Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0007

    Ftehima bejn il-KE u ċ-Ċina: operazzjonijiet ta' trasport marittimu; adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (08127/2009 – 13698/2008 – C7-0030/2009 – 2008/0133(CNS))

    ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 224/43


    It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009
    Ftehima bejn il-KE u ċ-Ċina: operazzjonijiet ta' trasport marittimu; adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija *

    P7_TA(2009)0007

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (08127/2009 – 13698/2008 – C7-0030/2009 – 2008/0133(CNS))

    2010/C 224 E/16

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0405)

    wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (08127/2009),

    wara li kkunsidra il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (13698/2008),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0030/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90 (8) u l-Artikolu 46 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2009),

    1.

    Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehima;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


    Top