Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0624(01)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 159, 24.6.2008, p. 4–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 159/4


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 159/04)

    Numru XA: XA 99/08

    Stat Membru: L-Ungerija

    Reġjun: Il-pajjiż kollu

    Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: A tenyésztésszervezési feladatok támogatása a törzskönyvezés, a teljesítményvizsgálat és a tenyészérték megállapítás igazgatási, illetőleg vizsgálati költségeihez történő hozzájárulás formájában

    Ba¿i ġuridika:

    A tenyésztésszervezési feladatok támogatása igénybevételének részletes feltételeiről szóló …/2008. (……) FVM rendelet.

    Az állattenyésztésről szóló 1993. évi CXIV. törvény

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: HUF 780 miljuni

    Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-kotba tal-merħliet, 70 % ta' l-ispejjeż għat-testijiet biex jiġu ddeterminati l-kwalità ġenetika u r-rendiment tal-bhejjem, u 50 % ta' l-ispejjeż għat-testijiet tar-rendiment għal finijiet ta' l-approvazzjoni tar-razez.

    Id-Digriet jistipula l-ammont massimu ta' għajnuna għal kull oġġett

    Data ta' l-implimentazzjoni: Wara li tittieħed pożizzjoni mill-Kummissjoni

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' għajnuna individwali: L-attivitajiet għandhom jintemmu sal-31.12.2008

    Għan ta' l-għajnuna: Il-manutenzjoni u t-titjib tal-kwalità ġenetika tal-bhejjem, u l-appoġġ għal attivitajiet ta' organizzazzjoni marbuta mat-tgħammir tal-bhejjem.

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 huma applikati b'appoġġ għaż-żamma tal-kotba tal-merħliet. L-appoġġ għal testijiet biex tiġi determinata l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem huwa skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(b).

    L-ispejjeż eliġibbli tal-programm ġew determinati billi tqieset in-nefqa reali fis-sena 2007. Id-Digriet jiddetermina l-ammont massimu pagabbli li jingħata bħala appoġġ

    Settur/i ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat/i: Bovini, ħnieżer, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, tjur u ċerti annimali tad-dar

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

    H-1055 Budapest

    Kossuth Lajos tér 11

    Indirizz ta' l-internet: http://www.fvm.hu/main.php?folderID=2253&articleID=1198&ctag=articlelist&iid=1

    Budapest, 28 ta' Jannar 2008.

    Dr. Máhr András

    Szakállamtitkár

    Għajnuna Nru: XA 100/08

    Stat Membru: Ir-Repubblika ta' Ċipru

    Reġjun: It-territorju kollu kkontrollat mir-Repubblika ta' Ċipru

    Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Σχέδιο για αντιμετώπιση του Ιού της Τριστέζας των εσπεριδοειδών

    Bażi ġuridika: Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου

    Nefqa annwali ppjanata jew ammont kumplessiv ta' għajnuna mogħti lill-kumpanija: CYP 20 000 f'kumpens għal produtturi

    Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 % ta' l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet tas-saħħa u testijiet ta' laboratorju u l-qrid ta' l-uċuħ

    Data ta' l-implimentazzjoni: Jannar 2008

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2012

    Għan ta' l-għajnuna: L-eradikazzjoni tas-Citrus tristeza virus u l-qrid tas-siġar u msaġar infettati u kumpens għall-produtturi (Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

    Is-settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura — Il-frott taċ-ċitru

    Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ινστιτούτο Γεωργικών Ερευνών, Υπουργείου Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

    Τ.Κ. 220016

    CY-1516 Λευκωσία

    Websajt: http://greek.ari.gov.cy/content/TRISTEZA.pdf

    Tagħrif ieħor: Il-kumpens se jingħata għal kull siġra sabiex il-virus tat-tristeza, li jinfirex b'mezzi naturali, jitneħħa mill-imsaġar taċ-ċitru

    Ιωάννης Παπαστυλιανού — Yannis Papastilianou

    Διευθυντής

    Ινστιτούτου Γεωργικών Ερευνών

    Υπουργείου Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

    Numru XA: XA 104/08

    Stat Membru: Spanja

    Reġjun: Comunidad Valenciana

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Régimen de ayudas por la que se adoptan medidas fitosanitarias para la erradicación y control del organismo nocivo Tuta Absoluta (Meyrick)

    Bażi ġuridika: Proyecto de Orden de la Conselleria d'Agricultura, Pesca i Alimentació, por la que se adoptan medidas fitosanitarias para la erradicación y control del organismo nocivo Tuta Absoluta (Meyrick)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    Ley no 43/2002, de 20 de noviembre, de Sanidad Vegetal.

    Real Decreto no 58/2005, de 21 de enero, por el que se adoptan medidas de protección contra la introducción y difusión en el territorio nacional y de la Comunidad Europea de organismos nocivos para los vegetales o productos vegetales, así como para la exportación y tránsito hacia países terceros.

    Real Decreto no 1190/1998, de 12 de junio, por el que se regula los programas nacionales de erradicación o control de organismos nocivos de los vegetales aún no establecidos en el territorio nacional.

    Ley no 38/2003, de 17 de noviembre, General de Subvenciones.

    Decreto Legislativo de 26 de junio de 1991, por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley de Hacienda Pública de la Generalitat Valenciana

    Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont ta' għajnuna ppjanata f'din l-Orden jitħallas skond l-intestatura 12.02.01.542.20.4 — T2349 tal-baġit tan-nefqa tal-gvern reġjonali u huwa fiss għal EUR 100 000.

    Il-miżuri tal-qrid u l-kontroll li se jitħallsu mill-intestatura tal-baġit 12.02.101.542.20.2, huma fissi għal madwar EUR 1 145 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 % tal-valur tas-suq tal-materjal tal-pjanta meqrud abbażi ta' din it-tabella

    Data ta' l-implimentazzjoni: Din l-Orden għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Comunitad Valenciana

    Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sad-data ta' skadenza ta' l-Orden, fil-31.12.2008

    Għan ta' l-għajnuna: Din l-Orden fiha dikjarazzjoni uffiċjali dwar il-preżenza ta' l-organiżmu Tuta Absoluta (Meyrick) fil-provinċji ta' de Castellón u Valencia.

    Tipprovdi għajnuna ta' kumpens għall-każijiet fejn l-esperti jkunu tal-fehma li l-aktar soluzzjoni effiċjenti u effettiva hija l-qerda immedjata tal-pjanti.

    L-għajnuna hija maħsuba għall-kumpens għall-pjanti meqruda bħala konsegwenza tal-miżuri li ttieħdu biex jinqered l-organiżmu.

    L-Artikolu 10. Għajnuniet korrispondenti għall-mard tal-bhejjem u tal-pjanti u l-infestazzjonijiet parassitarji

    Settur(i) konċernat(i): It-tadam u l-patata, kif ukoll pjanti selvaġġi jew ikkultivati tal-familja tas-solanaċi

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación

    C/ Amadeo de Saboya, no 2

    E-46010 Valencia

    Sit elettroniku: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/ayudas_erradicacion_control_tuta.pdf

    Valencia, id-29 ta' Novembru 2007

    El Director general de investigación y tecnologia agroalimentaria

    P.S.

    Secretario Autonómico de Agricultura, Pesca y Alimentación

    (Decreto no 121/2007, de 27 de julio del Consell, artículo 3)

    Fdo.: Vicente Riera Balbastre

    Numru XA: XA 105/08

    Stat Membru: Ir-Renju ta' Spanja

    Reġjun: —

    Titolu ta' l-iskema: Ayudas para la renovación del parque nacional de maquinaria agrícola

    Bażi ġuridika: Proyecto de Real Decreto por el que se modifica el Real Decreto no 1539/2006, de 15 de diciembre, por el que se regula la concesión de ayudas para la renovación del parque nacional de maquinaria agrícola (ayuda no N 36/07 con Decisión de la Comisión de compatibilidad de 22 de marzo de 2007)

    Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema: EUR 10 miljun fis-sena, kif ipprovdut fil-Baġit Ġenerali ta' l-Istat

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna massima għal kull benefiċjarju u għal kull sejħa għall-espressjoni ta' interess, m'għandhiex taqbeż EUR 12 000 fis-sena, għall-akkwist ta' trakters ġodda, EUR 30 000 għall-akkwist ta' tagħmir tal-ħsad bil-muturi awtomatiċi jew 30 % ta' l-investiment f'tipi oħrajn ta' magni li jaħdmu bil-muturi awtomatiċi u l-makkinarju li jinġibed.

    Barra minn hekk, l-ammont massimmu ta' l-għajnuna ma jistax jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(9) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għall-produzzjoni agrikola. Bl-istess mod, ma jistgħux jinqabżu l-persentaġġi ta' l-investimenti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament imsemmi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Istat tar-Real Decreto li jirregola dawn l-għajnuniet

    Tul ta' żmien ta' l-iskema: Sa l-2009 bil-possibbiltà ta' estensjoni fuq bażi annwali, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Baġit Ġenerali ta' l-Istat, iżda sa mhux iktar tard mill-31.12.2013

    Għan ta' l-għajnuna: Il-promozzjoni tar-rinovazzjoni tat-trakters u l-magni agrikoli b'muturi awtomatiċi tal-park nazzjonali, permezz ta' tibdil ta' dawn il-magni antiki bi trakters u magni ġodda, li jkollhom teknoloġija moderna biex b'hekk jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, tiżdied l-effiċjenzja fl-enerġija u għall-protezzjoni ta' l-ambjent.

    L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    Din l-għajnuna tingħata għar-rimi ta' trakters u makkinarju b'mutur awtomatiku, sakemm jinxtraw it-trakters u l-magni b'mutur awtomatiku l-ġodda, jew makkinarju li jinġibed kif imsemmi fir-Real Decreto. L-ispejjeż eliġibbli huma stabbiliti skond il-horsepower tat-trakters u l-magni b'mutur awtomatiku li jkunu ntremew

    Settur benefiċjarju: L-Agrikoltura

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación

    Dirección General de Agricultura

    Subdirección General de Medios de Producción Agrícolas

    C/ Alfonso XII, no 62 -3a planta

    E-28071 Madrid

    Indirizz ta' l-internet: http://www.mapa.es/ministerio/pags/normas/PlanRenoveTA-31-01-08.pdf

    Aktar informazzjoni: —

    Numru XA: XA 108/08

    Stat Membru: Franza

    Reġjun: —

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Aides à l'assistance technique dans le secteur agricole des départements d'Outre-mer (DOM)

    Bażi ġuridika:

    Articles L621-1 à L621-11, articles R621-1 à R621-43 et articles R684-1 à R684-12 du code rural

    Article 15 du règlement (CE) no 1857/2006

    Projet de décision du directeur de l'ODEADOM relatif à un régime d'aides à l'assistance technique dans le secteur agricole des DOM

    Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema ta' għajnuna: EUR 797 740

    Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 %

    Data ta' l-implimentazzjoni: Malli jiġi rċevut l-avviż tal-wasla mingħand il-Kummissjoni

    Tul ta' l-iskema ta' għajnuna: Sal-31.12.2013

    Għan u tip ta' l-għajnuna: L-għajnuna hija maħsuba għal miżuri ta' appoġġ tekniku fid-dipartimenti extra-Ewropej (DOM), iffinanzjati mill-baġit ta' l-Office de développement de l'économie agricole des départements d'Outre-mer (ODEADOM). Din l-għajnuna ma tista' tiġi akkumulata ma' l-ebda għajnuna oħra simili ffinanzjata mill-programm POSEI France.

    Waħda mill-karatteristiċi ta' l-agrikoltura fid-dipartimenti extra-Ewropej hija n-nuqqas ta' taħriġ ta' l-esperti lokali fit-tekniċi tal-produzzjoni. Għaldaqstant, l-ODEADOM biħsiebu jiffinanzja missjonijiet ad hoc ta' esperti jew ta' konsulenza, kif ukoll ta' taħriġ tal-persunal tekniku, bil-għan li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jiksbu l-għarfien espert u l-konsulenza meħtieġa għat-twettiq, is-segwiment u l-valutazzjoni ta' dawk il-miżuri.

    L-għanijiet ta' l-iskema ta' għajnuna jinkludu: it-titjib tal-programmi settorjali sabiex isiru aktar rilevanti għall-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola fid-dipartimenti extra-Ewropej, permezz tal-valutazzjoni u l-analiżi; it-tisħiħ ta' l-effiċjenza u l-professjonaliżmu tal-bdiewa u tal-persunal tekniku ta' l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta' produtturi; l-iffinanzjar ta' studji u l-għoti tal-konsulenza indispensabbli għall-iżvilupp, is-segwiment u l-valutazzjoni tal-miżuri għall-iżgurar tal-kwalità; l-iffaċilitar ta' miżuri li jżidu l-għarfien dwar il-prodotti ġejjin mid-dipartimenti extra-Ewropej; u l-promozzjoni ta' l-immaġni tal-prodotti agrikoli tad-dipartimenti extra-Ewropej, kemm fiż-żoni ta' produzzjoni kif ukoll fis-swieq ta' pajjiżi terzi.

    B'mod partikolari, din l-għajnuna se tippermetti l-finanzjament ta' miżuri għall-iskambju ta' għarfien tekniku fost il-professjonisti tad-dipartimenti extra-Ewropej u/jew dawk ta' Franza metropolitana.

    L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati, u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi, skond l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    L-għajnuna tirrigwarda l-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament imsemmi, b'mod partikolari:

    Setturi kkonċernati: Is-settur tal-frott u l-ħxejjex (uċuħ ta' sussistenza u ta' ġardinaġġ għall-bejgħ fis-suq, għeruq u tuberi, frott frisk, frott taċ-ċitru, frott imnixxef), uċuħ semi-permanenti ta' frott, il-produzzjoni ta' l-inbid, l-ortikultura, pjanti aromatiċi, pjanti mediċinali, pjanti użati għall-estrazzjoni ta' fwieħa, pjanti ta' stimulazzjoni, ross.

    Is-settur tal-bhejjem li jixtarru u s-settur tal-produzzjoni intensiva.

    Is-settur tal-kannamieli u taz-zokkor

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    ODEADOM

    12, rue Henri Rol-Tanguy

    TSA 60006

    F-93555 Montreuil Cedex

    Websajt: http://www.odeadom.fr/?page_id=12#5


    Top