji nazzjonali mifthema bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-partijiet ikkonsultati. TABELLI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FES TABELLA I: EŻEKUZZJONI FINANZJARJA - REĠJUNI TA' KONVERĠENZA Pajjiż | Deċiżi a | Impenjati b | Imħallsa c | % (b) / (a) | % (c) / (a) | Il-Belġju | Perjodu 2007-2013 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00% | 0,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | Il-Bulgarija | Perjodu 2007-2013 | 80 009 708,00 | 14 336 687,00 | 5 600 679,56 | 17,92% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 8 517 922,00 | 8 517 922,00 | 0,00 | Ir-Repubblika Ċeka | Perjodu 2007-2013 | 27 106 675,00 | 6 886 504,00 | 3 794 934,50 | 25,41% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 3 526 490,00 | 3 526 490,00 | 1 897 467,25 | Il-Ġermanja | Perjodu 2007-2013 | 96 861 240,00 | 27 623 988,00 | 6 780 286,80 | 28,52% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 13 821 981,00 | 13 821 981,00 | 0,00 | L-Estonja | Perjodu 2007-2013 | 84 568 039,00 | 19 102 181,00 | 5 919 762,73 | 22,59% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 9 971 872,00 | 9 971 872,00 | 0,00 | Il-Greċja | Perjodu 2007-2013 | 176 836 728,00 | 51 941 240,00 | 24 757 141,92 | 29,37% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 25 849 796,00 | 25 849 796,00 | 12 378 570,96 | Spanja | Perjodu 2007-2013 | 945 692 445,00 | 268 170 032,00 | 132 396 942,00 | 28,36% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 134 323 828,00 | 134 323 828,00 | 66 198 471,00 | Franza | Perjodu 2007-2013 | 34 250 343,00 | 9 306 303,00 | 4 795 048,00 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 4 699 222,00 | 4 699 222,00 | 2 397 524,00 | L-Italja | Perjodu 2007-2013 | 318 281 864,00 | 87 334 891,00 | 44 559 460,00 | 27,44% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 44 016 945,00 | 44 016 945,00 | 22 279 730,00 | Il-Latvja | Perjodu 2007-2013 | 125 015 563,00 | 28 485 267,00 | 8 751 089,00 | 22,79% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 14 887 723,00 | 14 887 723,00 | 0,00 | Il-Litwanja | Perjodu 2007-2013 | 54 713 408,00 | 13 915 847,00 | 3 829 938,56 | 25,43% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 6 978 531,00 | 6 978 531,00 | 0,00 | L-Ungerija | Perjodu 2007-2013 | 34 291 357,00 | 5 456 086,00 | 2 400 394,99 | 15,91% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 5 456 086,00 | 5 456 086,00 | 2 400 394,99 | Malta | Perjodu 2007-2013 | 8 372 329,00 | 1 422 356,00 | 586 063,03 | 16,99% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 1 422 356,00 | 1 422 356,00 | 586 063,03 | L-Awstrija | Perjodu 2007-2013 | 187 326,00 | 61 040,00 | 13 112,82 | 32,58% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 29 837,00 | 29 837,00 | 0,00 | Il-Polonja | Perjodu 2007-2013 | 734 092 574,00 | 120 001 664,00 | 51 386 480,18 | 16,35% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 120 001 664,00 | 120 001 664,00 | 51 386 480,18 | Il-Portugall | Perjodu 2007-2013 | 223 943 059,00 | 61 518 869,00 | 31 352 028,00 | 27,47% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 30 998 886,00 | 30 998 886,00 | 15 676 014,00 | Ir-Rumanija | Perjodu 2007-2013 | 230 714 207,00 | 37 284 577,00 | 32 299 988,49 | 16,16% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 22 157 050,00 | 22 157 050,00 | 17 172 461,49 | Is-Slovenja | Perjodu 2007-2013 | 21 640 283,00 | 4 110 308,00 | 1 514 819,81 | 18,99% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 4 110 308,00 | 4 110 308,00 | 1 514 819,81 | Is-Slovakkja | Perjodu 2007-2013 | 12 681 459,00 | 3 625 757,00 | 1 775 404,26 | 28,59% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 1 776 374,00 | 1 776 374,00 | 887 702,13 | Ir-Renju Unit | Perjodu 2007-2013 | 43 150 701,00 | 7 132 154,00 | 3 020 549,07 | 16,53% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 7 132 154,00 | 7 132 154,00 | 3 020 549,07 | Konverġenza totali: | Perjodu 2007-2013 | 3 252 409 308,00 | 767 715 751,00 | 365 534 123,72 | 23,60% | 11,24% | Sena finanzjarja: 2008 | 459 679 025,00 | 459 679 025,00 | 197 796 247,91 | TABELLA II: EŻEKUZZJONI FINANZJARJA - REĠJUNI MHUX TA' KONVERĠENZA Pajjiż | Deċiżi a | Impenjati b | Imħallsa c | % (b) / (a) | % (c) / (a) | Il-Belġju | Perjodu 2007-2013 | 26 261 648,00 | 4 191 906,00 | 1 838 315,00 | 15,96% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 4 191 906,00 | 4 191 906,00 | 1 838 315,00 | Id-Danimarka | Perjodu 2007-2013 | 133 675 169,00 | 36 321 435,00 | 9 357 261,83 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 18 340 527,00 | 18 340 527,00 | 0,00 | Il-Ġermanja | Perjodu 2007-2013 | 59 004 177,00 | 16 032 272,00 | 4 130 292,39 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 8 095 504,00 | 8 095 504,00 | 0,00 | L-Irlanda | Perjodu 2007-2013 | 42 266 603,00 | 6 746 632,00 | 2 958 662,00 | 15,96% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 6 746 632,00 | 6 746 632,00 | 2 958 662,00 | Il-Greċja | Perjodu 2007-2013 | 30 995 509,00 | 8 421 917,00 | 4 339 371,26 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 4 252 651,00 | 4 252 651,00 | 2 169 685,63 | Spanja | Perjodu 2007-2013 | 186 198 467,00 | 50 592 760,00 | 26 067 784,00 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 25 546 840,00 | 25 546 840,00 | 13 033 892,00 | Franza | Perjodu 2007-2013 | 181 802 741,00 | 49 398 378,00 | 25 452 382,00 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 24 943 736,00 | 24 943 736,00 | 12 726 191,00 | L-Italja | Perjodu 2007-2013 | 106 060 990,00 | 28 818 271,00 | 14 848 538,00 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 14 551 800,00 | 14 551 800,00 | 7 424 269,00 | Ċipru | Perjodu 2007-2013 | 19 724 418,00 | 5 359 405,00 | 2 761 418,52 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 2 706 234,00 | 2 706 234,00 | 2 761 418,52 | L-Ungerija | Perjodu 2007-2013 | 559 503,00 | 89 023,00 | 39 165,21 | 15,91% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 89 023,00 | 89 023,00 | 39 165,21 | L-Olanda | Perjodu 2007-2013 | 48 578 417,00 | 13 199 443,00 | 3 400 489,19 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 6 665 065,00 | 6 665 065,00 | 0,00 | L-Awstrija | Perjodu 2007-2013 | 5 071 992,00 | 1 378 131,00 | 692 534,44 | 27,17% | 13,65% | Sena finanzjarja: 2008 | 695 888,00 | 695 888,00 | 337 495,00 | Il-Portugall | Perjodu 2007-2013 | 22 542 190,00 | 6 125 032,00 | 3 155 906,00 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 3 092 838,00 | 3 092 838,00 | 1 577 953,00 | Is-Slovakkja | Perjodu 2007-2013 | 1 007 069,00 | 287 931,00 | 140 989,66 | 28,59% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 141 066,00 | 141 066,00 | 70 494,83 | Il-Finlandja | Perjodu 2007-2013 | 39 448 827,00 | 10 718 803,00 | 2 761 417,89 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 5 412 465,00 | 5 412 465,00 | 0,00 | L-Iżvezja | Perjodu 2007-2013 | 54 664 803,00 | 14 853 199,00 | 3 826 536,00 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 7 500 130,00 | 7 500 130,00 | 0,00 | Ir-Renju Unit | Perjodu 2007-2013 | 94 677 188,00 | 15 112 454,00 | 6 627 403,16 | 15,96% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 15 112 454,00 | 15 112 454,00 | 6 627 403,16 | Total - mhux konverġenza | Perjodu 2007-2013 | 1 052 539 711,00 | 267 646 992,00 | 112 398 466,55 | 25,43% | 10,68% | Sena finanzjarja: 2008 | 148 084 759,00 | 148 084 759,00 | 51 564 944,35 | TABELLA III: EŻEKUZZJONI FINANZJARJA - REĠJUNI TA' KONVERĠENZA U DAWK LI MHUMIEX Pajjiż | Deċiżi a | Impenjati b | Imħallsa c | % (b) / (a) | % (c) / (a) | Il-Belġju | Perjodu 2007-2013 | 26 261 648,00 | 4 191 906,00 | 1 838 315,00 | 15,96% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 4 191 906,00 | 4 191 906,00 | 1 838 315,00 | Il-Bulgarija | Perjodu 2007-2013 | 80 009 708,00 | 14 336 687,00 | 5 600 679,56 | 17,92% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 8 517 922,00 | 8 517 922,00 | 0,00 | Ir-Repubblika Ċeka | Perjodu 2007-2013 | 27 106 675,00 | 6 886 504,00 | 3 794 934,50 | 25,41% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 3 526 490,00 | 3 526 490,00 | 1 897 467,25 | Id-Danimarka | Perjodu 2007-2013 | 133 675 169,00 | 36 321 435,00 | 9 357 261,83 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 18 340 527,00 | 18 340 527,00 | 0,00 | Il-Ġermanja | Perjodu 2007-2013 | 155 865 417,00 | 43 656 260,00 | 10 910 579,19 | 28,01% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 21 917 485,00 | 21 917 485,00 | 0,00 | L-Estonja | Perjodu 2007-2013 | 84 568 039,00 | 19 102 181,00 | 5 919 762,73 | 22,59% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 9 971 872,00 | 9 971 872,00 | 0,00 | L-Irlanda | Perjodu 2007-2013 | 42 266 603,00 | 6 746 632,00 | 2 958 662,00 | 15,96% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 6 746 632,00 | 6 746 632,00 | 2 958 662,00 | Il-Greċja | Perjodu 2007-2013 | 207 832 237,00 | 60 363 157,00 | 29 096 513,18 | 29,04% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 30 102 447,00 | 30 102 447,00 | 14 548 256,59 | Spanja | Perjodu 2007-2013 | 1 131 890 912,00 | 318 762 792,00 | 158 464 726,00 | 28,16% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 159 870 668,00 | 159 870 668,00 | 79 232 363,00 | Franza | Perjodu 2007-2013 | 216 053 084,00 | 58 704 681,00 | 30 247 430,00 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 29 642 958,00 | 29 642 958,00 | 15 123 715,00 | L-Italja | Perjodu 2007-2013 | 424 342 854,00 | 116 153 162,00 | 59 407 998,00 | 27,37% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 58 568 745,00 | 58 568 745,00 | 29 703 999,00 | Ċipru | Perjodu 2007-2013 | 19 724 418,00 | 5 359 405,00 | 2 761 418,52 | 27,17% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 2 706 234,00 | 2 706 234,00 | 2 761 418,52 | Il-Latvja | Perjodu 2007-2013 | 125 015 563,00 | 28 485 267,00 | 8 751 089,00 | 22,79% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 14 887 723,00 | 14 887 723,00 | 0,00 | Il-Litwanja | Perjodu 2007-2013 | 54 713 408,00 | 13 915 847,00 | 3 829 938,56 | 25,43% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 6 978 531,00 | 6 978 531,00 | 0,00 | Il-Lussemburgu | Perjodu 2007-2013 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00% | 0,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | L-Ungerija | Perjodu 2007-2013 | 34 850 860,00 | 5 545 109,00 | 2 439 560,20 | 15,91% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 5 545 109,00 | 5 545 109,00 | 2 439 560,20 | Malta | Perjodu 2007-2013 | 8 372 329,00 | 1 422 356,00 | 586 063,03 | 16,99% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 1 422 356,00 | 1 422 356,00 | 586 063,03 | L-Olanda | Perjodu 2007-2013 | 48 578 417,00 | 13 199 443,00 | 3 400 489,19 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 6 665 065,00 | 6 665 065,00 | 0,00 | L-Awstrija | Perjodu 2007-2013 | 5 259 318,00 | 1 439 171,00 | 705 647,26 | 27,36% | 13,42% | Sena finanzjarja: 2008 | 725 725,00 | 725 725,00 | 337 495,00 | Il-Polonja | Perjodu 2007-2013 | 734 092 574,00 | 120 001 664,00 | 51 386 480,18 | 16,35% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 120 001 664,00 | 120 001 664,00 | 51 386 480,18 | Il-Portugall | Perjodu 2007-2013 | 246 485 249,00 | 67 643 901,00 | 34 507 934,00 | 27,44% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 34 091 724,00 | 34 091 724,00 | 17 253 967,00 | Ir-Rumanija | Perjodu 2007-2013 | 230 714 207,00 | 37 284 577,00 | 32 299 988,49 | 16,16% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 22 157 050,00 | 22 157 050,00 | 17 172 461,49 | Is-Slovenja | Perjodu 2007-2013 | 21 640 283,00 | 4 110 308,00 | 1 514 819,81 | 18,99% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 4 110 308,00 | 4 110 308,00 | 1 514 819,81 | Is-Slovakkja | Perjodu 2007-2013 | 13 688 528,00 | 3 913 688,00 | 1 916 393,92 | 28,59% | 14,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 1 917 440,00 | 1 917 440,00 | 958 196,96 | Il-Finlandja | Perjodu 2007-2013 | 39 448 827,00 | 10 718 803,00 | 2 761 417,89 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 5 412 465,00 | 5 412 465,00 | 0,00 | L-Iżvezja | Perjodu 2007-2013 | 54 664 803,00 | 14 853 199,00 | 3 826 536,00 | 27,17% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 7 500 130,00 | 7 500 130,00 | 0,00 | Ir-Renju Unit | Perjodu 2007-2013 | 137 827 889,00 | 22 244 608,00 | 9 647 952,23 | 16,14% | 7,00% | Sena finanzjarja: 2008 | 22 244 608,00 | 22 244 608,00 | 9 647 952,23 | Konverġenza u mhux konverġenza totali | Perjodu 2007-2013 | 4 304 949 019,00 | 1 035 362 743,00 | 477 932 590,27 | 24,05% | 11,10% | Sena finanzjarja: 2008 | 607 763 784,00 | 607 763 784,00 | 249 361 192,26 | TABELLA IV PROGRAMMI OPERATTIVI ADOTTATI MILL-KUMMISSJONI FL-2008 Pajjiż | Ammont tal-FES | Data tad-Deċiżjoni | Numru tad-Deċiżjoni | BE | Il-Belġju | 26.261.648 | 11/11/2008 | C(2008)6895 | IE | L-Irlanda | 42.266.603 | 9/09/2008 | C(2008)4993 | HU | L-Ungerija | 34.850.860 | 9/09/2008 | C(2008)4684 | MT | Malta | 8.372.329 | 10/12/2008 | C(2008)8380 | PL | Il-Polonja | 734.092.574 | 16/10/2008 | C(2008)6007 | SI | Is-Slovenja | 21.640.283 | 19/11/2008 | C(2008)7279 | UK | Ir-Renju Unit | 137.827.889 | 9/09/2008 | C(2008)4994 | TOTAL | 1.005.312.186 | TABELLA V TQASSIM TAL-FES SKONT L-ASSI PRIJORITARJI U SKONT L-ISTATI MEMBRI Pajjiż | Assi ta’ prijorità 1 | Assi ta’ prijorità 2 | Assi ta’ prijorità 3 | Assi ta’ prijorità 4 | Assi ta’ prijorità 5 | Total | | Ammont | % | Ammont | % | Ammont | % | Ammont | % | Ammont | % | | | BE | Il-Belġju |7.561.648 |28,79 |5.000.000 |19,04 |9.488.352 |36,13 |2.900.000 |11,04 |1.311.648 |4,99 | 26.261.648 | | BG | Il-Bulgarija |8.000.970 |10,00 |36.004.371 |45,00 |20.002.426 |25,00 |12.001.456 |15,00 |4.000.485 |5,00 | 80.009.708 | | CZ | Ir-Repubblika Ċeka |- |- |11.926.937 |44,00 |13.824.404 |51,00 |- |- |1.355.334 |5,00 | 27.106.675 | | DK | Id-Danimarka |21.365.342 |15,98 |47.149.524 |35,27 |46.015.266 |34,42 |12.461.279 |9,32 |6.683.758 |5,00 | 133.675.169 | | DE | Il-Ġermanja |8.145.000 |5,23 |57.560.225 |36,93 |68.687.844 |44,07 |19.438.000 |12,47 |2.034.348 |1,31 | 155.865.417 | | EE | L-Estonja |15.264.531 |18,05 |24.583.929 |29,07 |21.209.664 |25,08 |19.281.513 |22,80 |4.228.402 |5,00 | 84.568.039 | | IE | L-Irlanda |34.766.000 |82,25 |- |- |6.000.000 |14,20 |1.500.603 |3,55 |- |- | 42.266.603 | | EL | Il-Greċja |77.272.459 |37,18 |59.689.538 |28,72 |32.320.240 |15,55 |33.300.000 |16,02 |5.250.000 |2,53 | 207.832.237 | | ES | Spanja |403.067.965 |35,61 |344.241.335 |30,41 |316.510.945 |27,96 |49.336.048 |4,36 |18.734.619 |1,66 | 1.131.890.912 | | FR | Franza |59.621.494 |27,60 |63.029.212 |29,17 |85.049.416 |39,37 |5.699.644 |2,64 |2.653.318 |1,23 | 216.053.084 | | IT | L-Italja |161.250.284 |38,00 |106.085.713 |25,00 |106.085.713 |25,00 |16.973.714 |4,00 |33.947.430 |8,00 | 424.342.854 | | CY | Ċipru |2.200.000 |11,15 |3.250.000 |16,48 |12.924.418 |65,52 |1.000.000 |5,07 |350.000 |1,77 | 19.724.418 | | LV | Il-Latvja |20.860.942 |16,69 |46.128.750 |36,90 |24.153.000 |19,32 |28.911.476 |23,13 |4.961.395 |3,97 | 125.015.563 | | LT | Il-Litwanja |13.667.647 |24,98 |22.431.005 |41,00 |9.249.241 |16,90 |6.693.770 |12,23 |2.671.745 |4,88 | 54.713.408 | | HU | L-Ungerija |- |- |24.163.925 |69,34 |8.944.392 |25,66 |- |- |1.742.543 |5,00 | 34.850.860 | | MT | Malta |2.175.000 |25,98 |1.760.250 |21,02 |4.095.079 |48,91 |- |- |342.000 |4,08 | 8.372.329 | | NL | L-Olanda |16.913.233 |34,82 |7.379.398 |15,19 |16.903.461 |34,80 |4.987.125 |10,27 |2.395.200 |4,93 | 48.578.417 | | AT | L-Awstrija |- |- |5.164.318 |98,19 |50.000 |0,95 |- |- |45.000 |0,86 | 5.259.318 | | PL | Il-Polonja |168.841.292 |23,00 |146.818.515 |20,00 |146.818.515 |20,00 |234.909.624 |32,00 |36.704.628 |5,00 | 734.092.574 | | PT | Il-Portugall |53.065.134 |21,53 |78.058.495 |31,67 |90.026.920 |36,52 |17.403.406 |7,06 |7.931.294 |3,22 | 246.485.249 | | RO | Ir-Rumanija |9.975.000 |4,32 |105.000.000 |45,51 |30.000.000 |13,00 |75.000.000 |32,51 |10.739.207 |4,65 | 230.714.207 | | SI | Is-Slovenja |2.164.029 |10,00 |7.141.293 |33,00 |7.574.097 |35,00 |2.164.029 |10,00 |2.596.835 |12,00 | 21.640.283 | | SK | Is-Slovakkja |- |- |10.467.810 |76,47 |2.536.292 |18,53 |- |- |684.426 |5,00 | 13.688.528 | | FI | Il-Finlandja |3.445.000 |8,73 |16.990.000 |43,07 |14.783.827 |37,48 |3.606.000 |9,14 |624.000 |1,58 | 39.448.827 | | SE | L-Iżvezja |13.666.201 |25,00 |10.932.961 |20,00 |19.132.681 |35,00 |8.199.720 |15,00 |2.733.240 |5,00 | 54.664.803 | | UK | Ir-Renju Unit |39.634.805 |28,76 |33.589.711 |24,37 |49.620.896 |36,00 |11.598.450 |8,42 |3.384.027 |2,46 | 137.827.889 | | Total Kumplessiv | 1.142.923.976 |26,55 |1.274.547.215 |29,61 |1.162.007.089 |26,99 |567.365.857 |13,18 |158.104.882 |3,67 |4.304.949.019 | | Għall-finijiet ta’ referenza, jekk jogħġbok ara t-tabella hawn taħt: Assi Prijoritarju 1: miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd tal-UE Assi Prijoritarju 2: l-akkwakultura, is-sajd fl-ilmijiet interni, il-proċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura Assi Prijoritarju 3: miżuri ta’ interess komuni Assi Prijoritarju 4: L-iżvilupp sostenibbli tal-oqsma tas-sajd Assi Prijoritarju 5: għajnuna teknika [1] Ir-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-SFGS għall-perjodu 2000-2006 ġie inkluż fir-"Rapport Annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali". [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, ĠU L 223, 15.8.2006, p 1. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 744/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi azzjoni temporanja speċifika maħsuba biex jitħeġġeġ ir-ristrutturar tal-flotot tas-sajd tal-Komunità Ewropea milqutin mill-kriżi ekonomika, ĠU L 202, 31.7.2008, p. 1. [4] Assi Prijoritarju 1: miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd tal-UE Assi Prijoritarju 2: l-akkwakultura, is-sajd fl-ilmijiet interni, il-proċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura Assi Prijoritarju 3: miżuri ta’ interess komuni Assi Prijoritarju 4: L-iżvilupp sostenibbli tal-oqsma tas-sajd Assi Prijoritarju 5: għajnuna teknika [5] NB: Għalkemm l-iskadenza għat-tressiq tar-Rapporti Annwali kienet it-30 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni għadha ma rċevitx it-rapporti Annwali kollha dwar l-implimentazzjoni fl-2008. Għalhekk l-informazzjoni pprovduta f'dan ir-rapport mhijiex sħiħa. [6] http://ec.europa.eu/fisheries/meetings_events/events/archives/events_2008/conference_180208_en.htm