EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0014

Perjodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u l-ħalib xkumat tat-trab * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perjodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u l-ħalib xkumat tat-trab (COM(2009)0354 – C7-0103/2009 – 2009/0094(CNS))

ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 224/53


Il-Ħamis, 17 ta’ Settembru 2009
Perjodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u l-ħalib xkumat tat-trab *

P7_TA(2009)0014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perjodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u l-ħalib xkumat tat-trab (COM(2009)0354 – C7-0103/2009 – 2009/0094(CNS))

2010/C 224 E/22

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0354),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0103/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0005/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex temenda b'hekk il-proposta tagħha, bi qbil mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jinformah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal Regolament

Artikolu 2a (ġdid)

 

Artikolu 2a

Emenda lir-Regolament (KE) Nru 72/2009

L-Artikolu 4(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 bil-ħsieb tal-adattament tal-politika agrikola komuni (1) għandu jitħassar.


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.


Top