This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0465
Report from the Commission - Annual Report on the Cohesion Fund (2008) [SEC(2009) 1159 final]
Rapport mill-Kummissjoni - Apport annwali dwar il-Fond ta' Koeżjoni (2008) [SEC(2009) 1159 finali]
Rapport mill-Kummissjoni - Apport annwali dwar il-Fond ta' Koeżjoni (2008) [SEC(2009) 1159 finali]
/* KUMM/2009/0465 finali */
Rapport mill-Kummissjoni - Apport annwali dwar il-Fond ta' Koeżjoni (2008) [SEC(2009) 1159 finali] /* KUMM/2009/0465 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 15.9.2009 COM(2009) 465 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI APPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA' KOEŻJONI (2008) [SEC(2009) 1159 finali] WERREJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA' KOEŻJONI (2008) 3 1. L-eżekuzzjoni finanzjarja tal-perjodu 2000-2006 fl-2008 u l-għeluq tal-proġetti 3 2. L-ambjent ekonomiku u l-kundizzjonalità 8 3. Verifiki u korrezzjonijiet finanzjarji 8 4. Irregolaritajiet notifikati mill-Istati Membri 12 5. Evalwazzjoni 13 6. Informazzjoni u Pubbliċità 14 Ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 li jwaqqaf il-Fond ta' Koeżjoni u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 ma għandux bżonn il-preżentazzjoni ta' rapport annwali dwar il-Fond ta' Koeżjoni. Għaldaqstant dan ir-rapport huwa ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1164/1994 u għalhekk ikopri l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fl-2008, li kienu ġew adottati fil-perjodu 2000-2006 kif ukoll il-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA fl-Istati Membri konċernati, inklużi l-Bulgarija u r-Rumanija. Bħala konsegwenza ta' dan, dan ir-rapport ikopri proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fit-13-il Stat Membru benefiċjarji kif kien il-każ fl-aħħar tal-2006, jiġifieri l-Greċja, Spanja, il-Portugall, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, kif ukoll il-Bulgarija u r-Rumanija. Dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti fl-2008 li kienu ġew adottati fil-perjodu 2000-2006 għal kull Stat Membru huma ppreżentati fl-Anness ma’ dan ir-rapport. 1. L-EżEKUZZJONI FINANZJARJA TAL-PERJODU 2000-2006 FL-2008 U L-GħELUQ TAL-PROġETTI Fl-2008, 15-il Stat Membru kienu eliġibbli biex jirċievu assistenza mill-Fond ta' Koeżjoni (it-12-il Stat Membru li ssieħbu fl-2004 u fl-2007 kif ukoll il-Greċja, il-Portugall u Spanja). Għandu jiġi mfakkar li, bħala riżultat tat-tkabbir ekonomiku, l-Irlanda ma baqgħetx eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2004. Minħabba li l-impenji kollha għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni ffinanzjati fil-perjodu tal-programm 2000-2006 ġew esegwiti sal-31 ta' Diċembru 2006, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Fond ta' Koezjoni fl-2008 kienu jikkonsistu biss minn approprjazzjonijiet ta' pagamenti. Pagamenti fl-2008 għal proġetti adottati fil-perjodu 2000-2006 Il-baġit inizjali tal-2008 kien jammonta għal EUR 1 937 miljun. Madankollu, ir-rata ta' preżentazzjoni ta' talbiet għall-pagamenti kienet teħtieġ rinforzi ta' malajr f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti. Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali talab żidiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti għal ammont totali ta' madwar EUR 553 miljun Iż-żieda tal-krediti kienet ir-riżultat globali ta' prestazzjoni tajba inġenerali tal-Istati Membri u dan jgħodd b'mod partikolari għal erba' Stati Membri benefiċjarji li ssuperaw il-previżjonijiet tagħhom, jiġifieri s-Slovenja, is-Slovakkja, il-Litwanja u l-Estonja. Safejn jikkonċernaw il-linji tal-baġit li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA, fi tmiem is-sena, is-sitwazzjoni rriżultat f'rata ta' eżekuzzjoni 100 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli. Fl-aħħar tal-2008, ir-rata medja ta' assorbiment (pagamenti vs. impenji) tal-pajjiżi kollha benefiċjarji bħalissa kemm għall-Fond ta' Koeżjoni kif ukoll għal proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA kienet ta' 66,3 %. Il-Bulgarija tippreżenta l-inqas rata ta' assorbiment (39,8 %), waqt li Malta turi l-ogħla rata ta' assorbiment b'79,8 %. L-Istati Membri l-oħra jvarjaw minn 50,9 % għal 76,1 % tal-ammont deċiż. Tabella 1: Implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni u pagamenti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA fl-2008 (f'Euro) Qabel kienu ISPA | 650.000.000 | -100.000.000 -10.000.000 | 540.000.000 | 531.454.029 | Il-Portugall | 121.124.899 | 62,3% | 73.149.733 | 37,6% | 181.537 | 194.456.170 | 6,4% | Spanja | 401.570.546 | 62,3% | 242.969.772 | 37,7% | 644.540.318 | 21,3% | Ir-Repubblika Ċeka | 86.699.762 | 50,3% | 84.954.613 | 49,3% | 633.784 | 172.288.158 | 5,7% | L-Estonja | 38.398.994 | 54,6% | 29.140.155 | 41,4% | 2.765.566 | 70.304.714 | 2,3% | L-Ungerija | 40.777.254 | 51,3% | 36.533.591 | 46,0% | 2.110.617 | 79.421.462 | 2,6% | Il-Latvja | 64.544.604 | 64,5% | 32.774.486 | 32,8% | 2.746.852 | 100.065.942 | 3,3% | Il-Litwanja | 114.458.156 | 62,2% | 61.109.392 | 33,2% | 8.370.251 | 183.937.800 | 6,1% | Malta | 5.212.565 | 99,4% | 0,0% | 29.765 | 5.242.331 | 0,2% | Il-Polonja | 528.130.703 | 67,3% | 247.053.953 | 31,5% | 9.419.180 | 784.603.837 | 26,0% | Is-Slovakkja | 82.362.076 | 53,1% | 71.696.734 | 46,3% | 927.381 | 154.986.191 | 5,1% | Is-Slovenja | 22.326.262 | 45,3% | 26.911.481 | 54,7% | 49.237.743 | 1,6% | Ir-Rumanija | 180.683.377 | 56,5% | 122.030.336 | 38,2% | 16.947.321 | 319.661.035 | 10,6% | Il-Greċja | 2.503.744.174 | 2.450.738.235 | 1.152.286.728 | Spanja | 11.788.531.423 | 9.838.026.775 | 3.094.434.304 | L-Irlanda | 573.575.321 | 570.010.223 | 55.745.185 | Il-Portugall | 3.156.539.424 | 2.427.127.170 | 1.077.862.318 | UE 4 | 18.022.390.343 | 15.285.902.403 | 5.380.328.535 | Ċipru | 54.014.695 | 31.793.262 | 22.221.433 | Ir-Repubblika Ċeka | 1.228.077.241 | 796.786.963 | 431.290.278 | L-Estonja | 427.034.848 | 289.151.602 | 137.883.246 | L-Ungerija | 1.482.597.185 | 780.102.018 | 702.495.167 | Il-Latvja | 713.862.336 | 499.522.087 | 214.340.249 | Il-Litwanja | 846.449.583 | 559.974.524 | 265.380.251 | Malta | 21.966.289 | 17.529.702 | 4.436.587 | Il-Polonja | 5.634.539.614 | 2.871.741.538 | 2.762.798.076 | Is-Slovakkja | 766.250.297 | 539.212.844 | 227.037.453 | Is-Slovenja | 254.198.103 | 162.579.583 | 91.618.520 | UE 10 | 11.428.990.190 | 6.548.394.123 | 4.859.501.260 | Il-Bulgarija | 879.941.333 | 350.021.546 | 529.813.137 | Ir-Rumanija | 2.043.037.858 | 1.040.128.078 | 1.002.599.040 | UE 2 | 2.922.979.191 | 1.390.149.624 | 1.532.412.177 | TOTAL | 32.374.359.723 | 23.224.446.150 | 11.772.241.972 | Għeluq ta' proġetti mill-perjodu 2000-2006 Matul l-2008, 49 proġett tal-Fond ta' Koeżjoni u oħrajn li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA ġew magħluqa, u dawn jirrappreżentaw madwar EUR 750 miljun tal-pagamenti. Fl-aħħar tal-2008, l-għadd totali ta' proġetti CF magħluqa għall-perjodu 2000-2006 (inklużi proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA) laħaq il-216 u n-numru ta' proġetti li baqgħu miftuħa naqas għal 976 minn 1 192 proġett. It-Tabella 4 telenka informazzjoni dwar proġetti magħluqin sal-aħħar tal-2008 skont kull Stat Membru. Tabella 4: Numru ta' proġetti CF magħluqin sal-aħħar tal-2008 (inklużi dawk li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA) Stat Membru | Numru totali ta' proġetti CF | Proġetti magħluqa sa minn tmiem l-2008 | Numru ta' proġetti miftuħa fl-aħħar tal-2008 | Għadd ta’ proġetti | Total imħallas bl-Ewro | Il-Greċja | 124 | 34 | 886.825.780 | 90 | Spanja | 407 | 80 | 2.363.473.998 | 327 | L-Irlanda | 10 | 3 | 250.368.797 | 7 | Il-Portugall | 109 | 24 | 580.082.620 | 85 | UE 4 | 650 | 141 | 4.080.751.195 | 509 | Ir-Repubblika Ċeka | 58 | 14 | 192.671.263 | 44 | L-Estonja | 37 | 14 | 75.086.815 | 23 | Ċipru | 2 | 0 | 0 | 2 | Il-Latvja | 46 | 10 | 44.331.604 | 36 | Il-Litwanja | 51 | 9 | 82.084.499 | 42 | L-Ungerija | 47 | 10 | 11.153.890 | 37 | Malta | 3 | 0 | 0 | 3 | Il-Polonja | 130 | 5 | 27.825.974 | 125 | Is-Slovenja | 28 | 6 | 55.213.444 | 22 | Is-Slovakkja | 39 | 4 | 6.880.841 | 35 | UE 10 | 441 | 72 | 495.248.330 | 369 | Il-Bulgarija | 38 | 1 | 950.121 | 37 | Ir-Rumanija | 63 | 2 | 1.794.822 | 61 | UE 2 | 101 | 3 | 2.744.943 | 98 | TOTAL | 1.192 | 216 | 4.578.744.468 | 976 | 2. L-AMBJENT EKONOMIKU U L-KUNDIZZJONALITÀ Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/97, li jistipula r-regoli tal-Fond ta' Koeżjoni approvati qabel l-aħħar tal-2006[1], jagħti kundizzjonijiet għal politika baġitarja għall-ħruġ ta' flus mill-Fond. Dan jipprevedi li "l-ebda proġett ġdid jew, fil-każ ta' proġetti importanti, l-ebda stadju ta' proġett ġdid ma għandu jiġi ffinanzjat mill-Fond fi Stat Membru fil-każ li l-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, isib li l-Istat Membru […] ma implimentax [il-programm ta’ stabbiltà jew ta’ konverġenza tiegħu] b’tali mod biex jevita defiċit eċċessiv". Lejn tmiem l-2008, Stat Membru wieħed eliġibbli għal għajnuna taħt il-Fond ta' Koeżjoni (l-Ungerija) baqa' fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv (PDE) li, skont ir-Regolament imsemmi hawn fuq, tista' taħt ċerti ċirkostanzi tkun assoċjata mas-sospensjoni ta' trasferimenti mill-Fond. Madankollu ma kienx hemm il-ħtieġa li tiġi addottata tali miżura billi l-Kunsill, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, iddeċieda li l-gvern Ungeriż kien aġixxa b'mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tiegħu. Kif hemm innutat fir-rapport annwali ta' qabel, il-Kunsill iddeċieda li jħassar il-PDE għas-Slovakkja, il-Portugall, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka f'Lulju 2008. L-Ungerija daħlet fil-PDE immedjatament mal-adeżjoni fl-2004, u dan fuq il-bażi tad-defiċit ġenerali tal-gvern ta' 5.9% għall-2003. Minn dakinhar, in-nuqqasijiet tal-Ungerija fit-teħid ta' miżuri effettivi bħala risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill kienu osservati f'żewġ okkażjonijiet, f'Jannar 2005 u Novembru 2005. L-Ungerija, billi mhix membru taż-żona euro, għandha deroga speċifika mill-applikazzjoni ta' miżuri ulterjuri tal-PDE. F'Lulju 2007, il-Kunsill ħareġ sett ġdid ta' rakkomandazzjoniijiet skont l-Artikolu 104(7) tat-trattat. Fl-ebda waħda miż-żewġ okkażjonijiet il-Kummissjoni ma rrakkomandat lill-Kunsill is-sospensjoni tal-impenji tal-Fond ta' Koeżjoni. F'Lulju 2009 il-Kunsill iddeċieda, fid-dawl tal-kriżi ekonomika, li joħroġ terminu ġdid ta' skadenza tal-2011 biex itemm id-defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 104(7). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006, li jistipula r-regoli għall-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013[2], iċċara bosta inċertezzi li kien hemm fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kundizzjonalità tal-Fond ta’ Koeżjoni fl-imgħoddi. Dan jipprevedi li, wara deċiżjoni skont l-Artikolu 104(8) il-Kummissjoni tista' tipproponi s-sospensjoni tal-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jissospendi l-impenji kollha, jew partijiet minnhom, b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-deċiżjoni. Jekk sussegwentement il-Kunsill isib, fil-kuntest tal-PDE, li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva meħtieġa, dan awtomatikament jimplika deċiżjoni li tkun revokata s-sospensjoni tal-impenji tal-Fond ta' Koeżjoni. Ġew stabbiliti regoli għal stima mill-ġdid tal-impenji sospiżi. 3. VERIFIKI U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI L-2008 kienet sena ta' sovrapożizzjoni bejn il-ġestjoni tal-istadju finali tal-implimentazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni għas-snin 2000-2006 inkluża t-tħejjija għall-għeluq tagħha, u l-ftuħ tal-perjodu ta' programmazzjoni għas-snin 2007-13. Il-ġestjoni u l-ambjent ta' kontroll fil-post fl-2008 kien għalhekk maħsub biex jindirizza kemm ir-riskji relatati mat-tħejjija għall-għeluq tal-programmi tal-imgħoddi kif ukoll il-proġetti u r-riskji ta' twaqqif ta' sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fil-programmi l-ġodda. Xogħol ta' verifika għall-perjodu ta' Programmazzjoni 1994-1999 – UE 4 (il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja). L-inkjesta dwar l-għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 1994-1999 kopriet l-10 % tal-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni li jirrappreżentaw 20 % tal-ispiża kofinanzjata matul l-istess perjodu. L-istħarriġ kien finalizzat fl-2003 u n-nuqqasijiet prinċipali misjuba kienu verifiki amministrattivi insuffiċjenti li waslu għal spejjeż mhux eliġibbli u ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Proċeduri ta' korrezzjoni finanzjarja li jirriżultaw mill-inkjesta tal-għeluq ġew konklużi matul l-2008, ħlief għal tliet proġetti li fadal (tnejn fi Spanja, wieħed fil-Portugall) li se jiġu ffinalizzati fl-2009. Xogħol ta' verifika għall-perjodu ta' Programmazzjoni 2000-2006 – UE 14 (UE 10 + UE 4). Għall-Istati Membri UE-14 fl-2008, ġew imwettqa erba' missjonijiet ta' verifika li ffokaw fuq is-segwitu ta' rakkomandazzjonijiet ta' verifika li kienet saret qabel. Barra minn hekk, ġew magħmula ħames missjonijiet għar-reviżjoni ta' entitajiet tat-tlestija biex jivverifikaw il-preparazzjoni tal-Istati Membri għall-għeluq u biex jidentifikaw u jtaffu r-riskji relatati. Fl-2008, id-DĠ għal Politika Reġjonali eżamina d-dikjarazzjonijiet tat-tlestija ppreżentati għall-għeluq ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni 2000-2006, li minnhom 60 (li jirrappreżentaw 5 % tal-proġetti kollha CF) huma relatati mal-proġetti Spanjoli. Xogħol ieħor ta' verifika għall-perjodu ta' programmazzjoni għas-snin 2000-2006 jinkludi l-eżaminar tar-rapporti annwali ta' kontroll riċevuti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1386/2002. Sa tmiem l-2008, il-maġġoranza tar-rapporti kienu analizzati, u r-risposti mibgħuta lill-Istati Membri b'osservazzjonijiet u, fejn meħtieġ, bit-talbiet għal informazzjoni addizzjonali biex tkun tista' titfassal l-assigurazzjoni kollha possibbli mir-riżultati tal-ħidma ta' verifika nazzjonali. Barra minn hekk, numru ta' rapporti dwar is-sistema ta' verifika nazzjonali ġew riċevuti fl-2008. L-aħħar laqgħa minn dawk ta' koordinazzjoni bilaterali annwali mad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali għas-sena 2007 saret fi Frar 2008. Billi l-2008 kienet sena tranżitorja, ġie deċiż li jiġu skedati mill-ġdid il-laqgħat ta' koordinazzjoni bilaterali għall-2008 għall-ewwel nofs tal-2009. Il-laqgħat bilaterali jsiru kull sena mal-awtoritajiet ta' verifika nazzjonali u permezz tagħhom isir skambju ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ħidma ta' verifika u jiġi diskuss il-progress dwar il-kampjuni tal-kontrolli u dak li jkun irriżulta mill-verifika. Il-laqgħat fl-2009 se jkopru kwistjonijiet li jikkonċernaw żewġ perjodi ta' programmazzjoni l-2000-2006 u l-2007-2013. Impatt tal-kontrolli Korrezzjonijiet finanzjarji Fl-eżerċizzju tar-rwol superviżorju tagħha, id-DĠ għal Politika Reġjonali timplimenta politika ta' sospensjoni ta' ħlasijiet interim u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji hekk kif ikun stabbilit li hemm nuqqasijiet serji li jpoġġu f'riskju r-rimborżi tal-Fondi magħmula lill-Istati Membri. Stabbilixxiet ukoll manwal rivedut tal-proċeduri biex jiġu ssimplifikati l-arranġamenti interni għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta' 'sospensjoni u korrezzjoni. Fejn, wara verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni ssib li l-infiq iċċertifikat fl-applikazzjoni ta' pagament interim huwa marbut ma' irregolarità serja u ma tkun qed tittieħed l-ebda azzjoni korrettiva immedjata mill-Istat Membru, tiġi mnedija s-sospensjoni formali tal-proċedura tal-pagamenti. Matul l-2008 id-DĠ REGIO adotta sospensjoni waħda ta' deċiżjoni għall-Fond ta' Koeżjoni u din kienet tikkonċerna lill-Bulgarija fir-rigward ta' żewġ proġetti fis-settur tat-toroq. Fl-2008 kienu saru korrezzjonijiet finanzjarji li jammontaw għal EUR 92,7 miljun bħala segwitu għall-verifiki mill-Kummissjoni jew mill-Qorti jew l-Awdituri jew għall-inkjesti tal-OLAF. Minn dan it-total, EUR 38,2 miljun relatati għal proġetti tal-perjodu ta' programmazzjoni 1994-99 uEUR 54,5 miljun għall-perjodu 2000-2006 Il-korrezzjonijiet jew kienu applikati mid-deċiżjonijiet formali tal-Kummissjoni (EUR 66,2 miljun) jew kienu ġew aċċettati mill-Istati Membri mingħajr il-ħtieġa ta' deċiżjoni (EUR 26,5 miljun). Erba' deċiżjonijiet ta' korrezzjoni finanzjarja relatati ma' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni 1994-1999 kienu adottati għall-ammont ta' EUR 31,5 miljun u disgħa għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 għall-ammont ta' EUR 34,7 miljun. Mis-EUR 26,5 miljun ta' korrezzjonijiet aċċettati mill-Istati Membri EUR 6,7 miljun huma relatati għall-1994-1999 u EUR 19,8 miljun għall-2000-2006. Dawn huma implimentati permezz ta' tnaqqis mit-talbiet għall-pagamenti jew mill-bilanċ li jrid jitħallas fl-għeluq. It-Tabella 5 turi l-ammont ta' korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Istati Membru u l-perjodu ta' programmazzjoni. Tabella 5: Korrezzjonijiet Finanzjarji tal-Fond ta'Koeżjoni fl-2008 skont il-perjodu u l-pajjiż (in EUR) Stat Membru | Il-Fond ta’ Koeżjoni | TOTAL | Perjodu 2000-2006 | Perjodu 1994-1999 | Il-Greċja | 23,405,436 | 5,674,477 | 29,079,913 | Spanja | 19,927,164 | 32,483,151 | 52,410,315 | L-Irlanda | - | - | - | Il-Portugall | 11,062,188 | - | 11,062,188 | UE 4 | 63,259,764 | 38,157,628 | 92,552,416 | Ċipru | - | - | - | Ir-Repubblika Ċeka | - | - | - | L-Estonja | 125,073 | - | 125,073 | L-Ungerija | - | - | - | Il-Latvja | - | - | - | Il-Litwanja | 65,833 | - | 65,833 | Malta | - | - | - | Il-Polonja | 123 | - | 123 | Is-Slovenja | - | - | - | Is-Slovakkja | - | - | - | UE 10 | 191,029 | - | 191,029 | Il-Bulgarija | 6,156 | - | 6,156 | Ir-Rumanija | - | - | - | UE 2 | 6,156 | - | 6,156 | TOTAL | 54,591,973 | 38,157,628 | 92,749,601 | Is-sistemi ta’ Ġestjoni u ta’ Kontroll Fir-Rapport tal-Attività Annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-2008, għall-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (2000-2006), ġiet mogħtija opinjoni mhux kwalifikata għall-Fond ta' Koeżjoni f'seba' Stati Membri (Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija - is-settur tat-trasport, il-Latvja, Malta, il-Portugall u s-Slovenja), u din tfisser li ma hemm l-ebda nuqqasijiet materjali fl-elementi ewlenin tas-sistema u din tikkorrispondi għal 15,45 % tal-ħlasijiet magħmula fl-2008 bħala proporzjon tal-pagamenti totali għall-Fond ta' Koeżjoni. Għal 10 Stati Membri, li jirrappreżentaw 84,55 % tal-pagamenti CF magħmula fl-2008, l-opinjoni kienet kwalifikata, li tfisser l-eżistenza ta' nuqqasijiet materjali fl-elementi ewlenin tas-sistema. Din ikkonċernat lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija (is-settur tal-ambjent), l-Irlanda, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja. Fil-każijiet kollha l-impatt tan-nuqqasijiet kien iġġudikat bħala moderat, ħlief għas-settur tat-toroq fil-Bulgarija. Għas-settur tat-toroq fil-Bulgarija l-opinjoni kienet kwalifikata permezz tal-impatt tan-nuqqasijiet materjali li jaffettwaw l-elementi ewlenin tas-sistema li kienet qiegħda tkun iġġudikata b'mod sinifikanti. Għaldaqstant, kienet magħmula riserva għas-settur tat-toroq fil-Bulgarija fir-Rapport Annwali ta' Attività tad-Direttorat Ġenerali għall-2008. Il-Kummissjoni ssospendiet il-pagamenti għall-proġetti Bulgari tas-settur tat-toroq bejn Lulju 2008 u Mejju 2009 għal din ir-raġuni. Dettalji dwar il-verifiki u l-korrezzjonijiet finanzjarji għal kull Stat Membru huma ppreżentati fl-Anness għal dan ir-rapport. 4. IRREGOLARITAJIET NOTIFIKATI MILL-ISTATI MEMBRI Fl-2008, l-Istati Membri rrappurtaw lill-Kummissjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/94, 140 notifika ta' irregolarità li jinvolvu l-ammont totali affettwat ta' EUR 56 328 911 fir-rigward tal-proġetti kofinanzjati. Minn dan l-ammont, EUR 19 768 042 ġew irkuprati, u l-kumplament għad iridu jiġu rkuprati. L-Istati Membri li rrapportaw il-maġġoranza tal-każijiet huma Spanja, il-Portugall, l-Ungerija u l-Greċja (64, 22, 13 u 12 rispettivament). Spanja rrapurtat aktar minn 46 % tat-total tal-każijiet u 44 % tal-ammont involut. Madankollu, għandu jiġi osservat li l-Irlanda, bi tliet notifiki li għandhom x'jaqsmu mal-perjodu 1994-1999, tinsab fit-tieni l-ogħla livell f'termini ta' ammont involut, segwita mil-Litwanja. In-numru ta' notifiki juri żieda, bi tnaqqis radikali tal-ammont involut, imqabbel mas-sena preċedenti. It-tipi ewlenin ta' irregolaritajiet irrapportati huma nefqa ineliġibbli, u l-ksur tar-regoli għall-akkwist pubbliku. Dawn iż-żewġ tipoloġiji jkopru kważi 75 % tal-każijiet kollha rrappurtati. Madankollu, l-awtoritajiet Litwani rrappurtaw żewġ każijiet ta ' "frodi suspetti". L-ammont involut li jikkonċerna ż-żewġ każijiet għad irid jiġi kkalkulat. It-Tabella 6 turi l-għadd ta' irregolaritajiet u l-ammonti finanzjarji relatati komunikati mill-Istati Membri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/94 fl-2008. Tabella 6: Irregolaritajiet ikkomunikati mill-Istati Membri fl-2008 (f'EUR) Stat Membru | Għadd ta’ irregolaritajiet | Ammonti finanzjarji | Ammonti li qegħdin jistennew rkupru | Il-Greċja | 12 | 4,937,771 | 326,398 | Spanja | 64 | 24,827,955 | 14,442,900 | L-Irlanda | 3 | 9,498,140 | 0 | Il-Portugall | 22 | 5,655,879 | 2,602,188 | UE 4 | 101 | 44,919,745 | 17,371,486 | Ċipru | 0 | 0 | 0 | Ir-Repubblika Ċeka | 2 | 88,210 | 0 | L-Estonja | 2 | 129,614 | 0 | L-Ungerija | 13 | 1,400,938 | 1,033,292 | Il-Latvja | 5 | 86,279 | 86,279 | Il-Litwanja | 8 | 8,280,568 | 47,056 | Malta | 0 | 0 | 0 | Il-Polonja | 7 | 214,754 | 65,550 | Is-Slovenja | 0 | 0 | 0 | Is-Slovakkja | 2 | 1,208,803 | 1,164,379 | UE 10 | 39 | 11,409,166 | 2,396,556 | TOTAL | 140 | 56,328,911 | 19,768,042 | 5. EVALWAZZJONI Il-Kummisjoni u l-Istati Membri jagħmlu stima u valutazzjoni tal-proġetti kollha kofinanzjati. Il-proġetti li se jkunu ffinanzjati mill-Fond ikunu adottati mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istati Membri benefiċjarji. Kull talba għal assistenza hija akkumpanjata minn analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji (CBA – cost-benefit analysis) tal-proġett. Is-CBA trid turi li l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi fil-medda medja ta' żmien huma proporzjonali mar-riżorsi finanzjarji mobilitati. Il-Kummisjoni tevalwa din is-CBA fuq il-bażi tal-prinċipji mniżżla fil-gwida għall-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Din il-gwida, ippublikata għall-ewwel darba fl-2003, kienet aġġornata fl-2008 biex tinkorpora l-iżviluppi tal-politika Komunitarji, strumenti finanzjarji u l-istruttura regolatorja ġdida li taħtha l-proġetti l-kbar iridu jkunu ffinanzjati fil-perjodu tal-programm 2007-2013. Matul l-2008, il-Kummissjoni kompliet tassisti lill-Istati Membri permezz ta' azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità li kienu mmirati biex itejbu l-konsistenza ta' analiżijiet finanzjarji u ekonomiċi ex-ante tal-proġetti. Bħala riżultat, il-Gwida malajr laħqet ċirkolazzjoni usa, kemm fost il-ħaddiema tas-servizz pubbliku fl-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati kif ukoll fost il-persunal ta' istituzzjonijiet finanzjarji u konsulenti involuti fil-preparazzjoni u l-valutazzjoni ta' proġetti kbar. Ġiet ippubblikata verżjoni stampata tal-Gwida, li tipprovdi gwida metodoloġika lill-promoturi tal-proġetti fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati, filwaqt li sservi bħala referenza għall-uffiċjali tal-Kummissjoni involuti fil-valutazzjoni ta' proġetti kbar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tesegwixxi valutazzjoni qabel il-valutazzjoni finali tal-proġett fuq kampjuni ta' proġetti kofinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni. L-aħħar valutazzjoni kienet ippublikata fl-2005 u kkunsidrat kampjun ta' 200 proġett implimentati matul il-perjodu 1993-2002. Il-valutazzjoni simili li jmiss se tiġi mnedija fl-2009 u se tikkunsidra kampjun kemm tal-Fond ta' Koeżjoni kif ukoll tal-proġetti ISPA implimentati matul il-perjodu 2000-2006. 6. INFORMAZZJONI U PUBBLIċITÀ Kif indikat fir-rapport annwali għall-2007, kwistjonijiet dwar il-Fond ta' Koeżjoni, mill-1 ta' Jannar 2007, se jiġu ttrattati fil-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Fondi (COCOF, skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006) Apparti mill-kwistjonijiet ta' interess komuni għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, xi kwistjonijiet ta' interess speċifiku għall-Fond ta' Koeżjoni ġew ippreżentati jew diskussi matul il-laqgħat segwenti tal-COCOF: fi Frar il-"Linji Gwida (riveduti) għall-emenda ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni 2000-2006", u f'April il-"Linji Gwida dwar l-għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni u proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA 2000-2006", li ġew adottati mill-Kummissjoni fl-4 ta' April (Nru (SEC(2008) 415). Fir-rigward tal-miżuri tal-Kummisjoni dwar informazzjoni u pubbliċità, il-punt fokali fl-2008 kien fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' pubbliċità għall-perjodu 2007-2013. Waħda mill-akbar sfidi kien l-eżami tal-kompatibbiltà tal-pjanijiet ta' komunikazzjoni, kif mitlub mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006. Netwerk ta' uffiċjali tal-komunikazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-informazzjoni u regoli ta' pubbliċità għall-FRŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ("INFORM") ltaqa' f'Ġunju u f'Novembru. Id-DĠ għal Politika Reġjonali ppubblika "Reviżjoni tal-Pjani tal-Komunikazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE 2007-2013 - Attivitajiet tal-awtoritajiet ta' ġestjoni nazzjonali u reġjonali fil-qasam tal-komunikazzjoni." Ir-reviżjoni, il-materjal mil-laqgħat tal-INFORM, kif ukoll id-diversi għodod ta' informazzjoni u pubbliċità preparati kemm għall-Fond ta' Koeżjoni u l-FEŻR, huma disponibbli fuq il-websajt iddedikata għal dan[3]. [1] Ibbażat fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006. [3] http://ec.europa.eu/regional_policy/country/commu/index_en.cfm?nmenu=1